Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1198

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1198 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra fir-rigward tat-tibdil tal-Appendiċi għall-Ftehim dwar id-definizzjoni ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

    ĠU L 194, 22.7.2015, p. 1–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1198/oj

    22.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1198

    tat-13 ta' Lulju 2015

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra fir-rigward tat-tibdil tal-Appendiċi għall-Ftehim dwar id-definizzjoni ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Appendiċi għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra (1) (“il-Ftehim”) tirrigwarda d-definizzjoni ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva (“l-Appendiċi”).

    (2)

    Il-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti.

    (3)

    Sabiex ikun hemm aktar ċertezza legali għall-kummerċjanti u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi miż-żewġ partijiet, l-Appendiċi trid tiġi emendata biex jitqiesu t-tibdiliet fir-regoli ta' oriġini fir-reġjun pan-Ewro-Mediterranju miġjuba mill-Konvenzjoni.

    (4)

    Għaldaqstant, il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim irid jadotta deċiżjoni dwar is-sostituzzjoni tal-Appendiċi, b'Appendiċi ġdida allinjata fejn meħtieġ għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni.

    (5)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt, għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra dwar is-sostituzzjoni tal-Appendiċi għal dak il-Ftehim, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva b'Appendiċi ġdida allinjata fejn meħtieġ mal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal- oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Tibdiliet minuri fl-abbozz tad-deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. ETGEN


    (1)  ĠU L 374, 31.12.1990, p. 14. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 11 Vol. 017, p. 203).

    (2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ANDORRA Nru

    ta' …

    li tissostitwixxi l-Appendiċi għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 11 tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Appendiċi dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva (“l-Appendiċi”).

    (2)

    L-Artikolu 17(8) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi.

    (3)

    Sabiex ikun hemm aktar ċertezza legali għall-kummerċjanti u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi miż-żewġ partijiet, l-Appendiċi attwali għandha tiġi emendata biex jitqiesu t-tibdiliet fir-regoli ta' oriġini fir-reġjun pan-Ewro-Mediterranju miġjuba mill-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”).

    (4)

    Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jissostitwixxi l-Appendiċi kollha b'verżjoni ġdida li jkun fiha d-dispożizzjonijiet kollha inkwistjoni f'test wieħed biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-utenti u tal-awtoritajiet doganali,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Appendiċi għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, qed tiġi sostitwita bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika minn ….

    Magħmul fi …, …

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President


    (1)  ĠU L 374, 31.12.1990, p. 16.

    (2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

    ANNESS

    Appendiċi dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

    WERREJ

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    TITOLU II

    DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA'“PRODOTTI ORIĠINARJI”

    Artikolu 2

    Rekwiżiti ġenerali

    Artikolu 3

    Akkumulazzjoni bilaterali tal-oriġini

    Artikolu 4

    Prodotti miksuba kompletament

    Artikolu 5

    Prodotti maħduma jew ipproċessati b'mod suffiċjenti

    Artikolu 6

    Operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar insuffiċjenti

    Artikolu 7

    Unità ta' kwalifika

    Artikolu 8

    Settijiet

    Artikolu 9

    Elementi newtrali

    TITOLU III

    REKWIŻITI TERRITORJALI

    Artikolu 10

    Prinċipju ta' territorjalità

    Artikolu 11

    Trasport dirett

    Artikolu 12

    Wirjiet

    TITOLU IV

    RIFUŻJONI JEW EŻENZJONI

    Artikolu 13

    Projbizzjoni ta' rifużjoni jew eżenzjoni ta' dazji doganali

    TITOLU V

    PROVA TAL-ORIĠINI

    Artikolu 14

    Kundizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 15

    Proċedura għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1

    Artikolu 16

    Ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġin a posteriori

    Artikolu 17

    Ħruġ ta' kopja ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1

    Artikolu 18

    Ħruġ ta' ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 fuq il-bażi tal-prova tal-oriġini maħruġa jew li saret qabel

    Artikolu 19

    Segregazzjoni tal-kontabbiltà

    Artikolu 20

    Kundizzjonijiet biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini

    Artikolu 21

    Esportatur approvat

    Artikolu 22

    Validità tal-prova tal-oriġini

    Artikolu 23

    Preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini

    Artikolu 24

    Eżenzjonijiet mill-prova tal-oriġini

    Artikolu 25

    Dokumenti ta' sostenn

    Artikolu 26

    Preservazzjoni tal-provi tal-oriġini u tad-dokumenti ta' sostenn

    Artikolu 27

    Diskrepanzi u żbalji formali

    Artikolu 28

    Ammonti espressi f'euro

    TITOLU VI

    ARRANĠAMENTI GĦAL KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 29

    Kooperazzjoni amministrattiva

    Artikolu 30

    Kontroll tal-prova tal-oriġini

    Artikolu 31

    Soluzzjoni ta' tilwim

    Artikolu 32

    Penali

    Artikolu 33

    Żoni ħielsa

    TITOLU VII

    CEUTA U MELILLA

    Artikolu 34

    Applikazzjoni tal-Appendiċi

    Artikolu 35

    Kundizzjonijiet speċjali

    TITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 36

    Emendi tal-Appendiċi

    Lista ta' Annessi

    Anness I:

    Noti introduttivi għal-lista fl-Anness II

    Anness II:

    Lista ta' operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li jridu jsiru fuq il-materjali mhux oriġinarji sabiex il-prodott manifatturat jikseb l-istatus ta' oriġini

    Anness III:

    Mudelli ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 u applikazzjoni għal ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1

    Anness IV:

    Test tad-dikjarazzjoni tal-oriġini

    Dikjarazzjonijiet konġunti

    Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Repubblika ta' San Marino

    Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-reviżjoni tar-regoli tal-oriġini fl-Appendiċi dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' din l-Appendiċi:

    (a)

    “manifattura” tfisser kwalunkwe tip ta' ħidma jew ipproċessar inkluż l-assemblaġġ jew l-operazzjonijet speċifiċi;

    (b)

    “materjal” tfisser kwalunkwe ingredjent, materja prima, komponent jew parti, eċċ., użat fil-manifattura ta' prodott;

    (c)

    “prodott” tfisser prodott li jkun qed jiġi mmanifatturat, anke jekk ikun maħsub għal użu aktar 'il quddiem f'xi operazzjoni ta' manifattura oħra;

    (d)

    “merkanzija” tfisser kemm il-materjal kif ukoll il-prodotti;

    (e)

    “valur doganali” tfisser il-valur kif iddeterminat skont il-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994;

    (f)

    “prezz mill-fabbrika” tfisser il-prezz imħallas għall-prodott mill-fabbrika lill-manifattur fil-Parti li l-aħħar operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar saru fl-intrapriża tiegħu, sakemm il-prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha użati, bit-tnaqqis ta' kull taxxa interna li tiġi, jew li tista' tiġi, imħallsa lura meta l-prodott miksub jiġi esportat;

    (g)

    “valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali meta jiġu importati l-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhuwiex magħruf u ma jistax jiġi vverifikat, l-ewwel prezz verifikabbli mħallas għall-materjali fil-Parti tal-esportazzjoni;

    (h)

    “valur ta' materjali oriġinarji” tfisser il-valur ta' dawn il-materjali kif definit fis-subparagrafu (g) applikat mutatis mutandis;

    (i)

    “valur miżjud” tfisser il-prezz mill-fabbrika bl-esklużjoni tal-valur doganali ta' kull materjal inkorporat li joriġina fil-Parti l-oħra li miegħu tiġi applikata l-akkumulazzjoni jew, meta l-valur doganali mhuwiex magħruf jew ma jistax jiġi vverifikat, l-ewwel prezz verifikabbli mħallas għall-materjali fil-Parti tal-esportazzjoni;

    (j)

    “kapitoli” u “intestaturi” tfisser il-kapitoli u l-intestaturi b'erba' ċifri użati fin-nomenklatura li tifforma s-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, imsemmija f'dan l-Appendiċi bħala “is-Sistema Armonizzata” jew “SA”;

    (k)

    “klassifikat” tfisser il-klassifikazzjoni ta' prodott jew materjal taħt xi intestatura partikolari;

    (l)

    “kunsinna” tfisser il-prodotti li jkunu ntbagħtu simultanjament mingħand esportatur wieħed lil destinatarju wieħed jew li jkunu koperti b'dokument wieħed tat-trasport li jkopri l-ispedizzjoni tagħhom mingħand l-esportatur sad-destinatarju jew, fin-nuqqas ta' dokument bħal dan, b'fattura waħda;

    (m)

    “territorji” tinkludi l-ilmijiet territorjali;

    (n)

    “Parti” tfisser, Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha tal-UE, l-Unjoni Ewropea jew Andorra;

    (o)

    “awtoritajiet doganali”, tfisser, għall-Unjoni Ewropea, kwalunkwe awtorità doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    TITOLU II

    DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' “PRODOTTI ORIĠINARJI”

    Artikolu 2

    Kundizzjonijiet ġenerali

    Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(1) tal-Ftehim, il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala li joriġinaw f'Parti:

    (a)

    prodotti miksuba kompletament f'Parti skont it-tifsira tal-Artikolu 4;

    (b)

    prodotti miksuba f'Parti li jinkorporaw materjali li ma ġewx miksuba għalkollox minnha, sakemm dawn il-materjali jkunu ġew maħduma jew ipproċessati biżżejjed fil-Parti kkonċernata skont it-tifsira tal-Artikolu 5.

    Artikolu 3

    Akkumulazzjoni bilaterali tal-oriġini

    Minkejja dak li hemm fl-Artikolu 2, il-materjali li joriġinaw f'waħda mill-Partijiet jitqiesu li huma materjali li joriġinaw fil-Parti l-oħra meta jkunu inkorporati f'prodott li jinkiseb hemmhekk. Mhux meħtieġ li materjali ta' dan it-tip ikunu għaddew minn operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar suffiċjenti, sakemm ikunu għaddew minn operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li jmorru lil hinn minn dak imsemmi fl-Artikolu 6.

    Artikolu 4

    Prodotti miksuba kompletament

    1.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miksuba kompletament f'Parti:

    (a)

    prodotti minerali estratti mill-ħamrija tagħha jew minn qiegħ il-baħar tagħha;

    (b)

    prodotti tal-ħxejjex maħsuda hemmhekk;

    (c)

    annimali ħajjin imwielda u mrobbija hemmhekk;

    (d)

    prodotti minn annimali ħajjin imrobbija hemmhekk;

    (e)

    prodotti miksubin permezz ta' kaċċa jew sajd li jsir hemmhekk;

    (f)

    prodotti tas-sajd mill-baħar u prodotti oħra meħuda mill-baħar lil hinn mill-ibħra territorjali tal-Parti tal-esportazzjoni mill-bastimenti tagħha;

    (g)

    prodotti magħmula fuq il-bastimenti fabbrika tagħha esklussivament mill-prodotti msemmija fil-punt (f);

    (h)

    oġġetti użati li huma tajbin biss għall-irkupru ta' materja prima;

    (i)

    fdalijiet u skart li jirriżultaw mill-proċessi ta' manifattura li jsiru hemmhekk;

    (j)

    prodotti estratti mill-ħamrija jew mis-saff ta' taħt il-ħamrija marittima lil hinn mill-ilmijiet territorjali tagħha, sakemm ikollha d-drittijiet esklussivi li taħdem dik il-ħamrija jew is-saff ta' taħt dik il-ħamrija;

    (k)

    merkanzija fabbrikata esklussivament hemmhekk mill-prodotti speċifikati fil-punti (a) sa (j).

    2.   It-termini “il-bastimenti tagħha” u “il-bastimenti fabbrika tagħha” fil-paragrafu 1(f) u (g) għandhom japplikaw biss għall-bastimenti u għall-bastimenti fabbrika:

    (a)

    li huma rreġistrati jew elenkati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew f'Andorra;

    (b)

    li jbaħħru bil-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Andorra;

    (c)

    li huma proprjetà ta' mill-anqas 50 % ta' ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Andorra, jew ta' kumpanija li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha f'wieħed minn dawk l-Istati, li l-maniġer jew il-maniġers tagħha, il-President tal-Bord tad-Diretturi jew tal-Bord Superviżorju tagħha u l-maġġoranza tal-membri ta' dawn il-bordijiet ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Andorra, u barra minn dan, fil-każ ta' soċjetajiet kummerċjali jew kumpaniji b'responsabbiltà limitata, mill-anqas nofs il-kapital tagħhom ikun proprjetà ta' dak l-Istat Membru jew ta' Andorra jew ta' korpi pubbliċi jew ta' ċittadini tal-Partijiet imsemmija;

    (d)

    il-kaptan u l-uffiċjali tagħhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Andorra;

    u

    (e)

    mill-anqas 75 % tal-ekwipaġġ ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Andorra.

    Artikolu 5

    Prodotti maħduma jew ipproċessati b'mod suffiċjenti

    1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 2, il-prodotti li ma jkunux miksuba kompletament għandhom jitqiesu maħduma jew ipproċessati biżżejjed meta jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-lista tal-Anness II ta' din l-Appendiċi.

    Dawn il-kundizzjonijiet jindikaw l-operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li jridu jitwettqu fuq il-materjali mhux oriġinarji li jintużaw fil-manifattura u japplikaw biss fir-rigward ta' dawn il-materjali. Għaldaqstant, huwa xieraq li jekk prodott li jkun kiseb status ta' oriġini billi jkun issodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-lista jintuża fil-manifattura ta' prodott ieħor, il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-prodott li fih jiġi inkorporat ma japplikawx għalih, u ma għandux jitqies il-materjal mhux oriġinarju li seta' ntuża fil-manifattura tiegħu.

    2.   Minkejja dak li hemm fil-paragrafu 1, il-materjali li skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-lista tal-Anness II ta' din l-Appendiċi mhumiex oriġinarji u ma għandhomx jintużaw fil-manifattura ta' prodott, jistgħu xorta waħda jintużaw sakemm:

    (a)

    il-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-10 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott; u

    (b)

    ma jinqabeż l-ebda perċentwal minn dawk mogħtija fil-lista għall-valur massimu ta' materjali li mhumiex oriġinarji permezz tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6.

    Artikolu 6

    Operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar insuffiċjenti

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, dawn l-operazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala operazzjonijiet mhux ta' xogħol jew ipproċessar biżżejjed biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji, irrispettivament minn jekk jiġux issodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 5:

    (a)

    l-operazzjonijiet ta' preservazzjoni biex jiżguraw li l-prodotti jibqgħu f'kundizzjoni tajba matul it-trasport u l-ħażna tagħhom;

    (b)

    it-tqassim u l-assemblaġġ ta' pakketti;

    (c)

    il-ħasil, it-tindif; it-tneħħija ta' trab, ossidu, żejt, żebgħa jew kisi ieħor;

    (d)

    il-mogħdija jew il-pressa tat-tessuti;

    (e)

    l-operazzjonijiet sempliċi ta' żebgħa u lostru;

    (f)

    il-ħruġ mill-fosdqa, l-ibbliċjar parzjali jew totali, l-illustrar u l-igglejżjar ta' ċereali u ross;

    (g)

    l-operazzjonijiet biex jingħata l-kulur liz-zokkor jew biex jiġu ffurmati ċangaturi taz-zokkor;

    (h)

    it-tqaxxir, it-tneħħija tal-għadma jew il-fsiq ta' frott, ġewż u ħaxix;

    (i)

    it-tifrik, it-tdħin sempliċi jew il-qtugħ sempliċi;

    (j)

    l-għarbil, l-iskrinjar, l-issortjar, il-klassifikazzjoni, il-gradazzjoni, it-tqabbil; (inkluż l-immuntar f'settijiet ta' artikoli);

    (k)

    it-tqegħid sempliċi fi fliexken, laned, fjasketti, boroż, kontenituri, kaxxi, it-twaħħil fuq kartelli jew kartun u l-operazzjonijiet sempliċi l-oħra kollha ta' ppakkjar;

    (l)

    it-twaħħil jew l-istampar ta' marki, tikketti, logos u sinjali oħra simili ta' distinzjoni fuq il-prodotti jew l-imballaġġ tagħhom;

    (m)

    it-taħlit sempliċi tal-prodotti, kemm jekk ta' tipi differenti u kemm jekk le;

    (n)

    it-taħlit ta' zokkor ma' kwalunkwe materjal;

    (o)

    l-assemblaġġ sempliċi ta' partijiet ta' oġġetti sabiex jikkostitwixxu oġġett sħiħ jew iż-żarmar ta' prodotti f'partijiet;

    (p)

    it-tagħqid ta' żewġ operazzjonijiet jew aktar speċifikati fil-punti (a) sa (o);

    (q)

    it-tbiċċir ta' annimali.

    2.   L-operazzjonijiet kollha li jitwettqu f'Parti fuq prodott speċifiku għandhom jitqiesu flimkien meta jiġi ddeterminat jekk l-operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li saru fuq il-prodott għandhomx jitqiesu bħala insuffiċjenti skont it-tifsira tal-paragrafu 1.

    Artikolu 7

    Unità ta' kwalifika

    1.   L-unità ta' kwalifika għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din l-Appendiċi għandha tkun il-prodott partikolari li huwa kkunsidrat bħala l-unità bażika fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni bl-użu tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata.

    Dan ifisser li:

    (a)

    meta prodott, li jkun magħmul minn grupp jew ġabra ta' oġġetti, jiġi kklassifikat taħt it-termini tas-Sistema Armonizzata f'intestatura waħda, l-entità sħiħa tikkostitwixxi l-unità ta' kwalifika;

    (b)

    meta kunsinna tkun magħmula minn għadd ta' prodotti identiċi kklassifikati taħt l-istess intestatura tas-Sistema Armonizzata, kull prodott jitqies b'mod individwali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din l-Appendiċi.

    2.   Meta, skont ir-Regola Ġenerali 5 tas-Sistema Armonizzata, l-ippakkjar ikun inkluż mal-prodott għall-finijiet ta' klassifikazzjoni, għandu jkun inkluż għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-oriġini.

    Artikolu 8

    Settijiiet

    Settijiet, kif imfissra fir-Regola Ġenerali 3 tas-Sistema Armonizzata, jitqiesu bħala oriġinarji, bil-kundizzjoni li l-komponenti kollha li jkunu jiffurmawhom ikunu oriġinarji. Madankollu, meta sett ikun magħmul minn prodotti oriġinarji u oħrajn mhux oriġinarji, is-sett sħiħ għandu jitqies bħala oriġinarju, sakemm il-valur tal-prodotti mhux oriġinarji ma jaqbiżx il-15 % tal-prezz mill-fabbrika tas-sett.

    Artikolu 9

    Elementi newtrali

    Sabiex ikun iddeterminat jekk prodott ikunx oriġinarju, ma għandux ikun meħtieġ li tiġi ddeterminata l-oriġini ta' dawn li ġejjin, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tiegħu:

    (a)

    l-enerġija u l-fjuwils;

    (b)

    l-installazzjonijiet u t-tagħmir;

    (c)

    il-makkinarji u l-għodod;

    (d)

    l-oġġetti li ma jidħlux u li mhumiex maħsubin li jidħlu fil-kompożizzjoni finali tal-prodott.

    TITOLU III

    REKWIŻITI TERRITORJALI

    Artikolu 10

    Prinċipju ta' territorjalità

    1.   Ħlief kif previst fl-Artikolu 3 u fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet għall-kisba ta' status ta' oriġini stipulati fit-Titolu II iridu jiġu sodisfatti f'Parti mingħajr l-ebda interruzzjoni.

    2.   Ħlief kif previst fl-Artikoli 3, meta merkanzija oriġinarja esportata minn Parti lejn pajjiżi ieħor tirritorna, għandha titqies bħala mhux oriġinarja, sakemm ma jkunx jista' jintwera, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li:

    (a)

    il-merkanzija rritornata hija l-istess merkanzija li ġiet esportata; u

    (b)

    il-merkanzija rritornata ma saritilha l-ebda operazzjoni aktar minn dak meħtieġ sabiex tkun ppreservata waqt li tkun f'dak il-pajjiż jew waqt l-esportazzjoni.

    3.   Il-kisba tal-istatus tal-oriġini skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-Titolu II ma għandhiex tiġi affettwata minn operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li jsiru lil hinn minn Parti fuq materjali esportati mill-Parti u sussegwentement, importati hemm mill-ġdid, sakemm:

    (a)

    il-materjali esportati jkunu miksuba għalkollox fil-Parti jew ikunu ġarbu operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 qabel ma ġew esportati; u

    (b)

    jista' jintwera b'mod li jissodisfa lill-awtoritajiet doganali li:

    (i)

    l-oġġetti li ġew importati mill-ġdid inkisbu billi nħadmu jew ġew ipproċessati l-materjali esportati; u

    (ii)

    il-valur miżjud totali akkwistat lil hinn mill-Parti bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott finali li għalih ikun intalab l-istatus tal-oriġini.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-kundizzjonijiet għall-akkwist tal-istatus tal-oriġini stipulati fit-Titolu II ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li jkun sar lil hinn mill-Parti. Iżda, meta fil-lista fl-Anness II ta' din l-Appendiċi tiġi applikata regola li tistabbilixxi valur massimu għall-materjali kollha mhux oriġinarji inkorporati fid-determinazzjoni tal-istatus ta' oriġini tal-prodott finali, il-valur totali tal-materjali mhux oriġinarji inkorporati fit-territorju tal-parti konċernata, meħuda flimkien mal-valur miżjud totali miksub lil hinn mill-Parti bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, ma għandux ikun aktar mill-perċentwal imsemmi.

    5.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, “valur miżjud totali” għandha tfisser l-ispejjeż kollha li jinqalgħu lil hinn mill-Parti, inkluż il-valur tal-materjali inkorporati hemm.

    6.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 m'għandhomx japplikaw għal prodotti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness II ta' din l-Appendiċi jew li jistgħu jitqiesu bħala maħduma jew ipproċessati biżżejjed f'każ biss li tiġi applikata t-tolleranza ġenerali stabbilita fl-Artikolu 5(2).

    7.   Kwalunkwe xogħol jew ipproċessar tat-tip kopert mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u magħmul barra minn Parti għandu jsir taħt l-arranġamenti li jaqgħu taħt l-ipproċessar passiv jew arranġamenti simili.

    Artikolu 11

    Trasport dirett

    1.   It-trattament preferenzjali previst taħt il-Ftehim japplika biss għall-prodotti, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din l-Appendiċi u li jiġu trasportati direttament bejn il-Partijiet. Madankollu, il-prodotti li jiffurmaw kunsinna waħda jistgħu jiġu ttrasportati minn ġewwa territorji oħra, f'każ li jkun meħtieġ, bi trasbord jew ħażna temporanja f'dawn it-territorji, kemm-il darba jibqgħu taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet doganali fil-pajjiż ta' tranżitu jew ħażna u ma jġarbux operazzjonijiet oħra għajr ħatt, tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzjoni maħsuba biex tippreżervahom f'kundizzjoni tajba.

    2.   Evidenza li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ikunu ġew sodisfatti għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali tal-Parti tal-importazzjoni bil-preżentazzjoni ta':

    (a)

    dokument uniku tat-trasport li jkopri l-passaġġ mill-pajjiż tal-esportazzjoni u l-pajjiż ta' tranżitu; jew

    (b)

    ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' tranżitu li jkun jinkludi:

    (i)

    deskrizzjoni eżatta tal-prodotti;

    (ii)

    id-data tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid tal-prodotti u, meta applikabbli, l-ismijiet tal-bastimenti jew ta' mezzi oħra ta' trasport użati;

    u

    (iii)

    ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom il-prodotti nżammu fil-pajjiż ta' tranżitu; jew

    (c)

    fin-nuqqas ta' dawk, kwalunkwe dokument ieħor ta' sostenn.

    Artikolu 12

    Wirjiet

    1.   Prodotti oriġinarji mibgħuta għall-wiri f'pajjiż li mhuwiex wieħed mill-Partijiet u mibjugħa wara l-wirja għall-importazzjoni f'Parti, meta jiġu importati għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim sakemm jiġi muri għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li:

    (a)

    esportatur ikun bagħat dawk il-prodotti minn waħda mill-Partijiet fil-pajjiż fejn issir il-wirja u jkun urihom hemm;

    (b)

    il-prodotti jkunu nbiegħu jew b'xi mod ieħor ikunu għaddew mingħand dak l-esportatur għal għand persuna oħra f'waħda mill-Partijiet;

    (c)

    il-prodotti jkunu ġew ikkunsinnati matul il-wirja jew eżatt wara fl-istat li fih dawn ikunu ntbagħtu għall-wirja, u

    (d)

    il-prodotti ma jkunux, miż-żmien li jkunu ġew ikkunsinnati għall-wirja, intużaw għal skopijiet oħra ħlief biex jiġu murija fil-wirja.

    2.   Għandha tinħareġ jew issir prova tal-oriġini skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V u tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Parti li tkun qed timporta bil-mod normali. L-isem u l-indirizz tal-wirja għandhom ikunu indikati fuqha. Fejn ikun meħtieġ, tista' tintalab evidenza dokumentarja addizzjonali tal-kundizzjonijiet li fihom ġew murija l-prodotti.

    3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe wirja kummerċjali, industrijali, agrikola jew artiġġjanali, fiera jew eżibizzjoni jew wirja pubblika simili li ma tkunx organizzata għal skopijiet privati fi ħwienet jew postijiet ta' negozju bil-għan li jinbiegħu prodotti barranin, u li matulha l-prodotti jibqgħu taħt kontroll doganali.

    TITOLU IV

    RIFUŻJONI JEW EŻENZJONI

    Artikolu 13

    Projbizzjoni ta' rifużjoni jew eżenzjoni ta' dazji doganali

    1.   Il-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta' prodotti li joriġinaw f'Parti li għalihom tinħareġ jew tingħata prova ta' oriġini skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, ma għandhomx ikunu eliġibbli fil-Partijiet għal rifużjoni jew eżenzjoni ta' dazji doganali ta' kwalunkwe tip.

    2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal kull arranġament għal rifużjoni, nuqqas jew ħelsien, parzjali jew sħiħ tal-ħlas tad-dazji jew imposti doganali b'effett ekwivalenti, applikabbli f'Parti għal materjal użat fil-manifattura, meta japplikaw ir-rifużjoni, in-nuqqas jew il-ħelsien ta' ħlas, espressament jew effettivament, meta l-prodotti miksuba mill-materjal imsemmi jiġu esportati u mhux meta jinżammu għall-użu nazzjonali hemmhekk.

    3.   L-esportatur ta' prodotti koperti bi prova ta' oriġini għandu jkun lest jippreżenta f'kull ħin, fuq talba mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti xierqa kollha li jagħtu prova li ma nkisbet l-ebda rifużjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' materjali li mhumiex oriġinarji użati fil-manifattura tal-prodotti kkonċernati u li d-dazji jew ħlasijiet doganali kollha li għandhom effett ekwivalenti applikabbli għal dawn it-tipi ta' materjali, kienu fil-fatt tħallsu.

    4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-ippakkjar skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2) u l-prodotti f'settijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 8 meta dawn l-oġġetti ma jkunux oriġinarji.

    5.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi minn 1 sa 4 għandhom japplikaw biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' materjali li jkunu tat-tip li għalihom tapplika din l-Appendiċi.

    TITOLU V

    PROVA TAL-ORIĠINI

    Artikolu 14

    Kundizzjonijiet ġenerali

    1.   Prodotti oriġinarji f'waħda mill-Partijiet għandhom, fil-mument tal-importazzjoni fil-Parti l-oħra, igawdu mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim malli titressaq waħda mill-provi tal-oriġini li ġejjin:

    (a)

    ċertifikat ta' moviment EUR.1, li mudell tiegħu jidher fl-Anness III ta' din l-Appendiċi;

    (b)

    fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 20(1), dikjarazzjoni (“id-dikjarazzjoni tal-oriġini”), mogħtija mill-esportatur fuq fattura, nota ta' kunsinna jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-prodotti konċernati f'dettall biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati. It-test tad-dikjarazzjoni tal-oriġini jidher fl-Anness IV ta' din l-Appendiċi.

    2.   Minkejja dak li hemm fil-paragrafu 1, prodotti oriġinarji skont it-tifsira ta' din l-Appendiċi għandhom, fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 24, jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi ppreżentat l-ebda dokument imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 15

    Proċedura għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1

    1.   Għandu jinħareġ ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 mill-awtoritajiet doganali tal-Parti tal-esportazzjoni wara li ssir applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà tal-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    2.   Għal dan il-għan, l-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jimlew kemm iċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 kif ukoll il-formola ta' applikazzjoni, li kampjuni tagħhom jidhru fl-Annessi III ta' din l-Appendiċi. Dawk il-formoli għandhom jimtlew f'waħda mil-lingwi li biha dan il-Ftehim ġie maħruġ u skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż ta' esportazzjoni. Jekk il-formoli jkunu mimlijin bl-idejn, għandhom jimtlew bil-linka b'karattri stampati. Id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tingħata fil-kaxxa riżervata għal dan l-iskop mingħajr ma jitħallew linji vojta. Fejn il-kaxxa ma tkunx mimlija kollha, titniżżel linja orizzontali taħt l-aħħar linja tad-deskrizzjoni, bl-ispazju vojt jiġi ingassat.

    3.   L-esportatur li japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandu jkun ippreparat jissottometti, f'kull ħin, fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali tal-Parti tal-esportazzjoni minn fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, id-dokumenti kollha xierqa li jagħtu prova tal-istatus ta' oriġini tal-prodotti konċernati kif ukoll it-twettiq tar-rekwiżiti l-oħra ta' dan il-Protokoll.

    4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Andorra jekk il-prodotti konċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew f'Andorra u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta' din l-Appendiċi.

    5.   L-awtoritajiet doganali li joħorġu ċ-ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jivverifikaw l-istatus ta' oriġini tal-prodotti u li r-rekwiżiti l-oħrajn ta' din l-Appendiċi ġew sodisfatti. Għal dan il-għan, huma għandu jkollhom id-dritt jitolbu kwalunkwe prova u li jwettqu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-esportatur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-formoli msemmija fil-paragrafu 2 jimtlew kif suppost. B'mod partikolari għandhom jivverifikaw jekk l-ispazju riservat għad-deskrizzjoni tal-prodotti jkunx imtela f'tali manjiera li teskludi kwalunkwe possibbiltà ta' żidiet frawdolenti.

    6.   Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandha tkun indikata fil-Kaxxa 11 taċ-ċertifikat.

    7.   L-awtoritajiet doganali għandhom joħorġu u jagħmlu għad-dispożizzjoni tal-esportatur ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 hekk kif l-esportazzjoni attwali tkun twettqet jew tkun ġiet żgurata.

    Artikolu 16

    Ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 maħruġin b'mod retrospettiv

    1.   Minkejja dak li hemm fl-Artikolu 15(7), ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 jista' jinħareġ b'mod eċċezzjonali wara l-esportazzjoni tal-prodotti li għalihom jirreferi jekk:

    (a)

    ma jkunx inħareġ fiż-żmien tal-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji jew ċirkostanzi speċjali; jew

    (b)

    jintwera għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet doganali li kien ġie maħruġ ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, iżda li ma kienx ġie aċċettat mal-importazzjoni minħabba raġunijiet tekniċi.

    2.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, fit-talba tiegħu l-esportatur għandu jindika l-post u d-data tal-esportazzjoni tal-prodotti li għalihom jirreferi ċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, u jagħti r-raġunijiet għat-talba tiegħu.

    3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 b'mod retrospettiv biss wara li jkunu vverifikaw li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tal-esportatur hija konformi mal-fajl korrispondenti.

    4.   Iċ-ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 maħruġa b'mod retrospettiv għandhom jiġu ċċertifikati bil-frażi li ġejja bl-Ingliż:

    “ISSUED RETROSPECTIVELY”

    5.   L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiddaħħal fil-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1.

    Artikolu 17

    Ħruġ ta' kopja ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1

    1.   F'każ ta' serq, telf jew qerda ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, l-esportatur jista' japplika mal-awtoritajiet doganali li jkunu ħarġuh għal kopja magħmula abbażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni fil-pussess tagħhom.

    2.   Il-kopja maħruġa b'dan il-mod għandha tiġi ċċertifikata bil-kelma li ġejja bl-Ingliż:

    “DUPLICATE”

    3.   L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddaħħal fil-Kaxxa 7 tad-duplikat taċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1.

    4.   Iċ-ċertifikat idduplikat, li għandu jkollu d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat oriġinali ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, għandu jibda japplika minn dik id-data.

    Artikolu 18

    Ħruġ ta' ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 fuq il-bażi ta' prova tal-oriġini maħruġa jew li saret qabel

    Meta prodotti oriġinarji jitpoġġew taħt il-kontroll ta' uffiċċju doganali f'waħda mill-Partijiet, għandu jkun possibbli li l-prova oriġinali tal-oriġini tiġi ssostitwita b'ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 wieħed jew aktar bil-għan li dawk il-prodotti kollha jew uħud minnhom jintbagħtu xi mkien ieħor fi ħdan waħda mill-Partijiet. Iċ-ċertifikat/ċertifikati sostitut/sostituti ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandu/għandhom jinħareġ/jinħarġu mill-uffiċċju doganali li taħt il-kontroll tiegħu jitqiegħdu l-prodotti.

    Artikolu 19

    Segregazzjoni tal-kontabbiltà

    1.   Fil-każijiet fejn jinqalgħu spejjeż konsiderevoli jew diffikultajiet materjali fiż-żamma ta' ħażniet ta' materjali oriġinarji u materjali mhux oriġinarji li huma identiċi u interskambjabbli, l-awtoritajiet doganali jistgħu, mat-talba bil-miktub ta' dawk ikkonċernati, jawtorizzaw li jintuża l-metodu hekk imsejjaħ “segregazzjoni tal-kontabilità” (“il-metodu”) għall-ġestjoni ta' dawn it-tipi ta' ħażniet.

    2.   Il-metodu għandu jkun kapaċi jiżgura li, għall-perjodu speċifiku ta' referenza, l-għadd ta' prodotti miksuba li jistgħu jitqiesu bħala “oriġinarji” ikun l-istess bħal dak li kien jinkiseb li kieku kien hemm segregazzjoni fiżika tal-ħażniet.

    3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu l-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni li titqies xierqa.

    4.   Dan il-metodu għandu jiġi applikat u l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi rreġistrata fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali tal-kontabbiltà applikabbli fil-pajjiż fejn ġie mmanifatturat il-prodott.

    5.   Il-benefiċjarju tal-metodu jista' jagħmel provi ta' oriġini jew japplika għalihom, skont kif ikun il-każ, għall-kwantità ta' prodotti li jistgħu jitqiesu oriġinarji. Fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali, il-benefiċjarju jipprovdi stqarrija ta' kif kienu ġestiti l-kwantitajiet.

    6.   L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw l-użu li sar mill-awtorizzazzjoni u jistgħu jirtirawha kull meta l-benefiċjarju jagħmel użu skorrett mill-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe mod possibbli jew jonqos milli jilħaq kwalunkwe kundizzjoni oħra stipulata f'din l-Appendiċi.

    Artikolu 20

    Kundizzjonijiet biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini

    1.   Tista' ssir dikjarazzjoni tal-oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(b):

    (a)

    minn esportatur approvat skont l-Artikolu 21; jew

    (b)

    minn kwalunkwe esportatur għal kwalunkwe kunsinna li tikkonsisti f'pakkett jew pakketti li jkun fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 6 000.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dikjarazzjoni tal-oriġini tista' ssir jekk il-prodotti konċernati jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew f'Andorra u jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra ta' din l-Appendiċi.

    3.   L-esportatur li jagħmel id-dikjarazzjoni tal-oriġini għandu jkun ppreparat li jissottometti f'kull ħin, fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-esportazzjoni, id-dokumenti xierqa li jagħtu prova tal-istatus ta' oriġini tal-prodotti kkonċernati kif ukoll it-twettiq tal-kundizzjonijiet l-oħra ta' din l-Appendiċi.

    4.   Dikjarazzjoni tal-oriġini għandha ssir mill-esportatur billi jittajpja, jistampa jew jittimbra fuq il-fattura, in-nota tal-kunsinna jew xi dokument kummerċjali ieħor, id-dikjarazzjoni, li t-test tagħha jidher fl-Annes IV ta' din l-Appendiċi, billi jintużaw il-verżjonijiet lingwistiċi elenkati f'dak l-Anness u skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż tal-esportazzjoni. Jekk id-dikjarazzjoni tkun miktuba bl-idejn, din għandha tkun miktuba bil-linka f'karattri stampati.

    5.   Id-dikjarazzjonijiet ta' oriġini għandu jkollhom il-firma oriġinali tal-esportatur bl-idejn. Madankollu, esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ma għandux jiġi meħtieġ jiffirma dikjarazzjonijiet bħal dawn sakemm jagħti lill-awtoritajiet doganali tal-Parti tal-esportazzjoni impenn bil-miktub li jaċċetta responsabbiltà sħiħa għal kull dikjarazzjoni tal-oriġini li tidentifikah bħallikieku tali dikjarazzjoni kienet ġiet iffirmata bil-kitba bl-idejn minnu stess.

    6.   Tista' tinħareġ dikjarazzjoni tal-oriġini mill-esportatur meta l-prodotti li tkopri jiġu esportati jew wara l-esportazzjoni sakemm tiġi ppreżentata fil-pajjiż tal-importazzjoni mhux aktar tard minn sentejn wara l-importazzjoni tal-prodotti li hija tkopri.

    Artikolu 21

    Esportatur approvat

    1.   L-awtoritajiet doganali tal-Parti tal-esportazzjoni jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe esportatur, (l-“esportatur approvat”), li jagħmel kunsinni spissi ta' prodotti skont id-dispożizzjonijiet ta' din l-Appendiċi, jagħmel dikjarazzjonijiet tal-oriġini irrispettivament mill-valur tal-prodotti konċernati. Esportatur li jkun irid din it-tip ta' awtorizzazzjoni għandu joffri, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, il-garanziji kollha meħtieġa sabiex dawn jivverifikaw l-istatus ta' oriġini tal-prodotti kif ukoll it-twettiq tar-rekwiżiti l-oħrajn ta' din l-Appendiċi.

    2.   L-awtortajiet doganali jistgħu jagħtu l-istatus ta' esportatur approvat suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni li huma jqisu xierqa.

    3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu lill-esportatur approvat numru tal-awtorizzazzjoni doganali li għandu jidher fuq id-dikjarazzjoni ta' oriġini.

    4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw l-użu tal-awtorizzazzjoni mill-esportatur approvat.

    5.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni fi kwalunkwe waqt. Għandhom jagħmlu dan meta l-esportatur approvat ma jkunx qiegħed joffri aktar il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1, ma jkunx qiegħed jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew b'xi mod jew ieħor ikun qed jabbuża mill-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 22

    Validità tal-prova tal-oriġini

    1.   Prova tal-oriġini għandha tkun valida għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ fil-Parti li tkun qed tesporta, u għandha tkun ippreżentata matul il-perjodu msemmi lill-awtoritajiet doganali tal-Parti li tkun qed timporta.

    2.   Il-provi ta' oriġini ppreżentati lill-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta wara d-data finali għall-preżentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati għall-iskop li jiġi applikat trattament preferenzjali, fejn in-nuqqas ta' preżentazzjoni ta' dawk id-dokumenti sad-data finali stabbilita jkun dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali.

    3.   F'każijiet oħrajn ta' preżentazzjoni li saret tard, l-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta jistgħu jaċċettaw il-prova ta' oriġini meta l-oġġetti jkunu ġew ippreżentati lilhom qabel id-data finali msemmija.

    Artikolu 23

    Preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini

    Għandhom jiġu ppreżentati provi ta' oriġini lill-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta skont il-proċeduri applikabbli f'dak il-pajjiż. Dawn l-awtoritajiet jistgħu jeżiġu t-traduzzjoni ta' prova ta' oriġini. Huma jistgħu jeħtieġu wkoll li d-dikjarazzjoni ta' importazzjoni tkun akkumpanjata minn stqarrija mingħand l-importatur li fiha jiddikjara li l-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Ftehim.

    Artikolu 24

    Eżenzjonijiet mill-prova tal-oriġini

    1.   Il-prodotti mibgħuta bħala pakketti żgħar minn persuni privati lil persuni privati jew li jifformaw parti mill-bagalji personali ta' vjaġġaturi għandhom ikunu ammessi bħala prodotti oriġinarji mingħajr ma jirrikjedu l-preżentazzjoni ta' prova formali ta' oriġini, sakemm dawn il-prodotti ma jkunux importati bi ħsieb ta' kummerċ u jkunu ġew iddikjarati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din l-Appendiċi u meta ma jkun hemm l-ebda dubju dwar il-verità ta' din id-dikjarazzjoni. F'każ ta' prodotti mibgħuta bil-posta, din id-dikjarazzjoni tista' ssir fuq id-dikjarazzjoni doganali CN22/CN23 jew fuq folja annessa ma' dak id-dokument.

    2.   Importazzjonijiet li huma fuq bażi okkażjonali u li jikkonsistu biss minn prodotti għall-użu personali ta' min jirċevihom jew tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom m'għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet permezz tal-kummerċ jekk ikun ċar min-natura u l-kwantità tal-prodotti li m'hemm l-ebda għan kummerċjali.

    3.   Barra minn hekk, il-valur totali ta' dawk il-prodotti m'għandux jaqbeż EUR 500 f'każ ta' pakketti żgħar jew EUR 1 200 f'każ ta' prodotti li jagħmlu parti mill-bagalji personali ta' vjaġġaturi.

    Artikolu 25

    Dokumenti ta' sostenn

    Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 15(3) u fl-Artikolu 20(3) użati bil-għan li jagħtu prova li l-prodotti koperti biċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw f'waħda mill-Partijiet u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta' din l-Appendiċi jistgħu jikkonsistu inter alia f'dan li ġej:

    (a)

    prova diretta tal-proċessi li saru mill-esportatur jew mill-fornitur sabiex tinkiseb il-merkanzija kkonċernata, inklużi, pereżempju fil-kontijiet jew il-kontabbiltà interna tiegħu;

    (b)

    dokumenti li jagħtu prova tal-istatus ta' oriġini tal-materjali użati, maħruġa jew magħmula f'waħda mill-Partijiet ikkonċernati fejn dawk id-dokumenti jintużaw skont il-liġi nazzjonali tagħha;

    (c)

    dokumenti li jagħtu prova tal-operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar tal-materjali, maħruġa jew magħmula f'waħda mill-Partijiet ikkonċernati fejn dawk id-dokumenti jintużaw skont il-liġi nazzjonali tagħha;

    (d)

    ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 jew dikjarazzjonijiet tal-oriġini li jagħtu prova tal-istatus tal-oriġini tal-materjali użati, maħruġa jew magħmula f'waħda mill-Partijiet ikkonċernati skont din l-Appendiċi;

    (e)

    evidenza xierqa dwar l-operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar li twettqu lil hinn mill-Parti rilevanti permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11, li tagħti prova li r-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu ġew sodisfatti.

    Artikolu 26

    Preservazzjoni tal-provi tal-oriġini u tad-dokumenti ta' sostenn

    1.   L-esportatur li japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandu jżomm għal mill-inqas tliet snin id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 15(3).

    2.   L-esportatur li jimla dikjarazzjoni tal-oriġini għandu jżomm kopja ta' din id-dikjarazzjoni tal-oriġini kif ukoll tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 20(3) għal mill-anqas tliet snin.

    3.   L-awtoritajiet doganali tal-Parti li tesporta li joħorġu ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 għandhom iżommu għal mill-inqas tliet snin il-formula ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2).

    4.   L-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta għandhom iżommu għal mill-inqas tliet snin iċ-ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini ppreżentati lilhom.

    Artikolu 27

    Diskrepanzi u żbalji formali

    1.   Is-sejba ta' diskrepanzi żgħar bejn l-istqarrijiet magħmula fil-prova ta' oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti ppreżentati lill-uffiċċju doganali biex jitwettqu l-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti, ma għandhiex ipso facto tannulla l-prova ta' oriġini jekk ikun stabbilit kif xieraq li dak id-dokument fil-fatt jikkorrispondi għall-prodotti ppreżentati.

    2.   Żbalji formali ovvji bħal żbalji tat-tajping fil-prova tal-oriġini ma għandhomx iwasslu sabiex dak id-dokument jiġi rifjutat jekk dawk l-iżbalji mhumiex magħmula b'tali mod li joħolqu dubji f'dak li għandu x'jaqsam mal-korrettezza tal-istqarrijiet magħmula f'dak id-dokument.

    Artikolu 28

    Ammonti espressi f'euro

    1.   Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1)(b) u l-Artikolu 24(3) f'każijiet fejn toħroġ fattura għall-prodotti f'xi munita li mhix l-euro, l-ammonti fil-munita nazzjonali tal-Partijiet ekwivalenti għall-ammonti espressi f'euro għandhom ikunu ffissati darba fis-sena minn kull wieħed mill-pajjiżi konċernati.

    2.   Kunsinna għandha tibbenefika mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1)(b) jew l-Artikolu 24(3) b'referenza għall-munita li fiha ssir il-fattura, skont l-ammont stabbilit mill-pajjiż ikkonċernat.

    3.   L-ammonti li għandhom jintużaw f'kull munita nazzjonali partikolari għandhom ikunu ekwivalenti f'dik il-munita għall-ammonti espressi f'euro hekk kif kienu fl-ewwel ġurnata ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru. L-ammonti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea sal-15 ta' Ottubru u għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-pajjiżi kollha kkonċernati bl-ammonti kkunsidrati.

    4.   Pajjiż jista' jnaqqas jew iżid l-ammont li jirriżulta mill-iskambju għall-munita nazzjonali ta' ammont espress f'euro, biex jagħti ċifra għad-dritt. L-ammont għad-dritt ma jistax ikun differenti b'aktar minn 5 % mill-ammont li jirriżulta mill-kambju. Pajjiż jista' jibqa' ma jibdilx l-ekwivalenti tal-munita nazzjonali għal ammont espress f'euro jekk, fiż-żmien tal-aġġustament ta' darba fis-sena previst fil-paragrafu 3, il-kambju ta' dak l-ammont, qabel ma jkun ġie għad-dritt, jirriżulta f'zieda ta' anqas minn 15 % fl-ekwivalenti tal-munita nazzjonali. L-ekwivalenti tal-munita nazzjonali jista' jinżamm mingħajr l-ebda bidla jekk il-kambju jirriżulta fi tnaqqis f'dak il-valur ekwivalenti.

    5.   L-ammonti espressi f'euro għandhom jiġu analizzati mill-Kumitat Konġunt fuq talba ta' xi Parti. Meta titwettaq din ir-reviżjoni, il-Kumitat Konġunt għandu jqis sa liema punt huwa mixtieq li jkunu ppreservati f'termini reali l-effetti tal-limiti kkonċernati. Għal dan il-għan, jista' jiddeċiedi li jimmodifika l-ammonti espressi f'euro.

    TITOLU VI

    ARRANĠAMENTI GĦAL KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 29

    Kooperazzjoni amministrattiva

    1.   L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, b'kampjuni ta' impressjonijiet tat-timbri użati fl-uffiċċji doganali tagħhom għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, flimkien mal-indirizzi tal-awtoritajiet doganali responsabbli biex jivverifikaw dawn iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini.

    2.   Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa ta' din l-Appendiċi, il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-amministrazzjonijiet doganali kompetenti, fil-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini u tal-korettezza tal-informazzjoni mogħtija f'dawk id-dokumenti.

    Artikolu 30

    Kontroll tal-prova tal-oriġini

    1.   Il-verifiki sussegwenti tal-provi tal-oriġini għandhom jitwettqu b'mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta jkollhom dubji raġonevoli fir-rigward tal-awtentiċità ta' dawn id-dokumenti, l-istatus ta' oriġini tal-prodotti kkonċernati jew it-twettiq tar-rekwiżiti l-oħra ta' din l-Appendiċi.

    2.   Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 u l-fattura, jekk din tkun ġiet ippreżentata, id-dikjarazzjoni tal-oriġini, jew kopja ta' dawk id-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali tal-Parti li tesporta filwaqt li jagħtu, meta xieraq, ir-raġunijiet tal-verifika. Kwalunkwe dokument u informazzjoni miksuba li jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija dwar il-prova tal-oriġini tkun żbaljata għandhom jintbagħtu bħala sostenn tat-talba għall-verifika.

    3.   Il-verifika għandha titwettaq mill-awtoritajiet doganali tal-Parti li tesporta. Għal dak il-għan, għandhom ikollhom id-dritt sabiex isejħu kwalunkwe evidenza u jwettqu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-esportatur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq.

    4.   Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Parti li timporta jiddeċiedu li jissospendu l-għoti tat-trattament preferenzjali lill-prodotti kkonċernati waqt li jistennew ir-riżultati tal-verifika, dawn għandhom joffru li jirrilaxxaw il-prodotti lill-importatur soġġett għal kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni li huma jidhrilhom meħtieġa.

    5.   L-awtoritajiet doganali li qegħdin jagħmlu t-talba għandhom ikunu infurmati bir-riżultati tal-verifika malajr kemm jista' ikun. Dawk ir-riżultati għandhom jindikaw b'mod ċar jekk id-dokumenti jkunux awtentiċi u jekk il-prodotti kkonċernati jkunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw f'waħda mill-Partijiet u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn ta' din l-Appendiċi.

    6.   F'każ li jkun hemm dubju raġonevoli u li ma jkunx hemm risposta fi żmien għaxar xhur mid-data tat-talba għal kontroll jew jekk ir-risposta ma jkunx fiha informazzjoni biżżejjed biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini vera tal-prodotti, l-awtoritajiet doganali li jagħmlu t-talba għall-kontroll, minbarra f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom jiċħdu l-intitolament għal preferenzi.

    Artikolu 31

    Soluzzjoni ta' tilwim

    Meta b'rabta mal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 30 jinqala' xi tilwim li ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli għat-twettiq ta' din il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem il-Kumitat Konġunt. Fejn iqumu tilwimiet li ma jkunux marbutin mal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 30 b'rabta mal-interpretazzjoni ta' din l-Appendiċi, għandhom jitressqu lill-Kumitat Konġunt.

    Fil-każijiet kollha r-riżoluzzjoni ta' tilwimiet bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-Parti li tkun qed timporta għandha sseħħ taħt il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.

    Artikolu 32

    Penali

    Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tagħmel, jew li tikkawża biex isir, dokument li jkun fih informazzjoni mhux eżatta bl-iskop li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti.

    Artikolu 33

    Żoni ħielsa

    1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti ta' skambju kummerċjali koperti bi prova ta' oriġini li waqt it-trasport jużaw żona ħielsa fit-territorju tagħhom, ma jiġux sostitwiti b'merkanziji oħra u ma jsirx maniġġar tagħhom ħlief operazzjonijiet normali maħsuba biex jevitaw id-deterjorament tagħhom.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta prodotti li joriġinaw f'waħda mill-Partijiet jiġu importati f'żona ħielsa koperti bil-prova ta' oriġini u jgħaddu minn trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 ġdid fuq it-talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jsirilhom ikun konformi ma' din l-Appendiċi.

    TITOLU VII

    CEUTA U MELILLA

    Artikolu 34

    Applikazzjoni tal-Appendiċi

    1.   It-terminu “Unjoni Ewropea” ma jkoprix lil Ceuta u Melilla.

    2.   Prodotti li joriġinaw f'Andorra, meta jiġu importati f'Ceuta jew Melilla, għandhom jibbenefikaw mill-istess reġim doganali bħal dak applikat fuq prodotti li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll 2 tal-Atti ta' Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tal-Portugall fil-Komunitajiet Ewropej. Għall-importazzjonijiet ta' prodotti koperti bil-Ftehim u li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, Andorra għandha tapplika l-istess sistema doganali bħal dik applikata lill-prodotti importati tal-Unjoni Ewropea u li joriġinaw minn hemm.

    3.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jikkonċerna prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, din l-Appendiċi għandha tapplika mutatis mutandis suġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Artikolu 35.

    Artikolu 35

    Kundizzjonijiet speċjali

    1.   Sakemm ikunu ġew ittrasportati direttament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala:

    (1)

    prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla:

    (a)

    il-prodotti miksuba kompletament f'Ceuta u f'Melilla;

    (b)

    il-prodotti miksuba f'Ceuta u Melilla li, fil-manifattura tagħhom, jintużaw prodotti oħrajn minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a), sakemm:

    (i)

    fuq dawn il-prodotti jkunu saru operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar suffiċjenti, fi ħdan it-tifsra tal-Artikolu 5; jew li

    (ii)

    joriġinaw f'waħda mill-Partijiet, sakemm fuqhom ikunu saru operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar b'mod li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6;

    (2)

    prodotti li joriġinaw f'Andorra:

    (a)

    il-prodotti miksuba kompletament f'Andorra;

    (b)

    il-prodotti miksuba f'Andorra li, fil-manifattura tagħhom, jintużaw prodotti oħrajn minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu, sakemm:

    (i)

    fuq dawn il-prodotti jkunu saru operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar suffiċjenti, fi ħdan it-tifsra tal-Artikolu 5; jew

    (ii)

    joriġinaw f'Ceuta u Melilla jew fl-Unjoni Ewropea, sakemm fuqhom ikunu saru operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar b'mod li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

    2.   Ceuta u Melilla jitqiesu bħala territorju wieħed.

    3.   L-esportatur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandu jniżżel “Andorra” u “Ceuta u Mellila” fil-Kaxxa 2 taċ-ċertifikati ta' moviment tal-merkanzija EUR.1 jew fuq id-dikjarazzjonijiet ta' fattura. Barra minn dan, fil-każ ta' prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, dan għandu jitniżżel fil-Kaxxa 4 taċ-ċertifikati ta' movimenttal-merkanzija EUR.1 jew fuq id-dikjarazzjonijiet ta' oriġini.

    4.   L-awtoritajiet doganali Spanjoli għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' din l-Appendiċi f'Ceuta u Melilla.

    TITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 36

    Emendi tal-Appendiċi

    Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' din l-Appendiċi.

    ANNESS I

    NOTI INTRODUTTIVI GĦAL-LISTA FL-ANNESS II

    Nota 1:

    Il-lista tistabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-prodotti kollha jitqiesu li huma maħduma jew ipproċessati biżżejjed skont it-tifsira tal-Artikolu 5 ta' din l-Appendiċi.

    Nota 2:

    2.1.

    L-ewwel żewġ kolonni fil-lista jiddeskrivu l-prodott miksub. L-ewwel kolonna tagħti n-numru tal-intestatura jew in-numru tal-kapitolu użat fis-Sistema Armonizzata u t-tieni kolonna tagħti d-deskrizzjoni ta' merkanziji użata f'dik is-sistema għal dik l-intestatura jew dak il-kapitolu. Għal kull annotazzjoni, fl-ewwel żewġ kolonni hemm regola speċifikata fil-kolonna 3 jew 4. Fejn, f'xi każijiet, l-annotazzjoni fl-ewwel kolonna hija ppreċeduta minn “ex”, dan ifisser li r-regoli fil-kolonna 3 jew 4 japplikaw biss għall-parti ta' dik l-intestatura kif deskritt fil-kolonna 2.

    2.2.

    Meta diversi numri ta' intestatura jkunu miġbura flimkien fil-kolonna 1 jew meta jingħata numru ta' kapitolu u għalhekk id-deskrizzjoni tal-prodotti fil-kolonna 2 tingħata f'termini ġenerali, ir-regoli korrispondenti fil-kolonna 3 jew 4 japplikaw għall-prodotti kollha li, fis-Sistema Armonizzata, huma kklassifikati taħt l-intestaturi tal-kapitolu jew f'xi waħda mill-intestaturi miġbura flimkien fil-kolonna 1.

    2.3.

    Fejn fil-lista hemm regoli differenti li japplikaw għal prodotti differenti fl-istess intestatura, kull inċiż fih id-deskrizzjoni ta' dik il-parti tal-intestatura koperta mir-regoli korrispondenti fil-kolonna 3 jew 4.

    2.4.

    Meta, għal annotazzjoni fl-ewwel żewġ kolonni, tiġi speċifikata regola kemm fil-kolonna 3 kif ukoll fil-kolonna 4, l-esportatur jista' jagħżel li japplika r-regola stipulata fil-kolonna 3 jew dik stipulata fil-kolonna 4. Jekk ma tingħata l-ebda regola tal-orġini fil-kolonna 4, għandha tiġi applikata r-regola stabbilita fil-kolonna 3.

    Nota 3:

    3.1.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta' din l-Appendiċi, li jirrigwardaw prodotti li jkunu kisbu status ta' oriġini li jintużaw fil-manifattura ta' prodotti oħra, għandhom japplikaw, irrispettivament minn jekk dan l-istatus ikunx inkiseb ġewwa l-fabbrika fejn jintużaw dawk il-prodotti jew ġewwa fabbrika oħra f'waħda mill-Partijiet.

    3.2.

    Ir-regola fil-lista tiffissal-ammont minimu ta' xogħol jew ipproċessar meħtieġ; u t-twettiq ta' aktar xogħol jew ipproċessar jagħti wkoll stat ta' oriġini; min-naħa l-oħra, it-twettiq ta' anqas operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar ma jistax jagħti stat ta' oriġini. Għalhekk, jekk regola tipprevedi li jista' jintuża materjal mhux oriġinarju f'ċertu livell tal-manifattura, l-użu ta' materjal bħal dan fi stadju aktar bikri tal-manifattura huwa permess u l-użu ta' materjal bħal dan fi stadju aktar avvanzat mhuwiex.

    3.3.

    Mingħajr preġudizzju għan-Nota 3.2, meta regola tuża l-espressjoni “Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura”, allura jista' jintuża materjal ta' kwalunkwe intestatura (anke materjal tal-istess deskrizzjoni u intestatura bħall-prodott), soġġett, madankollu, għal xi limitazzjonijiet speċifiċi li jista' jkun hemm fir-regola.

    Iżda, l-espressjoni “Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, inkluż materjali oħra tal-intestatura” jew “Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, inkluż materjal ieħor fl-istess intestatura tal-prodott” tfisser li jistgħu jintużaw materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dawk bl-istess deskrizzjoni tal-prodott kif jidher fil-kolonna 2 tal-lista.

    3.4.

    Meta regola fil-lista tispeċifika li prodott jista' jiġi mmanifatturat b'aktar minn materjal wieħed, dan ifisser li kwalunkwe materjal jew aktar materjali jistgħu jintużaw. Dan ma jfissirx li dawn il-materjali kollha jridu jintużaw fl-istess waqt.

    3.5.

    Fejn regola fil-lista tispeċifika li prodott irid ikun manifatturat minn materjal partikolari, il-kundizzjoni naturalment ma żżommokx milli tuża materjali oħra li minħabba n-natura tagħhom stess ma jistgħux jissodisfaw ir-regola.

    Eżempju:

    Ir-regola dwar ikel ippreparat taħt l-intestatura 1904, li teskludi speċifikament l-użu taċ-ċereali jew derivattivi tagħhom, ma timpedixxix l-użu ta' mluħa minerali, sustanzi kimiċi u addittivi oħra li mhumiex prodotti miċ-ċereali.

    Madankollu, dan ma japplikax għal prodotti li, għalkemm ma jistgħux ikunu mmanifatturati minn materjali partikolari speċifikati fil-lista, jistgħu jiġu magħmula minn materjal tal-istess natura fi stadju aktar bikri tal-manifattura.

    3.6.

    Fejn, f'regola fil-lista, żewġ perċentwali jingħataw għall-valur massimu ta' materjali mhux oriġinarji li jistgħu jintużaw, dawk il-perċentwali ma jistgħux jingħaddu flimkien. Fi kliem ieħor, il-valur massimu tal-materjali mhux oriġinarji kollha użati ma jista' qatt jaqbeż l-ogħla perċentwali mogħtija. Barra minn hekk, il-perċentwali individwali ma jistgħux jinqabżu, fir-rigward tal-materjali partikolari li għalihom japplikaw.

    ANNESS II

    LISTA TA' OPERAZZJONIJIET TA' XOGĦOL JEW IPPROĊESSAR LI JRIDU JSIRU FUQ MATERJALI LI MHUMIEX ORIĠINARJI SABIEX IL-PRODOTT MANIFATTURAT JIKSEB L-ISTATUS TA' ORIĠINI

    Intestatura SA

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Operazzjonijiet ta' xogħol jew ipproċessar imwettqa fuq materjali mhux oriġinarji li jagħtu l-istatus ta' oriġini

    (1)

    (2)

    (3) jew (4)

    Kapitolu 1

    Annimali ħajjin

    L-annimali kollha tal-Kapitolu 1 użati għandhom ikunu miksuba kompletament

     

    Kapitolu 2

    Laħam u ġewwieni li jittiekel

    Manifattura li fiha l-materjal kollu użat tal-Kapitoli 1 u 2 huwa kompletament miksub.

     

    Kapitolu 3

    Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 3 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    ex Kapitolu 4

    Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel u li ġejjin mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; għajr:

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 4 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    0403 .

    Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u kremi oħra fermentati jew li saru aċidużi, ikkonċentrati jew le, jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jaghti togħma ħelwa jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

    Manifattura li fiha:

    il-materjali kollha ta' Kapitolu 4 użati għandhom ikunu miksuba kompletament;

    il-meraq tal-frott kollu (minbarra dak tal-ananas, tal-lajm jew tat-tronġa) tal-intestatura 2009 ikun joriġina, u

    il-valur tal-materjali kollha użati tal-Kapitolu 17 ma jaqbiżx it-30 % tal-valur tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    ex Kapitolu 5

    Prodotti li ġejjin minn annimali, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band'oħra; għajr:

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 5 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    ex ex 0502

    Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, majjali tas-simna jew ċingjali

    Tindif, diżinfettar, issortjar u llixxar ta' lanżit u xagħar

     

    Kapitolu 6

    Siġar ħajjin u prodotti tal-florikultura

    Manifattura li fiha:

    il-materjali kollha tal-Kapitolu 6 użati għandhom ikunu miksuba għalkollox; u

    il-valur tal-materjali kollha użati ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    Kapitolu 7

    Ħaxix, pjanti, għeruq u tuberi tajbin għall-ikel

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 7 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    Kapitolu 8

    Frott li jittiekel; qxur tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ

    Manifattura li fiha:

    il-frott kollu li ntuża jinkiseb kompletament, u

    il-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jkunx jaqbeż it-30 % tal-valur tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    ex Kapitolu 9

    Kafè, te, matè u ħwawar; għajr:

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 9 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    0901

    Kafè, kemm jekk inkaljat jew bil-kaffeina mneħħija jew le; ħliefa u qxur tal-kafè; għajra u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li fihom kafè f'xi proporzjon

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura

     

    0902

    Te, imħawwar jew le

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura

     

    ex ex 0910

    Taħlitiet ta' ħwawar

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura

     

    Kapitolu 10

    Ċereali

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 10 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    ex Kapitolu 11

    Prodotti tal-industrija tat-tħin; xgħir; lamti; inulina; gluteina tal-qamħ; għajr:

    Manifattura li fiha ċ-ċereali kollha, il-ħaxix li jittiekel, l-għeruq u t-tuberi tal-intestatura 0714 jew il-frott li jintuża jinkiseb kompletament

     

    ex ex 1106

    Dqiq, frak u trab tal-ħxejjex leguminużi mqaxxra u mnixxfa tal-intestaura 0713

    Tnixxif u tħin ta' ħaxix leguminuż tal-intestatura 0708

     

    Kapitolu 12

    Żrieragħ u frott żejtnin; grani, żerriegħa u frott varji; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u magħlef

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 12 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    1301

    Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (pereżempju, balzmi)

    Manifattura li fiha l-valur tal-materjal kollu tal-intestatura 1301 użat ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    1302

    Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni oħrajn u sustanzi li jħaxxnu, kemm jekk modifikati, derivati minn prodotti tal-ħaxix, kif ukoll jekk le:

     

     

    Muċilaġni u sustanzi li jħaxxnu, modifikati, derivati minn prodotti veġetali

    Manifattura minn muċilaġni u sustanzi li jgħaqqdu mhux modifikati

     

    oħrajn

    Manifattura fejn il-valur tal-materjali kollha użati ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    Kapitolu 14

    Materjali veġetali tat-trizza; prodotti veġetali li mhumiex imsemmijin jew inklużi band'oħra

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 14 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    ex Kapitolu 15

    Xaħam u żjut tal-annimali u tal-ħaxix; il-prodotti mifruqin tagħhom; xaħmijiet li jittieklu mħejjija; xama' ta' oriġini mill-annimali jew mill-ħaxix; għajr:

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott

     

    1501

    Xaħam tal-majjal (inkluż il-grass) u xaħam tat-tjur, għajr dak tal-intestaturi 0209 jew 1503 :

     

     

    Xaħmijiet mill-għadam jew l-iskart

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura għajr tal-intestaturi 0203 , 0206 jew 0207 jew għadam tal-intestatura 0506

     

    oħrajn

    Manifattura minn laħam jew ġewwieni li jittiekel tal-ħnieżer tal-intestatura 0203 jew 0206 jew ta' laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur tal-intestatura 0207

     

    1502

    Xaħmijiet ta' annimali tal-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk tal-intestatura 1503 :

     

     

    Xaħmijiet mill-għadam jew l-iskart

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura għajr tal-intestaturi 0201 , 0202 , 0204 jew 0206 jew għadam tal-intestatura 0506

     

    oħrajn

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 2 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    1504

    Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta' ħut jew mammiferi tal-baħar, irfinuti jew le, iżda mhux kimikament modifikati:

     

     

    Frazzjonijiet solidi

    Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, inkluż materjal ieħor tal-intestatura 1504

     

    oħrajn

    Manifattura li fiha l-materjal kollu użat tal-Kapitoli 2 u 3 huwa kompletament miksub

     

    ex ex 1505

    Lanolina raffinata

    Manifattura minn xaħam tas-suf mhux raffinat tal-intestatura 1505

     

    1506

    Xaħmijiet u żjut oħra ta' annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament:

     

     

    Frazzjonijiet solidi

    Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, inkluż materjal ieħor tal-intestatura 1506

     

    oħrajn

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 2 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    1507 sa 1515

    Żjut veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom:

     

     

    Żjut tas-sojja, tal-karawett, tal-palm, tal-kopra, tal-palm tal-qalba tal-ġewż tal-palm, żejt babassu, żejt tat-tung u tal-ojtiċika, xama' tar-riħan u xama' tal-Ġappun, frazzjonijiet taż-żejt tal-ġoġoba u żjut għal użi tekniċi jew industrijali barra mill-manifattura ta' oġġetti tal-ikel għal konsum mill-bniedem

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    Frazzjonijiet solidi, għajr dawk taż-żejt tal-ġoġoba

    Manifattura minn materjali oħrajn tal-intestaturi 1507 sa 1515

     

    oħrajn

    Manifattura fejn il-materjali veġetali użati għandhom ikunu miksuba għalkollox

     

    1516

    Xaħmijiet Grass u żjut ta' annimali jew ta' veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux preparati aktar

    Manifattura li fiha:

    il-materjali kollha tal-Kapitolu 2 użati għandhom ikunu miksuba għalkollox; u

    il-materjali veġetali kollha użati għandhom ikunu miksuba għalkollox Madankollu, il-materjali tal-intestaturi 1507 , 1508 , 1511 u 1513 jistgħu jintużaw

     

    1517

    Margarina; taħlitiet jew preparati tajbin għall-ikel ta' xaħmijiet jew żjut ta' annimali jew veġetali jew ta' frazzjonijiet ta' xaħmijiet u żjut differenti ta' dan il-Kapitolu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516

    Manifattura li fiha:

    il-materjal kollu użat tal-Kapitoli 2 u 4 huwa kompletament miksub, u

    il-materjali veġetali kollha użati għandhom ikunu miksuba għalkollox. Madankollu, il-materjali tal-intestaturi 1507 , 1508 , 1511 u 1513 jistgħu jintużaw

     

    Kapitolu 16

    Preparati ta' laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra

    Manifattura:

    minn annimali tal-Kapitolu 1, u/jew

    li fiha l-materjali kollha użati tal-Kapitolu 3 jkunu kompletament miksuba

     

    ex Kapitolu 17

    Zokkor u prodotti taz-zokkor; għajr:

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    ex ex 1701

    Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sakkarożju kimikament pur, f'forma solida, mingħajr żieda ta' sustanzi tat-togħma jew koloranti

    Manifattura li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 li jintużaw ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    1702

    Zokkrijiet oħrajn, inkluż lattożju, maltożju, glukożju u fruttożju, kimikament puri f'forma solida; ġulepp miz-zokkor mingħajr sustanzi miżjuda għat-togħma jew għall-kulur; għasel artifiċjali, imħallat jew le mal-għasel naturali; zokkrijiet u karamel:

     

     

    Maltożju u fruttożju kimikament puri,

    Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, inkluż materjal ieħor tal-intestatura 1702

     

    Zokkrijiet oħra f'forma solida li fihom sustanzi miżjuda għat-togħma jew għall-kulur

    Manifattura li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 li jintużaw ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    oħrajn

    Manifattura li fiha l-materjali kollha użati jridu jkunu diġà oriġinarji

     

    ex ex 1703

    Melassa miksuba mill-estrazzjoni jew ir-raffinar taz-zokkor, mogħtija t-togħma jew il-kulur

    Manifattura li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 li jintużaw ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    1704

    Ħelu (inkluża ċ-ċikkulata bajda), li ma fihx kawkaw

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbżux it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    Kapitolu 18

    Kawkaw u preparati mill-kawkaw

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbżux it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    1901

    Estratt tax-xgħir; preparati ta' ikel mid-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, dqiq oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor; preparati tal-ikel mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bħala piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament mingħajr xaħam, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor:

     

     

    Estratt tax-xgħir

    Manifattura miċ-ċereali tal-Kapitolu 10

     

    oħrajn

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    1902

    Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, kemm jekk ippreparat u kemm jekk le:

     

     

    Li fihom 20 % jew anqas bħala piż ta' laħam, fdalijiet tal-laħam, ħut, krustaċji jew molluski

    Manifattura li fiha ċ-ċereali kollha u d-derivati użati (ħlief għall-qamħ durum u d-derivati tiegħu) huma miksuba kompletament

     

    Li fihom aktar minn 20 % skont il-piż ta' laħam, ġewwieni tal-laħam, ħut, krustaċji jew molluski

    Manifattura li fiha:

    iċ-ċereali u d-derivattivi (ħlief għall-qamħ durum u d-derivattivi tiegħu) użati jkunu miksuba kompletament, u

    il-materjal kollu użat tal-Kapitoli 2 u 3 huwa kompletament miksub

     

    1903

    Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati minn lamtu, f'forma ta' qxur, frak, granulat, marbul jew f'forom simili

    Manifattura minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, ħlief lamtu tal-patata tal-intestatura 1108

     

    1904

    Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, kornflejks); ċereali (għajr qamħirrum), fil-forma ta' flejks jew fil-forma ta' taqxir jew frak ieħor maħdum (għajr dqiq, xgħir mitħun oħxon u smida), imsajrin qabel jew imħejjijin b'xi mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor, li fihom il-kawkaw

    Manifattura:

    minn materjal ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dak tal-intestatura 1806 ,

    li fiha iċ-ċereali u d-dqiq kollha użati (għajr għall-qamħ durum u l-qamħirrum Zea indurata, u d-derivattivi tagħhom), jinkisbu għalkollox, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbżux it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    1905

    Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, li fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta' kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dawk tal-Kapitolu 11

     

    ex Kapitolu 20

    Preparati ta' ħaxix, frott, lewż jew partijiet oħra ta' pjanti; għajr:

    Manifattura fejn il-frott, il-lewż u l-ħxejjex kollha użati għandhom ikunu miksuba kompletament

     

    ex ex 2001

    Jam, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż tal-lamtu, ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    ex ex 2004 u ex ex 2005

    Patata f'forma ta' dqiq, tħin oħxon jew qxur, ippreparata jew ippreservata għajr bil-ħall jew aċidu aċetiku

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    2006

    Ħxejjex, frott, lewż, qxur tal-frott u partijiet oħra ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (imsaffija, glacé jew kristallizzati)

    Manifattura li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 li jintużaw ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    2007

    Ġammijiet, ġeli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew sustanzi oħra tal-ħlewwa miżjuda jew le

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    ex ex 2008

    Ġewż, li ma fihx zokkor jew spirti miżjuda

    Manifattura li fiha l-valur tal-ġewż u ż-żrieragħ taż-żejt oriġinarji kollha tal-intestaturi 0801 , 0802 u 1202 sa 1207 użat ma jaqbiżx is-60 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    Butir tal-karawett; taħlitiet ibbażati fuq ċereali; qlub tal-palm; qamħirrum

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    oħrajn ħlief għal frott u ġewż imsajjar mod ieħor barra fuq il-fwar jew mgħolli fl-ilma, mingħajr zokkor miżjud, iffriżat

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    2009

    Meraq tal-frott (inkluż il-most tal-għenba) u meraq mill-ħxejjex, mhux iffermentat u mingħajr spirtu miżjud, sew jekk fihom zokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa sew jekk le

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    ex Kapitolu 21

    Preparati mixxellanji li jittieklu; għajr:

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    2101

    Estratti, essenzi u konċentrati tal-kafè, te jew maté u preparati b'bażi ta' dawn il-prodotti jew b'bażi ta' kafè, te jew maté; ċikwejra nkaljata u sostituti tal-kafè nkaljati oħra, u estratti, essenzi u konċentrati tiegħu

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha ċ-ċikwejra kollha użata tinkiseb għalkollox

     

    2103

    Zlazi u preparati għalihom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u tħin oħxon tal-mustarda u mustarda ppreparata:

     

     

    Zlazi u preparati għalihom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott Madankollu, jista' jintuża dqiq jew tħin oħxon tal-mustarda jew mustarda ppreparata

     

    Dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura

     

    ex ex 2104

    Preparati għas-sopop u l-brodijiet; sopop, brodijiet u preparati tagħhom;

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura għajr ħxejjex ippreparati jew preservati tal-intestaturi 2002 sa 2005

     

    2106

    Preparati tal-ikel mhux imsemmija jew inklużi band'oħra

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika

     

    ex Kapitolu 22

    Xarbiet, spirti u ħall; għajr:

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, u

    li fih l-għeneb kollu jew il-materjal derivat mill-għeneb użat huwa miksub kompletament

     

    2202

    Ilmijiet, inklużi l-ilmijiet minerali u l-ilmijiet effervexxenti, miżjudin biz-zokkor jew b'xi sustanza oħra għall-ħlewwa jew imħawrin, u xorb ieħor li mhux alkoħoliku, minbarra l-meraq tal-frott jew veġetali tal-intestatura 2009 :

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott,

    li fiha l-valur tal-materjali kollha tal-Kapitolu 17 użati ma jaqbiżx it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika, u

    li fiha l-meraq tal-frott kollu użat (minbarra dak tal-ananas, tal-lajm jew tat-tronġa) ikun oriġinarju

     

    2207

    Alkoħol etiliku mhux denaturizzat ta' saħħa alkoħolika skont il-volum ta' 80 % vol jew ogħla; alkoħol etiliku u spirti oħra, denaturizzati, ta' kwalunkwe saħħa

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief l-intestatura 2207 jew 2208 , u

    li fih l-għeneb kollu jew materjal derivat mill-għeneb huwa miksub kompletament jew, jekk il-materjal l-ieħor kollu użat huwa diġa oriġinarju, l-għarak jista' jintuża sa limitu ta' 5 % bħala volum

     

    2208

    Alkoħol etiliku mhux denaturizzat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb alkoħoliku ieħor

    Manifattura:

    minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief l-intestatura 2207 jew 2208 , u

    li fih l-għeneb kollu jew materjal derivat mill-għeneb huwa miksub kompletament jew, jekk il-materjal l-ieħor kollu użat huwa diġa oriġinarju, l-għarak jista' jintuża sa limitu ta' 5 % bħala volum

     

    ex Kapitolu 23

    Fdalijiet u skart mill-industriji tal-ikel; għalf għall-annimali ppreparat; għajr:

    Manifattura minn materjali ta' kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott

     

    ex ex 2301

    Dqieq mill-baleni; dqiqijiet, tħin u pritkuni tal-ħut jew tal-krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, li ma jistgħux jittieklu mill-bnedmin

    Manifattura li fiha l-materjal kollu użat tal-Kapitoli 2 u 3 huwa kompletament miksub

     

    ex ex 2303

    Residwi mill-manifattura tal-lamtu tal-qamħirrum (eskluż likuri konċentrati mit-tixrib), b'kontenut proteiniku, ikkalkulat fuq il-prodott niexef, li jkun aktar minn 40 % bil-piż

    Manifattura fejn il-qamħirrum kollu użat jinkiseb għalkollox

     

    ex ex 2306

    Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet solidi oħra li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, li fihom aktar minn 3 % taż-żejt taż-żebbuġa

    Manifattura li fiha ż-żebbuġ kollu li jintuża jinkiseb għalkollox

     

    2309

    Preparati ta' għamla li jintużaw fl-għalf tal-annimali

    Manifattura li fiha:

    iċ-ċereali kollha, iz-zokkor jew il-melassa, il-laħam jew il-ħalib użat huma oriġinarji, u

    il-materjali kollha tal-Kapitolu 3 li jintużaw jinkisbu sħaħ

     

    ex Kapitolu 24

    Tabakk u sostituti tat-tabakk manifatturati; għajr:

    Manifattura li fiha l-materjali kollha tal-Kapitolu 24 li jintużaw ikunu nkisbu sħaħ

     

    2402

    Sigarri, sigarri ħoxnin miftuħin miż-żewġt itruf, sigarri żgħar u sigaretti, tat-tabakk jew sostituti tat-tabakk

    Manifattura fejn minn tal-inqas 70 % bil-piż tat-tabakk mhux manifatturat jew skart tat-tabakk tal-intestatura 2401 użat irid ikun diġà “oriġinarju”

     

    ex ex 2403

    Tabakk tat-tipjip

    Manifattura fejn minn tal-inqas 70 % bil-piż tat-tabakk mhux manifatturat jew skart tat-tabakk tal-intestatura 2401 użat irid ikun diġà “oriġinarju”

     

    ANNESS III

    MUDELLI TA' ĊERTIFIKAT TA' MOVIMENT TAL-MERKANZIJA EUR.1 U APPLIKAZZJONI GĦAL ĊERTIFIKAT TA' MOVIMENT TAL-MERKANZIJA EUR.1

    Istruzzjonijiet dwar l-istampar

    1.

    Kull formola għandha tkun tad-daqs 210 × 297 mm; hija permessa tolleranza sa 5 mm inqas jew sa 8 mm aktar, fit-tul. Il-karta użata għandha tkun bajda, ippreparata għall-kitba, li ma jkunx fiha polpa mekkanika u li tiżen mhux anqas minn 25 g/m2. Għandu jkollha sfond b'disinn guilloche aħdar stampat li, permezz tiegħu, kull falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi tkun tidher bl-għajnejn.

    2.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet jistgħu jirriżervaw id-dritt li jistampaw huma stess il-formoli jew li jibagħtuhom għall-istampar għand stampaturi approvati. F'dan l-aħħar każ kull ċertifikat għandu jinkludi referenza għal din l-approvazzjoni. Kull ċertifikat irid jinkludi indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li permezz tagħha jiġi identifikat. Irid ikollu numru tas-serje, stampat jew le, ukoll għall-skopijiet ta' identifikazzjoni.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    NOTI

    1.

    Iċ-ċertifikati ma jistax ikollhom tħassir jew kliem miktub fuq xulxin. Kull tibdil għandu jsir billi jitħassru d-dettalji żbaljati u jiżdiedu l-korrezzjonijiet meħtieġa. Dan it-tibdil għandu jiġi inizjalat mill-persuna li mliet iċ-ċertifikat u kkonfermat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż jew tat-territorju tal-ħruġ.

    2.

    L-ebda spazju ma għandu jitħalla bejn l-oġġetti mniżżla fiċ-ċertifikat u quddiem kull oġġett għandu jitniżżel n-numru tal-oġġett. Għandha tinġibed linja orizzontali immedjatament taħt l-aħħar oġġett. Kull vojt mhux użat għandu jiġi ngassat b'mod li ma jkunx possibbli jimtela aktar tard.

    3.

    Il-prodotti għandhom ikunu deskritti skont il-prassi kummerċjali u bid-dettalji kollha meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jiġu identifikati.

    Image

    Test ta 'immaġni

    DIKJARAZZJONI MILL-ESPORTATUR

    Jiena, hawn taħt iffirmat, esportatur tal-merkanzija deskritta hawn wara,

    NIDDIKJARA

    li l-oġġetti ta' merkanzija jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa għall-ħruġ taċ-ċertifikat hawn mehmuż;

    NISPEĊIFIKA

    ċ-ċirkostanzi li ppermettew biex dawn l-oġġetti ta' merkanzija jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

    NIPPREŻENTA

    d-dokumenti ġustifikattivi li ġejjin (1):

    NINTRABAT

    li nissottometti, fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti, kull ġustifikazzjoni addizzjonali li dawn l-awtoritajiet iqisu meħtieġa sabiex joħorġu ċ-ċertifikat mehmuż hawnhekk, u naċċetta li, jekk ikun meħtieġ, dawn l-awtoritajiet iwettqu kwalunkwe verifika tal-kontijiet tiegħi u tal-proċessi tal-manifattura tal-oġġetti ta' merkanzija msemmija hawn fuq;

    NITLOB

    il-ħruġ taċ-ċertifikat mehmuż għal dawn l-oġġetti.

    Fi, …,

    Nhar …

    (Firma)


    (1)  Pereżempju: id-dokumenti tal-importazzjoni, iċ-ċertifikati ta' moviment, il-fatturi, id-dikjarazzjoni tal-manifattur, eċċ., b'referenza għall-prodotti użati fil-manifattura jew għall-prodotti li jerġgħu jiġu esportati fl-istess stat.

    ANNESS IV

    TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-ORIĠINI

    Id-dikjarazzjoni tal-oriġini, li t-test tagħha jidher hawn taħt, trid issir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna m'għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

    Verżjoni bil-Bulgaru

    Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

    Verżjoni bl-Ispanjol

    El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no (1)) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

    Verżjoni biċ-Ċek

    Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

    Verżjoni bid-Daniż

    Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

    Verżjoni bil-Ġermaniż

    Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

    Verżjoni bl-Estonjan

    Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

    Verżjoni bil-Grieg

    Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ'αριθ. … (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

    Verżjoni bl-Ingliż

    The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

    Verżjoni bil-Franċiż

    L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

    Verżjoni bil-Kroat

    Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.

    Verżjoni bit-Taljan

    L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

    Verżjoni bil-Latvjan

    To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

    Verżjoni bil-Litwan

    Šiame dokumente išvardytų produktų eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės produktai.

    Verżjoni bl-Ungeriż

    A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

    Verżjoni bil-Malti

    L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

    Verżjoni bl-Olandiż

    De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

    Verżjoni bil-Pollakk

    Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

    Verżjoni bil-Portugiż

    O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento (autorização aduaneira n.o (1)), declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

    Verżjoni bir-Rumen

    Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. … (1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

    Verżjoni bis-Sloven

    Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

    Verżjoni bis-Slovakk

    Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

    Verżjoni bil-Finlandiż

    Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa N:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

    Verżjoni bl-Iżvediż

    Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

    Verżjoni bil-Katalan

    L'exportador dels productes determinats en el present document (Autorització duanera no (1)) declara que, llevat que s'indiqui el contrari, aquests productes tenen l'origen preferencial … (2)

     (3)

    (Post u data)

     (4)

    (Firma tal-esportatur; l-isem tal-persuna li ttiffirma d-dikjarazzjoni għandu wkoll ikun indikat b'mod ċar)


    (1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem bejn il-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

    (2)  Indika l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.

    (3)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.

    (4)  F'każijiet fejn l-esportatur mhuwiex meħtieġ jiffirma, l-eżenzjoni ta' firma timplika wkoll l-eżenzjoni ta' isem il-firmatarju.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO

    1.

    Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika ta' San Marino għandhom jiġu aċċettati minn Andorra bħala li joriġinaw mill-Unjoni skont it-tifsira tal-Ftehim.

    2.

    L-Appendiċi li tikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett tal-“prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva għandhom japplikaw mutatis mutandis biex jiġi definit l-istatus tal-oriġini tal-prodotti imsemmija fil-paragrafu 1.

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-REVIŻJONI TAR-REGOLI TAL-ORIĠINI FL-APPENDIĊI DWAR ID-DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' “PRODOTTI ORIĠINARJI” U L-METODI TA' KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    1.

    Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva u li jiddiskutu l-emendi meħtieġa fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet. F'dawn id-diskussjonijiet il-Partijiet għandhom iqisu l-iżvilupp tat-teknoloġiji, il-proċessi tal-produzzjoni, iċ-ċaqliq fil-prezzijiet u l-fatturi l-oħra kollha li jistgħu jiġġustifikaw it-tibdil fir-regoli.

    2.

    L-Anness II tal-Appendiċi dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva ser jiġi adattat skont il-bidliet perjodiċi fis-Sistema Armonizzata.


    Top