EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0429(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ April 2015 li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

ĠU C 142, 29.4.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ April 2015

li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

(2015/C 142/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli.

(2)

Membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, is-Sinjura Valérie BADUEL, irriżenjat. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi maħtur membru ġdid għall-bqija tal-mandat tagħha.

(3)

Bil-ħsieb li jinħatar membru ġdid tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, il-Kunsill eżamina l-lista ppreżentata mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert rilevanti, pereżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

L-Artiklu 25 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jirrikjedi li erba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għandu jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina alimentari. Attwalment, erba’ membri diġà għandhom tali esperjenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja qiegħda tinħatar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2016:

Is-Sur Michael WINTER.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Top