This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1398
Commission Delegated Regulation (EU) No 1398/2014 of 24 October 2014 laying down standards regarding candidate volunteers and EU Aid Volunteers Text with EEA relevance
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2014 tal- 24 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2014 tal- 24 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 373, 31.12.2014, p. 8–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/8 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1398/2014
tal-24 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards u proċeduri li jkopru l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u r-rekwiżiti meħtieġa li għandhom jiġu applikati mill-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw meta jidentifikaw, jagħżlu, iħejju, jimmaniġġaw u jimmobilizzaw il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi. Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 jipprovdi biex dawn l-istandards jiġu adottati permezz ta' atti ta' delega u l-proċeduri li għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. |
(2) |
Il-partijiet interessati kollha tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż il-voluntiera nfushom u l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw, għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu sens ta' identità fl-inizjattiva. |
(3) |
Il-qafas ta' kompetenza li għandu jintuża għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jiddefinixxi kompetenzi trasversali meħtieġa f'ħafna setturi tal-volontarjat u l-impjiegi, u jistabbilixxi wkoll il-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u biex taħdem f'għajnuna umanitarja. Hu għandu wkoll jagħti lista mhux eżawrjenti tal-kompetenzi tekniċi. Dan għandu jgħin sabiex tiġi żgurata għażla effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati, fuq il-bażi ta' qafas ta' kompetenza komuni. |
(4) |
Sabiex il-kompetenzi, il-bżonnijiet fit-tagħlim u r-riżultati tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jiġu dokumentati u vvalutati, dawn għandhom isegwu b'mod faċli, pjan ta' tagħlim u żvilupp tul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva. It-tfassil ta' dan il-pjan se jkun ibbażat fuq lezzjonijiet minn inizjattivi tal-Youth Pass (2) u l-Europass (3). |
(5) |
Parteċipazzjoni fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tista' ttejjeb l-impjegabbiltà tal-voluntiera, bħala riżultat tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jakkwistaw. Dan juri wkoll solidarjetà tagħhom man-nies fil-bżonn u l-impenn tagħhom biex jippromwovu b'mod viżibbli sens ta' ċittadinanza Ewropea. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom għalhekk jiffaċilitaw, sa fejn possibbli, il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jsir minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (4). |
(6) |
Standards li jirregolaw is-sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw huma ta' rilevanza kemm għas-settur umanitarju kif ukoll għal organizzazzjonijiet volontarji. Huma jappoġġjaw l-objettiv tal-bini ta' sħubiji bejn l-organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni u jirriflettu r-responsabbiltà reċiproka ta' dawn l-organizzazzjonijiet kemm biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kif ukoll għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bħala individwi. Il-prinċipji li fuqhom hi bbażata s-sħubija jeħtieġ li jiġu definiti u l-Ftehim ta' Sħubija għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi sabiex l-imsieħba jkunu jistgħu japplikaw għal u jimmaniġġaw proġetti li jinvolvu l-iskjerament ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi. |
(7) |
Prinċipji relatati ma' opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni huma mħaddna fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni u għandhom dejjem jiġu rispettati u promossi mill-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw. Madankollu ssir dispożizzjoni għal eċċezzjonijiet speċifiċi għall-kuntest, fejn meħtieġ, relatati mad-definizzjoni tar-rwol u l-profil tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. |
(8) |
Il-konformità mal-istandards rilevanti nazzjonali u mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi tal-Istat fil-pajjiż ospitanti hija ta' importanza kbira. Din hija r-responsabbiltà tal-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw, li huma obbligati wkoll li jgħarrfu l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tad-drittijiet tagħhom u l-obbligi legali li joħorġu minn din il-leġiżlazzjoni u d-dritt tagħhom għal kopertura tal-assigurazzjoni. Status legali ċar tal-voluntiera hi prekundizzjoni għall-iskjerament tagħhom u għalhekk għandu jiġi definit f'kuntratt ta' skjerament bejn l-organizzazzjonijiet mittenti u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċifika għall-protezzjoni tad-dejta personali, bil-ħtieġa ta' aġir b'integrità, skont il-kodiċi ta' kondotta, u għas-salvagwardja ta' tfal u adulti vulnerabbli, inkluż billi tistabbilixxi prinċipju ta' tolleranza żero fir-rigward ta' abbuż sesswali. |
(9) |
Sabiex tassigura implimentazzjoni fil-ħin tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti peress li din tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ibbażati fuq liema organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni għandhom jibagħtu Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards dwar voluntiera kandidati u Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fir-rigward dawn il-materji elenkati fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014:
(a) |
qafas kompetenti li jintuża għall-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija tal-voluntiera bħala professjonisti fil-bidu jew professjonisti anzjani; |
(b) |
dispożizzjonijiet li jiżguraw opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni fil-proċess ta' identifikazzjoni u għażla; |
(c) |
dispożizzjonijiet li jiżguraw l-osservanza min-naħa tal-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw tal-liġijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni u l-liġi tal-pajjiż ospitanti; |
(d) |
standards li jirregolaw is-sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw; kif ukoll |
(e) |
dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE b'konformità mal-inizjattivi rilevanti eżistenti tal-Unjoni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għar-raġunijiet ta' dan ir-Regolament, se japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u d-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Kompetenzi” tfisser skont id-definizzjoni stipulata fil-Qafas Ewropew ta' Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal Tagħlim tul il-Ħajja (5) taħlita flimkien ta' għarfien, ħiliet u attitudnijiet xierqa għall-kuntest, li jippermettu Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jikkontribwixxu għall-provvista ta' għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet. |
(b) |
“Kompetenzi trasversali” tfisser il-kompetenzi meħtieġa f'ħafna setturi tal-volontarjat u l-impjiegi u li mhumiex speċifiċi għal għajnuna umanitarja; |
(c) |
“Kompetenzi speċifiċi” tfisser l-kompetenzi meħtieġa għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-għajnuna umanitarja b'mod aktar wiesa'; |
(d) |
“Kompetenzi” tfisser kompetenzi tekniċi li jirriżultaw minn għarfien speċjalizzat rilevanti fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja; |
(e) |
'Riżultati tat-tagħlim' tfisser skont id-definizzjoni stipulati fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (6) d-dikjarazzjonijiet ta' dak li jaf min jitgħallem, dak li jifhem u dak li jkun kapaċi jagħmel meta jtemm il-proċess tat-tagħlim. Huma espressi f'termini ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi. |
KAPITOLU 2
QAFAS TA' KOMPETENZA
Artikolu 3
Qafas ta' Kompetenza
1. Il-qafas ta' kompetenza li għandu jintuża għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jkollu tliet dimensjonijiet:
(a) |
Kompetenzi trasversali; |
(b) |
Kompetenzi speċifiċi; kif ukoll |
(c) |
Kompetenza tekniċi; |
2. Il-qafas ta' kompetenza għandu jkun imfassal sabiex:
(a) |
professjonisti żgħażagħ, partikolarment gradwati riċenti b'inqas minn ħames snin esperjenza professjonali u inqas minn ħames snin esperjenza f'azzjoni umanitarja; kif ukoll |
(b) |
professjonisti anzjani b'ħames jew aktar snin esperjenza professjonali f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà jew pożizzjonijiet ta' espert. |
3. Il-qafas ta' kompetenza għandu jippromwovi kemm il-proċess kontinwu ta' żvilupp personali li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jgħaddu minnu matul l-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tagħhom f'din l-inizjattiva kif ukoll ikejjel il-progress tagħhom. Il-livelli ta' profiċjenza f'kull kompetenza għandha tiġi evalwata b'mod konsistenti mal-approċċ tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u fuq l-iskala li ġejja:
(a) |
Livell 4: Profiċjenza eċċellenti; |
(b) |
Livell 3: Profiċjenza sostnuta; |
(c) |
Livell 2: Profiċjenza mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp; |
(d) |
Livell 1: Profiċjenza fqira. |
4. Definizzjonijiet tal-kompetenzi ewlenin użati huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Pjan ta' tagħlim u żvilupp
1. Pjan ta' tagħlim u żvilupp għandu jiddikjara r-riżultati ta' tagħlim li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE huma mistennija li jiksbu u għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kompetenzi mistennija tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, il-bżonnijiet għat-tagħlim u l-kisbiet tagħhom matul l-istadji differenti ta' parteċipazzjoni fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
2. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fil-pjan ta' tagħlim u żvilupp:
(a) |
Informazzjoni bażika dwar Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(b) |
Informazzjoni bażika dwar xogħol volontarju u deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu; |
(c) |
Il-kompetenzi stabbiliti fil-qafas ta' kompetenza u valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-voluntier u r-riżultati tat-tagħlim skont dawn; |
(d) |
Il-ħtiġijiet tat-tagħlim u l-iżvilupp ippjanat fl-attivitajiet, fejn rilevanti; |
(e) |
Korsijiet b'attendenza matul it-taħriġ jew il-kollokament (jew inkella xogħol prattiku); kif ukoll |
(f) |
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. |
3. L-użu ta' elementi differenti ta' tagħlim u żvilupp għandu jiddependi fuq il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u għandu jiġi aġġornat b'mod regolari, inkluż fl-istadji li ġejjin:
(a) |
Għażla; |
(b) |
Taħriġ, inkluż xogħol ta' apprendistat, fejn rilevanti; |
(c) |
Skjerament; kif ukoll |
(d) |
Informazzjoni fil-qosor ta' wara l-iskjerament, fejn rilevanti. |
KAPITOLU 3
RIKONOXXIMENT TAL-ĦILIET U L-KOMPETENZI MIKSUBA MILL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA TAL-UE
Artikolu 5
il-Proċess ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni
1. Il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-kompetenzi miksuba minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha tappoġġja:
(a) |
ir-rikonoxximent professjonali tal-kompetenzi miksuba li jkunu jistgħu jintużaw f'kuntest professjonali u li jtejbu l-impjegabbiltà ta' voluntier; kif ukoll |
(b) |
ir-rikonoxximent soċjali tal-kontribuzzjoni tal-voluntiera biex jesprimu l-valuri ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-persuni fil-bżonn u jippromwovu b'mod viżibbli sens ta' ċittadinanza Ewropea. |
2. L-ambitu u l-proċess ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni għandu jiġi adattat biex ikun xieraq għal professjonisti żgħażagħ jew anzjani u għandu jiddependi fuq il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
3. Il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' esperjenzi ta' tagħlim għandha tirrifletti l-proċess kontinwu ta' żvilupp li Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jgħaddu minnu, biex b'hekk ikun hemm għarfien u appoġġ tat-tagħlim u żvilupp tul l-istadji differenti ta' parteċipazzjoni ta' voluntier fl-inizjattiva. Valutazzjoni u dokumentazzjoni għandha tiġi mwettqa fuq il-bażi ta' pjan ta' tagħlim u żvilupp msemmi fl-Artikolu 4.
4. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom juru l-impenn kontinwu ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni ta' esperjenzi ta' tagħlim tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent professjonali u soċjali.
5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE għandhom jipprovdu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali bl-informazzjoni rilevanti dwar l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u dwar il-valutazzjoni u sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' dokumentazzjoni formali tal-proċessi tal-validazzjoni ta' esperjenzi ta' tagħlim tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżhom, fejn xieraq.
Artikolu 6
Rikonoxximent professjonali
1. Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jirċievu, fuq talba, ċertifikat ta' tlestija ta' parteċipazzjoni fl-inizjattiva. Dan għandu jinħareġ mill-Kummissjoni u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
dati tax-xogħol; |
(b) |
l-isem u d-dettalji tal-organizazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw; |
(c) |
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-mentor tal-volontier u l-maniġer tal-azzjoni; |
(d) |
l-isem u d-dettalji ta' persuni fl-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw lesti li jipprovdu referenza għall-volontier; |
(e) |
ix-xogħlijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(f) |
deskrizzjoni tal-ksib ewlieni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul ix-xogħol; |
(g) |
deskrizzjoni tar-riżultati ta' tagħlim miksuba mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul l-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva, ivvalutati skont l-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament. |
2. Fuq talba tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, kopja tal-pjan ta' tagħlim u żvilupp tista' tiġi mehmuża maċ-ċertifikat.
Artikolu 7
Rikonoxximent soċjali
1. Rikonoxximent soċjali għandu jiġu promoss permezz ta' attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikollhom l-opportunità li jkunu involuti f'xogħol ta' komunikazzjonijiet esterni mfasslin biex jippubbliċizzaw l-inizjattiva u l-impenn li sar mill-voluntiera.
2. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha torganizza avvenimenti ta' livell għoli biex tqajjem il-kuxjenza pubblika u ssaħħaħ il-viżibbiltà tal-inizjattiva.
3. L-organizzazzjonijiet li jibagħtu għandhom ixerrdu l-informazzjoni dwar u jippromwovu l-involviment man-netwerk għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li tenfasizza l-opportunitajiet li jipprovdi għal voluntiera biex jibqgħu impenjati fi kwistjonijiet relatati ma' għajnuna umanitarja u ċ-ċittadinanza Ewropea attiva wara l-iskjerament tagħhom.
4. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikunu konxji tal-opportunitajiet biex jibqgħu impenjati bi kwistjonijiet relatati mal-għajnuna umanitarja u ta' ċittadinanza Ewropea attiva. Huma għandhom, b'mod partikolari, jinkoraġġixxu l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jieħdu sehem f'konferenzi u sessjonijiet ta' ħidma organizzati fuq livell tal-UE u nazzjonali, sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom mal-partijiet interessati rilevanti.
KAPITOLU 4
STANDARDS LI JIRREGOLAW IS-SĦUBIJIET BEJN L-ORGANIZZAZZJONIJIET EMITTENTI U DAWK LI JOSPITAW
Artikolu 8
Objettiv u l-membri ta' sħubija
1. Is-sħubija bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandha tistabbilixxi l-arranġamenti bejn l-imsieħba li qed japplikaw għal u l-ġestjoni ta' proġetti li jinvolvu l-iskjerament ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi li jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jirrigwardaw bini ta' kapaċità u/jew għajnuna teknika.
2. Il-membri tas-sħubija għandhom ikunu organizzazzjonijiet li jibagħtu li jikkonformaw mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u l-organizzazzjonijiet li jospitaw li jikkonformaw mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
3. Meta jiffurmaw sħubija, l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw jistgħu jinkludu bħala sħab organizzazzjonijiet oħrajn speċjalizzati f'xi oqsma rilevanti mal-objettivi jew l-azzjonijiet tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq sabiex jikkontribwixxu l-għarfien speċifiku tagħhom.
4. Fejn proġetti jinkludu attivitajiet relatati ma' bini ta' kapaċità u/jew għajnuna teknika, organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw li diġà għaddew minn proċess ta' ċertifikazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li għandu jiġu adottat skont il-bażi tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 iżda li ma ngħatawx ċertifikazzjoni jikkwalifikaw ukoll bħala sieħba eliġibbli sakemm ikollhom strateġija bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-bini tal-kapaċità u/jew għajnuna teknika fis-seħħ.
5. Fejn il-proġetti jservu biex jagħtu sostenn lill-operazzjonijiet ta' reazzjoni għall-emerġenzi, is-sħubija tista' tiġi ffurmata biss minn organizzazzjonijiet emittenti.
Artikolu 9
Prinċipji ta' sħubija
L-attivitajiet tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jippromwovu sħubiji transnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw ibbażati fuq il-prinċipji ta':
(a) |
Ugwaljanza; |
(b) |
Valuri komuni u viżjoni komuni; |
(c) |
Transparenza; |
(d) |
Responsabbiltà, trasparenza u affidabbiltà; |
(e) |
Fiduċja u rispett reċiproku; |
(f) |
Il-komplementarjetà, li tibni fuq id-diversità tal-komunità umanitarja u l-volontarjat b'enfasi qawwija fuq il-bini tal-kapaċità lokali; |
(g) |
Flessibbiltà u adattabbiltà; kif ukoll |
(h) |
Reċiproċità fl-allokazzjoni ta' riżorsi u t-twaqqif ta' objettivi. |
Artikolu 10
Ftehim ta' Sħubija u standards
1. Qabel l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw jidħlu fi sħubija, se titwettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet mill-organizzazzjonijiet ospitanti, fejn xieraq b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet emittenti, filwaqt li jqisu l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Kummissjoni tal-għajnuna umanitarja.
2. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tinkludi bħala minimu:
(a) |
Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u r-riskju tal-pajjiż ta' skjerament, inkluża l-valutazzjoni ta' sigurtà, tal-ivvjaġġar u r-riskji tas-saħħa rilevanti għal Voluntiera tal-għajnuna tal-UE; |
(b) |
Konsiderazzjoni tal-kapaċità attwali tal-organizzazzjoni ospitanti biex tospita voluntiera tal-għajnuna tal-UE; |
(c) |
Analiżi tal-kompetenzi u l-kapaċitajiet attwalment nieqsa fi ħdan l-organizzazzjoni ospitanti u l-komunità lokali, u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-analiżi ta' kif l-aħjar jistgħu jiġu indirizzati; |
(d) |
Analiżi tal-valur miżjud mistenni mill-Voluntiera tal-għajnuna tal-UE u, fejn rilevanti, l-appoġġ previst għall-bini ta' kapaċità lill-organizzazzjoni ospitanti u l-komunità lokali. |
3. Se jiġi ffirmat ftehim ta' sħubija mill-imsieħba kollha sabiex jiżguraw il-konformità mal-istandards ta' sħubija minimi li ġejjin:
(a) |
Is-sħubijiet għandhom ikunu bbażati fuq ftehim fuq valuri komuni u viżjoni komuni, b'mod partikolari kif jirrelata għall-volontarjat u l-għajnuna umanitarja; |
(b) |
Il-valur miżjud ta' kull imsieħeb u r-rwoli rispettivi tagħhom għandhom jiġu definiti b'mod ċar; |
(c) |
L-imsieħba kollha jaqblu dwar l-objettivi komuni tas-sħubija u l-modi ta' kif is-sħubija għandha tiġi amministrata, b'mod partikolari:
|
(d) |
Fejn rilevanti, strateġija bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-bini tal-kapaċità u/jew għajnuna teknika bejn l-imsieħba għandha tiġi żviluppata u jiġi allokat baġit iddedikat għal din l-istrateġija. |
(e) |
L-imsieħba għandhom jikkontribwixxu għal attivitajiet ta' tagħlim u għandhom jimpenjaw ruħhom li jwettqu azzjonijiet dwar komunikazzjoni u viżibbiltà skont il-pjan ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. |
KAPITOLU 5
OPPORTUNITAJIET INDAQS U NONDISKRIMINAZZJONI
Artikolu 11
Il-prinċipju ġenerali
1. L-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha tkun miftuħa għal kandidati eliġibbli kollha indipendentement min-nazzjonalità tagħhom, is-sess, ir-razza, l-oriġini etnika, l-età, l-isfond soċjali, ir-reliġjon jew twemmin, l-orjentazzjoni sesswali u mingħajr referenza għall-istat maritali jew minn jekk għandhomx diżabbilità.
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jimpenjaw ruħhom għall-prinċipji ta' trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni. Dawn il-prinċipji għandhom jiġu integrati b'mod sħiħ fil-proċedura għall-identifikazzjoni, l-għażla u r-reklutaġġ, u t-tħejjija ta' voluntiera u f'politiki u prattiki ta' ġestjoni ta' prestazzjoni.
Artikolu 12
L-ugwaljanza tat-trattament, opportunitajiet ugwali u n-nondiskriminazzjoni
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha jkollha dikjarazzjoni ta' prinċipju u politika fis-seħħ biex tiżgura li prattiki ta' fuq il-post tax-xogħol jirriflettu l-prinċipji ta' trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni u tippromwovi kultura organizzattiva inklużiva.
2. Il-politika tat-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħala minimu għandha:
(a) |
tkun konformi ma' leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti u tfittex li tevita jew tindirizza u tneħħi politiki u prattiki diskriminatorji, inkluż kwalunkwe ostakolu għall-impjieg għal gruppi kollha identifikati f'dik il-leġiżlazzjoni u/jew magħrufa li huma responsabbli biex jiltaqgħu ma' preġudizzji meta jfittxu xogħol u għalhekk ikunu f'riskju ta' nuqqas ta' rappreżentanza; |
(b) |
tkopri, iżda ma tkunx limitata għall-aspetti kollha ta' esperjenza tal-voluntier individwali, inklużi standards ta' mġiba, reklam tal-kollokament, tar-reklutaġġ u tal-għażla, taħriġ u żvilupp, ġestjoni tal-prestazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga u l-proċeduri tas-sensja; |
(c) |
tiddikjara b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal u l-voluntiera kollha, il-maniġment superjuri u t-timijiet tat-tmexxija, id-dipartimenti tar-riżorsi umani u kwalunkwe partijiet interessati oħra identifikati mill-organizzazzjoni; |
(d) |
tkun sorveljata u rieżaminata regolarment biex ikun żgurat li jibqa' f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u li qed tiġi implimentata b'mod korrett u effettiv. |
3. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tagħti konferma bil-miktub lill-organizzazzjoni emittenti tal-prinċipju u l-politika fuq it-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, u għandha tavża l-organizzazzjoni emittenti ta' kull eċċezzjoni li ssir biex jiġi definit ir-rwol u l-profil ta' Voluntier tal-għajnuna tal-UE, li saru neċessarji minħabba l-kuntest speċifiku tax-xogħol tiegħu.
4. L-organizzazzjoni emittenti għandha tappoġġja l-organizzazzjoni ospitanti fl-implimentazzjoni tal-politika dwar it-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni u, bħala eċċezzjoni, tappoġġa organizzazzjonijiet ospitanti biex jagħmlu aġġustamenti speċifiċi għall-kuntest għal dawn il-prinċipji, fejn meħtieġ.
5. Fejn possibbli, l-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi taħriġ xieraq u informazzjoni dwar il-politika u l-prinċipji tagħha lill-persunal kollu fuq bażi regolari, sabiex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha jifhmu, jappoġġjaw u jimplimentaw il-politika.
KAPITOLU 6
KONFORMITÀ MAL-LIĠI NAZZJONALI U TAL-UNJONI U L-LIĠI TAL-PAJJIŻ OSPITANTI
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jiżguraw konformità mal-istandards rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni u mal-liġi tal-pajjiż ospitanti, inklużi:
(a) |
Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014, inkluż ir-rispett tal-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 5; |
(b) |
Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-istatus legali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(c) |
Il-leġiżlazzjoni applikabbli fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera; |
(d) |
Il-leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni; kif ukoll |
(e) |
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali: |
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jinfurmaw il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tad-drittijiet tagħhom u l-obbligi legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u d-drittijiet tagħhom għal kopertura tal-assigurazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li se jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
Artikolu 14
Status legali ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-istatus legali ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Għandha għalhekk tħejji kuntratt ta' skjerament, kif imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, li għandu jiġi ffirmat minnha stess u minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Il-kuntratt għandu jindika l-leġiżlazzjoni applikabbli u l-ġurisdizzjoni tal-kuntratt.
2. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura r-rispett tal-kuntratt mill-organizzazzjoni ospitanti u tkun responsabbli għal vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta' skjerament mill-organizzazzjoni ospitanti.
Artikolu 15
Id-dmir li tinforma Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar ir-regoli tat-taxxa
1. Qabel l-iskjerament, l-organizzazzjoni emittenti għandha tinforma l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar kwalunkwe regoli li japplikaw għall-pagamenti tal-indennizzi fiskali fil-pajjiż fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni emittenti u, fejn rilevanti, fil-pajjiż ta' skjerament tagħhom.
2. Fejn Voluntier tal-Għajnuna tal-UE mhuwiex resident tal-pajjiż ta' stabbiliment tal-organizzazzjoni emittenti, l-organizzazzjoni emittenti għandha tinforma l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar l-obbligu tagħhom li jiffamiljarizzaw ruħhom mar-regoli fiskali fil-pajjiż ta' residenza tagħhom stess li japplikaw għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom.
Artikolu 16
Protezzjoni tad-Dejta
1. L-ipproċessar ta' dejta personali mill-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fejn applikabbli.
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jiżguraw li l-abbuż u l-użu ħażin tad-dejta personali huma evitati waqt l-ipproċessar, inkluż il-ġbir, l-użu, l-iżvelar u t-tħassir tad-dejta personali kollha dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dan jikkonċerna l-azzjonijiet kollha dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, b'mod partikolari:
(a) |
ir-reklutaġġ u l-għażla (inklużi formoli ta' applikazzjoni, noti ta' intervista u kwestjonarji ta' awtovalutazzjoni); kif ukoll |
(b) |
it-tħejjija u l-ġestjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (inklużi pjanijiet ta' tagħlim u żvilupp, l-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni u r-reġistri ta' appoġġ ta' mentoring, eżamijiet mediċi jew kwalunkwe kwistjonijiet dixxiplinarji). |
3. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jiżguraw li tiġi pproċessata d-dejta rilevanti biss u li kwalunkwe dejta personali bħalma huma l-isem, l-età, l-indirizz u d-data tat-twelid, inkluża dejta sensittiva, informazzjoni dwar ir-reklutaġġ, l-impjiegi u l-prestazzjoni tagħhom għandhom ikunu:
(a) |
miġbura skont il-liġi u b'mod adegwat għal raġuni xierqa; |
(b) |
ipproċessata b'mod ġust u legali; |
(c) |
koreġuta jew aġġornata, fejn meħtieġ; |
(d) |
tkun aċċessibbli biss minn persunal awtorizzat; |
(e) |
tkun aċċessibbli fuq talba mill-voluntier kandidat jew mill-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE kkonċernat; |
(f) |
tinżamm b'mod sigur; kif ukoll |
(g) |
miżmuma għal żmien mhux itwal minn dak neċessarju. |
4. Meta l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3, l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom ifittxu l-kunsens espliċitu tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
5. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jinfurmaw il-voluntier kandidat jew il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt tagħhom li jilmentaw u li jużaw u jaċċessaw id-dejta tagħhom u d-dritt tagħhom li jkunu jafu l-identità tal-entitajiet li se jkollhom aċċess għad-dejta personali tagħhom u li jkunu jafu x'tip ta' dejta se jkollhom aċċess għal kull entità.
Artikolu 17
L-integrità u l-kodiċi ta' kondotta
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jaqblu dwar l-integrità politika mfassla biex jipprevjenu l-korruzzjoni u t-tixħim u dwar kodiċi ta' kondotta bbażata fuq il-politika ta' tmexxija tal-organizzazzjoni emittenti li għandha tkun adatta għal u tapplika għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bi gwida dwar l-imġiba mistennija, id-diċenza u l-integrità meħtieġa matul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
2. Il-kodiċi ta' kondotta għandha torbot fuq il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u għandha tinkludi bħala minimu dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
Timpenja ruħha li tiżviluppa sens ta' identità madwar l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u tikkontribwixxi għall-objettivi tagħha; |
(b) |
Ir-rispett għal nies oħra u tad-dinjità tagħhom u r-rispett tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni; |
(c) |
Rispett għall-prinċipji tal-għajnuna umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014; |
(d) |
Impenn lejn is-salvagwardja tat-tfal u għall-protezzjoni ta' adulti vulnerabbli, inkluż permezz ta' “tolleranza żero” fir-rigward ta' abbuż sesswali; |
(e) |
Tolleranza żero fir-rigward l-użu ta' drogi illegali fil-pajjiż ta' skjerament; |
(f) |
Rispett tal-liġijiet lokali; |
(g) |
L-integrità, il-ġlieda kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni; |
(h) |
Iż-żamma ta' standards għoljin ta' kondotta personali u professjonali; |
(i) |
L-osservanza ta' sigurtà u proċeduri ta' saħħa u sikurezza; |
(j) |
Id-dmir li tirrapporta ksur u dispożizzjonijiet għal żvelar ta' informazzjoni protetta; |
(k) |
Regoli dwar kuntatt mal-midja u ġestjoni tal-informazzjoni; kif ukoll |
(l) |
Regoli li jipprojbixxu l-użu ħażin ta' tagħmir tal-organizzazzjoni. |
3. Kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta' mġiba minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jiġi ttrattat skont il-politika ta' tmexxija tal-organizzazzjoni emittenti.
4. Jekk il-ksur jitqies li jikkostitwixxi mġiba ħażina aggravata, għandha twassal għal ritorn kmieni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u, jekk meħtieġ, l-aġir tagħhom se jiġi rapportat lil kwalunkwe organizzazzjonijiet jew awtoritajiet professjonali jew legali.
Artikolu 18
Is-salvagwardja tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, inkluża t-tolleranza żero lejn l-abbuż sesswali
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jimpenjaw ruħhom għal politika ta' tolleranza żero fir-rigward ta' kwalunkwe abbuż tat-tfal u/jew adulti vulnerabbli, inkluż l-abbuż sesswali. Huma għandhom ikunu jistgħu jirrappurtaw l-abbuż, jitrattaw kif suppost u fil-pront l-inċidenti, l-appoġġ tal-vittmi, biex tkun evitata l-vittimizzazzjoni tal-informaturi u jżommu responsabbli lil dawk li jwettquha.
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jipprevjenu l-abbuż permezz tal-proċess użat għall-għażla tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u għat-trawwim u t-taħriġ tagħhom, bil-ħolqien ta' kultura ta' ftuħ u ta' kuxjenza madwar il-kwistjoni bl-assenjazzjoni ċara tal-ġestjoni u permezz ta' responsabbiltajiet ta' sorveljanza.
3. L-organizzazzjoni emittenti għandha twettaq il-verifiki statutorji kollha meħtieġa legalment sabiex tinkiseb approvazzjoni għal voluntiera kandidati biex jaħdmu ma' dawn il-gruppi mmirati.
4. L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jinformaw lill-voluntiera kandidati jew il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar ir-riskji u jirrakkomandaw miżuri preventivi, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbuż.
KAPITOLU 7
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1.
(2) https://www.youthpass.eu/en/youthpass/.
(3) https://europass.cedefop.europa.eu/editors/en/esp/compose#.
(4) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(5) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(7) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
ANNESS
Qafas ta' kompetenza
1. Kompetenzi trasversali meħtieġa f'ħafna setturi tal-volontarjat u l-impjiegi u li mhumiex speċifiċi għall-qasam tal-għajnuna umanitarja
Kompetenza |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||
1) L-iżvilupp u ż-żamma ta' relazzjonijiet kollaborattivi |
|||||||||||||||||
Ħidma ma' oħrajn |
|
||||||||||||||||
Komunikazzjoni |
|
||||||||||||||||
2) Il-mentalità tal-volontarjat |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
3) Il-ġestjoni ta' persuna nnifisha f'ambjent bi pressjoni qawwija ta' xogħol u fejn qed jinbidel l-ambjent |
|||||||||||||||||
Awtokoxjenza u r-reżiljenza |
|
||||||||||||||||
Awtonomija |
|
||||||||||||||||
Ġestjoni tal-aspettattivi tal-persuna stess |
|
||||||||||||||||
Għarfien interkulturali |
|
||||||||||||||||
4) Turija ta' tmexxija |
|||||||||||||||||
|
Jekk fir-rwol ta' responsabbiltà:
|
||||||||||||||||
5) Il-kisba ta' riżultati |
|||||||||||||||||
J/tikseb u tikkomunika r-riżultati tal-azzjoni immedjata u l-progress li sar f'termini ta' bini ta' kapaċità |
Jekk b'mod partikolari rwol fil-bini tal-kapaċità:
|
||||||||||||||||
Responsabilità |
|
2. Kompetenzi speċifiċi tfisser l-kompetenzi meħtieġa għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-għajnuna umanitarja b'mod aktar wiesa';
Kompetenza |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||
6) Fehim tal-kuntest umanitarju tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji |
|||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
7) Użu b'sikurezza u b'sigurtà f'kull ħin |
|||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
8) Ġestjoni ta' proġetti f'kuntesti umanitarji |
|||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
9) Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni |
|||||||||||||||||||||
|
|
3. Kompetenzi tekniċi li jirriżultaw minn għarfien speċjalizzat rilevanti fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja;
Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jista' jkollhom kompetenzi fl-oqsma li ġejjin (lista mhux eżawrjenti):
— |
finanzi u kontabilità |
— |
affarijiet legali |
— |
ġestjoni ta' proġett u amministrazzjoni |
— |
monitoraġġ u evalwazzjoni |
— |
komunikazzjonijiet (inkluża l-viżibbiltà, ir-relazzjonijiet pubbliċi u sensibilazzjoni) |
— |
loġistika u trasport |
— |
ġestjoni tar-riżorsi umani u t-tagħlim |
— |
żvilupp organizzazzjonali u trawwim ta' kapaċità |
— |
tfassil tal-politika u l-ippjanar strateġiku |
— |
komunikazzjoni tar-riskju u t-teknoloġija tal-informazzjoni |
— |
ilma u faċilitajiet sanitarji |
— |
protezzjoni u kenn |
— |
ikel, nutrizzjoni u saħħa |
— |
refuġjati u persuni spostati internament |
— |
kwistjonijiet tas-sessi |
— |
protezzjoni tat-tfal |
— |
għajxien |
— |
rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp |
— |
ġestjoni tar-riskju ta' diżastri |
— |
bini ta' reżiljenza |
— |
dejta u għarfien ta' diżastri |
— |
valutazzjoni u mmappjar tar-riskju u l-vulnerabbiltà u l-fraġilità u l-analiżi tal-kunflitt |
— |
ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u l-adattament tat-tibdil fil-klima |
— |
tqajjim ta' kuxjenza u edukazzjoni |
— |
reżiljenza urbana u l-ippjanar tal-użu tal-art |
— |
żvilupp bbażat fil-komunità |
— |
protezzjoni soċjali u xbieki tas-sikurezza |
— |
negozju reżiljenti u l-infrastruttura, inkluża l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika |
— |
finanzjament ta' riskju |
— |
monitoraġġ u sistemi ta' twissija bikrija |
— |
tħejjija għad-diżastri u l-ippjanar ta' kontinġenza |
— |
il-protezzjoni ċivili u r-rispons f'każ ta' emerġenza |
— |
valutazzjoni u rkupru ta' wara l-kunflitti u ta' wara d-diżastri |
— |
servizzi mediċi u paramediċi |
— |
inġinerija |
— |
ġestjoni tal-volontarjat |