Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0277

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/277 tad- 19 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

    ĠU L 47, 20.2.2015, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/277/oj

    20.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 47/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/277

    tad-19 ta' Frar 2015

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1).

    (2)

    Il-Kunsill għamel reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, filwaqt li qies l-iżviluppi politiċi fiż-Żimbabwe.

    (3)

    Il- miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-20 ta' Frar 2016.

    (4)

    L-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi għandha tinżamm għal żewġ persuni u entità waħda mniżżlin fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Is-sospensjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi għall-persuni u l-entitajiet kif elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni għandha tiġġedded ukoll. L-ismijiet ta' ħames persuni mejta għandhom jitneħħew mill-Anness I u II ta' dik id-Deċiżjoni.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija sostitwita b'li ġej:

    “Artikolu 10

    1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2016.

    3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(1), 5(1) u 5(2), safejn japplikaw għal persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2016.

    Is-sospensjoni għandha tiġi riveduta kull tliet xhur.

    4.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti u għandha tiġi estiża, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux.”

    Artikolu 2

    L-ismijiet tal-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mill-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. RINKĒVIČS


    (1)  Deċiżjoni 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


    ANNESS

     

    Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

    1.

    CHINDORI-CHININGA, Edward Takaruza

    2.

    KARAKADZAI, Mike Tichafa

    3.

    SAKUPWANYA, Stanley Urayayi

    4.

    SEKEREMAYI, Lovemore

    5.

    SHAMUYARIRA, Nathan Marwirakuwa


    Top