EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0096

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal- 1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/07/2018; Imħassar b' 32018R0985

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/96/oj

23.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/96

tal-1 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan il-għan ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 stabbilixxa sistema komprensiva tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u sistema ta' sorveljanza tas-suq imsaħħa għall-vetturi agrikoli u forestali u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom.

(2)

It-terminu “vetturi agrikoli u forestali” jkopri firxa wiesgħa ta' tipi differenti ta' vetturi b'fus wieħed jew iktar u b'żewġ, erba' jew iktar roti jew vetturi biċ-ċineg, eż. tratturi bir-roti, tratturi biċ-ċineg, karrijiet u tagħmir irmunkat, użati għal varjetà wiesgħa ta' għanijiet agrikoli u forestali, inklużi xogħlijiet bi skop speċjali.

(3)

Wara t-talba tal-Parlament Ewropew u bl-għan li l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tiġi ssimpifikata u mħaffa, ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, li skontu l-leġiżlatur fil-proċess leġiżlattiv ordinarju jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji fundamentali biss u jiddelega s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati dwar aktar dettalji tekniċi lill-Kummissjoni. Skont dan il-prinċipju, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza funzjonali, is-sikurezza okkupazzjonali u r-rendiment ambjentali u jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi korrispondenti f'atti delegati.

(4)

Għalhekk, ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni-tat-tip tal-vetturi agrikoli u forestali fir-rigward tar-rendiment ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti issa.

(5)

Fl-2010, il-Kummissjoni stabbiliet strateġija Ewropea dwar il-vetturi nodfa u enerġetikament effiċjenti (2). Din l-istrateġija pproponiet li l-Unjoni taġixxi fl-oqsma fejn jista' jkollha valur miżjud distint u tkun tista' tikkomplementa l-azzjonijiet meħuda mill-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u reġjonali. Dawk l-azzjonijiet għandhom jimmiraw biex itejbu r-rendiment ambjentali tal-vetturi u fl-istess ħin isaħħu l-kompetittività tal-industrija tal-vetturi tal-Unjoni. B'mod partikolari, jinħtieġ tnaqqis konsiderevoli fl-emissjonijiet tal-idrokarburi mill-vetturi agrikoli u forestali sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja u jkun hemm konformità mal-valuri ta' limitu għat-tniġġis. Dan għandu jinkiseb mhux biss bit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-idrokarburi mill-egżost jew dawk evaporattivi minn dawn il-vetturi, imma wkoll bit-tnaqqis tal-livelli tal-partikoli volatili.

(6)

B'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), dan ir-Regolament tistabbilixxi l-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tal-inkwinanti f'għamla ta' gass u partikoli li għandhom jiġu applikati fi stadji suċċessivi, u tistabblixxi l-proċedura tat-test għall-magni tal-kombustjoni interna maħsuba biex iħaddmu l-vetturi agrikoli jew forestali. Bl-istabbiliment ta' limiti ambizzjużi għall-emissjonijiet tal-inkwinanti f'għamla ta' gass jew partikoli filwaqt li jikkonformaw mal-standards internazzjonali, il-limiti għall-emissjonijiet tal-istadji IIIA, IIIB u IV għall-magni tal-vetturi agrikoli u forestali, huma waħda mill-miżuri mfassla għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-partikoli u tal-prekursuri tal-ożonu, bħalma huma l-ossidi tan-nitroġenu u l-idrokarburi.

(7)

Jinħtieġ metodu standardizzat għall-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tal-magni tal-vetturi agrikoli u forestali, biex jiżgura li ma jinħolqux ostakli tekniċi għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, jinħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-klijenti u l-utenti jingħataw informazzjoni oġġettiva u preċiża.

(8)

Wieħed mill-għanijiet ewlenija tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tal-vetturi huwa li jiġi żgurat li l-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda li jitqiegħdu fis-suq jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Dak l-għan m'għandux jiġi mxekkel mill-iffittjar ta' ċerti komponenti jew tagħmir wara li l-vetturi jkunu tqiegħdu fis-suq jew ikunu bdew jintużaw. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi żgurat li komponenti jew tagħmir li jistgħu jiġu ffittjati fuq il-vetturi agrikoli u forestali u li jistgħu jxekklu b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali f'termini protezzjoni ambjentali, ikunu soġġetti għal kontroll minn qabel minn awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jitqiegħdu fis-suq. Dawn il-miżuri għandhom jikkonsistu f'dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti li dawn il-komponenti jew tagħmir għandhom jikkonformaw magħhom.

(9)

Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew (4) pprovdiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa għal vetturi għal kull tip ta' terren u għal vetturi “side-by-side” bħala vetturi agrikoli u forestali. Għaldaqstant, dawk it-tipi ta' vetturi għandhom ikunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tagħhom, sakemm it-tip ta' vettura kkonċernat ikun jaqa' f'kategorija ta' vetturi kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 167/2013.

(10)

Il-progress tekniku jirrikjedi l-adattament tar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi ta' din id-Direttiva. Il-kategoriji tal-magni, il-valuri ta' limitu u d-dati tal-implimentazzjoni fiha għandhom jiġu allinjati mal-bidliet futuri fid-Direttiva 97/68/KE skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

(11)

Ir-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tal-inkwinanti f'għamla ta' gass u partikoli ma għandhomx japplikaw għal vetturi mgħammra b'magni mhux koperti mill-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE sad-data meta dawk il-magni jiġu koperti minn dik id-Direttiva. Madankollu, il-vetturi mgħammra b'magni mhux koperti mill-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE jistgħu jingħataw approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa skont dan ir-Regolament.

(12)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (5), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim Rivedut tal-1958). Fil-Komunikazzjoni tagħha “CARS 2020: Pjan ta' Azzjoni għall-industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa”, il-Kummissjoni enfasizzat li l-aċċettazzjoni tar-regolamenti internazzjonali skont il-Ftehim tal-UNECE tal-1958 huwa l-aħjar mod biex jitneħħew l-ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ. Għalhekk, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi mħassra mir-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandhom jiġu sostitwiti, fejn xieraq, b'referenzi għar-regolamenti korrispondenti tal-UNECE.

(13)

Il-possibbiltà li jiġu applikati r-regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bħala bażi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija prevista fir-Regolament (UE) Nru 167/2013. Skont dan ir-Regolament, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi indaqs għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandha titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-UE f'konformità ma' dak ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

(14)

L-użu tar-regolamenti tal-UNECE fuq bażi indaqs bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni, mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards maqbula internazzjonalment għandha ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(15)

Minħabba l-iskala u l-impatt tal-azzjoni proposta fis-settur ikkonċernat, il-miżuri tal-Unjoni f'dan ir-Regolament huma indispensabbli biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali u tas-sikurezza, jiġifieri l-approvazzjoni tal-vetturi fl-Unjoni. Dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu b'mod adegwat mill-Istati Membri individwali.

(16)

Billi r-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali huma essenzjali għall-approvazzjoni tat-tip ta' dawn il-vetturi, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tal-inkwinanti u tal-livelli permissibbli tal-ħoss estern, u l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi agrikoli u forestali, il-magni tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 167/2013.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“inkwinanti mormija” tfisser l-emissjonijiet tal-inkwinanti f'għamla ta' gass u partikoli mill-egżost;

(2)

“sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost” tfisser il-passaġġ tal-gassijiet tal-egżost minn apparat jew sistema li l-għan tagħhom ikun li jibdlu b'mod kimiku jew fiżiku l-inkwinanti mormija qabel ir-rilaxx tagħhom fl-atmosfera. Dawn jinkludu katalisti, filtri tal-partikoli jew komponenti, sistemi jew unitajiet tekniċi separati oħrajn għat-tnaqqis jew it-trattament tal-emissjonijiet ta' inkwinanti f'għamla ta' gass jew partikoli tal-magna mill-egżost;

(3)

“sistema ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħoss estern” tfisser il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kollha li jikkostitwixxu l-egżost u s-sistema tas-sajlenser, inkluż is-sistema tal-egżost, is-sistema tad-dħul tal-arja, is-sajlenser jew kwalunkwe sistema, komponent jew unità teknika separata b'rilevanza għal-livelli permissibbli tal-ħoss estern li tipproduċi vettura agrikola jew forestali, ta' tip imwaħħal mal-vettura fil-waqt tal-approvazzjoni-tat-tip jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni-tat-tip;

(4)

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser komponent, sistema jew unità teknika separata li jkunu parti mis-sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost

(5)

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni” tfisser komponent, sistema jew unità teknika separata maħsuba biex tissostitwixxu, parzjalment jew totalment, sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost fuq vettura bit-tip approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 u dan ir-Regolament;

(6)

“tip tal-magna” tfisser il-kategorija ta' magni li għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali tal-magna kif speċifikat fl-Appendiċi 1 tal-Anness II, tad-Direttiva 97/68/KE;

(7)

“magna ġenitur” tfisser magna rappreżentattiva tal-unità tal-propulsjoni jew tal-familja ta' magni kif stabbilit fil-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE;

(8)

“familja ta' magni” tfisser grupp ta' magni ta' manifattur skont il-punt 6 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE li, minħabba d-disinn tagħhom, mistennija jkollhom karatteristiċi simili f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjoni tal-inkwinanti mill-egżost u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

(9)

“magna ta' sostituzzjoni” tfisser magna mibnija ġdida maħsuba biex tieħu post magna f'vettura agrikola jew forestali u li ġiet ipprovduta għal dak l-iskop biss;

(10)

“awżiljarji” tfisser kull tagħmir u apparat elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 120, is-serje 01 ta' emendi;

(11)

“saħħa tal-magna” tfisser is-saħħa miksuba fuq bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tiegħu fil-veloċità korrispondenti tal-magna;

(12)

“saħħa netta tal-magna” tfisser is-saħħa miksuba fuq bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tiegħu fil-veloċità korrispondenti tal-magna bl-awżiljarji u t-tagħmir elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 120, is-serje 01 ta' emendi (6), iddeterminata f'kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza.

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-MANIFATTURI

Artikolu 3

Obbligi ġenerali

1.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi ġodda kollha li jitqiegħdu fis-suq, li jiġu rreġistrati jew li jidħlu fis-servizz fl-Unjoni, il-magni ġodda u ta' sostituzzjoni kollha li jitqiegħdu fis-suq jew li jidħlu fis-servizz fl-Unjoni u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni tal-vettura li jitqiegħdu fis-suq jew li jidħlu fis-servizz fl-Unjoni jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati b'tali mod li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali u jekk tkun miżmuma skont il-preskrizzjonijiet tal-manifattur, tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Il-manifattur ta' vetturi, magni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni, permezz ta' dimostrazzjoni fiżika u ttestjar, li l-vetturi, il-magni, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jitqiegħdu fis-suq, li jiġu rreġistrati jew li jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi dettaljati u mal-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 9a u fl-Annessi I u II tad-Direttiva 97/68/KE.

3.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal tipi ta' vetturi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Rekwiżiti ġenerali dwar l-emissjonijiet tal-inkwinanti u l-livelli tal-ħoss estern

1.   Il-manifattur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tal-inkwinanti stipulati fl-Annessi I u II.

Il-manifattur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-livell tal-ħoss estern stabbiliti fl-Anness III.

2.   L-approvazzjoni-tat-tip rigward l-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost u r-rekwiżiti tal-livell ta' ħoss estern tista' tiġi estiża mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għal varjanti, verżjonijiet u tipi u familji ta' magni tal-vetturi differenti, diment li l-parametri tal-varjant tal-vettura, l-unità tal-propulsjoni jew is-sistema għall-kontroll tat-tniġġis ikollhom rendiment identiku jew jibqgħu fi ħdan il-livelli speċifikati fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

3.   Il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni mingħajr dewmien kull modifika lis-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li tista' taffettwa r-rendiment ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni għall-vetturi agrikoli u forestali wara li t-tip ta' vettura approvat jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013. L-obbligu tar-rappurtar għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

il-parametri tat-tip jew tal-familja ta' magni, kif stipulat fl-Anness II tad-Direttiva 97/68/KE u fil-punt 9 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

is-sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost kif deskritt fil-punt 6 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE u l-punt 9.1 tal-Anness I u l-punt 3.2 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(c)

is-sistema ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħoss estern tal-vettura, skont ir-rekwiżiti tal-Anness III.

4.   Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 u tal-Artikolu 14, il-manifattur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-fjuwils ta' referenza, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament UNECE Nru 120. is-serje 01 ta' emendi u l-Anness V tad-Direttiva 97/68/KE;

(b)

fir-rigward tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 5 tal-Anness III tad-Direttiva 97/68/KE;

(c)

fir-rigward tat-tagħmir tat-testijiet, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 97/68/KE.

5.   Il-manifattur għandu jagħti evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-bidliet imsemmija fil-paragrafu 3 ma jiddeterjorawx ir-rendiment ambjentali ta' vettura f'relazzjoni mar-rendiment ambjentali muri waqt l-approvazzjoni tat-tip.

6.   Il-manifattur għandu juri li t-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni li jeħtieġ l-approvazzjoni-tat-tip skont l-Artikoli 9 sa 13 ta' dan ir-Regolament, u li jitqiegħed fis-suq jew jidħol fis-servizz fl-Unjoni, huwa approvat skont ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati u l-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fil-punt 4.1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE, fejn applikabbli.

7.   Vetturi mgħammra b'tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti tat-testijiet ambjentali u l-istess valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tal-inkwinanti bħall-vetturi mgħammra b'tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis oriġinali.

Artikolu 5

Obbligi speċifiċi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi jew il-magni

1.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-inkwinanti f'għamla ta' gass u partikoli mill-egżost tat-tip ta' magna ma jkunux jeċċedu l-emissjonijiet tal-inkwinanti f'għamla ta' gass u partikoli mill-egżost kif speċifikat għall-kategoriji tal-magni u l-firxiet tas-saħħa tal-magna fl-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE.

2.   Il-manifattur għandu jiżgura li r-rendiment tal-unità tal-propulsjoni jikkorrispondi mal-livell irrappurtat lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder tal-informazzjoni meta jpoġġi l-vettura fis-suq jew qabel id-dħul tagħha fis-servizz.

L-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni, kif definit fil-punt 2.8c. tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE, li jnaqqas l-effikaċja tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun ipprojbit skont il-punt 4.1.1 tal-Anness III tad-Direttiva 97/68/KE.

3.   Bidliet fil-proċess ta' produzzjoni ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li jseħħu wara l-approvazzjoni tat-tip ma għandhomx jinvalidaw approvazzjoni tat-tip b'mod awtomatiku, diment li l-karatteristiċi oriġinali jew il-parametri tekniċi ma jinbidlux b'tali mod li jaffettwaw il-funzjonalità tal-magna jew is-sistema għall-kontroll tat-tniġġis.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' magni bħala unità teknika separata

Sabiex jirċievi approvazzjoni tat-tip tal-UE għal magna jew familja ta' magni bħala unità teknika separata, il-manifattur, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandu juri li l-magni huma soġġetti għat-testijiet u jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 97/68/KE.

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 7

Ekwivalenza tal-approvazzjonijiet tat-tip alternattivi

1.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet-tat-tip alternattivi bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament skont l-Anness IV.

2.   Barra mir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, biex approvazzjoni-tat-tip alternattiva tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament, il-manifattur għandu jipprovdi aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura skont il-Kapitolu XV tar-Regolament (KE) Nru 167/2013 u l-att delegat korrispondenti.

Artikolu 8

Kejl tal-emissjonijiet tal-inkwinanti

Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost tal-vetturi u l-magni agrikoli u forestali skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE, kif ġew adattati mir-rekwiżiti tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Kejl tal-livell tal-ħoss estern

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-livell tal-ħoss estern tal-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija T mgħammra b'tajers pnewmatiċi u tal-kategorija C mgħammra b'ċineg tal-gomma, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-test stabbiliti fil-punt 1.3.1 tal-Anness III.

2.   Il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-testijiet stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Anness III għandhom jitwettqu wkoll u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati mis-servizzi tekniċi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1.3.2.4 tal-Anness III.

3.   Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-livell tal-ħoss estern tal-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija C mgħammra b'ċineg tal-metall, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-kondizzjonijiet u l-metodi tat-test stazzjonarju stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Anness III.

4.   Il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-test stabbiliti fil-punt 1.3.3 tal-Anness III għandhom jitwettqu wkoll u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati mis-servizzi tekniċi.

Artikolu 10

Rekwiżiti għar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni

Għall-valutazzjoin tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali, għandu jittieħed kejl tas-saħħa netta tal-magna, tat-torque u tal-konsum speċifiku tal-fjuwil skont ir-Regolament tal-UNECE Nru 120, is-serje 01 ta' emendi.

Artikolu 11

Rekwiżiti speċifiċi dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi jew il-magni

1.   L-approvazzjonijiet tat-tip jistgħu jingħataw lil vetturi mgħammra b'magni mhux koperti mill-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE.

2.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li testendi l-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE għal vetturi mgħammra b'magni li attwalment mhux koperti mill-ambitu ta' dik id-direttiva [jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018], l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament lil vetturi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.

3.   L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont l-ewwel paragrafu ma jibqgħux validi tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li testendi l-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE għal dawk il-magni [jew mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018].

B'effett mill-1 ta' Jannar 2019, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li ċ-ċertifikati ta' konformità fir-rigward ta' vetturi ġodda ma jkunux aktar validi għall-għanijiet tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta' tali vetturi.

4.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, id-dati stabbiliti fl-Artikolu 9(3c), 9(3d) u 9(4a) tad-Direttiva 97/68/KE għandhom, għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, kif definit fl-Artikoli 4(3), (6) u (9) u 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, u mgħammra b'magni tal-kategoriji L sa R, jiġu posposti għal tliet snin. Il-klawżoli tat-tranżizzjoni u ta' deroga fl-Artikoli 9(4a) u 10(5) tad-Direttiva 97/68/KE u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandhom jiġu posposti skont dan ukoll.

5.   Il-magni ta' sostituzzjoni għandhom jikkonformaw mal-istess valuri ta' limitu li l-magna li ser tiġi sostitwita kellha tissodisfa meta tqiegħdet fis-suq oriġinarjament.

6.   Il-magni ta' sostituzzjoni għandhom ikunu mmarkati skont l-Appendiċi tal-Anness I.

Artikolu 12

Proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Bla ħsara għall-Artikolu 11 u bil-kundizzjoni tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati mal-emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta' vettura jew magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta' vettura ġdida u l-bejgħ jew l-użu ta' magni ġodda, jekk il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi ma' dan ir-Regolament u mal-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 13

It-tqegħid fis-suq jew l-installazzjoni fuq vettura ta' tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni

It-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni li huma wkoll koperti b'sistema tal-approvazzjoni- tat-tip fir-rigward ta' vettura ma għandux ikun soġġett għal approvazzjoni oħra tal-komponent jew tal-unità teknika separata skont l-Artikolu 26(3) jew ir-Regolament (UE) Nru 167/2013.

Artikolu 14

Skema tal-flessibbiltà

1.   B'deroga mill-Artikolu 10(3), l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' għadd limitat ta' vetturi mgħammra b'magni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/68/CE skont skema tal-flessibbiltà, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness V, fuq talba tal-manifattur, u bil-kundizzjoni li awtorità tal-approvazzjoni tkun tat il-permess rilevanti għad-dħul fis-servizz.

2.   L-iskema tal-flessibbiltà stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika mill-mument li jibda kull stadju u għandu jkollha l-istess tul daqs l-istadju nnifsu.

L-iskema tal-flessibbiltà stipulata fil-punt 1.2 tal-Anness V għandha tkun ristretta għat-tul tal-Istadju III B jew għal perjodu ta' tliet snin meta ma jkun jeżisti l-ebda stadju sussegwenti.

3.   Tipi ta' vetturi li jidħlu fis-servizz bl-iskema tal-flessibbiltà għandhom ikunu mgħammra b'tipi ta' magni li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness V.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

(2)  COM(2010)186 finali, 28.4.2010.

(3)  Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet(“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(6)  ĠU L 257, 30.9.2010, p. 298.


LISTA TA' ANNESSI

Numru tal-Anness

Titlu tal-Anness

Paġna

I

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna jew familja ta' magni għal tip ta' vettura agrikola jew forestali bħala unità teknika separata fir-rigward tal-inkwinanti mormija

15

II

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura agrikola jew forestali mgħammra b'tip ta' magna jew familja ta' magni fir-rigward tal-inkwinanti mormija

21

III

Rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ħoss estern

23

IV

Rikonoxximent tal-approvazzjonijiet tat-tip alternattivi

27

V

Dispożizzjonijiet għal vetturi u magni agrikoli u forestali mqiegħda fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà stipulata fl-Artikolu 14

28


ANNESS I

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna jew familja ta' magni għal tip ta' vettura agrikola jew forestali bħala unità teknika separata fir-rigward tal-inkwinanti mormija

1.   Ġenerali

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna jew familja ta' magni għal tip ta' vettura agrikola u forestali bħala unità teknika separata f'termini tal-inkwinanti mormija bl-adattamenti li ġejjin:

1.1.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq fid-Direttiva 97/68/KE għandhom jinqraw bħala referenzi għal vetturi agrikoli u forestali.

1.2.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-manifattur oriġinali tat-tagħmir (OEM) fid-Direttiva 97/68/KE għandhom jinqraw bħala l-manifattur tal-vettura.

1.3.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni msemmija fid-Direttiva 97/68/KE għandhom jinqraw bħala d-dati għad-dħul inizjali fis-servizz tal-magni u l-vetturi.

1.4.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dati għall-approvazzjoni tat-tip ta' tipi ta' magni jew familji ta' magni fid-Direttiva 97/68/KE għandhom jinqraw bħala dati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip jew familja ta' magni jew tip ta' vettura.

2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip jew familja ta' magni bħala unità teknika separata.

2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip jew familja ta' magni f'termini tal-inkwinanti mormija għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-magna jew mir-rappreżentant tiegħu.

2.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-folder tal-informazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 68(c) ta' dak ir-Regolament.

2.3.

Magna li tikkonforma mal-karatteristiċi tat-tip ta' magna jew tal-magna ġenitur deskritti fl-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.   Speċifikazzjonijiet u Testijiet

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-taqsimiet 4, 8 u 9, l-Appendiċijiet 1 u 2 u l-Annessi III, IV u V tad-Direttiva 97/68/KE.

4.   Approvazzjoni tat-tip ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati

B'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE stipulati fil-Kapitoli IV sa VII, IX u X tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, l-unitajiet tekniċi separati, il-komponenti u s-sistemi li jaffettwaw ir-rendiment ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali għandha tingħatalhom approvazzjoni tat-tip qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu għall-ewwel darba fis-servizz.

Skont l-Artikoli 19 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, dawk ir-rekwiżiti japplikaw b'mod partikolari għal:

magni,

sistemi għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-inkwinanti mill-egżost,

sistemi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħoss estern.

Id-dokumenti tal-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu skont l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013,

5.   Marki tal-magni

Il-magna għandha tkun immarkata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 68(h) ta' dak ir-Regolament.

6.   Konformità tal-produzzjoni

Minbarra d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, il-konformità tal-produzzjoni tal-magni għandha tiġi ċċekkjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE.

7.   Notifika dwar il-ħruġ tal-approvazzjonijiet

L-avviż tal-approvazzjoni, l-estensjoni, ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox għal tip ta' magna skont dan l-Anness jew tip ta' vettura agrikola jew forestali skont l-Anness II, għandu jiġi kkomunikat mill-manifattur lill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 u l-Kapitolu XVI tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

8.   Monitoraġġ tas-suq

B'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, il-monitoraġġ tas-suq għandu jsir skont l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 68(g), (j) u (m) ta' dak ir-Regolament.

9.   Familja ta' magni

9.1.   Parametri li jiddefinixxu l-familja ta' magni

Il-familja ta' magni tista' tkun definita b'parametri ta' disinn bażiċi li għandhom ikunu komuni għall-magni kollha fil-familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni tal-parametri. Dawn l-effetti għandhom jitqiesu wkoll sabiex jiġi żgurat li fil-familja ta' magni jiġu inklużi biss dawk il-magni b'karatteristiċi simili tal-emissjoni tal-inkwinanti mill-egżost.

Sabiex il-magni jkunu jistgħu jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess familja ta' magni, dawn il-parametri bażiċi li ġejjin għandhom ikunu komuni.

9.1.1.

Ċiklu tal-kombustjoni: 2 stroke/4 stroke

9.1.2.

Mezz tat-tkessiħ: arja/ilma/żejt

9.1.3.

Ċilindrata (volum) ta' ċilindru individwali

bejn 85 % u 100 % tal-ogħla ċilindrata għal dik il-familja ta' magni

9.1.4.

Metodu tal-aspirazzjoni tal-arja: b'mod naturali/bil-pressa

9.1.5.

It-tip ta' fjuwil: Diżil/Petrol

9.1.6.

Tip/disinn tal-kompartiment tal-kombustjoni

9.1.7.

Valv u porting — konfigurazzjoni, daqs u numru

9.1.8.

Sistema tal-fjuwil

Għad-diżil:

injettur bil-pompa

pompa biċ-ċilindri allinjati

pompa distributur

element waħdieni

injettur unitarju

Għall-petrol:

karburatur

injezzjoni indiretta

injezzjoni diretta

9.1.9.

Fatturi mixxellanji

Riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost

Injezzjoni/emulsjoni tal-ilma

Injezzjoni tal-arja

Sistema tat-tkessiħ tal-karga

Tip ta' tqabbid (kompressjoni, spark)

9.1.10.

Posttrattament tal-egżost

Katalizzatur tal-ossidazzjoni

Katalizzatur tar-riduzzjoni

Katalizzatur bi tliet direzzjonijiet

Reattur termali

Filtru tal-partikoli

9.2.   Għażla tal-magna ġenitur

9.2.1.

Il-magna ġenitur tal-familja ta' magni għandha tintgħażel bl-użu tal-kriterju primarju tal-ogħla twassil ta' fjuwil għal kull stroke bil-veloċità tat-torque massima ddikjarata skont il-karatteristiċi essenzjali tal-familja ta' magni stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 97/68/KE. F'każ li żewġ magni jew aktar jaqsmu dan il-kriterju primarju, il-magna ġenitur għandha tintgħażel bl-użu tal-kriterju sekondarju tal-ogħla twassil ta' fjuwil għal kull stroke bil-veloċità nominali. F'ċerti ċirkostanzi, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tikkonkludi li l-agħar każ tar-rata tal-emissjonijiet tal-familja tista' tiġi kkaratterizzata l-aħjar billi tiġi ttestjata magna oħra. B'hekk, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħżel magna addizzjonali għat-testijiet abbażi tal-fatturi li jindikaw li jista' jkollha l-ogħla livelli ta' emissjonijiet mill-magni f'dik il-familja ta' magni.

9.2.2.

Jekk magni mill-istess familja ta' magni jinkorporaw fatturi varjabbli oħrajn li jistgħu jitqiesu li jaffettwaw l-inkwinanti mormija, dawn il-fatturi għandhom jiġu identifikati wkoll u għandhom jitqiesu fl-għażla tal-magna ġenitur.

Appendiċi

Marki tal-magni

1.

Kull magna approvata bħala unità teknika separata għandu jkollha dan li ġej:

(a)

il-marka jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-magna;

(b)

it-tip ta' magna u, jekk applikabbli, il-familja ta' magni u n-numru uniku tal-identifikazzjoni tal-magna;

(c)

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tkun skont l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 68(h) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

2.

Il-marki msemmija fil-punt 1 għandhom iservu għall-ħajja utli kollha tal-magna u għandhom jibqgħu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Jekk jintużaw it-tikketti jew il-pjanċi, dawn għandhom jitwaħħlu b'tali mod li wkoll iservu għall-ħajja utli kollha tal-magna, u għandhom ikunu ta' tip li ma jkunx jista' jitneħħa mingħajr ma jitkisser jew jitħassarlu l-wiċċ.

3.

Il-marki msemmija fil-punt 1 iridu jitwaħħlu sew ma' parti tal-magna li tkun meħtieġa għat-tħaddim normali tal-magna u li normalment ma tinbidilx matul il-ħajja tal-magna. Dawn il-marki għandhom ikunu jinsabu f'post fejn persuna ordinarja tarahom mingħajr problemi ladarba l-magna tkun twaħħlet mal-vettura agrikola u forestali, flimkien mal-awżiljarji kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-magna. Jekk irid jitneħħa bonit sabiex tidher il-marka, dan ir-rekwiżit għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk dan il-bonit ikun jista' jitneħħa faċilment.

F'każ ta' dubju dwar jekk ġiex sodisfatt dan ir-rekwiżit, għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk tkun ġiet miżjuda marka addizzjonali li jkun fiha tal-inqas in-numru tal-identifikazzjoni tal-magna u l-isem, l-isem kummerċjali jew il-lowgo tal-manifattur. Dik il-marka addizzjonali għandha titwaħħal ma' komponent prinċipali, jew ħdejn komponent prinċipali, li normalment ma jkollux jiġi sostitwit tul il-ħajja operattiva tal-magna, u li jkun aċċessibbli faċilment, mingħajr il-bżonn tal-għodod, waqt operazzjonijiet ta' manutenzjoni ta' rutina; inkella, għandu jkun jinsab 'il bogħod mill-marka oriġinali fuq il-kaxxa tal-krank tal-magna. Il-marka oriġinali u, fejn xieraq, il-marka addizzjonali, għandhom ikunu viżibbli t-tnejn b'mod ċar ladarba l-awżiljarji kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-magna jkunu ġew installati. Għandu jiġi awtorizzat bonit li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu ta' hawn fuq. Il-marka addizzjonali għandha titwaħħal b'tali mod li tibqa', preferibbilment direttament fuq in-naħa ta' fuq tal-magna, pereżempju permezz ta' tnaqqix, stiker jew pjanċa li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 2.

4.

Il-magni għandhom jiġu kklassifikati permezz tan-numri tal-identifikazzjoni tagħhom b'tali mod li s-sekwenza tal-produzzjoni tkun tista' tiġi determinata mingħajr ambigwità.

5.

Qabel ma jitilqu mil-linja tal-produzzjoni, il-magni għandhom ikollhom fuqhom il-marki kollha mitluba.

6.

Il-post eżatt tal-marki tal-magna għandu jiġi ddikjarat fid-dokument tal-informazzjoni, skont l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 68(h) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

7.

Fil-każ ta' magni ta' sostituzzjoni, il-kliem “MAGNA TA' SOSTITUZZJONI” għandu jitwaħħal ma' tikketta fuq il-magna fl-għamla ta' pjanċa metallika.


ANNESS II

Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura agrikola jew forestali mgħammra b'tip ta' magna jew familja ta' magni fir-rigward tal-inkwinanti mormija

1.   Ġenerali

Sakemm mhux stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet, is-simboli, it-taqsiriet, l-ispeċifikazzjonijiet u t-testijiet, l-ispeċifikazzjoni tal-konformità tal-valutazzjonijiet tal-produzzjoni, il-parametri li jiddefinixxu l-familja tal-magni u l-għażla tal-magna ġenitur kif previst fl-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE.

2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' vettura agrikola u forestali

2.1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' vettura agrikola u forestali fir-rigward tal-inkwinanti mormija

2.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' vettura agrikola u forestali f'termini tal-inkwinanti mormija għandha ssir mill-manifattur tal-vettura agrikola u forestali jew mir-rappreżentant tiegħu.

2.1.2.

Għandha tkun akkumpanjata mid-dokument tal-informazzjoni, skont l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 68(a) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.

2.1.3.

Il-manifattur għandu jippreżenta magna ta' vettura agrikola u forestali li tikkonforma mal-karatteristiċi tat-tip ta' magna jew mal-magna ġenitur skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-Anness VII tad-Direttiva 97/68/KE lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

2.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' vettura agrikola u forestali b'magna approvata

2.2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' vettura agrikola u forestali f'termini tal-inkwinanti mormija għandha ssir mill-manifattur tal-vettura agrikola u forestali jew mir-rappreżentant tiegħu.

2.2.2.

Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokument tal-informazzjoni skont il-mudell stipulat fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 68(a) u (l) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-UE għall-magna jew għall-familja ta' magni u, jekk applikabbli, għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkunu installati fit-tip ta' vettura agrikola u forestali.

3.   Speċifikazzjonijiet u Testijiet

3.1.   Ġenerali

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-taqsimiet 4, 8 u 9, l-Appendiċijiet 1 u 2 u l-Annessi III, IV u V tad-Direttiva 97/68/KE.

3.2.   L-installazzjoni tal-magna fil-vettura

L-installazzjoni tal-magna fil-vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna:

3.2.1.

id-depressjoni tal-bokka ma għandhiex taqbeż dik speċifikata għall-magna bl-approvazzjoni tat-tip,

3.2.2.

il-kontropressjoni tal-egżost ma għandhiex taqbeż dik speċifikata għall-magna bl-approvazzjoni tat-tip.

3.3.   Dawk il-komponenti tal-vettura li jistgħu jaffettwaw l-inkwinanti mormija għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u armati b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament fil-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim tal-vettura u minkejja l-vibrazzjonijiet li tista' tkun soġġetta għalihom il-vettura.

4.   Approvazzjoni

Kull tip ta' vettura agrikola u forestali mgħammra b'magna li jkun inħarġilha ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament jew approvazzjoni tat-tip ekwivalenti, skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament, għandu jinħariġlu ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip skont l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 68(a) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.


ANNESS III

Rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ħoss estern

1.   Livelli permissibbli tal-ħoss estern.

1.1.   Strumenti tal-kejl

Is-sistema tal-istrumentazzjoni, inklużi l-mikrofoni, il-kejbils u l-windskrijn, jekk jintużaw, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal strument tal-Klassi 1 stabbiliti f'IEC 61672-1:2002. Il-filtri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal strument tal-Klassi 1 mogħtija f'IEC 61260:1995.

1.2.   Kundizzjonijiet tal-kejl

Il-kejl għandu jsir fuq vetturi agrikoli u forestali mhux mgħobbija f'kundizzjoni li jistgħu jitħaddmu f'żona miftuħa u kwieta biżżejjed (il-ħsejjes tal-madwar u l-ħoss tar-riħ għandhom ikunu mill-inqas 10 dB (A) taħt il-livell tal-ħoss estern li jkun qiegħed jitkejjel).

Din iż-żona tista' tkun f'għamla ta', pereżempju, spazju miftuħ b'raġġ ta' 50 metru li jkollu parti ċentrali b'raġġ ta' mill-anqas 20 metru li jkun prattikament livell; l-ispazju jista' jkun miksi bil-konkrit, bl-asfalt jew b'materjal simili u ma jistax ikun kopert b'borra għamla ta' trab, ħaxix twil, ħamrija mhux kompatta jew irmied.

Il-wiċċ tal-mogħdija tat-test għandu jkun tali li ma jikkawżax ħoss eċċessiv tat-tajers. Din il-kundizzjoni tapplika biss għall-kejl tal-ħoss estern magħmul minn vetturi agrikoli u forestali waqt li jkunu qed jiċċaqilqu.

Il-kejl għandu jsir f'temp tajjeb bi ftit riħ. L-ebda persuna apparti l-osservatur li jkun qiegħed jieħu l-kejl bl-apparat ma tista' tibqa' qrib il-vettura agrikola u forestali jew il-mikrofonu, peress li l-preżenza tal-ispettaturi qrib il-vettura agrikola u forestali jew qrib il-mikrofonu tista' taffettwa b'mod konsiderevoli r-riżultati tal-kejl bl-apparat. Tlugħ u nżul notevoli tal-werrej li jidhru li ma jkollhomx x'jaqsmu mal-karatteristiċi tal-livell tal-ħoss ġenerali għandhom jiġu injorati fit-teħid tal-kejl.

1.3.   Metodu tal-kejl

1.3.1.   Il-kejl tal-livell tal-ħoss estern ta' vetturi agrikoli u forestali waqt li jkunu qed jiċċaqilqu

Għandu jsir kejl mill-inqas darbtejn fuq kull naħa tal-vettura agrikola u forestali. Jista' jsir kejl preliminari għall-għanijiet ta' aġġustament imma dan għandu jiġi injorat.

Il-mikrofonu għandu jkun 1,2 metri 'l fuq mil-livell tal-art f'distanza ta' 7,5 metri 'l bogħod mill-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura agrikola u forestali, CC, imkejla tul il-linja perpendikulari PP′ ta' dik il-linja (il-Figura 1).

Żewġ linji AA′ u BB′, parallelli mal-linja PP′ u li jinsabu rispettivament 10 metri 'l quddiem u 10 metri lura mil-linja, għandhom jiġu mmarkati fil-mogħdija tat-test. Il-vetturi agrikoli u forestali għandhom javviċinaw il-linja AA′ b'veloċità kostanti, kif speċifikat hawn taħt. L-aċċelleratur għandu mbagħad jingħafas kompletament kemm jista' jkun malajr u jinżamm hekk sa mal-parti ta' wara tal-vettura agrikola u forestali tkun qasmet il-linja BB′; l-aċċelleratur għandu mbagħad jiġi rilaxxat malajr kemm jista' jkun. Jekk il-vettura agrikola jew forestali tkun imqabbda ma' karru, dan ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB′.

Il-livell massimu tal-ħoss irrekordjat għandu jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

Il-Figura 1

Image

Test ta 'immaġni

1.3.1.1.   Il-veloċità tat-test għandha tkun tliet kwarti tal-veloċità massima tad-disinn (vmax) kif iddikjarata mill-manifattur u li tista' tinkiseb fl-ogħla ingranaġġ użat għaċ-ċaqliq fit-triq.

1.3.1.2.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

1.3.1.2.1.

Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqas 1 dB(A) mir-riżultat tal-arloġġ.

1.3.1.2.2.

Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn iż-żewġ kejliet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura agrikola u forestali ma tkunx teċċedi 2 dB(A).

1.3.1.2.3.

L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat ikun jeċċedi b'1 dB (A) il-livell massimu permissibbli tal-ħoss għall-kategorija tal-vettura agrikola u forestali ttestjata, għandhom jittieħdu żewġ kejliet oħra. Tlieta minn dawn l-erba' kejliet għandhom jaqgħu fil-limiti preskritti.

1.3.2.   Kejl tal-ħoss estern ta' vetturi agrikoli u forestali wieqfa

1.3.2.1.   Il-pożizzjoni tal-arloġġ tal-livell tal-ħoss

Il-kejl għandu jsir fil-punt X (il-Figura 2), f'distanza ta' 7 metri mill-eqreb wiċċ għall-vettura agrikola u forestali. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1,2 metru 'l fuq mil-livell tal-art.

1.3.2.2.   L-għadd ta' kejliet: il-ħoss għandu jitkejjel mill-anqas darbtejn.

1.3.2.3.   Kundizzjonijiet tat-test għall-vetturi agrikoli u forestali

Il-magna tal-vettura agrikola u forestali li ma jkollhiex regolatur tal-veloċità għandha tinstaq għal tliet kwarti tal-veloċità rpm li, skont il-manifattur tal-vettura agrikola u forestali, fiha tiżviluppa s-saħħa massima tagħha. Il-veloċità rpm tal-magna għandha titkejjel permezz ta' strument indipendenti, eż. roller bed u takometru. Jekk il-magna tkun mgħammra b'regolatur li jipprevjeni lill-magna milli teċċedi l-veloċità li fiha tiżviluppa s-saħħa massima tagħha, din għandha titħaddem bil-veloċità massima permessa mir-regolatur.

Qabel ma jittieħed il-kejl, il-magna għandha tinġieb għat-temperatura li fiha taħdem normalment.

1.3.2.4.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

Il-kejliet kollha rrekordjati tal-livell tal-ħoss estern għandhom jingħataw fir-rapport. Is-saħħa tal-magna għandha tiġi rrekordjata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. L-istat tat-tagħbija tal-vettura agrikola u forestali għandu jingħata wkoll.

Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn iż-żewġ kejliet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura agrikola u forestali ma tkunx teċċedi 2 dB(A).

Il-figura massima rrekordjata għandha tikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

1.3.3.   Id-dispożizzjonijiet għall-ittestjar tal-ħoss estern għall-vetturi C-cat b'ċineg tal-metall waqt li jkunu qed jiċċaqilqu

Għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija C mgħammra b'ċineg tal-metall, il-ħoss waqt iċ-ċaqliq għandu jitkejjel b'vetturi mhux mgħobbija f'kundizzjoni li jistgħu jitħaddmu b'veloċità kostanti ta' 5 km/h (+/– 0,5 km/h), bil-magna fil-veloċità nominali fuq saff ramel umdu kif speċifikat fil-paragrafu 5.3.2 ta' ISO 6395:2008, Il-mikrofonu għandu jitqiegħed skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1.3.1. Il-valur tal-ħoss imkejjel għandu jiġi rrekordjat fir-rapport tat-test.

2.   Sistema tal-egżost (Sajlenser)

2.1.

Jekk il-vettura agrikola u forestali tkun mgħammra b'tagħmir iddisinjat biex inaqqas il-ħoss tal-egżost (sajlenser), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' din it-taqsima. Jekk il-bokka tal-magna tkun mgħammra b'filtru tal-arja li jkun meħtieġ sabiex jassigura l-konformità mal-livell tal-ħoss permissibbli, il-filtru għandu jitqies parti mis-sajlenser, u r-rekwiżiti ta' dan il-punt 2 għandhom japplikaw ukoll għal dak il-filtru.

Il-pajp tal-egżost għandu jkun f'tali mod li l-gassijiet tal-egżost ma jkunux jistgħu jidħlu fil-kabina.

Il-Figura 2

Pożizzjonijiet tal-kejl għal vetturi agrikoli u forestali wieqfa

Image

2.2.

Disinn tas-sistema tal-egżost għandu jkun anness maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura agrikola u forestali.

2.3.

Is-sajlenser għandu jkun immarkat b'referenza għall-għamla u t-tip tiegħu u din għandha tkun tista' tinqara faċilment u ma tkunx tista' titħassar.

2.4.

L-użu ta' materjal fibruż assorbenti huwa permissibbli fil-binja tas-sajlensers biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

2.4.1.

il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f'dawk il-partijiet tas-sajlenser li minnhom jgħaddi l-gass;

2.4.2.

apparat adattat għandu jassigura li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f'postu l-ħin kollu li dak is-sajlenser ikun qed jintuża;

2.4.3.

il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun reżistenti għal temperatura ta' mill-anqas 20 % ogħla mit-temperatura operattiva (gradi C) li jista' jkun hemm fir-reġjun tas-sajlenser fejn ikunu jinsabu dawk il-materjali fibrużi assorbenti.


ANNESS IV

Rikonoxximent tal-approvazzjonijiet tat-tip alternattivi

L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin u, fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament:

(a)

għall-kategoriji ta' magni H, I, J u K (stadju IIIA) speċifikati fl-Artikolu 9(3a) u (3b) tad-Direttiva 97/68/KE, approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 3.1, 3.2 u 3.3 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE;

(b)

għall-kategoriji ta' magni L, M, N u P (stadju IIIB) speċifikati fl-Artikolu 9(3c) tad-Direttiva 97/68/KE, approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 4.1, 4.2 u 4.3 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE;

(c)

għall-kategoriji ta' magni Q u R (stadju IV) speċifikati fl-Artikolu 9(3d) tad-Direttiva 97/68/KE, approvazzjonijiet tat-tip skont il-punti 5.1 u 5.2 tal-Anness XII tad-Direttiva 97/68/KE.


ANNESS V

Dispożizzjonijiet għal vetturi u magni agrikoli u forestali mqiegħda fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà stabbilita fl-Artikolu 14

1.   Azzjonijiet mill-manifattur tal-vettura agrikola u forestali.

1.1.   Ħlief fl-Istadju III b, manifattur tal-vettura agrikola u forestali li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandu jitlob permess lill-awtorità tal-approvazzjoni biex iqiegħed il-vetturi agrikoli u forestali fis-suq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati f'dan l-Anness. L-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali ma għandux jeċċedi l-limiti stipulati fil-punti 1.1.1 u 1.1.2. Il-magni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/68/KE.

1.1.1.   L-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà ma għandux, f'kull kategorija ta' magni, jeċċedi l-20 % tal-għadd annwali ta' vetturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur b'magni f'dik il-firxa ta' saħħa tal-magna (ikkalkulat bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-Unjoni). Meta manifattur ta' vettura jkun qiegħed fis-suq vetturi agrikoli u forestali fl-Unjoni għal perjodu ta' inqas minn ħames snin, il-medja tiġi kkalkulata abbażi tal-perjodu attwali li l-manifattur tal-vettura jkun qiegħed fis-suq il-vetturi agrikoli u forestali fl-Unjoni.

1.1.2.   Bħala alternattiva għall-punt 1.1.1, l-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà, f'kull firxa ta' saħħa tal-magna, ma għandux jeċċedi l-limiti li ġejjin:

Firxa tas-saħħa tal-magna P (kW)

Għadd ta' vetturi

19 ≤ P < 37

200

37 ≤ P < 75

150

75 ≤ P < 130

100

130 ≤ P ≤ 560

50

1.2.   Fl-Istadju III B, manifattur tal-vetturi li jixtieq jagħmel użu mill-iskema tal-flessibbiltà għandu jitlob permess lill-awtorità tal-approvazzjoni biex iqiegħed il-vetturi agrikoli u forestali fis-suq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati f'dan l-Anness. L-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali ma għandux jeċċedi l-limiti stipulati fil-punti 1.2.1 u 1.2.2. Il-magni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/68/KE.

1.2.1.   L-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà ma għandux, f'kull firxa ta' saħħa tal-magna, jeċċedi l-40 % tal-għadd annwali ta' vetturi agrikoli u forestali li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tal-vetturi b'magni f'dik il-kategorija ta' magni (ikkalkulat bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-Unjoni). Meta manifattur ta' vettura jkun biegħ vetturi agrikoli u forestali fl-Unjoni għal perjodu ta' inqas minn ħames snin, il-medja tiġi kkalkulata abbażi tal-perjodu attwali li l-manifattur tal-vettura jkun biegħ il-vetturi agrikoli u forestali fl-Unjoni.

1.2.2.   Bħala alternattiva għall-punt 1.2.1, l-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà, f'kull firxa ta' saħħa tal-magna, ma għandux jeċċedi l-limiti li ġejjin:

Firxa tas-saħħa tal-magna P (kW)

Għadd ta' vetturi

19 ≤ P < 37

200

37 ≤ P < 75

175

75 ≤ P < 130

250

130 ≤ P ≤ 560

125

1.3.   Fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur tal-vetturi għandu jinkludi din l-informazzjoni:

(a)

Kampjun tat-tikketti li jridu jitwaħħlu fuq kull vettura agrikola u forestali li fiha se tiġi installata magna mqiegħda fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà. It-tikketti għandu jkollhom fuqhom dan it-test: “vettura agrikola u forestali NRU … (sekwenza ta' vetturi) MINN … (għadd totali ta' vetturi fil-firxa ta' saħħa tal-magna rispettiva) B'MAGNA NRU … BL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (eż. skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE jew approvazzjoni tat-tip alternattiva rikonoxxuta skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96)”;

(b)

Kampjun tat-tikketta supplimentari li trid titwaħħal fuq il-magna li jkun fiha l-kliem imsemmi fil-punt 2.2.

1.4.   Il-manifattur tal-vetturi agrikoli u forestali għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa marbuta mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-flessibbiltà li l-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob sabiex tieħu deċiżjoni.

1.5.   Il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel rapport kull tnax-il xahar lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' kull Stat Membru fejn il-vetturi agrikoli u forestali jitqiegħdu fis-suq, dwar l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-flessibbiltà li qiegħed juża. Ir-rapport għandu jinkludi d-dejta kumulattiva dwar l-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali mqiegħda fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbilità, in-numri tas-serje tal-magna u tal-vettura, u l-Istati Membri fejn il-vettura ddaħħlet fis-servizz. Din il-proċedura għandha titkompla sakemm l-iskema tal-flessibbiltà tkun għadha tintuża, mingħajr ebda eċċezzjoni.

2.   Azzjonijiet mill-manifattur tal-magna

2.1.   Manifattur tal-magni jista' jqiegħed fis-suq magni taħt l-iskema tal-flessibbilità approvati skont it-taqsimiet 1 u 3.

2.2.   Il-manifattur tal-magna għandu jimmarka lil dawk il-magni b'tikketta b'dan il-kliem: “Din il-magna tqiegħdet fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbilità” skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIII tad-Direttiva 97/68/KE.

3.   Azzjonijiet mill-awtorità tal-approvazzjoni

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivvaluta l-kontenut tat-talba għall-iskema tal-flessibbiltà u tad-dokumenti inklużi. Għandha tgħarraf lill-manifattur tal-vetturi agrikoli u forestali bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk tippermettix jew le l-użu tal-iskema tal-flessibbiltà kif mitlub.


Top