Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1293R(01)

    Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013)

    ĠU L 251, 26.9.2015, p. 18–18 (ES, HR, IT, LT, MT, PT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1293/corrigendum/2015-09-26/oj

    26.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 251/18


    Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

    F'paġna 197, Artikolu 17 paragrafu 5:

    minflok:

    “5.   Massimu ta' 30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għall-għotjiet għal azzjoni skont il-paragrafu 3a jista' jiġi allokat għal proġetti integrati. Il-persentaġġ massimu għandu jerġa' jiġi evalwat fil-qafas tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm LIFE msemmi fl-Artikolu 27(2)(a) u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva.”,

    aqra:

    “5.   Massimu ta' 30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għall-għotjiet għal azzjoni skont il-paragrafu 4 jista' jiġi allokat għal proġetti integrati. Il-persentaġġ massimu għandu jerġa' jiġi evalwat fil-qafas tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm LIFE msemmi fl-Artikolu 27(2)(a) u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva.”;

    F'paġna 198, Artikolu 19, punt nru 6, it-tieni sentenza:

    minflok:

    “Meta tippreżenta l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat għall-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika dwar kif qieset il-kriterji ta' allokazzjoni stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 3a.”,

    aqra:

    “Meta tippreżenta l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat għall-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika dwar kif qieset il-kriterji ta' allokazzjoni stabbiliti skont il-paragrafi 4 u 5.”;

    F'paġna 198, Artikolu 19, punt Nru 8(a):

    minflok:

    “(a)

    il-livell medju ta' użu mill-Istat Membru tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għas-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 614/2007, jkun inqas minn 70 %;”,

    aqra:

    “(a)

    il-livell medju ta' użu mill-Istat Membru tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għas-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 614/2007, ikun inqas minn 70 %;”;

    F'paġna 198, punt 8, it-tieni paragrafu:

    minflok:

    “Dak l-impenn għandu jkun stabbilit fil-pjan għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet imsemmi fil-paragrafu 4b.”,

    aqra:

    “Dak l-impenn għandu jkun stabbilit fil-pjan għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet imsemmi fil-paragrafu 9.”.


    Top