Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0012

    2014/12/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2014) 26) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 11, 16.1.2014, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0260

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/12/oj

    16.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 11/6


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-14 ta’ Jannar 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit

    (notifikata bid-dokument C(2014) 26)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2014/12/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ dawn l-annimali sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ ċertu mard fit-territorju tagħhom, sakemm huma jkunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati fit-territorju tagħhom, huma ħielsa minn dan il-mard. Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom programm approvat ta’ eradikazzjoni jistgħu japplikaw l-istess restrizzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2010/221/UE tipprevedi li l-Istati Membri u partijiet minnhom elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jitqiesu ħielsa mill-mard elenkat fl-istess Anness. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2010/221/UE approvat il-programmi ta’ eradikazzjoni adottati minn ċerti Stati Membri fir-rigward taż-żoni u l-mard elenkati fl-Anness II tagħha. Dik id-Deċiżjoni approvat ukoll il-programmi ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1 μvar (OsHV-1 μvar) adottati minn ċerti Stati Membri fir-rigward taż-żoni stabbiliti fl-Anness III tagħha.

    (3)

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju tal-Finlandja u l-partijiet kontinentali kollha tat-territorju tal-Isvezja huma elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala territorji bi programm approvat ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-marda tal-kliewi batterika (BKD).

    (4)

    Il-partijiet kostali tat-territorji tal-Isvezja huma elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala territorji bi programm approvat ta’ eradikazzjoni fir-rigward tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN).

    (5)

    Il-Finlandja rrappurtat lill-Kummissjoni li sar progress fil-programm ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kliewi batterika (BKD). Sa mill-2012 l-ebda tifqigħa tal-marda tal-kliewi batterika (BKD) ma ġiet detetta fiż-żona suġġetta għall-programm ta’ eradikazzjoni tal-marda tal-kliewi batterika (BKD). Żewġ azjendi, madankollu, se jibqgħu taħt restrizzjonijiet peress li għadhom fil-proċess ta’ tindif u l-ittestjar finali biex jikkonfermaw l-istatus tagħhom bħala ħielsa mill-mard fir-rigward tal-marda tal-kliewi batterika (BKD). Minħabba f’dan, il-Finlandja talbet estensjoni tal-perjodu li waqtu tkun tista’ tapplika r-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ konsenji ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura introdotti fiż-żoni tat-territorju tagħha soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-marda tal-kliewi batterika (BKD), sabiex tkun tista’ tiffinalizza l-programm approvat ta’ eradikazzjoni.

    (6)

    L-Isvezja rrappurtat lill-Kummissjoni li matul l-aħħar tliet snin ta’ sorveljanza f’żoni suġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni approvat, stabbiliment wieħed biss irriżulta pożittiv fir-rigward tal-marda tal-kliewi batterika (BKD). Dak ir-razzett minn dak iż-żmien tbattal u bħalissa qed isir it-tindif u d-disinfettazzjoni. Minħabba f’dik is-sitwazzjoni, l-Isvezja rrapportat li l-istatus tal-marda tal-kliewi batterika (BKD) taż-żona tat-territorju elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE se jkun evalwat fl-2014. B’konsegwenza ta’ dan, l-Isvezja talbet għal estensjoni tal-perjodu li waqtu tista’ tapplika r-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ konsenji ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura introdotti f’żoni tat-territorju tagħha soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-marda tal-kliewi batterika (BKD), sabiex tkun tista’ tiffinalizza l-programm approvat tal-eradikazzjoni.

    (7)

    Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Finlandja u l-Isvezja, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu li matulu dawn l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u fuq l-importazzjoni kif stipulat fid-Deċiżjoni 2010/221/UE. Madanakollu, peress li s’issal-eradikazzjoni għadha ma ġietx kompletament miksuba minkejja l-fatt li l-programmi ta’ eradikazzjoni nazzjonali ilhom jiġu implimentati għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli, l-adegwatezza tal-miżuri nazzjonali jeħtieġ li tiġi evalwata mill-ġdid. Għalhekk, għandha tiġi estiża b’sentejn oħra l-possibbiltà li jiġu applikati dawn ir-restrizzjonijiet, sabiex tkun tista’ titwettaq din l-evalwazzjoni mill-ġdid.

    (8)

    Fir-rigward tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN), kemm il-Finlandja kif ukoll l-Isvezja talbu evalwazzjoni għal approċċ u kamp ta’ applikazzjoni ulterjuri għall-programmi ta’ sorveljanza u eradikazzjoni għal dik il-marda. Fil-qagħda kurrenti, id-definizzjoni tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) ġiet interpretata li tinkludi l-ġenogruppi kollha tal-virus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN). Huma biss ċerti razez speċifiċi mill-ġenogrupp 5 tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) li huma magħrufa li jikkawżaw mewt u mard kliniku fis-salmonidi mrobbija fl-Ewropa, u għalhekk ċerti ġenogruppi oħra ma għandhomx jiġu inklużi f’dawn il-programmi ta’ eradikazzjoni. Deċiżjoni dwar din il-kwistjoni, madankollu, tista’ ssir biss fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni xjentifika komprensiva. Sakemm titlesta t-tali evalwazzjoni, ikun xieraq li jiġu estiżi l-programmi ta’ eradikazzjoni tal-virus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) li jinsabu għaddejjin bħalissa. Għalhekk, għal dan il-għan ukoll, għandha tiġi estiża b’sentejn il-possibbiltà li jiġu applikati r-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjonijiet kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/221/UE.

    (9)

    Bħalissal-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka disa’ kompartimenti fit-territorji tal-Irlanda bi programm approvat ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar).

    (10)

    L-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dwar id-detezzjoni tal-OsHV-1 μνar fi tlieta minn dawk il-kompartimenti, jiġifieri fil-Bajja ta’ Dunmanus fi ħdan l-kompartiment 8, fil-Bajja ta’ Kinsale fi ħdan il-kompartiment 9 u fil-Bajja ta’ Ballylongford fi ħdan il-kompartiment 6. Konsegwentement, il-kompartimenti 8 u 9 għandhom jitħassru mil-lista tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2010/221/UE u d-demarkazzjoni ġeografika tal-kompartiment 6 f’dik il-lista għandha tiġi emendata.

    (11)

    Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta’ ħelsien mill-OsHV-1 μνar għall-kosta sħiħa tar-Renju Unit inkluż il-Guernsey, ħlief il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent, l-Estwarju ta’ Blackwater f’Essex u l-Port ta’ Poole f’Dorset. Lough Larne fl-Irlanda ta’ Fuq ukoll huwa inkluż f’dik id-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għal dikjarazzjoni ta’ ħelsien minn mard stabbiliti fid-Direttiva 2006/88/KE. Skont dan, it-territorju tar-Renju Unit minbarra il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent, l-Estwarju ta’ Blackwater f’Essex, u l-Port ta’ Poole f’Dorset, il-Bajja ta’ Dundrum, il-Bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough u l-Bajja Strangford Lough fl-Irlanda ta’ Fuq għandhom jiġu ddikjarati ħielsa mill-ostreid herpesvirus 1μvar (OsHV-1 μvar).

    (12)

    L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/221/UE attwali jillimita l-awtorizzazzjoni biex jiġu applikati ċerti mizuri nazzjonali skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE fil-ħin sal-31 ta’ Diċembru 2013. Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fl-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, l-emendi proposti għandhom japplikaw sa mill-1 ta’ Jannar 2014.

    (13)

    Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

    (14)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2010/221/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 3(2), id-data “31 ta’ Diċembru 2013” tinbidel fi “31 ta’ Diċembru 2015”.

    (2)

    L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).


    ANNESS

    Id-Deċiżjoni 2010/221/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/221/UE huwa sostitwit bit-test dan li ġej:

    “ANNESS I

    L-Istati Membri u ż-żoni li huma meqjusa ħielsa mill-mard elenkat fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali biex jevitaw l-introduzzjoni ta’ dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

    Marda

    Stat Membru

    Kodiċi

    Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati

    Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC)

    Id-Danimarka

    DK

    It-territorju kollu

    L-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    L-Ungerija

    HU

    It-territorju kollu

    Il-Finlandja

    FI

    It-territorju kollu

    L-Isvezja

    SE

    It-territorju kollu

    Ir-Renju Unit

    UK

    It-territorju kollu tar-Renju Unit; It-territorji ta’ Guernsey, Jersey u l-Isle of Man

    Marda tal-kliewi batterika (BKD)

    L-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    Ir-Renju Unit

    UK

    It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq; It-territorji ta’ Guernsey, Jersey u l-Isle of Man

    In-nekrosi pankreatika infettiva (IPN);

    Il-Finlandja

    FI

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju

    L-Isvezja

    SE

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju

    Ir-Renju Unit

    UK

    It-territorju tal-Isle of Man

    Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS)

    L-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    Il-Finlandja

    FI

    Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Tenojoki u Näätämönjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tal-Paatsjoki, Tuulomajoki, u Uutuanjoki għandhom ikunu kkunsidrati bħala żoni bafer

    Ir-Renju Unit

    UK

    It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta’ Guernsey, Jersey u l-Isle of Man

    L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

    Ir-Renju Unit

    UK

    It-territorju tar-Renju Unit ħlief il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent, l-Estwarju ta’ Blackwater f’Essex u l-Port ta’ Poole f’Dorset

    It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq; Iż-żona ta’ Larne Lough

    It-territorju ta’ Guernsey”

    (2)

    L-Anness III għad-Deċiżjoni 2010/221/UE huwa sostitwit minn dan li ġej:

    “ANNESS III

    L-Istati Membri u ż-żoni bi programmi ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

    Marda

    Stat Membru

    Kodiċi

    Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati (Stati Membri, żoni u kompartimenti)

    L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

    L-Irlanda

    IE

    Kompartiment 1: Il-Bajja ta’ Sheephaven

    Kompartiment 2: Il-Bajja ta’ Gweebara

    Kompartiment 3: Il-Bajjiet ta’ Killala, Broadhaven u Blacksod

    Kompartiment 4: Il-Bajja ta’ Streamstown.

    Kompartiment 5: Il-Bajjiet ta’ Bertraghboy u Galway

    Kompartiment 6: Il-bajjiet ta’ Poulnasharry u Askeaton

    Kompartiment 7: Il-Bajja ta’ Kenmare

    Ir-Renju Unit

    UK

    It-territorju tal-Gran Brittanja ħlief il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent, l-Estwarju ta’ Blackwater f’Essex u l-Port ta’ Poole f’Dorset

    It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq, ħlief il-bajjiet ta’ Dundrum u Killough Lough Foyle, Carlingford Lough u Strangford Lough

    It-territorju ta’ Guernsey”


    Top