EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0408(01)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tirrikonoxxi “Consorzio Servizi Legno-Sughero” , l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962 bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

ĠU C 103, 8.4.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

8.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2013

li tirrikonoxxi “Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962 bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

(2014/C 103/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet applikazzjoni għar-rikonoxximent mingħand “Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962, li jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jaħdem bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fl-Italja.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea irrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fil-5 ta’ Diċembru 2012.

(3)

Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali tar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2), il-Kummissjoni Ewropea bagħtet l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat fil-25 ta’ Jannar 2013; ma rċeviet l-ebda kumment.

(4)

Fl-14 ta’ Marzu 2013 fi Brussell, saret laqgħa ta’ Grupp ta’ Tmexxija tal-Kummissjoni, imwaqqaf speċifikament biex jevalwa l-applikazzjonijiet għal organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ, fejn l-applikant stess ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 363/2012, l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali b’email datata l-5 ta’ April 2013.

(6)

L-applikant ipprovda l-informazzjoni addizzjonali mitluba fit-3 ta’ Mejju 2013 u mmodifika l-applikazzjoni tiegħu skont dan.

(7)

Abbażi tad-dokumenti kollha sottomessi mill-applikant, fl-20 ta’ Ġunju 2013 il-Grupp ta’ Tmexxija wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, u l-applikant jista’ jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ.

(8)

Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-evidenza dokumentata kollha sottomessa, ivvalutat jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u tqis li “Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962 jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

“Consorzio Servizi Legno-Sughero”, l-Italja, C.F. 97331520151, P.IVA 04882880962, huwa rikonoxxut bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.

Artikolu 2

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent huwa inkarigat li jiżgura li l-applikant u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha jiġu notifikati b’din id-Deċiżjoni u li din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 115, 27.4.2012, p. 12.


Top