Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0974

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/974/oj

    16.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 274/6


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 974/2014

    tal-11 ta' Settembru 2014

    li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”, li hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93 (2) stabbilixxa l-metodu rifrattometru li għandu jintuża biex jitkejjel il-kontenut ta' zokkor fi prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex għall-finijiet tan-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 tan-NM u fin-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 tan-NM.

    (3)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 558/93 kien tħassar mill-acquis attiv mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni 2009/C 30/04 (3) tagħha.

    (4)

    Għalkemm ir-Regolament (KEE) Nru 558/93 kien tħassar mill-acquis attiv, il-metodu rifrattometru għadu meħtieġ għal laboratorji doganali fl-Istati Membri bħala għodda importanti u insostitwibbli biex jiġi ddeterminat il-kontenut ta' diversi zokkrijiet imfisser bħala sukrożju tal-prodotti tal-Kapitoli 8 u 20 tan-NM.

    (5)

    Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet doganali japplikaw approċċ uniformi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni doganali, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit metodu biex jitkejjel il-kontenut ta' residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix.

    (6)

    Għal dan l-għan huwa xieraq li jintuża l-metodu rifrattometru ispirat mill-metodu stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 558/93 filwaqt li titqis l-esperjenza miksuba minn avvanz teknoloġiku fit-teknika tal-laboratorju u l-esperjenza xjentifika akkumulata.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-metodu tal-kejl tar-residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix li jiġi użat biex jiġi ddeterminat il-kontenut taz-zokkor espress bħala sukrożju fil-prodotti fil-Kapitoli 8 u 20 tan-Nomenklatura Magħquda għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93 tal-10 ta' Marzu 1993 dwar il-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 543/86 u li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 58, 11.3.1993, p. 50).

    (3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi rikonoxximent formali li ċertu numru ta' atti ta' liġi Komunitarja fil-qasam tal-agrikoltura m'għadhomx jgħoddu (ĠU C 30, 6.2.2009, p. 18).


    ANNESS

    METODU TA' KEJL TA' RESIDWU XOTT SOLUBBLI FI PRODOTTI PROĊESSATI MINN FROTT U ĦAXIX PERMEZZ TAR-RIFRATTOMETRIJA

    (DETERMINAZZJONI TAL-VALUR BRIX)

    1.   DEFINIZZJONI

    Il-kontenut ta' residwu xott solubbli (il-valur Brix, stabbilit bir-rifrattometrija) ifisser il-perċentwali ta' piż ta' sukrożju f'soluzzjoni milwiema ta' sukrożju li, skont ċerti kundizzjonijiet, għandu l-istess indiċi refrattiv bħall-prodott analizzat.

    2.   APPARAT

    It-tip ewlieni ta' apparat li jintuża huwa Rifrattometru tat-tip Abbe. Inkella, huwa permess ukoll l-użu ta' rifrattometru diġitali.

    Dan l-apparat għandu jippermetti li l-perċentwali ta' piż ta' sukrożju jiġi stabbilit sal-eqreb ± 0,1 %.

    Ir-rifrattometru jrid jiġi kkalibrat b'temperatura ta' 20 °C minn sistema li tippermetti l-aġġustament tat-temperatura taċ-ċellola tal-kejl minn + 15 °C sa + 25 °C bi preċiżjoni ta' ± 0,5 °C.

    L-istruzzjonijiet għat-tħaddim ta' dan l-apparat, u partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu mall-kalibrazzjoni u provenjenza ta' dawl, għandhom jiġu strettament osservati.

    3.   METODU

    3.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

    3.1.1.   Prodotti likwidi

    Ħawwad b'attenzjoni u pproċedi għad-determinazzjoni.

    3.1.2.   Prodotti semi-densi, purées, meraq tal-frott b'sustanza ssospenduta

    Ħawwad b'attenzjoni kampjun medju tal-laboratorju u mbagħad omoġenizza.

    Saffi parti mill-kampjun minn garża xotta mitwija f'erbgħa, neħħi l-ewwel qtar u pproċedi għad-determinazzjoni fuq il-filtrat.

    3.1.3.   Prodotti densi (ġamm u ġeli)

    Jekk il-prodott li ġa ġie omoġenizzat ma jistax jintuża direttament, iżen 40 g tal-prodott sal-eqreb 0,01 g fi flixkun li jesa' 250 ml u żid 100 ml ilma distillat.

    Għalli bil-mod għal żewġ jew tlett minuti, u ħawwad b'virga tal-ħġieġ.

    Berred, ferra l-kontenut tal-flixkun ġo reċipjent miżun adattat u uża l-ilma ddistillat bħala likwidu biex tifflaxxja, żid l-ilma distillat sabiex tikseb madwar 200 g ta' prodott, iżnu sal-eqreb 0,01 g, u ħawwad it-taħlita sewwa.

    Ħalliha toqgħod għal 20 minuta, imbagħad saffiha minn filter mitwi jew lenbut tat-tip Buechner. Agħmel valutazzjoni fuq il-filtrat.

    3.1.4.   Prodotti ffriżati

    Ħalli l-friża tinżel u neħħi l-għadam jew iż-żerriegħa u l-qlub.

    Ħallat il-prodott mal-likwidu li jkun ħareg minnu waqt li nħallet il-friża u kompli kif spjegat fil-punti 3.1.2 u 3.1.3 rispettivament.

    3.1.5.   Prodotti xotti jew prodotti li jkollhom fihom frott sħiħ jew biċċiet ta' frott

    Qattal-kampjun tal-laboratorju — jew parti minnu — f'biċċiet żgħar, neħħi l-għadam jew iż-żerriegħa u l-qlub u ħallat b'attenzjoni.

    Iżen 10 sa 20 g tal-prodott sal-eqreb 0,01 g ġo flixkun.

    Żid l-ilma distillat daqs ħames darbiet il-piż tal-prodott.

    Saħħan banjumarija għal 30 minuta waqt li kultant tħawwad b'virga tal-ħġieġ.

    Meta jibred, kompli kif deskritt fil-punt 3.1.3.

    3.1.6.   Prodotti li jkollhom fihom l-alkoħol

    Iżen madwar 100 g ta' kampjun sal-eqreb 0,01 g fi flixkun miżun.

    Poġġi l-flixkun ġo banjumarija għal 30 minuta, kultant ħawwad b'virga tal-ħġieġ, u żid ilma distillat jekk ikun meħtieg.

    Fejn il-kontenut tal-alkoħol jeċċedi madwar 5 % tal-massa żid aktar ilma distillat u erġa' saħħan fil-banju tal-ilma mgħolli għal 45 minuta.

    Wara li jibred iżen il-kontenut finali tar-reċipjent, saffi jekk meħtieg, u kompli bil-valutazzjoni.

    3.2.   Valutazzjoni

    Il-prinċipju huwa t-tnaqqis tal-kontenut ta' residwu xott solubbli ta' prodott mill-indiċi refrattiv tiegħu.

    It-temperatura tal-kejl għandha tkun ta' bejn 15 u 25 °C.

    Bl-użu ta' rifrattometru diġitali t-temperatura għandha tkun ta' 20 °C.

    Wassal il-kampjun sat-temperatura tal-qies billi tgħaddas il-kontenitur ġo banju tal-ilma fit-temperatura rikjesta.

    Poġġi kampjun żgħir fuq il-priżma t'isfel tar-refrattometru, filwaqt li b'attenzjoni żgura li l-kampjun jgħatti l-wiċċ tal-ħġieġa b'uniformità meta l-priżmi jintrassu ma' xulxin.

    Kejjel skont l-istruzzjonijiet operattivi għall-apparat użat.

    Aqra l-perċentwali tal-piż tas-sukrożju sal-eqreb 0,1 %.

    Agħmel mill-anqas żewg valutazzjonijiet fuq l-istess kampjun preparat.

    4.   ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

    Kalkolazzjoni u formola

    Il-kontenut ta' residwu xott solubbli tal-prodott huwa espress kull 100 gramma tal-prodott (g/100 g). Dan huwa ekwivalenti għal valur fi °Brix.

    Il-kontenut ta' residwu xott solubbli għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

    Il-perċentwali ta' kontenut ta' sukrożju indikat bir-rifrattometrija jintuża direttament.

    Jekk il-qari tal-kejl isir f'temperatura li ma tkunx + 20 °C, ikkoreġi kif indikat fit-tabella annessa.

    Jekk il-kejl ikun sar fuq soluzzjoni miżjuda, il-kontenut ta' residwu xott solubbli (M) jigi kalkolat billi tintuża l-formula segwenti:

    Formula

    M' ikun il-piż (fi grammi) ta' residwu xott solubbli kull 100 g ta' prodott indikat mir-rifrattometru u E il-piż (fi grammi) ta' prodott kull 100 g ta' soluzzjoni.

    Ir-riżultat ta' dak il-kalkolu għandu jingħata sa post deċimali wieħed (± 0,1 °Brix).

    Tabella 1

    Korrezzjonijiet meta l-valutazzjoni ssir f'temperatura li ma tkunx ta' 20 °C

    Temperatura °C

    Sukrożju fi grammi għal kull 100 gramma tal-prodott

    5

    10

    15

    20

    30

    40

    50

    60

    70

    75

     

    Naqqas

    15

    0,25

    0,27

    0,31

    0,31

    0,34

    0,35

    0,36

    0,37

    0,36

    0,36

    16

    0,21

    0,23

    0,27

    0,27

    0,29

    0,31

    0,31

    0,32

    0,31

    0,23

    17

    0,16

    0,18

    0,20

    0,20

    0,22

    0,23

    0,23

    0,23

    0,20

    0,17

    18

    0,11

    0,12

    0,14

    0,15

    0,16

    0,16

    0,15

    0,12

    0,12

    0,09

    19

    0,06

    0,07

    0,08

    0,08

    0,08

    0,09

    0,09

    0,08

    0,07

    0,05

     

    Żid

    21

    0,06

    0,07

    0,07

    0,07

    0,07

    0,07

    0,07

    0,07

    0,07

    0,07

    22

    0,12

    0,14

    0,14

    0,14

    0,14

    0,14

    0,14

    0,14

    0,14

    0,14

    23

    0,18

    0,20

    0,20

    0,21

    0,21

    0,21

    0,21

    0,22

    0,22

    0,22

    24

    0,24

    0,26

    0,26

    0,27

    0,28

    0,28

    0,28

    0,28

    0,29

    0,29

    25

    0,30

    0,32

    0,32

    0,34

    0,36

    0,36

    0,36

    0,36

    0,36

    0,37

    5.   PREĊIŻJONI

    Id-dettalji ta' test inter-laboratorju li għandu x'jaqsam ma' dejta ta' preċiżjoni tal-metodu li twettaq fuq żewġ kampjuni huma mogħtija f'dan il-punt. Huma jirriflettu r-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-metodu deskritt f'dan l-anness. Id-dejta ta' preċiżjoni hija mogħtija fit-tabella 2 hawn taħt.

    Is-sors ta' dejta ta' preċiżjoni

    Id-dejta ta' preċiżjoni kienet ħarġet minn test inter-laboratorju li twettaq f'1999/2000 bil-parteċipazzjoni tal-Laboratorji Doganali Ewropej.

    Il-valutazzjoni ta' dejta ta' preċiżjoni twettqet skont ISO 5725.

    Tabella 2

    Dejta ta' preċiżjoni

    L-isem tal-kampjun

    Għadd ta' laboratorji

    Medja (°Brix)

    Limitu ta' ripetibilità r (%)

    Limitu ta' riproduzzjoni R (%)

    Cocktail tal-frott

    11

    18,9

    3,0

    4,7

    Ananas

    10

    19,4

    1,7

    1,7

    Ix-xropp ta' tuffieħ ippriżervat

    12

    19,5

    2,0

    2,7

    Frott tropikali

    9

    12,8

    2,9

    4,0

    Ġamm tal-frawli

    12

    59,8

    4,0

    7,2

    Meraq tat-tuffieħ

    12

    11,1

    1,4

    4,7

    Konċentrat tal-meraq tal-larinġ

    9

    65,2

    1,3

    2,6

    Meraq tal-larinġ fi trab

    11

    99,8

    2,3

    5,3


    Top