Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0447

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK tad- 9 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    ĠU L 201, 10.7.2014, p. 28–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/447/oj

    10.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 201/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/447/PESK

    tad-9 ta' Lulju 2014

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) li kompliet il-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013. Dik id-Deċiżjoni tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014. L-ammont ta' referenza finanzjarja jkopri l-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.

    (2)

    Fid-9 ta' April 2014, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) irrakkomanda li l-EUPOL COPPS għandha tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar sat-30 ta' Ġunju 2015.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha tiġi emendata biex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja.

    (4)

    L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Dikjarazzjoni tal-Missjoni

    L-EUPOL COPPS għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi u arranġamenti ta' ġustizzja kriminali usa' taħt sjieda Palestinjana f'konformità mal-aqwa standards internazzjonali, f'kooperazzjoni mal-programmi tal-Unjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet kif ukoll sforzi internazzjonali oħra fil-kuntest usa' tas-Settur tas-Sigurtà inkluż ir-Riforma tal-Ġustizzja Kriminali.

    Għal dak il-għan l-EUPOL COPPS għandha:

    Tassisti lill-Pulizija Ċivili Palestinjana (PĊP), f'konformità mal-Istrateġija tas-Settur tas-Sigurtà tal-PĊP, fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku billi tagħti parir u tiggwida, b'mod partikolari lill-uffiċjali għolja fil-livelli tad-Distrett, tal-Kwartieri Ġenerali u Ministerjali,

    Tassisti, billi tagħti parir u tiggwida inkluż f'livell Ministerjali, lill-Istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Kriminali u l-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Palestinjana fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Settur tal-Ġustizzja kif ukoll il-pjanijiet istituzzjonali differenti marbutin magħha,

    Tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi parir, kif adatt, dwar assistenza u proġetti implimentati mill-Unjoni, l-Istati Membri u pajjiżi terzi relatati mal-PĊP u l-istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Kriminali u tidentifika u timplimenta proġetti tagħha stess, f'oqsma rilevanti għall-EU COPPS u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.”;

    (2)

    fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*).

    (*)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”;"

    (3)

    jiżdied l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 11a

    Arranġamenti legali

    L-EUPOL COPPS għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.”;

    (4)

    L-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 12

    Arranġamenti finanzjarji

    1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun EUR 9 570 000.

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun EUR 9 820 000.

    2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini ta' Stati terzi għandu jkollhom permess iressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-EUPOL COPPS tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, ma' Stati ospitanti, ma' Stati terzi parteċipanti u ma' atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u uffiċċji lill-EUPOL COPPS.

    3.   L-EUPOL COPPS għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dan il-għan, l-EUPOL COPPS għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.

    4.   L-EUPOL COPPS għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe talba u obbligu li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe talba relatata mal-imġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha għandu/għandha jkollu/jkollha responsabbiltà.

    5.   L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 5 u 6 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUPOL COPPS, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.

    6.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-9 ta' Lulju 2014.”

    (5)

    Fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 13, il-kliem “Deċiżjoni 2011/292/UE” huma sostitwiti bil-kliem “Deċiżjoni 2013/488/UE”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2014.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).


    Top