Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0864

    2014/864/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Novembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi marbutin mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2014) 9112) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 346, 2.12.2014, p. 56–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/864/oj

    2.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 346/56


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta' Novembru 2014

    dwar ċerti miżuri protettivi marbutin mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja

    (notifikata bid-dokument C(2014) 9112)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/864/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur tar-rziezet. L-infezzjoni bil-vajrus tal-influwenza tat-tjur fit-tjur tar-rziezet tikkawża żewġ forom ewlenin ta' dik il-marda li jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Il-forma tal-marda b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li dik b'patoġeniċità għolja twassal għal rati għoljin ferm ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur tar-rziezet. Dik il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur tar-rziezet.

    (2)

    L-influwenza tat-tjur tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju huwa ġeneralment baxx ħafna.

    (3)

    Jekk tfaqqa' l-influwenza tat-tjur, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered ma' stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur tar-rziezet jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien bikri tal-influwenza tat-tjur u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur tar-rziezet jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza jekk tfaqqa' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja.

    (5)

    Wara n-notifika mill-Ġermanja li faqqgħet l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda għat-tismin tad-dundjani fil-komun ta' Heinrichswalde fid-distrett ta' Vorpommern-Greifswald fir-reġjun ta' Mecklenburg-Vorpommern, fil-5 ta' Novembru 2014, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/778/UE (4).

    (6)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/778/UE tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza mwaqqfa mill-Ġermanja f'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/778/UE għandha tapplika sat-22 ta' Diċembru 2014.

    (7)

    Il-miżuri protettivi interim meħudin wara li faqqgħet din il-marda fil-Ġermanja issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

    (8)

    Biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil mhux meħtieġ fil-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li xi pajjiż terz jimponi ostakli mhux ġustifikati fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġu ddefiniti ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fil-Ġermanja fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru u li jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-konfini taż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/778/UE jeħtieġ li jiġu emendati kemm kemm biex titkabbar iż-żona ta' sorveljanza u biex jitqiesu aħjar ċerti konfini amministrattivi f'dak l-Istat Membru.

    (9)

    Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/778/UE għandha titħassar.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/778/UE għandha titħassar.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/778/UE tas-6 ta' Novembru 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja ĠU L 325, 8.11.2014, p. 26.


    ANNESS

    IL-PARTI A

    Żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

    Kodiċi tal-pajjż tal-ISO

    Stat Membru

    Kodiċi

    (jekk inhu disponibbli)

    Isem

    Id-data sa meta tapplika din iż-żona skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

    DE

    Il-Ġermanja

    Kodiċi postali

    Iż-żona li tinkludi:

    L-1 ta' Diċembru 2014

     

     

    Mecklenburg-Vorpommern

     

     

     

     

    17379

    Il-muniċipalità ta' Heinrichswalde

     

     

     

    17335

    Il-belt ta' Strasburg, inkluża l-parti ta' Neuensund

     

     

     

    17379

    Il-muniċipalità ta' Wilhelmsburg, inkluża l-parti ta' Mühlenhof

     

     

     

    17379

    Iż-żona tal-muniċipalità ta' Rothemühl b'wisa' ta' madwar 1 800  m li tinsab tul il-fruntieri tat-Tramuntana, tal-Punent u tan-Nofsinhar ta' dik il-muniċipalità

     

    IL-PARTI B

    Żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

    Kodiċi tal-pajjż tal-ISO

    Stat Membru

    Kodiċi

    (jekk inhu disponibbli)

    Isem

    Id-data sa meta tapplika din iż-żona skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

    DE

    Il-Ġermanja

    Kodiċi postali

    Iż-żona li tinkludi:

    L-10 ta' Diċembru 2014

     

     

    Mecklenburg-Vorpommern

     

     

     

     

    17099

    Il-muniċipalità ta' Galenbeck

     

     

     

    17337

    Il-muniċipalità ta' Galenbeck

     

     

     

    17098

    Il-muniċipalità ta' Friedland, inkluża ż-żona tal-Foresta ta' Heinrichswalde

     

     

     

    17349

    Il-muniċipalità ta' Friedland, inkluża ż-żona tal-Foresta ta' Heinrichswalde

     

     

     

    17349

    Il-muniċipalità ta' Friedland, inkluża ż-żona tal-Foresta ta' Heinrichswalde

     

     

     

    17379

    Il-muniċipalità ta' Wilhelmsburg, inkluża l-parti ta' Mühlenhof

    Eichhof

    ir-raħal ta' Eichhof

    Fleethof

    Friedrichshagen

    Grünhof

    Johannesberg

    Mariawerth

    Mittagsberg

    Wilhelmsburg

     

     

     

    17335

    Il-belt ta' Strasburg, inklużi l-partijiet ta' Gehren u Schwarzensee, u ż-żoni ta' Rosenthal u Klepelshagen

    Il-belt ta' Strasburg, inkluża l-parti ta' Neuensund

    Burgwall

    Wilhelmslust

    Ziegelhausen

    ir-raħal ta' Eichhof

    Schönburg

    Marienfelde

    Karlsfelde

     

     

     

    17379

    Il-muniċipalità ta' Altwigshagen, inklużi l-partijiet ta' Altwigshagen u Demnitz

     

     

     

    17309

    Il-muniċipalità ta' Wilhelmsburg, inkluża l-parti ta' Mühlenhof

    Klein Luckow

    Waldeshöhe

    Groß Spiegelberg

     

     

     

    17379

    Ferdinandshof, inkluża l-parti ta' Ferdinandshof

     

     

     

    17358

    Il-belt ta' Strasburg, inkluża l-parti ta' Neuensund

     

     

     

    17337

    Il-muniċipalità ta' Groß Luckow

     

     

     

    17379

    Il-muniċipalità ta' Rothemühl

     

     

     

    Brandenburg

     

     

     

     

    17337

    Il-muniċipalità ta' Altwigshagen, inklużi l-partijiet ta' Altwigshagen u Demnitz Fil-Lvant, it-Tramuntana u l-Punent tagħha, din iż-żona hija delimitiata mill-fruntiera tar-reġjun ta' Brandenburg mar-reġjun ta' Mecklenburg-Vorpommern u fin-Nofsinhar tagħha, din hija delimitata mill-awtostrada A20.

     


    Top