EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1218(01)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2015 — Ħatra ta’ Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT

ĠU C 425, 18.12.2015, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2019

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2015

Ħatra ta’ Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT

(2015/C 425/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni C(2015) 3261 finali tad-19 ta’ Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (1) (minn issa ‘l quddiem “id-Deċiżjoni”) li tistabbilixxi l-pjattaforma REFIT (minn issa ‘l quddiem “il-Pjattaforma”) tipprovdi għal Pjattaforma li jkollha mandat biex (i) tistieden u tiġbor suġġerimenti mis-sorsi kollha disponibbli għat-tnaqqis tal-piż regolatorju u amministrattiv, li jinħoloq mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri; (ii) tevalwa l-mertu tas-suġġerimenti miġbura f’termini tal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-piż regolatorju u amministrattiv mingħajr ma tiġi pperikolata l-kisba tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni u, fejn xieraq, tipprovdi rimarki supplimentari dwar is-suġġerimenti; (iii) tibgħat għall-kummenti dawk is-suġġerimenti li jitqiesu li jimmeritaw l-aktar attenzjoni, kif ukoll kull rimarka supplimentari, lis-servizzi tal-Kummissjoni konċernati jew, skont il-każ, lill-Istat Membru konċernat; u (iv) tirrispondi lil kull persuna li tagħmel suġġeriment u tagħmel pubbliċi suġġerimenti li tirċievi, il-kummenti supplimentari u l-kummenti li jaslu għand is-servizzi tal-Kummissjoni jew mill-Istat Membru kkonċernat.

(2)

Id-Deċiżjoni tipprovdi li l-Pjattaforma tkun tinkludi Grupp tal-Gvern u Grupp ta’ Partijiet Interessati u li l-membri tal-“Grupp ta’ Partijiet Interessati” għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 20 espert, tnejn minnhom li jirrappreżentaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-bqija minn negozji, inkluż mill-SMEs, u mis-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-esperti fil-grupp tal-partijiet interessati għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati.

(3)

Din id-Deċiżjoni tistipula li l-Kummissjoni, fuq proposta tal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, għandha taħtar il-membri tal-grupp tal-partijiet interessati magħżula minn applikanti li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-ħatriet għandhom jiżguraw, sa fejn possibbli, rappreżentazzjoni bilanċjata tad-diversi setturi, interessi u reġjuni tal-Unjoni u tas-sess. Il-membri għandhom jinħatru sal-31 ta’ Ottubru 2019.

(4)

L-applikazzjonijiet kollha li jaslu fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq ġew eżaminati bir-reqqa.

(5)

Jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi President għandu jkollu s-setgħa li jinnomina sostitut abbażi tal-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni għall-ħolqien tal-Pjattaforma sabiex jiġi evitat dewmien fis-sostituzzjoni ta’ kwalunkwe Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati, jew żbilanċ tal-membri tiegħu,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT huma elenkati f’ordni alfabetiku fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi-President jista’ jinnomina sostitut minn lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex isir Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2019.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  C(2015) 3261 finali.


ANNESS

Membri maħtura

Il-Membri tal-“Grupp tal-Partijiet Interessati” tal-Pjattaforma REFIT, elenkati f’ordni alfabetiku b’indikazzjoni ta’ jekk dawn ġewx maħtura fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati.

Isem

Nazzjonalità

Jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati f’qasam ta’ politika partikolari

Impjegatur attwali

Is-Sur Alanko Risto

FI

IVA

Il-Federazzjoni tal-Industriji tat-Teknoloġija Finlandiżi

Is-Sur Baussand Pierre

FR

IVA

Il-Pjattaforma Soċjali AISBL

Is-Sa Beekmans-Pols Fenna

NL

LE

Europa Decentraal

Is-Sur Christensen Geert Laaier

DK

IVA

Dansk Erhverv — Il-Kamra tal-Kummerċ Daniża

Is-Sur Clarke Mike

UK

IVA

Royal Society of Bird Protection (RSPB)

Is-Sa Hanula-Bobbitt Katarzyna

PL

IVA

Finance Watch

Is-Sur Hedström Jens

SE

IVA

BusinessEurope

Is-Sa Kavrakova Assya

BG

IVA

Is-Servizz ta’ Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej (ECAS)

Is-Sur Krivošík Juraj

SK

LE

SEVEn, the “Energy Efficiency Center”

Is-Sur Lasiauskas Linas

LT

LE

L-Assoċjazzjoni Litwana tal-Industrija tat-Tessuti u tal-Ħwejjeġ

Is-Sur Loosen Peter

DE

IVA

Bund für Lebensmittelrecht und Lebensmittelkunde e.V. (federazzjoni nazzjonali)

Is-Sur Naslin Jean

FR

IVA

Kumitat Ewropew tal-Industrija Bankarja (EBIC)

Is-Sa Pachl Ursula

AT

IVA

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC)

Is-Sa Roenne Moeller Heidi

DK

IVA

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC)

Is-Sa Ronzitti Valeria

IT

IVA

Ċentru Ewropew tal-Impjegaturi u l-Intrapriżi li jipprovdu servizzi pubbliċi (CEEP)

Is-Sa Santiago Cid María Elena

ES

IVA

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u (l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) CENELEC

Is-Sa Stoczkiewicz Magdalena

PL

IVA

Friends of the Earth Europe

Is-Sur van Straalen Michaël Angelo

NL

IVA

Koninklijke Vereniging MKB

Lista ta’ riżerva

Jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi-President jista’ jinnomina sostitut mil-lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex wieħed isir Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.


Top