Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0047

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/47 tal- 14 ta' Jannar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill- Bacillus licheniformis (DSM 21564) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional products Ltd., rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 9, 15.1.2015, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/47/oj

    15.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 9/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/47

    tal-14 ta' Jannar 2015

    dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional products Ltd., rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikularitajiet u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-15 ta' Ġunju 2012 (2) u d-9 ta' Ottubru 2013 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta minn Bacillus licheniformis (DSM 21564) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li tul l-ewwel nofs tal-perjodu tat-treddigħ, l-addittiv żied b'mod sinifikanti r-rendiment tal-ħalib. Hija kkunsidrat li din il-konklużjoni ma tistax, madankollu, tiġi magħmula għall-perjodu kollu tat-treddigħ. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2013; 11(10):3434.

    (3)  EFSA Journal 2012; 10(7):2777.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

    4a21

    DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o

    alfa-amilażi

    EC 3.2.1.1

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) li għandha attività minima ta':

     

    f'għamla solida: 160 KNU (1)/g;

     

    f'għamla likwida: 240 KNU/g.

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    alfa-amilażi EC 3.2.1.1 prodott mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564).

    Metodu analitiku  (2)

    Id-determinazzjoni tal-alfa-amilażi:

    Il-metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni ta-frammenti mogħtija ż-żebgħa prodotti bl-azzjoni tal-alfa-amilażi fuq subtrati tal-lamtu aħmar.

    Baqar tal-ħalib

    300 KNU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

    2.

    Għall-użu sal-erbatax-il ġimgħa tat-treddigħ.

    3.

    Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġar.

    l-4 ta' Frar 2025


    (1)  1 KNU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 6 mikromoli p-nitrofenol, 1,86 mM etiliden-G7-p-nitrofenil-maltoeptasidf'pH 7,0 u 37 °C.

    (2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


    Top