Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0523

    2014/523/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta' Awwissu 2014 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Kuwajt fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tiegħu li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2014) 5440) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 233, 6.8.2014, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/523/oj

    6.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 233/33


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta' Awwissu 2014

    li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Kuwajt fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tiegħu li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

    (notifikata bid-dokument C(2014) 5440)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/523/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Hija tipprovdi, fost oħrajn, li l-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li ilhom ħielsa mill-glanders għal sitt xhur.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (3) tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid ta' żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja, u l-importazzjoni ta' ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni, u tistipula l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta' ekwidi minn pajjiżi terzi.

    (3)

    Wara li nstab il-glanders fil-Kuwajt fl-2010, il-Kummissjoni, billi adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/776/UE (4), issospendiet l-importazzjoni ta' żwiemel irreġistrati mill-Kuwajt. Il-Kuwajt issa ressaq informazzjoni li turi li l-marda inqerdet għalkollox u li minn mindu ġie kkonfermat l-aħħar każ fid-19 ta' Diċembru 2010 is-sorveljanza għaddejja fuq il-popolazzjoni kollha ekwina ma skopriet l-ebda każ ġdid.

    (4)

    Minħabba li għaddew iktar minn sitt xhur minn wara l-aħħar każ tal-glanders fil-Kuwajt, jixraq li jiġi awtorizzat id-dħul temporanju, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja, u l-importazzjoni ta' żwiemel irreġistrati minn dak il-pajjiż. Għalhekk, l-entrata għall-Kuwajt fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE l-entrata għall-Kuwajt tinbidel b'dan li ġej:

    “KW

    Il-Kuwajt

    KW-0

    Il-pajjiż kollu

    E

    X

    X

    X

    —”

     

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/776/UE tal-15 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-Brażil, il-Kuwajt u s-Sirja fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet tagħhom li minnhom l-Unjoni Ewropea tawtorizza l-introduzzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 38).


    Top