This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0757
Commission Implementing Regulation (EU) No 757/2014 of 10 July 2014 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2014 tal- 10 ta' Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2014 tal- 10 ta' Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 207, 15.7.2014, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 757/2014
tal-10 ta' Lulju 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) ta' Dwana, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness hija kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Kaxxa tal-azzar b'dimensjonijiet ta' madwar 22,5 × 16,5 × 5,5 cm, b'ħajt ta' ħxuna ta' iktar minn 0,5 mm u ta' kapaċità ta' inqas minn 50 l. Il-kaxxa għandha għatu mwaħħal permezz ta' ċappetti u sistema ta' għeluq fuq in-naħa l-oħra taċ-ċappetti. Min-naħa tas-sistema ta' għeluq il-kaxxa għandha manku. Fuq l-għatu u fil-qiegħ tal-kaxxa hemm enfasi ta' immaġni ta' gallettini u annimali tal-kartuns. Il-kaxxa ma għandha l-ebda parti interna. Ara r-ritratti A u B (*) |
7326 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem tal-kodiċi NM 7326 , 7326 90 u 7326 90 98 . Meta jitqiesu l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, inkluż l-intern sempliċi u d-daqs żgħir tiegħu, il-prodott mhuwiex ikkunsidrat bħala valiġġa, executive-case jew briefcase tal-intestatura 4202 . Il-prodott ma għandux forma speċjali jew parti interna biex iżżomm għodod partikolari bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4202 , it-tielet paragrafu). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4202 hija għalhekk eskluża. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri n-nuqqas ta' kull element li jippermetti li jiġi identifikat bħala pakkett għal bejgħ adegwat għal prodotti tal-konsumatur speċifiċi, il-klassifikazzjoni tal-prodott bħala kaxxa taħt l-intestatura 7310 hija eskluża wkoll (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 7310 , it-tieni paragrafu). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7326 90 98 bħala oġġetti oħra tal-ħadid jew tal-azzar. |
|
|
A |
B |
(*) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.