EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0952

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 952/2014 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 rigward l-entrata għall-Malasja fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u rigward il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur, ta’ flieles ta’ ġurnata, ta’ bajd għat-tifqis, ta’ laħam tat-tjur, ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u ta’ bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-ġaġeġ Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 273, 13.9.2014, p. 1–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/952/oj

13.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 952/2014

tal-4 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 rigward l-entrata għall-Malasja fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u rigward il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur, ta’ flieles ta’ ġurnata, ta’ bajd għat-tifqis, ta’ laħam tat-tjur, ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u ta’ bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-ġaġeġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm fl-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(2), l-Artikolu 25, l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 28(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistipula li l-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għandhom biss ikunu importati fl-Unjoni, u jgħaddu mill-Unjoni, bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-prodotti kkonċernati. Dawk ir-rekwiżiti jqisu jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-mard f’dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw l-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti, huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-Malasja hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-bajd u ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem huma awtorizzati, iżda biss mir-reġjun Peniżolari tal-Punent (MY-1). Madankollu, l-entrata għal dak il-pajjiż terz f’dak l-Anness tindika li l-importazzjonijiet ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn dak ir-reġjun bħalissa huma ristretti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, minħabba l-fatt li programm rilevanti ta’ kontroll tas-Salmonella għadu ma kisibx l-approvazzjoni tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, u minħabba li hemm kondizzjoni speċifika dwar restrizzjonijiet li hija marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(4)

Skont l-aħħar aġġornament tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dwar l-HPAI fl-annimali, il-Malasja ilha ħielsa mill-HPAI għal aktar minn sentejn. Għalhekk, huwa xieraq li jitneħħew ir-restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem fir-rigward tal-HPAI, u li l-entrata għall-Malasja fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi aġġornata kif xieraq. Madankollu, l-importazzjoni ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem għandha tkompli tiġi pprojbita minħabba r-restrizzjonijiet l-oħra, bħala riżultat tan-nuqqas ta’ programm ta’ kontroll tas-Salmonella approvat mill-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll il-kundizzjonijiet skont liema jiġi ddeterminat jekk kompartiment, żona, territorju jew pajjiż terz għandhomx jitqiesu ħielsa mill-marda ta’ Newcastle. Waħda mill-kundizzjonijiet hi li ma jkun sar ebda tilqim kontra l-marda bl-użu ta’ tilqimiet li mhumiex konformi mal-kriterji għal tilqimiet rikonoxxuti kontra l-marda ta’ Newcastle stabbiliti fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-veterinarju uffiċjali, sakemm ma jkunux ġew issodisfati r-rekwiżiti sanitarji addizzjonali stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament. Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP u SRA stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità kif ukoll informazzjoni dwar l-użu ta’ tilqimiet kontra l-marda ta’ Newcastle, inkluż l-isem, it-tip, u d-data tat-tilqim. Il-format attwali ta’ dawk il-mudelli għandu jiġi aġġornat sabiex dik l-informazzjoni tkun tista’ tiġi rreġistrata b’mod aktar konvenjenti f’tabelli.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ importazzjonijiet ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem minn “stabbilimenti rreġistrati magħluqa ta’ għasafar li ma jtirux” fl-Afrika t’Isfel sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness I tiegħu. Madankollu, l-esperjenza wriet li jeħtieġ li r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għal dak il-prodott jiġu ċċarati, b’mod partikolari fir-rigward tal-okkorrenza ta’ vajrusis tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAI) fl-istabbilimenti għat-trobbija tal-għasafar li ma jtirux u fl-istabbilimenti għat-trobbija tat-tjur. Għalhekk, il-kundizzjoni speċifika “H” u l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT), stipulata fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, għandha tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula kundizzjonijiet alternattivi ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ flieles ta’ ġurnata u ta’ bajd għat-tifqis mill-Kanada li joriġinaw minn stabbilimenti li jinsabu f’żoni barra dawk li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet uffiċjali għal-LPAI minħabba l-garanziji mogħtija minn dak il-pajjiż terz u minħabba l-ftehim veterinarju (5) li sar ma’ dak il-pajjiż. Madankollu, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ flieles ta’ ġurnata u ta’ bajd għat-tifqis mill-pajjiżi terzi kollha awtorizzati għal importazzjonijiet simili sabiex dawk ir-rekwiżiti jiġu allinjati ma’ dawk li jkunu qed jiġu applikati fl-Unjoni f’każ ta’ tifqigħa ta’ LPAI, inkluż it-tqegħid taħt restrizzjonijiet veterinarji uffiċjali ta’ żona ta’ raġġ ta’ distanza ta’ mill-inqas 1 km madwar tifqigħa ta’ LPAI. Huwa xieraq ukoll li dawk ir-rekwiżiti emendati tal-LPAI jiġu applikati għall-importazzjonijiet tal-prodotti kollha ta’ tjur ħajjin u ta’ għasafar li ma jtirux ħajjin li huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 798/2008 mill-pajjiżi terzi kollha awtorizzati għal dawn l-importazzjonijiet. Għalhekk, fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, il-kundizzjoni speċifika indikata bħala “L” għandha tiġi mħassra, filwaqt li l-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP u SRA għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula regoli għall-kontroll tas-Salmonella f’popolazzjonijiet ta’ tjur differenti fl-Unjoni. Dan jistipula li l-ammissjoni jew iż-żamma fil-listi ta’ pajjiżi terzi stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għall-ispeċijiet jew il-kategoriji relevanti, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw dawk it-tjur jew il-bajd għat-tifqis koperti minn dak ir-Regolament hija suġġetta għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta’ programm ta’ kontroll kontra s-Salmonella b’garanziji ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella fl-Istati Membri. F’dan ir-rigward huma inklużi wkoll fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji rilevanti għal dawk il-prodotti stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, il-garanziji u l-informazzjoni rilevanti. Għal finijiet ta’ konvenjenza, l-indikazzjoni u l-attestazzjoni ta’ dawk il-garanziji fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji: BPP, DOC, HEP u SRP, stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, għandhom jiġu emendati sabiex jiġi permess l-użu ta’ format tabulari.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2011 (6) irrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 (7). Għalhekk, ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1168/2006 fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom jiġu emendati biex minflok jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 517/2011.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (8) jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel, u d-definizzjonijiet li japplikaw għalihom. Il-punt 1.12 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi d-definizzjoni ta’ “vixxri”, li tinkludi wkoll il-qnieżaħ tat-tjur.

(11)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (9) tistabbilixxi mudelli standard għaċ-ċertifikati veterinarji meħtieġa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin, semen, embrijuni, ova u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif ukoll iċ-ċertifikati għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. In-noti ta’ spjega stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jistipulaw li biex timtela l-kaxxa I.19 tal-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għandhom jintużaw il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (HS), hekk kif jidhru fis-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali. F’dik is-Sistema, il-qnieżaħ tat-tjur huma stonki ta’ annimali, li jibqgħu klassifikati taħt il-kodiċi HS 05.04 anke meta jkunu ta’ tip tajjeb għall-ikel.

(12)

Fil-punt I.19 tal-Parti I tan-Noti, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU) stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jirreferi għat-titli HS 02.07 u 02.08. Sabiex jinkludi ċ-ċertifikazzjoni għall-qnieżaħ tat-tjur, il-kodiċi HS 05.04 għandu jiġi miżjud ma’ dawk in-Noti.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 (10) jawtorizza lid-Danimarka biex tapplika l-garanziji speċjali dwar is-salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal bajd maħsub biex jintbagħat lil dak l-Istat Membru. B’hekk, dan il-mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd (E) stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat sabiex iqis ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2012. Barra minn hekk, ir-referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 (11) f’dak il-mudell ta’ ċertifikat veterinarju għandha tiġi sostitwita b’referenza għall-Parti VI tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minħabba li dak ir-Regolament issa ġie rrevokat.

(14)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(15)

Qabel ma l-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji emendati jsiru obbligatorji għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli, u dan sabiex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jitħallew jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fil-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji emendati.

(16)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 798/2008

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri ta’ tranżizzjoni

Għal perjodu ta’ tranżizzjoni sal-14 ta' Marzu 2015, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 798/2008, akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju li jkun imtela skont il-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, POU, RAT u E xierqa stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar- Regolament (KE) Nru 798/2008, fil-verżjonijiet tagħhom ta’ qabel l-emendi introdotti bl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandha tibqa tiġi awtorizzata, dment li ċ-ċertifikat veterinarju tas-saħħa jkun ġie ffirmat qabel l-14 ta' Jannar 2015.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 45).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta’ Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta’ April 2007 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-introduzzjoni ta’ annimali ħajjin, tas-semen, tal-embrijuni, tal-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 8).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta’ għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

AL – l-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(AR) – l-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – l-Awstralia

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR- 2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – il-Bjelorussja

BY - 0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn “għal tranżitu biss mil-Litwanja”)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

DOC, HEP

 

N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – l-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL – iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN – iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Hong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

PE

 

 

 

 

 

 

 

IL – l-Iżrael (6)

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

S4

IN – l-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – l-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR – ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

MD- Moldova

MD-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

ME – Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY–Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

 

 

 

 

 

S4

MK – dik li kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

P2

17.5.2013

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC – New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ – New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP, E, POU

 

 

 

 

 

 

S4

 

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

1.7.2012

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

1.7.2012

 

 

 

E

 

 

 

1.7.2012

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOR, HER

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

UA – L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

E, EP, POU, RAT, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

US– l-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – l-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

P2

9.4.2011

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

HER

III

 

 

 

RAT

VII

P2,H

9.4.2011

 

 

 

ZW – Zimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

it-taqsima dwar “Kundizzjonijiet speċifiċi” hija emendata kif ġej:

(i)

il-kundizzjoni speċifika “H” hija mibdula b’dan li ġej:

“ ‘H’

:

Ingħataw garanziji li l-laħam ta’ ratiti mrobbija fi stabbilimenti għall-konsum mill-bniedem (RAT) hu prodott minn ratiti miżmuma fi stabbiliment magħluq irreġistrat, u li hu approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI fit-territorju tal-pajjiż terz, l-importazzjonijiet ta’ laħam bħal dan għandhom jibqgħu ikunu awtorizzati, sakemm ikun ittieħed minn ratiti ġejjin minn stabbiliment irreġistrat magħluq li jkun ħieles mil-LPAI u l-HPAI; u meta f’raġġ ta’ 100 km madwar dak l-istabbiliment, inkluż, fejn applikabbli, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet ebda tifqigħa ta’ LPAI jew HPAI għal mill-inqas l-aħħar 24 xahar, u jekk ma jkun hemm l-ebda rabta epidemjoloġika ma’ stabbilimenti tat-tjur tal-irziezet jew ta’ ratiti li jkun fihom LPAI jew HPAI fl-aħħar 24 xahar.”

(ii)

il-kundizzjoni speċifika “L” titħassar.

(b)

Il-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP u HER huma mibdula b’dawn li ġejjin:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għat-tjur tal-irziezet għat-għammir jew għall-produzzjoni għajr ir-ratiti (BPP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għar-ratiti tat-tgħammir jew produttivi (BPR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ jum għajr dawk tar-ratiti (DOC)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ jum tar-ratiti (DOR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tifqis tal-bajd tat-tjur tal-irziezet għajr ir-ratiti (HEP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tifqis tar-ratiti (HER)

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(c)

Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji SRP, SRA u POU qed jinbidlu b’dawn li ġejjin:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għat-tjur tal-irziezet għall-qatla u għat-tjur tal-irziezet biex jiġu mgħammra mill-ġdid il-provvisti tat-tjur tal-irziezet tal-kaċċa li mhumiex ratiti (SRP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għar-ratiti għall-qatla(SRA)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur tal-irziezet (POU)

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(d)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju RAT qed jinbidel b’dan li ġej:

Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam ta’ ratiti mrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT)

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(e)

Il-mudell ta’ ċertifikat veterinarju E jinbidel b’dan li ġej:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd (E)

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  Il-prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi importat fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(6)  Minn hawn ‘il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”


Top