EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1310

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1310 tat-28 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar l-istatus ta' mingħajr mard għat-territorju kollu tal-Kroazja fir-rigward tal-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 200, 30.7.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1310/oj

30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1310

tat-28 ta' Lulju 2015

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar l-istatus ta' mingħajr mard għat-territorju kollu tal-Kroazja fir-rigward tal-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 49(1) u (3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE (2) tistipula lista ta' Stati Membri, ta' żoni u ta' kompartimenti soġġetti għal programmi approvati ta' sorveljanza fir-rigward ta' marda waħda jew iktar mill-mardiet mhux eżotiċi mniżżla fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE. Id-Deċiżjoni 2009/177/KE tistipula wkoll lista ta' Stati Membri, ta' żoni u ta' kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard fir-rigward ta' marda waħda jew iktar minn dawk il-mardiet.

(2)

Il-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE tistipula l-lista ta' Stati Membri, ta' żoni u ta' kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard fir-rigward ta' marda waħda jew iktar minn dawk il-mardiet mhux eżotiċi.

(3)

Il-Kroazja ressqet dikjarazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiġi rikonoxxut li t-territorju kollu tal-Kroazja huwa ħieles mill-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV). It-tagħrif li ġie pprovdut juri li f'konformità mal-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti I tal-Anness V ta' dik id-Direttiva għal dik id-dikjarazzjoni.

(4)

Barra minn hekk, intbagħat tagħrif addizzjonali lill-Kummissjoni li juri li l-Kroazja stabbilixxiet żoni xierqa ta' lqugħ li jinkludu partijiet tal-imgħaqad tal-ilma tax-xmajjar Danubju u Sava għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni passiva minn Stati Membri ġirien jew minn pajjiżi terzi ġirien li mhumiex meqjusa ħielsa mill-KHV. Minħabba l-qagħda epidemjoloġika tal-pajjiżi ġirien fir-rigward tal-KHV, dawn l-imgħaqad tal-ilma għandhom jitqiesu bħala żoni ta' riskju għoli u għandhom jiġu segwiti b'sorveljanza skont ir-rekwiżiti adottati f'konformità mal-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2006/88/KE.

(5)

It-tagħrif li ġie pprovdut mill-Kroazja juri li d-dikjarazzjoni li tressqet tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE u fid-Deċiżjoni 2009/177/KE biex Stat Membru jiġi ddikjarat ħieles mill-mard. B'konsegwenza ta' dan, it-territorju kollu tal-Kroazja għandu jiġi ddikjarat ħieles mill-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV).

(6)

Għalhekk, il-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE hija emendata f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE tal-31 ta' Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta' sorveljanza u qerda u status ta' ħelsien minn mard ta' Stati Membri, żoni u kompartimenti (ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15).


ANNESS

Il-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE, il-linja dwar il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV) hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

Il-Kroazja

HR

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq”


Top