Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0621

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/621 tal-20 ta' April 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

ĠU L 102, 21.4.2015, p. 63–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/621/oj

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/63


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/621

tal-20 ta' April 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Il-Kunsill wettaq rieżami tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, f'konformità mal-Artikolu 10(3) tagħha.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) għandha tinżamm għal ħamsa mill-persuni inklużi fil-lista.

(4)

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, permezz tas-sentenza tagħha fl-14 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-406/13 (2), annullat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (3), sa fejn din kienet tikkonċerna lis-Sur Marcel Gossio. B'segwitu għal dak l-annullament, l-entrata li tikkonċerna lil Marcel Gossio għandha titneħħa wkoll mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(5)

Fis-26 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) li jikkonċerna l-Côte d'Ivoire neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni. L-entrata għal dik il-persuna għandha titneħħa mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(6)

Barra minn hekk, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet aġġorna l-entrati l-oħra għall-persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(7)

Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  Sentenza tal-14 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-406/13, Gossio vs Il-Kunsill.

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 108).


ANNESS I

“ANNESS I

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 5(1)(a)

1.   Isem: CHARLES BLÉ GOUDÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1972, PTT: (a) Guibéroua, Gagnoa, Kosta tal-Avorju, (b) Niagbrahio/Guiberoua, Kosta tal-Avorju, (c), Guiberoua, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: (a) Génie de kpo, (b) Gbapé Zadi, Psewdonimu inqas affidabbli: Général Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-passaport: (a) 04LE66241, maħruġ fl-10.11.2005, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 9.11.2008), (b) AE/088 DH 12, maħruġ fl-20.12.2002, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 11.12.2005), (c) 98LC39292, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 23.11.2003), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: (a) Yopougon Selmer, Bloc P 170, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (b) c/o Hotel Ivoire, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (c) Cocody (suburb), Abidjan, Kosta tal-Avorju (Indirizz iddikjarat fuq id-dokument tal-ivvjaġġar nru C2310421 maħruġ fl-Iżvizzera fil-15.11.2005 u validu sal-31.12.2005), Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-COJEP (‘Żgħażagħ Patrijotti’), dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u l-parteċipazzjoni fihom; intimidazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali (IWG — International Working Group), l-oppożizzjoni politika u l-istampa indipendenti; sabotaġġ tal-istazzjonijiet tar-radju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosta tal-Avorju, (UNOCI), il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

3.   Isem: EUGÈNE N'GORAN KOUADIO DJUÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: (a) 1.1.1966, (b) 20.12.1969, PTT: Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: 04 LE 017521, maħruġ fl-10.2.2005 (Data ta' skadenza: 10.2.2008), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Kosta tal-Avorju (UPLTCI). Dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u parteċipazzjoni fihom; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

4.   Isem: MARTIN KOUAKOU FOFIÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1968, PTT: BOHI, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2096927, maħruġ fis-17.3.2005, maħruġ f'Burkina Faso, (b) CNB N.076, maħruġ fis-17.2.2003, maħruġ f'Burkina Faso (Ċertifikat ta' Nazzjonalità ta' Burkina Faso), (c) 970860100249, maħruġ fil-5.8.1997, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 5.8.2007), Indirizz: Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Isem il-missier: Yao Koffi FOFIE. Isem l-omm: Ama Krouama KOSSONOU.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap Kapural, Kmandant tal-Forza l-Ġdida, Settur ta' Korhogo. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma impenjati fir-reklutaġġ ta' suldati tfal, ħtif ta' persuni, imponiment ta' xogħol furzat, abbuż sesswali tan-nisa, arresti arbitrarji u qtil extraġudizzjarju, li jmorru kontra l-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

5.   Isem: LAURENT GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 31.5.1945, PTT: Gagnoa, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ex-President tal-Kosta tal-Avorju: ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.

6.   Isem: SIMONE GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 20.6.1949, PTT: Moossou, Grand-Bassam, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluża fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Avorjan (FPA): ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

8.   Isem: DÉSIRÉ TAGRO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 27.1.1959, PTT: Issia, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: AE 065FH08 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Miet fit-12.4.2011 f'Abidjan.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Segretarju Ġenerali tal-hekk imsejħa ‘presidenza’ tas-Sur Gbagbo: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Gbagbo, ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f'ripressjonijiet vjolenti ta' movimenti popolari.”


ANNESS II

L-entrata fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK titneħħa għall-persuna li ġejja:

Marcel GOSSIO.


Top