This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0055
Commission Implementing Regulation (EU) No 55/2014 of 21 January 2014 on the issue of licences for the import of garlic in the subperiod from 1 March 2014 to 31 May 2014
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 55/2014 tal- 21 ta' Jannar 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal- 1 ta' Marzu 2014 sal- 31 ta' Mejju 2014
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 55/2014 tal- 21 ta' Jannar 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal- 1 ta' Marzu 2014 sal- 31 ta' Mejju 2014
ĠU L 19, 22.1.2014, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 55/2014
tal-21 ta' Jannar 2014
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Marzu 2014 sal-31 ta' Mejju 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2014, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina. |
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2014 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2014 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2014 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) GU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
ANNESS
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
100 % |
||
|
09.4099 |
100 % |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
32,455175 % |
||
|
09.4100 |
0,409006 % |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
— |
||
|
09.4102 |
— |
||
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |