EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0417(02)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2014 li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2016

17.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ April 2014

li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja

2014/C 118/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2013 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-22 ta’ April 2013sat-28 ta’ Frar 2016.

(2)

Il-Gvern tal-Kroazja ppreżenta nomini oħra għal diversi kariġi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħturin bħala membru u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2016:

RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS:

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Kroazja

Mr Zdenko MUČNJAK

Is-Sinjura Gordana PALAJSA

Is-Sur Marko PALADA

Artikolu 2

Il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati ser jinħatru mill-Kunsill f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Lussemburgu, l-14 ta’ April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 7.


Top