This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0290
Commission Implementing Regulation (EU) No 290/2014 of 21 March 2014 concerning the authorisation of a preparation of endo-1,4-beta-xylanase and endo-1,3(4)-beta-glucanase produced by Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 as a feed additive for poultry, weaned piglets and pigs for fattening and amending Regulations (EC) No 1259/2004, (EC) No 943/2005, (EC) No 1206/2005 and (EC) No 322/2009 (holder of the authorisation Adisseo France S.A.S.) Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2014 tal- 21 ta’ Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 bħala addittiv tal-għalf għat-tjur, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 943/2005, (KE) Nru 1206/2005 u (KE) Nru 322/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France SAS) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2014 tal- 21 ta’ Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 bħala addittiv tal-għalf għat-tjur, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 943/2005, (KE) Nru 1206/2005 u (KE) Nru 322/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France SAS) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 87, 22.3.2014, p. 84–86
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/84 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2014
tal-21 ta’ Marzu 2014
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 bħala addittiv tal-għalf għat-tjur, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 943/2005, (KE) Nru 1206/2005 u (KE) Nru 322/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France SAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta minn Penicillium funiculosum IMI SD 101 ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 (3); għat-tiġieġ tal-bajd u għad-dundjani għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/20005 (4); għall-ħnieżer għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/20005 (5); u għall-papri għat-tismin u għall-ħnienes miftuma permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/20009 (6); Din il-preparazzjoni sussegwentement iddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid ta’ dik il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 (dik li qabel kienet Penicillium funiculosum IMI SD 101), bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin, il-papri għat-tismin, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għal użu ġdid għal kull speċi ta’ tjur maġġuri u minuri, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Lulju 2013 (7) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li għandha l-potenzjal li taffettwa tajjeb ir-rendiment tal-annimal fit-tiġieġ u fid-dundjani għat-tismin, fit-tiġieġ tal-bajd, fil-ħnienes miftuma u fil-ħnieżer għat-tismin. Billi l-mod ta’ azzjoni jista’ jitqies li hu simili f’kull speċi ta’ tjur, din il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-papri, il-farawni, is-summien, il-wiżż, il-faġan u l-ħamiem. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 943/2005, (KE) Nru 1206/2005 u (KE) Nru 322/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni mill-ewwel tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1259/2004
Ir-Regolament (KE) Nru 1259/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 2 Il-preparazzjonijiet li jifformaw parti mill-grupp ‘enżimi’, kif stabbilit fl-Anness III, IV, u V huma awtorizzati bħala addittiv għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness”. |
(2) |
L-Anness IV huwa mħassar. |
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 943/2005
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 943/2005, titħassar l-entrata dwar E 1604 endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1206/2005
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1206/2005, titħassar l-entrata dwar E 1604 endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 322/2009
Fir-Regolament (KE) Nru 322/2009 jitħassru l-Artikolu 3 u l-Anness III.
Artikolu 6
Miżuri tranżitorji
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Ottubru 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ April 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva 70/524/KEE tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 8).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/2005 tas-27 ta’ Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 197, 28.7.2005, p. 12).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009 tal-20 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 9).
(7) The EFSA Journal 2013; 11(7): 3321.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||||||||||||||
4a1604i |
Adisseo France SAS |
Endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta ksilanażi EC 3.2.1.8 |
|
Kull speċi ta’ tjur Ħnienes (miftuma) Ħnieżer għat-tismin |
— |
endo-1,3(4)-beta-glukanażi:1 500 U endo-1,4-beta-ksilanażi:1 100 U |
— |
|
Il-11 ta’ April 2024 |
(1) VU (unità ta’ viskosimetrija) huwa l-ammont ta’ enżima li jidrolizza s-substrat (betaglukan tax-xgħir u arabinoksilan tal-qamħ, rispettivament), biex b’hekk inaqqas il-viskożità tas-soluzzjoni, biex ikun hemm bidla fil-fluwidità relattiva ta’ 1 (unità bla dimensjoni)/min b’30 °C u b’pH ta’ 5,5.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx