This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0141
Council Decision 2014/141/CFSP of 14 March 2014 amending Common Position 2008/109/CFSP concerning restrictive measures imposed against Liberia
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal- 14 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal- 14 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
ĠU L 76, 15.3.2014, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0994
15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/141/PESK
tal-14 ta’ Marzu 2014
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK (1). |
(2) |
Fl-10 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 2128 (2013) fir-rigward tal-Liberja li ġeddiet il-miżuri restrittivi fuq l-ivvjaġġar u fuq l-armi u mmodifikat ir-rekwiżiti assoċjati ta' notifika. |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, il-punt (ċ) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Għandha tkun tal-Gvern tal-Liberja ir-responsabbiltà primarja li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet qabel ma tintbagħat kwalunkwe kunsinna ta' armi letali u materjal relatat, jew kwalunkwe għoti ta' assistenza, parir jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari jew setturi oħrajn ta' sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Alternattivament, l-Istati Membri li jagħtu assistenza jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, f'konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tal-UNSCR 2128 (2013). Fejn Stat Membru jagħżel li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tali notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi, fejn applikabbli, l-iskop u l-utent aħħari, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta' tagħmir li jrid jintbagħat, il-fornitur, id-data proposta ta' kunsinna, il-mod ta' trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CHRISOCHOIDIS
(1) ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26.