Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1064

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1064 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

ĠU L 174, 3.7.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1064/oj

3.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1064

tat-2 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1) li estendiet il-mandat ta' EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013.

(2)

Fid-9 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/447/PESK (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendiet il-missjoni ta' EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015.

(3)

Wara r-Reviżjoni Strateġika ta' EUPOL COPPS, il-Missjoni għandha tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun EUR 9 570 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun EUR 9 820 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun EUR 9 175 000”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Ċellula ta' proġetti

1.   EUPOL COPPS għandha jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti li huma konsistenti mal-objettivi tal-Missjoni u li tiffaċilita t-twettiq tal-mandat. EUPOL COPPS għandha, kif adatt, tiffaċilita u tagħti pariri dwar proġetti, implimentati mill-Istati Membri u minn Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma relatati ma' EUPOL COPPS u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.   Soġġetta għall-paragrafu 3, EUPOL COPPS għandha tkun awtorizzata li tagħmel rikors għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni u l-Istati Membri jew l-Istati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra ta' EUPOL COPPS, fejn il-proġetti jkunu:

(a)

previsti fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

(b)

integrati matul il-mandat permezz ta' emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

Ladarba l-Kummissjoni jew dawk l-Istati jkunu formalment ipproponew li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tiġi ġestita minn EUPOL COPPS, EUPOL COPPS għandha tikkonkludi arranġament mal-Kummissjoni jew dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet minn EUPOL COPPS fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

L-Istati kontribwenti fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet minn EUPOL COPPS fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, l-Istati Membri jew l-Istati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”;

(3)

Fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 28).


Top