This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1107
Commission Regulation (EU) No 1107/2014 of 16 October 2014 establishing a prohibition of fishing for herring in Union and international waters of Vb, VIb and VIaN by vessels flying the flag of France
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/2014 tas- 16 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/2014 tas- 16 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
ĠU L 301, 21.10.2014, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014
21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1107/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2). |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2014 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
Nru |
56/TQ43 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
HER/5B6ANB |
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN |
Data tal-għeluq |
22.9.2014 |