This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014H0729(26)
Council Recommendation of 8 July 2014 on the National Reform Programme 2014 of the United Kingdom and delivering a Council opinion on the Convergence Programme of the United Kingdom, 2014
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tar-Renju Unit u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tar-Renju Unit, 2014
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tar-Renju Unit u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tar-Renju Unit, 2014
ĠU C 247, 29.7.2014, p. 136–140
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/136 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lulju 2014
dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tar-Renju Unit u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tar-Renju Unit, 2014
2014/C 247/26
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politiki ekonomiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (2), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tiġi mnedija strateġija ġdida għat-tkabbir u l-impjiegi, Ewropa 2020, li tkun imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn tenħtieġ azzjoni li tagħti spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli. |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill, abbazi tal-proposti tal-Kummissjoni, adotta Rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, hu adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (3), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tagħhom. |
(3) |
Fid-29 ta' Ġunju 2012, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri ddeċidew dwar Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi, li jipprovdi qafas koerenti għal azzjoni fil-livelli nazzjonali, tal-UE u taż-żona tal-euro bl-użu tal-lievi, l-istrumenti u l-politiki kollha possibbli. Huma ddeċidew fuq azzjoni li għandha tittieħed fuq il-livell tal-Istati Membri, fejn b'mod partikolari esprimew l-impenn sħiħ tagħhom biex jiksbu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. |
(4) |
Fid-9 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (4) dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tar-Renju Unit għall-2013 u ta l-opinjoni tiegħu dwar il-Programm ta’ Konverġenza aġġornat tar-Renju Unit għall-perijodu bejn l-2012‐13 sal-2017‐18. |
(5) |
Fit-13 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni adottat l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li jimmarka l-bidu tas-Semestru Ewropew 2014 għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Barra minn hekk, fit-13 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni, abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, adottat ir-Rapport dwar il-Mekkanżmu ta' Twissija, li fih identifikat lir-Renju Unit bħala wieħed mill-Istati Membri li għalihom ser isir rieżami fil-fond. |
(6) |
Fl-20 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet biex jiġu żgurati l-istabbiltà finanzjarja, il-konsolidazzjoni fiskali u l-azzjoni biex jitrawwem it-tkabbir. Huwa enfasizza l-ħtieġa li tkun segwita konsolidazzjoni fiskali differenzjata li tiffavorixxi t-tkabbir, li jerġgħu jinġiebu l-kundizzjonijiet normali għas-self fl-ekonomija, li jiġu promossi t-tkabbir u l-kompetittività, li jiġu indirizzati l-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u li tiġi mmodernizzata l-amministrazzjoni pubblika. |
(7) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati tar-rieżami fil-fond tagħha għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. L-analiżi tal-Kummissjoni twassalha biex tikkonkludi li r-Renju Unit ikompli jesperjenza żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, li jeħtieġu monitoraġġ u azzjoni politika. Partikolarment, żviluppi fl-oqsma ta' dejn tal-unitajiet domestiki, marbuta mal-livelli għoljin ta' dejn fuq self ipotekarju u karatteristiċi strutturali tas-suq tal-akkomodazzjoni, kif ukoll żvilupp mhux favorevoli fl-ishma tas-suq tal-esportazzjoni, ikomplu jeħtieġu l-attenzjoni. Ir-riskji fis-settur tal-akkomodazzjoni huma relatati man-nuqqas strutturali ta' disponibbiltà ta' akkomodazzjoni; limitazzjonijiet intrinsiċi ta' provvista, partikolarment f'Londra, u r-reazzjoni relattivament bil-mod mill-provvista għaż-żieda fid-domanda qed tkompli tgħolli l-prezzijiet tal-akkomodazzjoni, partikolarment f'Londra u fix-xlokk, u anki twassal lix-xerrejja biex jieħdu self ipotekarju għoli. Waqt li s-suq li qed jonqos tal-esportazzjoni mhux probabbli li joħloq riskju fiż-żmien qasir, meta kkunsidrat mad-defiċit fil-kont kurrenti, xorta għadu jindika sfidi strutturali. Dawn huma relatati ma' skarsezza ta' ħiliet u defiċjenzi fl-infrastruttura. Rigward il-finanzi pubbliċi, ir-Renju Unit mhuwiex previst li jikkonforma mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv stabbilita mill-Kunsill u l-isforz fiskali annwali medju ma jissodisfax ir-rakkomandazzjoni. |
(8) |
Fit-30 ta' April 2014, ir-Renju Unit ippreżenta l-Programm Nazzjonali ta' Riforma tiegħu għall-2014 u l-Programm ta' Konverġenza tiegħu għall-2014. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet ta' bejniethom, iż-żewġ programmi kienu vvalutati fl-istess waqt. |
(9) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 15) dwar ċerti dispożizzjonijiet relatati mar-Renju Unit tal-Gran Brittannja u l-Irlanda ta' Fuq, l-obbligu tal-Artikolu 126(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex ikunu evitati defiċits ġenerali eċċessivi tal-gvern ma japplikax għar-Renju Unit. L-Artikolu 5 tal-Protokoll jipprovdi li r-Renju Unit għandu jfittex li jevita defiċit eċċessiv tal-gvern. Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jeżisti defiċit eċċessiv fir-Renju Unit. |
(10) |
L-objettiv tal-istrateġija baġitarja spjegata fil-Programm ta' Konverġenza tal-2014 huwa li tibbilanċja l-baġit kurrenti li huwa ċiklikament aġġustat sa tmiem il-perijodu kontinwu ta' ħames snin, li fil-preżent jintemm fl-2018‐19. Il-Programm ta' Konverġenza ma jinkludix objettiv fuq żmiem medju kif previst mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa stmat għal 5,0 % tal-PDG fl-2014‐15, wara li niżel minn quċċata ta' 11,4 % tal-PDG fl-2009‐10. Dan mhux konformi mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv stabbilit mill-Kunsill. Skont il-Programm ta' Konverġenza, id-defiċit eċċessiv ser ikun ikkoreġut fl-2016‐17 għal 2,4 % tal-PDG, sentejn wara l-iskadenza stabbilita mill-Kunsill. Il-Programm ta' Konverġenza jimplika li d-defiċit strutturali ġenerali tal-gvern (rikalkolat) ser jitjieb b'0,3 punti perċentwali għal 4,4 % tal-PDG matul is-sena sal-2014‐15. Il-pjanijiet baġitarji mhumiex biżżejjed biex jinkiseb l-isforz fiskali medju annwali rrakkomandat biex ikun ikkoreġut id-defiċit eċċessiv. Wara dan, il-Programm ta' Konverġenza jipprevedi titjib annwali tal-bilanċ strutturali (rikalkolat) ta' 0,8 punti perċentwali fl-2015‐16 u 1,3 punti perċentwali fl-2016‐17. Kumplessivament, il-Programm ta' Konverġenza huwa biss parzjalment konformi mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. |
(11) |
Il-konsolidazzjoni sa issa saret prinċipalment permezz ta' tnaqqis fin-nefqa, għalhekk il-kontributi potenzjali għad-dħul minn twessigħ tal-bażi tat-taxxa jista' jkun ikkunsidrat. Ir-Renju Unit għandu livell għoli ta' taxxi mitlufa, partikolarment fir-rigward tat-tassazzjoni indiretta. Skont il-Programm ta' Konverġenza, il-proporzjon tad-dejn għall-PDG huwa projettat li jiżdied għal 93,1 % fl-2015‐16, qabel jaqa' lura għal 86,6 % fl-2018‐19. Ix-xenarju makroekonomiku tar-Renju Unit li jirfed il-projezzjonijiet baġitarji fil-Programm ta' Konverġenza huwa plawsibbli. Riskji potenzjali għall-projezzjonijiet baġitarji joħorġu minn tkabbir inqas minn dak mistenni minħabba pagi limitati li jnaqqsu l-konsum privat u l-inċertezza li qed tfixkel l-investiment. Madankollu, il-projezzjonijiet huma konsistenti mal-previżjonijiet tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-2014, li wkoll ma jipprevedux li d-defiċit eċċessiv ser ikun ikkoreġut sal-iskadenza stabbilità mill-Kunsill. Barra minn hekk abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni, il-bidla (kkoreġuta) fil-bilanċ strutturali matul l-2010‐2014 hija inqas b'medja ta' 0,6 % tal-PDG kull sena meta mqabbla mar-rakkomandazzjoni u hija projettata li tkun inqas fl-2015 ukoll. Abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-Programm ta' Konverġenza u tal-previżjoni tal-Kummissjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li huma meħtieġa miżuri addizzjonali biex jiżguraw konformità mar-rakkomandazzjoni fil-proċedura ta' defiċit eċċessiv. |
(12) |
Ir-Renju Unit ħa miżuri kemm fuq in-naħa tad-domanda kif ukoll tal-provvista fil-qasam tal-akkomodazzjoni. Minkejja li l-provvista ta' propjetajiet ġodda żdiedet, għadha baxxa u naqset milli tissodisfa d-domanda b'marġni konsiderevoli. Dan ingħaqad flimkien ma' rati tal-imgħax baxxi u kuntratti iktar faċli għal self ipotekarju (bħal multipli għola bejn is-self u l-introjtu) biex jgħollu l-prezzijiet tad-djar f'ċerti partijiet tar-Renju Unit, partikolarment Londra. Nuqqas ta' provvista ilu żmien fenomenu strutturali u x'aktarx li jestendi għaż-żmien medju. Hija meħtieġa azzjoni biex tagħti aktar spinta lill-provvista tad-djar - billi toħloq inċentivi xierqa biex tkabbar il-provvista fil-livell lokali. L-awtoritajiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw il-prezzijiet tad-djar u d-dejn relatat mas-self ipotekarju u jkunu lesti li jniedu miżuri xierqa, inkluż l-aġġustament tal-iskema Help to Buy 2 (garanzija għas-self), jekk ikun ikkunsidrat neċessarju. Hemm ħtieġa li tiżdied it-trasparenza fl-użu u l-impatt tar-regolament makroprudenzjali tas-settur tal-akkomodazzjoni mill-Kumitat tal-Politika Finanzjarja li tista' tkun imnedija biex tindirizza żidiet eċċessivi fil-prezzijiet u żidiet fid-dejn fis-self ipotekarju. Riformi fit-tassazzjoni tal-art u tal-proprjetà għandhom ikunu kkunsidrati biex jallevjaw id-distorsjonijiet fis-suq tal-akkomodazzjoni. |
(13) |
Ir-Renju Unit qed ikompli jindirizza l-isfidi tal-qgħad u n-nuqqas ta' impjieg kif ukoll il-kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-qgħad fost iż-żagħżagħ. Hemm sfidi importanti biex iż-żgħażagħ ikunu mgħammra bil-ħiliet u l-esperjenza ta' xogħol meħtieġa mis-suq tax-xogħol u biex jiżdied il-forniment tal-apprentistati. Dan jgħin biex jispjega l-fatt li l-użu ta' sussidji tal-pagi pprovdut mill-Kuntratt għaż-Żagħżagħ jibqa' inqas milli previst. Is-suq tax-xogħol isofri minn nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-awtoritajiet qed jipprovaw iġeddu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol biex jindirizzaw kemm il-qgħad u n-nuqqas ta' ħiliet vokazzjonali u tekniċi ta' kwalità għolja. Waqt li kien hemm sforzi biex titjieb il-kwalità tal-programmi ta' apprentistat, huma meħtieġa sforzi ulterjuri. Barra minn hekk, is-sistemi tal-kwalifiki tibqa' kumplessa u teħtieġ li tkun simplifikata biex tiffaċilita r-rikonoxximent universali u livell għoli ta' ingaġġ mill-impjegaturi. |
(14) |
L-awtoritajiet qed jindirizzaw il-problema ta' inċentivi għax-xogħol dgħajfa, speċjalment għar-riċevituri tal-benefiċċji soċjali bl-introduzzjoni tal-Kreditu Universali, li ser jippermetti lill-individwi biex iżommu iktar mill-introjtu tagħhom mill-benefiċċji hekk kif jidħlu għax-xogħol. Waqt li l-Kreditu Universali jista' jkollu impatt pożittiv fuq l-imjiegi, ħafna ser jiddependi fuq implimentazzjoni effettiva u servizzi ta' appoġġ, inkluż l-interazzjoni ma' benefiċċji oħra. L-iffukar fuq ir-ritorn għax-xogħol kien rifless ukoll fil-limitazzjoni tal-aġġustament annwali għal ħafna benefiċċji u krediti ta' taxxa relatati mal-età tax-xogħol għal 1 % fis-sena sal-2016. |
(15) |
Ir-Renju Unit qed ikompli jindirizza l-isfidi biex iżid l-impjieg parentali billi jżid l-aċċess għal indukrar tat-tfal ta' kwalità għolja u bi prezz raġonevoli. Huwa jkompli jintroduċi skemi li jagħmlu l-indukrar affordabbli kemm għall-ġenituri impjegati part-time u wkoll għal dawk impjegati full-time, waqt li jikkunsidra livelli differenti ta' introjtu. Madankollu, il-kostijiet għall-indukrar tat-tfal, għadhom fost l-ogħla fl-Unjoni u jibqgħu joħolqu problemi għat-tieni sors ta' dħul u għall-ġenituri singoli. |
(16) |
F'termini ta' aċċess għal finanzjament, waqt li kundizzjonijiet fis-swieq tal-kreditu tjiebu fl-2013, it-tkabbir tal-kreditu jibqa' dgħajjef u politiki eżistenti jeħtieġu aktar żmien biex juru li kienu ta' suċċess. Sfidi partikolari rigward l-aċċess għall-kreditu jibqgħu għall-SMEs. Waqt li kumpanniji kbar jistgħu jiffinanzjaw lilhom nfushom direttament fis-swieq tal-ingrossa u japprofittaw mill-offerta ta-servizzi finanzjarji żviluppati sew fir-Renju Unit, l-SMEs jiddependu bi kbir fuq il-banek biex jiksbu l-finanzjament estern tagħhom. Sar progress tajjeb biex tkun indirizzata r-rakkomandazzjoni tas-sena li għaddiet dwar il-kompetizzjoni fis-settur bankarju bil-ħolqien ta' banek ġodda, imsejħa banek li jipprovdu kompetizzjoni lill-banek tradizzjonali (eżempju ta' dan huwa TSB, li, madankollu, għadu mhux kompletament indipendenti). |
(17) |
F'Diċembru 2013, ir-Renju Unit ippubblika pjan aġġornat tal-infrastruttura nazzjonali: approċċ fit-tul u strateġiku għall-ippjanar, il-fondi, il-finanzjament u l-provvediment tal-infrastruttura. Il-pjan jistipula “mezz” ta' investiment kapitali li jħares lejn l-2020 u lil hinn għal total ta' GBP 375 biljun (madwar EUR 460 biljun). Proporzjon kbir tal-“mezz” (GBP 340 biljun, jiġifieri madwar EUR 420 biljun) jirrigwarda investiment fis-setturi tal-enerġija u t-trasport. Madwar tliet kwarti tal-finanzjament huwa projettat li jkun minn sors privat, waqt li l-bqija hwa projettat li jkun iffinanzjat pubblikament. Minkejja li l-pjan huwa inizzjattiva xierqa, għad hemm tħassib dwar l-element tas-settur privat tal-finanzjament, iċ-ċertezza regolatora u l-permess f'waqtu tal-ippjanar. Ma hemm l-ebda bżonn ta' mekkaniżmi strinġenti biex itaffu ir-riskji tal-finanzjament u l-eżekuzzjoni waqt li tkun żgurata t-trasparenza fuq in-nefqa projettata u dik reali fuq l-infrastruttura. |
(18) |
Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni wettqet analiżi komprensiva tal-politika ekonomika tar-Renju Unit. Hija vvalutat il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u l-Programm ta’ Konverġenza. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fir-Renju Unit imma qieset ukoll il-konformità tagħhom mar-regoli u mal-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika kumplessiva tal-Unjoni billi jingħata kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha skont is-Semestru Ewropew huma riflessi fir-rakkomandazzjonijiet (1) sa (6) hawn taħt. |
(19) |
Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina l-Programm ta’ Konverġenza tar-Renju Unit, u l-opinjoni tiegħu (5) hija riflessa b’mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) ta' hawn taħt. |
(20) |
Fid-dawl tar-rieżami bir-reqqa tal-Kummissjoni u ta' din il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u l-Programm ta’ Konverġenza. Ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, huma riflessi fir-rakkomandazzjonijiet (2), (3), (5) u (6) ta' hawn taħt, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li r-Renju Unit jieħu azzjoni fil-perijodu 2014‐2015 biex:
1. |
Isaħħaħ l-istrateġija baġitarja, bil-għan li jikkoreġi d-defiċit eċċessiv b'mod sostenibbli f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv. Ifittex li jikseb approċċ differenzjat, li jiffavorixxi t-tkabbir għall-issikkar fiskali billi jipprijoritizza n-nefqa kapitali. Jassisti fil-konsolidazzjoni fiskali, waqt li jikkunsidra li jżid id-dħul permezz tat-twessigħ tal-bażi tat-taxxa. Jindirizza l-effett lembut strutturali relatat mal-infrastruttura, in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs biss jixpruna tkabbir fl-esportazzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi. |
2. |
Iżid it-trasparenza dwar l-użu u l-impatt tar-regolamentazzjoni makroprudenzjali fir-rigward tas-settur tal-akkomodazzjoni mill-Kumitat tal-Politika Finanzjarja tal-Bank of England. Juża miżuri xierqa b'reazzjoni għaż-żidiet rapidi fil-prezzijiet tal-proprjetà f'żoni li huma responsabbli għal sehem sostanzjali tat-tkabbir ekonomiku fir-Renju Unit partikolarment Londra, u jtaffi r-riskji relatati mad-dejn għoli fuq self ipotekarju. Jissorvelja l-iskema Help to Buy 2 u jaġġustaha jekk jitqies meħtieġ. Jikkunsidra riformi fit-tassazzjoni tal-art u tal-proprjetà inkluż miżuri dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tal-propjetà biex jittaffew id-distorsjonijiet fis-suq tad-djar. Ikompli bl-isforzi biex iżid il-provvista tad-djar. |
3. |
Iżomm l-impenn għall-Kuntratt għaż-Żagħżagħ, speċjalment billi jtejjeb il-ħiliet li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-impjegatur. Jiżgura l-ingaġġ tal-impjegatur billi jitfa' enfasi fuq l-indirizzar tan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet permezz ta' dispożizzjoni aktar avvanzata u ta' livell ogħla tal-ħiliet u jippromwovi offerti ta' apprentistat. Inaqqas l-għadd ta' żagħżagħ b'ħiliet bażiċi baxxi. |
4. |
Ikompli l-isforzi biex inaqqas il-faqar fost it-tfal f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx, billi jiżgura li l-Kreditu Universali u riformi oħra tal-assistenza soċjali iwasslu għal benefiċċji adegwati b'inċentivi ċari għax-xogħol u servizzi ta' appoġġ. Itejjeb id-disponibbiltà ta' servizzi tal-indukrar tat-tfal ta' kwalità u affordabbli. |
5. |
Ikompli l-isforzi biex itejjeb id-disponibbiltà tal-finanzjament bankarju u mhux bankarju lill-SMEs. Jiżgura l-funzjonament effettiv tal-Bank tan-Negozju u jappoġġa preżenza ikbar tal-banek li joffru kompetizzjoni lill-banek tradizzjonali. |
6. |
Ikompli fuq il-Pjan Nazzjonali ta-Infrastruttura billi jżid il-prevedibbiltà tal-proċessi tal-ippjanar kif ukoll billi jipprovdi ċarezza dwar l-impenji ta' finanzjament. Jiżgura trasparenza u obbligu ta' rendikont billi jipprovdi informazzjoni konsistenti u f'waqtha fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan. |
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(3) Miżmuma għall-2014 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/322/UE tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi għall-2014 (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 49).
(4) ĠU C 217, 30.7.2013, p. 93.
(5) Taħt l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.