Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0268

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/268 tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorjatal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni

    ĠU L 47, 20.2.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/268/oj

    Related international agreement

    20.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 47/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/268

    tas-17 ta' Diċembru 2014

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorjatal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Ġunju 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterannju li jistabbilixxi Assoċazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (1), dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”),

    (2)

    In-negozjati ġew konklużi.

    (3)

    L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika tal-Libanu tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit bil-Protokoll jistabbilixxi prinċipji għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika u jippermetti lir-Repubblika tal-Libanu tirċievi għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, mill-Unjoni Ewropea f'konformità ma' dawk il-programmi. Dak il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jipprovdu għall-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu. Għalhekk, l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ma jinvolvux l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali mogħtija mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

    (4)

    Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa tal-firma tal-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, mill-firma tiegħu, (2) sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    Il-Kummissjoni hija awtorizzata tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Libanu f'kull programm partikolari tal-Unjoni, inkluża l-kontribuzzjoni finanzjarju pagabbli. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill infurmat.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. L. GALLETTI


    (1)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2

    (2)  Id-data tal-iffirmar tal-Protokoll għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top