This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0043
2014/43/EU: Commission Implementing Decision of 27 January 2014 concerning certain interim protective measures relating to African swine fever in Lithuania (notified under document C(2014) 501) Text with EEA relevance
2014/43/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Jannar 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Litwanja (notifikata bid-dokument C(2014) 501) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2014/43/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Jannar 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Litwanja (notifikata bid-dokument C(2014) 501) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 26, 29.1.2014, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/02/2014
29.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Jannar 2014
li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Litwanja
(notifikata bid-dokument C(2014) 501)
(It-test Litwan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/43/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u żootekiniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u ċerti prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista’ jinxtered ma’ rziezet oħra u mal-ħnieżer salvaġġi. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad- Direttiva 2002/60/KE jipprovdi għall-istabbiliment ta’ żona infettata wara l-konferma ta’ każ wieħed jew iżjed ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi. |
(4) |
Il-Litwanja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u b’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona ta’ infezzjoni fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi stabbilita, f’kollaborazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, lista tal-Unjoni taż-żoni ristretti għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Litwanja. |
(6) |
Skont dan, sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, iż-żoni ristretti fil-Litwanja għandhom jitniżżlu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien ta’ din ir-regjonalizzazzjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Litwanja għandha tiżgura li ż-żona ta’ infezzjoni stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE tkun tinkludi tal-anqas iż-żoni mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Frar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
Żona infettata fil-Litwanja |
Data sa meta applikabbli |
Id-distretti ta’ Trakai u Šalčininkai fil-kontea (apskritis) Vilnius u d-distretti ta’ Lazdijai, Varėna, Alytus, Druskininkai fil-kontea Alytus. |
fil-15 ta’ Frar 2014. |