Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0054

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 54/2014 tal- 21 ta’ Jannar 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 taħt il-kwoti tariffarji miftuħa permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

ĠU L 19, 22.1.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/54/oj

22.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 54/2014

tal-21 ta’ Jannar 2014

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 taħt il-kwoti tariffarji miftuħa permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4A, 6A, 7 u 8 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 jirrelataw, għal ċerti kwoti, ma’ kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi deċiż sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu iiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2014 għall-Grupp Nru 5A għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 jirrelataw, għal ċerti kwoti, ma’ kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi deċiż sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4A, 6A, 7 u 8, għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta' Ġunju 2014 għall-Gruppi Nru 5A, għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Nru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għas-subperjodu mill-1.4.2014 sat-30.6.2014

(%)

1

09.4211

0,467704

4A

09.4214

54,332634

09.4251

9,069004

6A

09.4216

0,494014

09.4260

2,320193


Grupp Nru

Ordni Nru

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għad-drittijiet tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għall-perjodu mill-1.4.2014 sat-30.6.2014

(%)

5A

09.4215

0,766687

09.4254

5,027223

09.4255

6,731740


Top