Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015B1631

    Deċiżjoni (UE) 2015/1631 tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013

    ĠU L 255, 30.9.2015, p. 142–143 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1631/oj

    30.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/142


    DEĊIŻJONI (UE) 2015/1631 TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tad-29 ta' April 2015

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)487 — C8-0146/2014),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2014 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013,

    wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2014)350),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa' u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (05135/2015 — C8-0050/2015, 05136/2015 — C8-0051/2015, 05138/2015 — C8-0052/2015),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)607) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2014)285 u SWD(2014)286),

    wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (3) u rivedut f'Ouagadougou (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010 (4),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”) (5),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE (6),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (7),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (8),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE (9),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0102/2015),

    1.   

    Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013;

    2.   

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.   

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.

    (2)  ĠU C 401, 13.11.2014, p. 264.

    (3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

    (5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1, u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

    (6)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

    (7)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

    (8)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

    (9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

    (10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

    (11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.


    Top