This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0047(01)
2014/856/EU: Decision of the European Central Bank of 24 November 2014 amending Decision ECB/2013/46 on the approval of the volume of coin issuance in 2014 (ECB/2014/47)
2014/856/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 24 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/46 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014 (BĊE/2014/47)
2014/856/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 24 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/46 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014 (BĊE/2014/47)
ĠU L 344, 29.11.2014, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/27 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/46 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014
(BĊE/2014/47)
(2014/856/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Skont l-estimi tat-talba ghall-muniti tal-euro fl-2014 li l-Isati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro ddestinati ghac-cirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux iddestinati ghac-cirkolazzjoni fl-2014, fid-Deciżjoni BĊE/2013/46 (1). |
(3) |
Fit-8 ta' Ottubru 2014, is-Central Bank of Cyprus talab illi l-volum ta' muniti tal-euro li jista' joħroġ Ċipru fl-2014 jiżdied minn EUR 5,1 miljun għal EUR 10 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fit-talba għal muniti. |
(4) |
Il-BĊE japprova t-talbiet fuq imsemmija għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni li jista' joħroġ Ċipru fl-2014. |
(5) |
Fl-24 ta' Ottubru 2014, il-Bank of Greece talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Greċja tista' toħroġ fl-2014 jiżdied minn EUR 6,856 miljun għal EUR 12,856 miljun sabiex ikun jista' jlaħħaq maż-żieda mhux mistennija fid-domanda għall-muniti. |
(6) |
Il-BĊE japprova t-talba msemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għal ċirkolazzjoni li l-Greċja tista' toħroġ fl-2014. |
(7) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2013/46 għandha tiġi emendata f'dan is-sens. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BĊE/2013/46 hija mibdula b'li gej:
(miljuni f'EUR) |
|
|
Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2014 |
Il-Belġju |
24,925 |
Il-Ġermanja |
655 |
L-Estonja |
11,14 |
L-Irlanda |
48,96 |
Il-Greċja |
12,856 |
Spanja |
201,24 |
Franza |
267 |
L-Italja |
58,36 |
Ċipru |
10 |
Il-Latvja |
80,91 |
Il-Lussemburgu |
45 |
Malta |
10,04 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
97,5 |
L-Awstrija |
247 |
Il-Portugall |
20,4 |
Is-Slovenja |
12 |
Is-Slovakkja |
21,4 |
Il-Finlandja |
60” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta' Novembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċizjoni BĊE/2013/46 tas-6 ta' Diċembru 2013 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014 (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 109).