This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0988
Commission Implementing Regulation (EU) No 988/2014 of 18 September 2014 opening and providing for the management of Union tariff quotas for agricultural products originating in the Republic of Moldova
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2014 tat- 18 ta' Settembru 2014 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2014 tat- 18 ta' Settembru 2014 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova
ĠU L 278, 20.9.2014, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1987 Ara Art. 4
20.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 988/2014
tat-18 ta' Settembru 2014
li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), u l-applikazzjoni proviżorja tat-Titolu V tiegħu dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ.
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 184 tiegħu.
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (il-Ftehim). (3) F'konformità mad-Deċiżjoni 2014/492/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
Skont l-Artikolu 464(4) tal-Ftehim, l-applikazzjoni proviżorja tkun effettiva mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-iskambju ta' notifiki. L-aħħar notifika saret fil-25 ta' Lulju 2014. Għalhekk, il-Ftehim jibda japplika fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Settembru 2014. |
(3) |
L-Anness XV-A tal-Ftehim jelenka l-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova. Huwa għalhekk neċessarju li jinfetħu l-kwoti tariffarji għal dawk il-prodotti. |
(4) |
Sabiex jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tariffarji previsti f'dan ir-Regolament, il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif previst fil-Ftehim. |
(5) |
Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni fuq bażi ta' min jasal l-ewwel, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4). |
(6) |
Il-Ftehim huwa applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Settembru 2014. Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għall-prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u li huma elenkati fl-Anness.
Artikolu 2
Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u li huma elenkati fl-Anness għandhom, fil-kwoti tariffarji rispettivi stipulati f'dak l-Anness, jiġu sospiżi.
Artikolu 3
Il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fil-Protokoll II tal-Ftehim.
Artikolu 4
Il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għandhom jitmexxew mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-enerġija atomika u l-istati membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS
Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, bl-iskop tal-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota annwali (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
09.6800 |
0702 00 00 |
Tadam, frisk jew imkessaħ |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
2 000 |
Mill-1.1. sal-31.12.2015 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sal-31.12 |
2 000 |
|||
09.6801 |
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
220 |
Mill-1.1. sal-31.12.2015 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sal-31.12 |
220 |
|||
09.6802 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda, frisk |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
10 000 |
Mill-1.1. sal-31.12.2015 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sal-31.12 |
10 000 |
|||
09.6803 |
0808 10 80 |
Tuffieħ frisk (ħlief it-tuffieħ tas-sidru, fi kwantità, mis-16 ta' Settembru sal-15 ta' Diċembru) |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
40 000 |
Mill-1.1. sal-31.12.2015 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sal-31.12 |
40 000 |
|||
09.6804 |
0809 40 05 |
Għanbaqar, frisk |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
10 000 |
Mill-1.1. sal-31.12.2015 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sal-31.12 |
10 000 |
|||
09.6805 |
2009 61 10 |
Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer), mhux iffermentat u li ma għandux spirtu miżjud miegħu, ta' valur Brix ta' mhux aktar minn 30, li jiswew aktar minn EUR 18 għal kull 100 kg piż nett, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu |
Mill-1.9.2014 sal-31.12.2014 |
500 |
Mill-1.1. sal-31.12.2015 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sal-31.12 |
500 |
|||
|
2009 69 19 |
Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer), mhux iffermentat u li ma għandux spirtu miżjud miegħu, ta' valur Brix ta' mhux aktar minn 67, li jiswew aktar minn EUR 22 għal kull 100 kg piż nett, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu |
|
|
|
2009 69 51 2009 69 59 |
Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer), mhux iffermentat u li ma għandux spirtu miżjud miegħu, ta' valur Brix ta' aktar minn 30 iżda mhux aktar minn 67, li jiswew aktar minn EUR 18 għal kull 100 kg piż nett, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu |
|
|