This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014Y0215(01)
Council Act of 11 February 2014 appointing a Deputy Director of Europol
Att tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2014 li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol
Att tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2014 li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol
ĠU C 44, 15.2.2014, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2018
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/3 |
ATT TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Frar 2014
li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol
(2014/C 44/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha,
Filwaqt li jaġixxi bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar il-Viċi Direttur tal-Europol,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni,
Wara li kkunsidra l-Pjan Pluriennali ta' Politika tal-Persunal tal-Europol għall-2014-2016 u b'mod partikolari t-Taqsimiet 2.2. u 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba l-iskadenza tal-mandat tal-Viċi Direttur tal-Europol maħtur bl-Att tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2009 (2), huwa meħtieġ li jinħatar Viċi Direttur. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol li tistabbilixxi r-regoli dwar l-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tkeċċija tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol (3), tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċeduri ta' għażla tad-Direttur jew Viċi Direttur tal-Europol. |
(3) |
Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta lill-Kunsill lista qasira ta' applikanti adatti għall-ħatra, flimkien mal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni ta' kull wieħed minn dawk il-kandidati, kif ukoll il-lista tal-kandidati eliġibbli kollha. |
(4) |
Abbażi tal-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord ta' Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skont il-Kunsill, jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Viċi Direttur, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT hu b'dan maħtur Viċi Direttur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2014 sat-30 ta' April 2018 fil-grad AD 13, skala 1.
Artikolu 2
Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.
Huwa għandu jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) ĠU C 249, 17.10.2009, p. 5.
(3) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 3.