Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1199

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1199 tas-17 ta' Lulju 2015 li tirrikonoxxi lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman u Kotthoff) Davis et al. (notifikata bid-dokument C(2015) 4838)

    ĠU L 194, 22.7.2015, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2021; Imħassar b' 32021R2069

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1199/oj

    22.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/42


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1199

    tas-17 ta' Lulju 2015

    li tirrikonoxxi lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman u Kotthoff) Davis et al.

    (notifikata bid-dokument C(2015) 4838)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment il-punt (12), tal-Parti A tal-Anness III tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-punt 12 tal-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE jistipula projbizzjoni ġenerali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' tuberi tal-ispeċi Solanum L. u l-ibridi tagħhom, għajr dawk speċifikati fil-punti 10 u 11 ta' dik il-Parti A, inklużi tuberi tas-Solanum tuberosum L., li joriġinaw f'pajjiżi terzi. Dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika f'pajjiżi terzi Ewropej rikonoxxuti li huma ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman and Kotthoff) Davis et al. (“l-organiżmu”).

    (2)

    Mill-informazzjoni relatata mal-kampanji ta' stħarriġ fl-2011, l-2012 u l-2013 u mir-rapport marbut mal-kampanja ta' stħarriġ fl-2014 imressqin mill-Bożnija-Ħerzegovina u mill-informazzjoni miġbura waqt verifika mwettqa f'dak il-pajjiż mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f'Marzu u April 2014, jidher li l-organiżmu mhuwiex preżenti fil-Bożnija-Ħerzegovina u li dan il-pajjiż ħa azzjoni ta' segwitu sodisfaċenti b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tal-verifika tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju.

    (3)

    Għalhekk huwa xieraq li l-Bożnija-Ħerzegovina tiġi rrikonoxxuta bħala ħielsa mill-organiżmu.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal kull sejba sussegwenti li tista' turi li l-organiżmu huwa preżenti fil-Bożnija-Ħerzegovina.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Rikonoxximent

    Il-Bożnija-Ħerzegovina hija rrikonoxxuta bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman and Kotthoff) Davis et al. (“l-organiżmu”).

    Artikolu 2

    Talba għall-informazzjoni

    Il-Kummissjoni se titlob lill-Bożnija-Ħerzegovina biex kull sena tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa biex tivverifika li l-Bożnija-Ħerzegovina tkun għadha ħielsa mill-organiżmu.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


    Top