Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1238

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2017: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1238/oj

    5.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 325/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1238/2013

    tat-2 ta’ Diċembru 2013

    li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Miżuri Provviżorji

    (1)

    Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (2) (“ir-Regolament provviżorju”), imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-PRC” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

    (2)

    L-investigazzjoni tnediet wara lment ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2012 minn EU ProSun (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi (“PV”) tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta' dumping tat-tali prodott u ta' dannu materjali li rriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni.

    2.   Reġistrazzjoni

    (3)

    Kif intqal fil-premessa (3) tar-Regolament provviżorju, wara talba mill-ilmentatur appoġġjata mill-evidenza meħtieġa, fl-1 ta' Marzu 2013 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 182/2013 (3) li jagħmel dawn l-importazzjonijiet ta' moduli PV tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni mis-6 ta' Marzu 2013. Ir-Regolament provviżorju waqqaf ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-fini tal-investigazzjoni antidumping b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku peress li dazju antidumping provviżorju pprovda protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (4)

    Uħud mill-partijiet interessati qalu li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma kellhiex bażi, peress li l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati jew ibbażati fuq evidenza fattwali. Fiż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni biex jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie li tiġġustifika l-bżonn li jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet, b'mod partikolari żieda qawwija kemm f'termini ta' importazzjonijiet assoluti kif ukoll f'temini ta' sehem mis-suq. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu rrifjutati.

    3.   Aċċettazzjoni ta' Impenn fir-rigward tad-dazji provviżorji

    (5)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni kienet aċċettat impenn offrut mill-produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi ('CCCME').

    4.   Proċedura Sussegwenti

    (6)

    Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji (“id-divulgazzjoni provviżorja”), il-Gvern taċ-Ċina ('GOC') u bosta partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li fihom iddikjaraw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu hekk ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. L-Assoċjazzjoni għall-Enerġija Solari Affordabbli (“AFASE”), li tirrappreżenta importaturi, operaturi downstream u upstream u importatur minnhom talbu u ngħataw smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ.

    (7)

    Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti orali u miktuba ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn kien xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew modifikati kif xieraq.

    (8)

    Barra minn hekk, saru żjariet ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    (i)

    Operaturi downstream

    Jayme de la Costa, Pedroso, il-Portugall

    Sunedison Spain Construction, Madrid, Spanja

    (ii)

    Konsulent indipendenti

    Europressedienst, Bonn, il-Ġermanja

    (9)

    L-AFASE xeħtet dubju fuq il-bażi legali għaż-żjara mwettqa fil-bini ta' Europressedienst, peress li din mhijiex parti interessata f'din l-investigazzjoni u b'hekk ma taqax taħt l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Europressedienst, kif intqal fil-premessi (99) u (120) tar-Regolament provviżorju pprovdiet informazzjoni dwar indikaturi makroekonomiċi. Huwa ċċarat li l-Kummissjoni wettqet verifika fuq il-post fil-bini ta' Europressedienst għall-fini tal-prinċipiju ta' amministrazzjoni tajba biex tivverifika l-affidabbiltà u l-korrettezza tad-dejta li fuqha bbażat is-sejbiet tagħha l-Kummissjoni.

    (10)

    Il-GOC tenna d-dikjarazzjoni li d-drittijiet ta' difiża tiegħu fir-rigward tal-aċċess għall-fajls miftuħin għal spezzjoni mill-partijiet interessati nkisru għaliex (i) kien hemm informazzjoni nieqsa mill-fajls mhux kunfidenzjali mingħajr ma ntweriet “kawża ġusta” jew mingħajr ma ġew ipprovduti sommarji dettaljati biżżejjed, jew b'mod eċċezzjonali, ir-raġunijiet għan-nuqqas milli jiġi pprovdut is-sommarju mhux kunfidenzjali, (ii) il-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju ta' produttur tal-Unjoni kienet nieqsa u (iii) id-dewmien biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni kien eċċessiv.

    (11)

    (i) Rigward id-dikjazzjoni li l-informazzjoni kienet nieqsa mill-fajl miftuħ, il-parti interessata ma speċifikatx għal liema informazzjoni kienet qed tirreferi. (ii) Id-dikjarazzjoni tagħha li l-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' tweġiba sħiħa għall-kwestjonarji ma tqegħditx għad-dispożizzjoni ma kinitx korretta. (iii) Rigward id-dewmien fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-tweġibiet mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ġie spjegat lill-parti kkonċernata li l-kwestjonarji żdiedu biss mal-fajl mhux kunfidenzjali wara li ġiet vverifikata l-kompletezza u r-raġonevolezza tas-sommarji tagħhom. Sabiex ikun żgurat id-dritt ta' anonimità tal-produtturi tal-Unjoni, ġie żgurat ukoll li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarji tabilħaqq ma kinux jikxfu l-identità tal-produttur tal-Unjoni kkonċernat. Għalhekk, f'ċerti każijiet, il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali kellhom jiġu kkoreġuti kif xieraq mill-parti li ssottomettihom qabel setgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati oħrajn.

    (12)

    Fi kwalunkwe każ, tqies li dan bl-ebda mod ma affettwa d-drittijiet ta' difiża tal-partijiet interessati. Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità jwieġbu għall-informazzjoni inkluża fil-fajl miftuħ għal spezzjoni fil-ħin sabiex il-kummenti tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati, meta sostanzjati u ġġustifikati qabel ma saret kwalunkwe konklużjoni fl-investigazzjoni. Il-parti interessata kellha kull opportunità tikkummenta fuq il-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun anki wara d-divulgazzjoni provviżorja u finali. Għaldaqstant, anki jekk id-divulgazzjonijiet u l-aċċess għall-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati huma bbażati fuq dispożizzjonijiet legali differenti, ta' min jinnota li kien hemm bosta opportunitajiet sabiex il-partijiet interessati jikkummenaw fuq l-informazzjoni kollha li tqiegħed għad-dispożizzjoni minn kwalunkwe parti għall-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (13)

    Il-partijiet interessati kollha kienu informati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-ġbir definittiv tal-ammonti permezz ta' dazju provviżorju (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jagħmlu kummenti dwar id-divulgazzjoni finali.

    (14)

    Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn xierqa.

    5.   Aċċettazzjoni ta' impenn fid-dawl ta' dazji definittivi

    (15)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni rċiviet offerta emendata għal impenn mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME, li tkopri wkoll l-investigazzjoni antisussidji parallela. Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE (5) ta' tal-4 ta' Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi, il-Kummissjoni kkonfermat li qed taċċetta dak l-impenn.

    6.   Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

    (a)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (16)

    Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, uħud mill-partijiet interessati tennew l-argument li użu żejjed ta' kunfidenzjalità impedixxihom milli jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni u b'hekk, anki mill-eżerċizzju xieraq tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Il-Kummissjoni diġà indirizzat din il-kwistjoni fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju. Peress li f'dan ir-rigward ma kienet ippreżentata l-ebda informazzjoni ġdida, il-konklużjonijiet fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    (17)

    Il-GOC tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li l-użu tal-kunfidenzjalità tal-ismijiet tal-ilmentaturi u l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mhuwiex iġġustifikat. Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (9) għar-Regolament provviżorju, il-produtturi tal-Unjoni talbu li l-ismijiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li dawn it-talbiet kienu sostanzjati biżżejjed biex jintlaqgħu. L-informazzjoni li ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni sabiex tissostanzja r-riskju ta' ritaljazzjoni ma tistax tiġi ddivulgata lil partijiet terzi, għaliex b'hekk id-divulgazzjoni tkun qed tmur kontra l-iskop tat-talba ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, f'każ fejn, kif irrapportat mill-GOC, produttur tal-Unjoni reġa' evalwa l-pożizzjoni tiegħu u kixef l-identità tiegħu billi ppreżenta applikazzjoni għal kawża fil-Qorti kontra r-Regolament provviżorju, ma għadx hemm raġuni biex tiġi ddivulgata l-informazzjoni li fuq il-bażi tagħha ngħatat l-anonimità, peress li l-identità nkixfet.

    (18)

    Minbarra d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata minnhom tenniet li l-informazzjoni li fuqha kien ibbażat il-kampjun ma kinitx affidabbli, iżda, madankollu, ma tatx xi evidenza ġdida f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

    (19)

    Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet l-argumenti tagħha dwar il-metodu użat għall-għażla tal-kampjun provviżorju tal-produtturi tal-Unjoni. B'mod partikolari ddikjarat li l-Istituzzjonijiet ma qisux 120 produttur. Il-Kummissjoni diġà indirizzat din il-kwistjoni fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet ivverifikaw l-attivitajiet tal-kumpaniji li jidhru f'dik il-lista. Instab li dik il-lista tinkludi l-aktar installaturi, distributuri, importaturi relatati u produttur esportatur fiċ-Ċina, it-Tajwan u l-Indja. Għaldaqstant, il-lista ma kinitx adattata biex turi li l-Istituzzjonijiet qabżu għadd notevoli ta' produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME ma kkontestatx il-produzzjoni totali tal-Unjoni billi pprovdiet ċifri oħrajn, u lanqas ma ressqet xi evidenza li r-rappreżentattività tal-kampjun setgħet kienet affetwata, peress li l-ebda wieħed mill-produtturi addizzjonali allegati tal-Unjoni ma kienu jintgħażlu fil-kampjun, lanqas li kieku l-Kummissjoni kienet taf bihom.

    (20)

    Wara l-esklużjoni tal-wajfers mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u għalhekk mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni kif imsemmi fil-premessa (32) aktar 'l isfel, il-kampjun finali kien jikkonsisti fi tmien produtturi tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn fir-rigward tal-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni, is-sejbiet fil-premessi (7) sa (10) għar-Regolament provviżorju huma għalhekk ikkonfermati, kif emendat hawn fuq.

    (b)   Kampjunar ta' importaturi mhux relatati

    (21)

    Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, kif intqal fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkuntattjat lil importaturi oħrajn li diġà kkooperaw fl-investigazzjoni fl-istadju inizjali billi pprovdew informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif speċifikat fl-Avviż ta' Bidu. L-iskop kien li jiġi ddeterminat jekk id-daqs tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati setax jiżdied. Sitt kumpaniji, li jikkwalifikaw bħala importaturi mhux relatati fin-negozju tal-prodott ikkonċernat (jiġifieri xiri u bejgħ mill-ġdid tiegħu), għarrfu bil-preżenza tagħhom u kienu lesti jikkooperaw iktar fl-investigazzjoni. Minn dawn is-sitta, ħamsa wieġbu sad-data tal-iskadenza. Mill-ħames tweġibiet li daħlu, tlieta biss kienu kompluti biżżejjed u ppermettew li ssir valutazzjoni valida. Fuq din il-bażi, il-kampjun tal-importaturi mhux relatati tkabbar u kien fih erba' importaturi għal moduli, li jirrappreżentaw madwar 2 % — 5 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat. Minħabba l-istruttura tal-importaturi mhux relatati, li fil-parti l-kbira kienu kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, ma kienx possibbli li jinkiseb kampjun li jirrappreżenta sehem ikbar, minħabba r-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tal-Istituzzjonijiet.

    (22)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-kampjunar tal-importaturi mhux relatati, il-premessi (11) u (12) għar-Regolament provviżorju, kif emendati hawn fuq huma kkonfermati.

    (c)   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

    (23)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, għadd ta' kumpaniji mhux fil-kampjun issottomettew kummenti li argumentaw li s-sitwazzjoni tagħhom hija differenti mill-kumpaniji fil-kampjun. Argumentaw li, b'hekk, għandhom jibbenefikaw minn rata ta' dazju individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, minħabba n-numru kbir ta' kumpanija li kkooperaw (spiss gruppi ta' kumpaniji), ma kienx possibbli li jiġu investigati l-kumpaniji kollha b'mod individwali. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 9(6), dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-dazju medju peżat tal-kumpaniji fil-kampjun.

    (24)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-kampjunar tal-produtturi esportaturi, il-premessi (13) u (14) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    7.   Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

    (25)

    Kif stabbilit fil-premessa (19) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “IP”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-2009 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

    B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    1.   Introduzzjoni

    (26)

    Kif stabbilit fil-premessi (20) sa (49) għar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat kif iddefinit b'mod provviżorju huwa l-moduli jew il-pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċelloli u wejfers tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jintbagħtu mill-PRC. Iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru. Bħalissa dan il-prodott jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 3818 00 10, ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (“il-prodott ikkonċernat”).

    (27)

    It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

    ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu elettriku fl-apparati jew jiċċarġaw batteriji;

    prodotti PV b'rita rqiqa;

    prodotti PV tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi tkun xi ħaġa oħra minbarra ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i PV integrata/i tas-siliċju kristallin.

    2.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodotti

    2.1.   Esklużjoni ta' wejfers

    (28)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-partijiet interessati talbu sabiex il-wejfers jitneħħew mill-ambitu tal-prodotti peress li l-wejfers ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħaċ-ċelloli u l-moduli. Minbarra l-argumenti mressqa fl-istadju provviżorju, tressqu żewġ argumenti oħrajn f'dan ir-rigward wara d-divulgazzjoni provviżorja.

    (29)

    L-ewwel nett, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-wejfers jistgħu jintużaw għal skopijiet oħrajn minbarra l-produzzjoni ta' ċelloli, b'mod partikolari l-produzzjoni ta' ċirkwiti integrati u mikroapparati oħrajn. F'dan ir-rigward, huwa osservat li mhux il-wejfers kollha huma inklużi fl-ambitu tal-prodotti ta' din l-investigazzjoni, li huwa limitat għal “wejfers tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin”, u li dawk il-wejfers għandhom“ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru”. Filwaqt li l-wejfers żgur li jeżistu f'applikazzjonijiet oħrajn, l-investigazzjoni qatt ma kopriet wejfers li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti oħrajn bħal ċirkwiti integrati. Barra minn hekk, ebda produttur, importatur jew utent involut fis-suq għal dawn it-tipi l-oħrajn ta' wejfers ma ressqu sabiex jallegaw li l-wejfers tagħhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni jew dazji antidumping provviżorji. Għalhekk huwa kkonfermat li dawn it-tipi l-oħrajn ta' wejfers mhumiex soġġetti għall-ambitu tal-prodotti ta' din l-investigazzjoni. Fl-istess ħin, dan juri li l-wejfers mhux bilfors ikollhom l-istess użu finali bħaċ-ċelloli u l-moduli.

    (30)

    It-tieni, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-wejfers mhux ipproċessati ma fihom ebda waħda mill-proprjetajiet elettriċi essenzjali li jiddistingwu ċelloli u moduli solari minn prodotti oħrajn. B'mod partikolari, il-wejfers ma għandhomx il-ħila jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx, li hija funzjoni fundamentali taċ-ċelloli u l-moduli fotovoltajċi kristallini.

    (31)

    Din id-dikjarazzjoni tista' tiġi aċċettata. Tabilħaqq, wara verifika ulterjuri u għall-kuntrarju ta' dak li huwa ddikjarat fil-premessa (36) għar-Regolament provviżorju li “l-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom l-istess użu finali, jiġifieri dak li jaqilbu d-dawl tax-xemx f'elettriku”, huwa biss wara li l-wejfer tkun ittrasformata f'ċellola li tikseb il-funzjonalità li tiġġenera l-elettriku mid-dawl tax-xemx.

    (32)

    Minħabba l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi differenti, definiti matul l-investigazzjoni inter alia bħala l-funzjonalità li tiġġenera elettriku mid-dawl tax-xemx, huwa konkluż b'bilanċ li l-wejfers għandhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b'hekk anki mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

    2.2.   Investigazzjonijiet separati għal ċelloli u moduli

    (33)

    Il-partijiet interessati tennew li ċ-ċelloli u l-moduli mhumiex prodott wieħed, u b'hekk għandhom ikunu vvalutati b'mod separat, u b'hekk kienu qegħdin jirrepetu l-argumenti diġà indirizzati fil-premessi (27) sa (39) għar-Regolament provviżorju. Madankollu, għall-kuntrarju tal-wejfers, iċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess proprjetà bażika, jiġifieri l-kapaċità li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx. Għalhekk dawn l-argumenti ġew rifjutati.

    (34)

    Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur minnhom argumenta li ċ-ċelloli waħedhom ma jistgħux jipproduċu elettriku. Allegatament, iridu jiġu integrati f'moduli biex jagħmlu hekk. Madankollu, is-soltu, kull ċellola waħedha jkollha l-kapaċità li tiġġenera madwar 4W elettriku mid-dawl tax-xemx. Filwaqt li din l-enerġija jaf mhijiex biżżejjed għal ħafna mill-applikazzjonijiet li jeħtieġu assemblaġġ ta' bosta ċelloli f'moduli, dan ma jfissirx li ċellola waħedha ma għandhiex diġà l-kapaċità li tiġġenera elettriku.

    (35)

    Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur minnhom argumenta li l-impossibilità li jiġi stabbilit Valur Normali għall-moduli fuq il-bażi tal-Valur Normali għaċ-ċelloli, kif deskritt fil-premessa (100) iktar 'l isfel, turi li l-moduli u ċ-ċelloli ma għandhomx jitqiesu bħala prodott wieħed.

    (36)

    F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li fil-parti l-kbira tal-investigazzjonijiet antidumping, inkluża din l-investigazzjoni, tqabbil bejn il-Valuri Normali u l-prezzijiet ta' esportazzjoni ssir fuq il-bażi tat-tipi ta' prodotti. Dan isir peress li spiss, medda ferm wiesgħa ta' tipi ta' prodotti jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi, xi ħaġa li spiss twassal għal sitwazzjoni fejn tipi ta' prodotti b'kostijiet u prezzijiet sostanzjalment differenti jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-“prodott ikkonċernat”. Is-sempliċi fatt li mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit Valur Normali għal ċertu tip ta' prodott fuq il-bażi tal-Valur Normali ta' tip ieħor ta' prodott ma jfissirx minnu nnifsu li dawn it-tipi ta' prodotti ma jistgħux jitqiesu bħala l-istess prodott. Kif deskritt fil-premessa (32) iktar 'il fuq, kemm iċ-ċelloli kif ukoll il-moduli jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, inter alia l-funzjonalità li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx.

    (37)

    Huwa argumentat ukoll li, li kieku ċ-ċelloli u l-moduli kienu prodott wieħed b'differenzi żgħar, l-aġġustament tal-prezzijiet taċ-ċelloli biex jiġi stabbilit prezz tal-moduli ma jkunx diffiċli. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li ma hemm ebda rekwiżit li jkun hemm biss differenzi żgħar bejn it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat. Għall-kuntrarju, huwa biżżejjed li t-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi. F'dan il-każ, dan japplika għall-moduli u ċ-ċelloli, inter alia l-funzjonalità li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx.

    (38)

    L-istess parti argumentat ukoll li ċ-ċelloli mhumiex sempliċiment tip ieħor ta' modulu, iżda huma prodott kompletament differenti. Fil-fatt, ċellola hija l-komponent ewlieni ta' modulu. Bħala komponent ewlieni, huwa ċar li ċellola mhijiex “prodott kompletament differenti”, peress li l-moduli u ċ-ċelloli jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx, kif indikat fil-premessa (32) iktar 'il fuq.

    (39)

    Barra minn hekk, l-istess parti argumentat li meta ntgħażlu l-kampjuni għall-produtturi tal-Unjoni u l-espotaturi Ċiniżi, ġiet ikkunsidrata d-differenza bejn iċ-ċelloli u l-moduli. Għaldaqstant, kellhom jiġu stabbiliti rati differenti tad-dazju għall-moduli u ċ-ċelloli. F'dan ir-rigward, huwa kkonfermat li, tabilħaqq, id-differenza bejn il-moduli u ċ-ċelloli ttieħdet f'kunsiderazzjoni meta sar il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni u l-esportaturi Ċiniżi, kif indikat fil-premessi (10) u (14) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, dan sar biss biex jiġi żgurat li l-kampjun huwa rappreżentattiv u ma jfissirx li ċ-ċelloli u l-moduli ma għandhomx jitqiesu bħala prodott wieħed ikkonċernat, jew li għandhom jiġu stabbiliti rati tad-dazju separati għaċ-ċelloli u l-moduli. Tabilħaqq, sabiex jiġi żgurat li l-kampjun kien jirrappreżenta t-tipi kollha tal-prodott, kien importanti li ssir distinzjoni bejn iċ-ċelloli u l-moduli meta ntgħażel il-kampjun. Barra minn hekk, peress li kien hemm ċertu grad ta' inċertezza fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk iċ-ċelloli u l-moduli kellhomx jitqiesu bħala prodott wieħed jew żewġ prodotti separati, kien hemm bżonn li tkun żgurata rappreżentattività għaż-żewġ eżiti possibbli.

    (40)

    Barra minn hekk, huwa argumentat li l-premessa (100) ta' hawn taħt li tiddikjara li l-kostijiet tal-ipproċessar għall-moduli huma sinifikanti tikkontradixxi l-premessa (32) tar-Regolament provviżorju, li jiddikjara li l-valur miżjud mhuwiex ikkonċentrat fi stadju partikolari tal-proċess tal-produzzjoni. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-premessa (100) tiċċara wkoll li d-differenza fil-kostijiet bejn iċ-ċelloli u l-moduli hija ta' 34 %, u dan ifisser li 66 % tal-valur ta' modulu ġej miċ-ċellola. Għaldaqstant huwa konkluż li l-valur miżjud mhuwiex ikkonċentrat fi stadju partikolari tal-proċess tal-produzzjoni.

    (41)

    Il-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-fatt li l-impenn jimponi prezzijiet u volumi ta' importazzjoni minimi differenti għaċ-ċelloli u l-moduli allegatament jikkonferma li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodotti differenti li jeħtieġu żewġ investigazzjonijiet differenti. Madankollu, il-prezzijiet ta' importazzjoni minimi differenti huma sempliċiment indikazzjoni li ċ-ċelloli u l-moduli huma gruppi differenti ta' tipi ta' prodotti li jinbiegħu bi prezzijiet differenti. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu definiti prezzijiet differenti biex il-prezzijiet minimi ta' importazzjoni jsiru sinifikanti.

    (42)

    Barra minn hekk, il-fatt li ċ-ċelloli u l-moduli huma gruppi differenti ta' tipi ta' prodotti mhuwiex relevanti per se għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa biżżejjed li l-prodotti jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi u użi finali, li huwa l-każ għall-moduli u ċ-ċelloli kif deskritti fil-premessi (32) u (48) rispettivament.

    (43)

    Il-GOC argumenta li l-valutazzjoni ta' jekk iċ-ċelloli u l-moduli humiex prodott wieħed ikkonċernat ma tindirizzax għadd ta' kriterji definiti mill-Korp tal-Appell f'KEAsbestos  (6). Madankollu, dawn il-kriterji jintużaw għad-definizzjoni tal-“prodott simili”, mhux il-prodott ikkonċernat. Fi kliem ieħor, dawn il-kriterji jridu jintużaw biex jiddefinixxu l-prodott simili, pereżempju l-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni, li mbagħad jitqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dawn il-kriterji mhumiex pertinenti meta jiġi definit il-prodott ikkonċernat. Xorta waħda, l-Istituzzjonijiet josservaw li l-applikazzjoni tal-kriterji użati f'KEAsbestos għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat f'dan il-każ ma twassalx għal eżitu differenti. L-ewwel u t-tieni kriterji (proprjetajiet, għamla u kwalità rispettivament u użi finali) huma l-istess bħall-kriterji proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi u użu finali użati fil-premessi ta' qabel. It-tielet kriterju (gosti u drawwiet tal-konsumatur) mhuwiex utli wisq f'dan il-każ, peress li ċ-ċelloli huma l-komponent ewlieni tal-moduli; rigward ir-raba' kriterju, klassifikazzjoni tat-tariffa, huwa osservat li kemm iċ-ċelloli kif ukoll il-moduli jistgħu jiġu ddikjarati taħt l-intestatura doganali 8541 40 90, filwaqt li l-intestaturi doganali taħt l-intestatura 8501 huma għal ġeneraturi elettriċi inġenerali u mhux għal prodotti solari b'mod partikolari.

    (44)

    Partijiet interessati oħrajn jargumentaw li applikazzjoni oġġettiva tal-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja f'kawżi preċedenti (7) allegatament twassal għall-konklużjoni li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodotti differenti. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-qorti indikat biss numru ta' kriterji li jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni — ma hemm ebda obbligu li jintużaw il-kriterji kollha f'kull każ, peress li jista' jkun li mhux kollha jkunu relevanti. Dawn il-kriterji ġew ivvalutati fil-premessi (27) sa (39) tar-Regolament provviżorju, fejn instab li għadd ta' kriterji mhumiex relevanti f'dan il-każ. Fil-kawża Brosmann il-valutazzjoni dwar jekk tipi differenti ta' żraben kinux jappartjenu għall-“prodott ikkonċernat” saret ukoll fuq il-bażi ta' tliet kriterji biss li nstabu li kienu relevanti. Peress li l-partijiet interessati ma pprovdew ebda raġuni għaliex applikazzjoni oġġettiva tal-kriterji twassal għall-konklużjoni li ċ-ċelloli u l-moduli huma prodotti differenti, l-argument ma jistax jintlaqa'.

    (45)

    Barra minn hekk, huwa mfakkar li ċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess użi finali bażiċi, jiġifieri jinbiegħu biex jiġu integrati fis-sistemi solari PV. Il-prestazzjoni tal-moduli hija direttament marbuta mal-prestazzjoni taċ-ċelloli, kif indikat fil-premessa (28) tar-Regolament provviżorju.

    (46)

    Parti interessata minnhom argumentat li bl-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, u minħabba l-ipproċessar sinifikanti involut biex isiru moduli miċ-ċelloli, l-argument li ċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess użi finali għandu jiġi rifjutat ukoll. Huwa argumentat ukoll li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użi finali hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-wejfers, il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess proċess ta' produzzjoni.

    (47)

    L-ewwel nett, il-konklużjoni li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użi finali hija bbażata fuq il-proċess ta' produzzjoni hija żbaljata. Filwaqt li tabilħaqq iż-żewġ dikjarazzjonijiet huma fl-istess premessa (36) tar-Regolament provviżorju, dan ma jfissirx li konklużjoni waħda hija bbażata fuq is-suppożizzjoni l-oħra. Il-frażi “barra minn hekk” li tissepara ż-żewġ dikjarazzjonijiet tagħmilha ċara li t-tieni dikjarazzjoni mhijiex ibbażata fuq l-ewwel waħda. Barra minn hekk, iż-żewġ dikjarazzjonijiet saru biex jindirizzaw kwistjonijiet separati taħt l-intestatura “Użu finali u interkambjabbiltà”. L-ewwel dikjarazzjoni dwar il-proċess ta' produzzjoni tindirizza l-interkambjabbiltà, filwaqt li t-tieni dikjarazzjoni tindirizza l-użu finali. Għalhekk, hija żbaljata s-suppożizzjoni bażi li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użi finali hija msejsa fuq is-suppożizzjoni li l-wejfers, il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess proċess ta' produzzjoni.

    (48)

    Rigward l-użu finali propju taċ-ċelloli u l-moduli, il-partijiet interessati mhux qed imeru li l-moduli u ċ-ċelloli jinbiegħu għall-integrazzjoni f'sistemi solari PV. Għaldaqstant, il-konklużjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użu finali hija kkonfermata.

    2.3.   Ċelloli monokristallini u multikristallini

    (49)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li ma kienx hemm produzzjoni ta' ċelloli monokristallini fl-Unjoni, u li l-esportazzjonijiet ta' ċelloli monokristallini ma kinux qegħdin jikkompetu mal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni kixfet li tabilħaqq kien hemm produzzjoni ta' ċelloli monokristallini fl-Unjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rrifjutat. Xorta waħda, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fi Brosmann li n-nuqqas ta' produzzjoni fil-Komunità ta' tip ta' prodott partikolari mhuwiex deċiżiv.

    2.4.   Il-klawżola “kkonsinjati minn”

    (50)

    Il-partijiet interessati argumentaw li l-estensjoni tal-ambitu tal-investigazzjoni għal prodotti “kkonsinjati mill-”PRC ma kinitx iġġustifikata, minħabba li l-investigazzjoni nfetħet biss kontra prodotti li joriġinaw mill-PRC.

    (51)

    Madankollu, prodotti kkonsinjati mill-PRC diġà kienu koperti fl-istadju inizjali. Fil-punt 5 tal-Avviż ta' Bidu (8) huwa ddikjarat li “l-kumpaniji li jesportaw il-prodott investigat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina iżda li jikkunsidraw li parti minn dawk l-esportazzjonijiet jew saħansitra kollha ma għandhomx oriġini doganali tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma mistiedna biex jippreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni u biex ifornu l-informazzjoni kollha rilevanti”. Għaldaqstant, huwa ċar li l-kumpaniji kollha li jikkonsinjaw prodotti mill-PRC kellhom l-opportunità li jikkooperaw f'din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, peress li l-prodott investigat spiss jinkorpora komponenti u partijiet minn pajjiżi differenti, fil-punt 5 tal-Avviż ta' Bidu tħabbar ukoll li “jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali” biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

    (52)

    Għaldaqstant, huwa meqjus li l-atturi ekonomiċi kollha affettwati kienu informati kif suppost bil-possibbiltà li jistgħu jkunu adottati dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-prodotti kkonsinjati mill-PRC, jekk ikunu xierqa, u kienu mistiedna jikkooperaw fl-investigazzjoni. B'hekk, l-ambitu tal-investigazzjoni ma kienx estiż għal prodotti “kkonsinjati mill-PRC”, peress li dawn kienu koperti mill-bidu nett.

    (53)

    Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li indipendentement mid-dispożizzjonijiet fl-Avviż tal-Bidu msemmi fil-premessa (51) iktar 'il fuq, l-investigazzjoni kienet limitata għal prodotti li joriġinaw mill-PRC u ma vvalutatx l-impatt tal-prodotti kkonsinjati mill-PRC.

    (54)

    F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-passi li ġejjin ittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kollha kkonsinjati mill-PRC ġew ivvalutati matul l-investigazzjoni, u mhux biss prodotti li oriġinaw fil-PRC:

    Il-kumpaniji kollha li jibagħtu l-prodott ikkonċernat mill-PRC kienu mistiedna biex jgħarrfu bil-preżenza tagħhom fl-investigazzjoni indipendentement mill-oriġini tal-prodotti.

    Fl-Anness A tal-Avviż ta' bidu, l-esportaturi ntalbu jirrapportaw informazzjoni għall-prodotti kollha manifatturati mill-kumpanija. Din l-informazzjoni ma kinitx limitata għal prodotti li oriġinaw fil-PRC.

    Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, li kien fiha l-esportazzjonijiet kollha lejn l-UE indipendentement mill-oriġini tal-prodotti, intgħażel kampjun rappreżentattiv.

    Il-produtturi fil-kampjun irċivew kwestjonarju għal “produtturi li jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea”, u l-PRC issemmiet bħala l-“pajjiż ikkonċernat”, mhux il-pajjiż ta' oriġini. Għalhekk, kien ċar li kienu investigati l-prodotti kollha indipendetement mill-oriġini tal-prodotti.

    (55)

    Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-investigazzjoni kopriet il-prodotti kollha li oriġinaw fil-PRC jew ikkonsinjati minnha, u li s-sejbiet tal-investigazzjoni, inklużi d-dumping u d-dannu, ikopru l-prodotti kollha li joriġinaw jew li huma kkonsinjati mill-PRC.

    (56)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati argumentaw li l-ilment kien fih biss evidenza prima facie dwar importazzjonijiet ta' pannelli solari li joriġinaw fil-PRC, mhux prodotti kkonsinjati mill-PRC. F'dan ir-rigward, ta' min jiċċara li l-ilment tabilħaqq kopra prodotti “mill-PRC”, li jista' jidher mill-paġna tal-qoxra sottomessa mill-applikant li fiha t-timbru. Qabel din il-paġna, hemm paġna oħra fuq il-fajl li tabilħaqq tuża l-kliem “li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina”. Iżda dan il-każ ma kienx parti mid-dokument sottomess mill-ilmentatur, iżda żdied bħala paġna tal-qoxra mis-Servizzi tal-Kummissjoni, billi użat isem l-investigazzjoni minflok ma tenniet it-titlu tal-ilment. Għaldaqstant, jitqies li l-ilment kopra l-prodotti kollha mill-PRC, kemm jekk joriġinaw mill-PRC jew le.

    (57)

    Il-produtturi esportaturi Ċiniżi qablu wkoll li l-produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu raġonevolment mistennija jkunu jafu li l-prodotti tagħhom jistgħu jkunu fil-mira tal-investigazzjoni wkoll. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-miżuri ma japplikawx għal prodotti li huma fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT. Għalhekk, il-produtturi esportaturi li ma għandhomx operazzjonijiet fil-PRC mhumiex affettwati mill-miżuri. Barra minn hekk, ebda produttur esportatur fil-pajjiżi terzi ma qajjem il-kwistjoni li l-prodotti li jesporta huma soġġetti għal dazju antidumping.

    (58)

    L-istess produtturi esportaturi argumentaw li l-produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi ma ntalbux jgħarrfu bil-preżenza tagħhom, u ma ngħatawx l-opportunità juru li l- prodotti tagħhom mhumiex l-oġġett ta' dumping. L-Istituzzjonijiet iqisu li dawk il-produtturi esportaturi mingħajr ebda operazzjoni fil-PRC mhumiex affettwati mill-miżuri, peress li l-prodotti tagħhom, jekk ikkonsinjati mill-PRC, kienu jkunu fi transitu. Il-produtturi esportaturi kollha l-oħrajn kienu mgħarrfin permezz tal-Avviż ta' Bidu li l-operazzjonijiet tagħhom huma parti mill-investigazzjoni.

    (59)

    Il-GOC argumenta li filwaqt li l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku jippermetti li jkun hemm devjazzjoni mill-prinċipju li l-pajjiż esportatur huwa l-pajjiż ta' oriġini, dan l-Artikolu ma jistax jintuża f'dan il-każ. B'appoġġ ta' din id-dikjarazzjoni, jargumentaw li ma saret ebda analiżi kompluta ta' jekk il-pajjiż esportatur jistax ikun pajjiż intermedjarju. L-Istituzzjonijiet ma jaqblux ma' din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 (3) tar-Regolament bażiku. Ebda parti ma tikkontesta li hemm produzzjoni importanti fil-PRC. Jekk il-PRC hijiex il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti lesti jiddependi fuq bosta fatturi. L-analiżi tad-dumping, id-dannu, il-kawża u l-interess tal-Unjoni mwettqa mill-Istituzzjonijiet tirreferi għal dik il-produzzjoni, irrelevanti mill-kwistjoni ta' jekk il-prodott esportat lest kellux il-PRC bħala l-oriġini doganali tiegħu. Peress li kien hemm indikazzjonijiet qawwijin li mhux il-prodotti kollha li tal-inqas kienu parzjalment prodotti fil-PRC kienu jitqiesu li kellhom l-oriġini doganali tagħhom fil-PRC, l-Istituzzjonijiet iddeċidew li kien hemm bżonn li jkunu koperti wkoll il-prodotti li għalihom il-PRC hija biss pajjiż intermedjarju.

    (60)

    Il-GOC argumenta wkoll li peress li ebda esportatur Ċiniż ma ngħata MET, ma hemm ebda prezz paragunabbli għall-pannelli solari fil-PRC, u b'hekk, il-PRC ma tistax tintuża bħala pajjiż intermedjarju. Madankollu, f'dan ir-rigward huwa osservat li t-tliet kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku jingħataw biss bħala eżempji, u jista' jkun li mhux il-kundizzjonijiet kollha jkunu relevanti fil-każijiet kollha. F'dan il-każ, peress li l-ebda esportatur Ċiniż ma ngħata MET, il-prezz paragunabbli kellu jiġi stabbilit fil-pajjiż analogu — u dan il-prezz paragunabbli huwa l-istess, indipendentement minn jekk il-PRC titqiesx bħala l-pajjiż ta' oriġini jew il-pajjiż intermedju. Għaldaqstant, il-kwistjoni ta' jekk hemmx prezz paragunabbli “f'dak il-pajjiż” hija irrelevanti, peress li f'dan il-każ il-prezz kumparabbli mhuwiex stabbilit “f'dak il-pajjiż”, iżda fil-pajjiż analogu.

    2.5.   Ċarġers solari

    (61)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-definizzjoni ta' “ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli” kienet wisq dejqa, u għandha tkun estiża għal prodotti b'funzjoni simili li mhumiex koperti minn din id-definizzjoni bħal prodotti b'daqs simili li jużaw numru ikbar ta' ċelloli iżgħar.

    (62)

    Barra minn hekk, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-definizzjoni ta' “prodotti PV tas-siliċju li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi” hija dejqa wisq, peress li huwa eskluż il-prodott elettriku sħiħ biss, filwaqt li l-komponenti solari għall-integrazzjoni fil-prodotti elettriċi mhux bilfors huma esklużi.

    (63)

    Tabilħaqq, analiżi tal-argumenti ta' hawn fuq uriet li jkun iktar xieraq li mal-esklużjoni tat-tali prodotti jiżdied kriterju fuq il-bażi ta' standard tekniku. B'mod partikolari, ġie stabbilit li d-definizzjonijiet tal-istandard li ġej jiddefinixxu b'mod iktar xieraq il-prodotti li għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-miżuri: Standard internazzjonali IEC 61730-1, Klassijiet ta' Applikazzjoni, Klassi C: Vultaġġ Limitat, applikazzjonijiet tal-enerġija limitata (p. 13) (9).

    (64)

    Wara d-divulgazzjoni definittiva, daħlu kummenti dwar l-esklużjoni bbażata fuq l-istandard internazzjonali msemmi iktar 'il fuq. Kien argumentat li minfok ma ssir referenza għall-istandard, ikun iktar xieraq li tiġi definita l-esklużjoni fuq il-bażi tal-vultaġġ tal-output u l-output tal-enerġija bħala “moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma jaqbiżx il-50 W biss għall-użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi tal-vultaġġ u l-enerġija”. Din id-dikjarazzjoni tista' tkun aċċettata, u l-esklużjoni hija finalment iddeterminata skont din id-definizzjoni.

    2.6.   Moduli solari integrati fuq il-bjut

    (65)

    Parti interessata oħra ddikjarat li l-moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, peress li jħalltu l-funzjonalità ta' modulu solari ma' dik ta' maduma tas-saqaf jew lavanja. Għalhekk, ma jkunux direttament interkambjabbli ma' modulu solari standard.

    (66)

    Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kemm moduli standard kif ukoll il-moduli solari integrati fuq il-bjut iridu jikkonformaw mal-istess standards elettriċi. Barra minn hekk, filwaqt li l-modulu solari integrat fuq il-bjut ma jistax jaqbad u jinbidel ma' modulu standard, jista' jittiħidlu postu minn modulu standard flimkien ma' madum tas-saqaf jew lavanja. Għaldaqstant, dawn il-prodotti għandhom l-istess proprjetà teknika bażika ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mid-dawl tax-xemx. Il-funzjonalità miżjuda (li, kieku, tkun ipprovduta minn materjal tas-soqfa) ma tqisitx sostanzjali u ma tiġġustifikax esklużjoni ta' moduli solari integrati fuq il-bjut mill-ambitu tal-prodotti.

    (67)

    Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-istess parti interessata argumentat li n-nuqqas ta' interkambjabbiltà doppja bejn moduli solari integrati fuq il-bjut u moduli solari standard huwa indikazzjoni li l-moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri, b'referenza għall-kawża footware  (10) inġenerali u ż-żraben atletiċi b'teknoloġija speċjali 'STAF' b'mod partikolari. Madankollu, ir-raġunijiet għall-esklużjoni ta' STAF kienu bosta, u n-nuqqas ta' interkambjabbiltà doppja waħdu ma tqiesx raġuni valida biżżejjed mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Brosmann  (11), xi ħaġa li kkonfermat li prodotti ferm differenti bħal żraben formali u żraben tal-ħajkijiet tabilħaqq jistgħu jitqiesu prodott ikkonċernat fl-istess investigazzjoni antidumping minkejja d-differenzi bejniethom.

    (68)

    Barra minn hekk, il-parti interessata argumentat li n-nuqqas ta' produzzjoni fl-Unjoni u l-fatt li l-parti interessata għandha drittijiet ta' proprjetà intellettwali allegatament jikkonferma li moduli solari integrati fuq il-bjut huma innovattivi u differenti minn kull prodott ieħor. Madankollu, b'referenza mill-ġdid għall-kawża footwear imsemmija mill-parti interessata, fi Brosmann il-Qorti Ġenerali ddikjarat li “[i]n-nuqqas ta' produzzjoni Komunitarja ta' dan it-tip ta' żraben u fuq l-eżistenza ta' privattiva, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma humiex determinanti.” (12). B'hekk, żarbun teknoloġiku bil-privattiva tqies prodott ikkonċernat f'dak il-każ.

    (69)

    Il-parti interessata argumentat ukoll li moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, peress li jinbiegħu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-moduli standard. Barra minn hekk, fil-kawża footwear, STAF ogħla minn ċertu prezz ġew esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. F'dan ir-rigward, huwa osservat li modulu solari integrati fuq il-bejt ma jgħaqqadx il-funzjonalità ta' modulu solari u madum tas-soqfa jew lavanja, kif indikat fil-premessa (66) iktar 'il fuq. Għalhekk, paragun dirett tal-prezzijiet mhuwiex sinifikanti, peress li l-funzjonalità miżjuda twassal b'mod naturali għal prezzijiet ogħla.

    (70)

    Bħala tweġiba għal dan l-argument, il-parti interessata argumentat li fuq il-bażi ta' dan l-argument, kien ikun impossibbli li jissemmew d-differenzi fil-prezzijiet bħala indikatur addizzjonali li jiġġustifika l-esklużjoni mill-ambitu tal-prodott. Madankollu, din l-interpretazzjoni hija estiża wisq. Dak li ntqal fil-premessa ta' qabel jistipula sempliċiment li f'dan il-każ partikolari fejn il-moduli integrati fuq il-bjut jgħaqqdu l-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat flimkien ma' prodott ieħor (f'dan il-każ madum tas-soqfa jew lavanja), il-prezz ovvjament mhuwiex sinifikanti. Dan bl-ebda mod ma jfisser li f'każijiet oħrajn id-differenza fil-prezz ma tistax tkun indikatur utli biex jiġi stabbilit jekk prodott għandux ikun eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

    (71)

    Finalment, il-parti interessata argumentat li l-fornitur tagħha ta' moduli solari integrati fuq il-bjut għandu jingħata aċċess għall-impenn tal-prezz minimu. Madankollu, jidher li l-esportatur Ċiniż ikkonċernat ma kkooperax fl-investigazzjoni, u bħala parti li ma kkooperatx, mhijiex eliġibbli li tieħu sehem fl-impenn. Għaldaqstant, din it-talba ma tistax tintlaqa'.

    3.   Konklużjoni

    (72)

    Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, l-ambitu tal-prodotti huwa definit b'mod definittiv bħal f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew huma kkonsinjati mill-PRC, sakemm ma jkunux fi tranżitu skont it-tifsira tal-Artikolu V tal-GATT. Iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru. Bħalissa dan il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90.

    (73)

    It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

    ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

    prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

    prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permaneti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin,

    moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma jaqbiżx il-50 W biss għall-użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u enerġija.

    (74)

    Wara l-esklużjoni tal-wejfers, l-analiżi ġiet riveduta billi ġiet eskluża d-dejta u l-analiżi relatata mal-wejfers, sakemm ma kienx indikat mod ieħor. Peress li l-wejfers kienu jirrappreżentaw biss sehem żgħir mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni (madwar 2 % f'valur) matul l-IP, l-esklużjoni tal-wejfers titqies li għandha impatt negliġibbli, jekk fil-fatt għandha, fuq is-sejbiet. Il-kummenti kollha mill-partijiet interessati kienu indirizzati iżda kwalunkwe referenza għall-wejfers, anki jekk tqajmet, ġiet eskluża. Bħala konsegwenza, ir-referenzi kollha u d-dejta relatata dwar il-wejfers rapportati fil-premessi għar-Regolament provviżorju ma għadhomx japplikaw, anki meta l-premessi rilevanti jkunu kkonfermati minn dan ir-Regolament.

    (75)

    Għaldaqstant, il-konklużjonijiet provviżorji, modifikati kif stipulat fil-premessi (26) sa (74) ta' hawn fuq, ġew ikkonfermati b'mod definittiv. Għall-finijiet ta' dan il-proċediment u skont il-prattika konsistenti, għalhekk tqies li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat għandhom jitqiesu li jagħmlu prodott wieħed uniku.

    C.   DUMPING

    1.   Il-PRC

    1.1.   Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (MET)

    (76)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-determinazzjoni tal-MET saret wara li għadda ż-żmien, jiġifieri wara l-perjodu ta' tliet xhur stipulat fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u li għalhekk l-investigazzjoni għandha tiġi terminata bla dewmien.

    (77)

    F'dan ir-rigward, dawn il-partijiet argumentaw li l-emenda tar-Regolament bażiku (13) li allegatament testendi d-data ta' skadenza tad-determinazzjoni tal-MET għal tmien xhur daħal fis-seħħ biss wara l-għeluq tad-data ta' skadenza preċedentement applikabbli ta' tliet xhur. L-emenda tkun tapplika biss għal investigazzjonijiet futuri u għal investigazzjonijiet pendenti meta d-data ta' skadenza biex issir id-determinazzjoni tal-MET tkun għadha ma skadietx f'dak iż-żmien.

    (78)

    Madankollu, l-Artikolu 2 tal-emenda tar-Regolament bażiku tiddikjara biċ-ċar li “dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill-15 ta' Diċembru 2012”. Dan l-Artikolu, jew tabilħaqq ir-Regolament sħiħ, ma fih ebda referenza għar-restrizzjoni “meta d-data ta' skadenza biex issir id-determinazzjoni tal-MET tkun għadha ma skadietx” iddikjarata mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, dan l-argument ma jistax ikun aċċettat.

    (79)

    Wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet interessati tennew l-argument tagħhom li d-determinazzjoni tal-MET saret barra żmienha, bla ma kkontestaw il-fatt li l-emenda tar-Regolament bażiku li saret referenza għaliha fil-premessa (78) iktar 'il fuq tapplika għal “kull investigazzjoni pendenti”, jiġifieri inkluża din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, huwa finalment konkluż li d-determinazzjoni tal-MET ma saritx barra minn żmienha.

    (80)

    Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur minnhom iddikjara li l-MET ma għandux ikun imċaħħad għaliex tliet kumpaniji li waqqfu l-operazzjonijiet matul l-2011 ma kellhomx sett ċar ta' rekords kontabilistiċi bażiċi. B'mod partikolari, ġie mistoqsi skont liema standard kontabilistiku kumpanija li waqqfet l-operazzjonijiet xorta waħda għandha tħejji t-tali rekords kontabilistiċi.

    (81)

    F'dan ir-rigward huwa osservat li l-istandards kontabilistiċi ma jiddefinixxux liema kumpaniji huma meħtieġa jħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji — l-istandards kontabilistiċi jiddefinixxu kif iridu jitħejjew dawn id-dikjarazzjonijiet. Fil-każ tal-PRC, huwa l-“Istandard Kontabilistiku għall-Impriżi tan-Negozju: Standard Bażiku” li fl-Artikolu 4 tiegħu jiddefinixxi li “impriża għandha tħejji rapporti finanzjarji”. Dan huwa obbligu u ma hemm ebda eżenzjoni għal kumpaniji li waqqfu l-operat.

    (82)

    Barra minn hekk, anki jekk dawn il-kumpaniji waqqfu l-operat, xorta għadhom is-sidien tal-assi (inklużi art, binjiet, makkinarju u ħażniet) u obbligazzjonijiet u kienu jeżistu bħala entitajiet legali tal-inqas sa kmieni fl-2013. Għaldaqstant jitqies li dawn il-kumpaniji kienu obbligati jippubblikaw rekords kontabilistiċi għas-sena 2011, u n-nuqqas ta' dawn ir-rekords kontabilistiċi jikkostitwixxi ksur tal-kriterju 2.

    (83)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-esportaturi ddikjaraw ukoll li l-benefiċċji riċevuti minn skema/i tat-taxxa preferenzjali u għotjiet ma jirrappreżentawx sehem importanti mill-fatturat tagħhom, xi ħaġa li allegatament hija kkonfermata mill-investigazzjoni antisussidji parallela.

    (84)

    F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li dan l-argument diġà ġie indirizzat fil-premessa (65) għar-Regolament provviżorju. Instaħaq li b'mod partikolari, minħabba l-għamla ta' dan il-vantaġġ, il-benefiċċju assolut irċevut matul l-IP huwa irrelevanti għall-valutazzjoni ta' jekk id-distorsjoni hijiex 'sinifikanti'. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni hija rrifjutata.

    (85)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward tat-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (50) sa (69) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    1.2.   Analiżi individwali

    (86)

    Kif indikat fil-premessa (70) għar-Regolament provviżorju, 18-il produttur esportatur jew grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw mhux magħżula fil-kampjun issottomettew talbiet għal analiżi individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, il-kampjun diġà kien jikkonsisti f'seba' gruppi ta' kumpaniji, li ġeneralment jikkonsistu f'numru ta' produtturi esportaturi, negozjanti relatati u importaturi relatati fl-Unjoni u pajjiżi terzi. Analiżi individwali ta' 18-il (grupp ta') prodottur esportatur addizzjonali, minbarra s-seba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, ikun ta' piż eċċessiv u jżomm lura t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

    (87)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward l-analiżi individwali, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (70) sa (71) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    1.3.   Pajjiż Analogu

    (88)

    Il-partijiet interessati osservaw li l-Indja mhijiex pajjiż analogu xieraq minħabba d-dispożizzjonijiet tal-kontenut lokali għal proġetti tal-“Jawaharlal Nehru National Solar Mission” (“JNNSM”). Parti minnhom allegat li hemm bżonn ta' 75 % ta' kontenut lokali, filwaqt li parti oħra allegat li l-produtturi Indjani jistgħu jitolbu prezzijiet ogħla għal moduli prodotti 100 % domestikament. Dawn komplew jallegaw li t-tali rekwiżiti jżidu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-prodotti lokali. B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, ġie sottomess artiklu mill-istampa Indjana (14). Madankollu, dan l-artikolu ġie ppubblikat kważi sena wara tmiem l-IP, u ma ngħatat ebda prova tal-impatt tiegħu matul l-IP.

    (89)

    Madankollu, l-istess artiklu mill-istampa rrapporta li l-industrija solari Indjana tħabbat wiċċha ma' “kompetizzjoni iebsa minn manifatturi tal-Punent u Ċiniżi”. Dan huwa appoġġjat miż-żieda kostanti ta' importazzjonijiet lejn l-Indja, kif iddikjarat fil-premessa (92) iktar 'l isfel. Filwaqt li r-rekwiżiti tal-kontenut lokali jistgħu fil-fatt ikollhom ċertu impatt fuq is-suq domestiku Indjan, xorta tista' tinstilet konklużjoni ċara li s-suq Indjan huwa wieħed kompetittiv, fejn bosta kumpaniji Indjani u barranin jikkompetu b'mod effettiv ma' xulxin.

    (90)

    Barra minn hekk, skont l-informazzjoni ppubblikata mill-JRC (15), il-maġġoranza tal-proġetti tal-JNNSM ser jittellgħu online mill-2015 'l hemm. Tabilħaqq, il-mira għas-sistemi PV kollegati mal-grilja skont il-JNNSM għall-2012 kienet ta' 50 MW biss meta mqabbla ma' kapaċità totali ta' kollegament mal-grilja fl-Indja li kienet taqbeż 1 GW diġà f'Ġunju 2012. Dan juri li matul l-IP, l-importanza tal-JNNSM fuq l-istallazzjonijiet solari totali fl-Indja kienet inqas minn 5 % u għalhekk l-impatt tal-JNNSM u r-rekwiżiti tal-kontenut lokali tagħha, jekk diġà kienu jeżistu matul l-IP, fatt li ma ġiex stabbilit mill-partijiet interessati, kien limitat ħafna. Il-maġġoranza tal-istallazzjonijiet matul l-IP kienet fl-itat ta' Gujarat (madwar 65 %), xprunata minn politiki ta' appoġġ mill-istat.

    (91)

    Il-partijiet interessati ddikjaraw li s-suq Indjan kien protett de facto matul l-IP minn importazzjonijiet minn varjetà ta' sorsi, inkluża l-PRC, minħabba li mill-bidu tal-2012 diġà kienet bdiet miexja l-kelma dwar il-bidu ta' investigazzjoni antidumping. Tabilħaqq, l-Indja bdiet investigazzjoni antidumping kontra importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mill-PRC, il-Malasja, it-Tajwan u l-Istati Uniti fit-23 ta' Novembru 2012, jiġifieri kważi ħames xhur biss wara tmiem l-IP.

    (92)

    Madankollu, din l-allegazzjoni mhijiex appoġġjata mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari rrapportat mill-istatistiki kummerċjali tal-Indja (16):

    Valuri f'miljiun USD

    April 2010 — Marzu 2011

    April 2011 — Marzu 2012

    April 2012 — Marzu 2013

    PRC

    77,33

    577,24

    371,72

    Indiċi

    100

    746

    481

    Total

    252,63

    1 348,48

    827,07

    Indiċi

    100

    534

    327

    (93)

    It-tabella ta' hawn fuq turi li l-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari żdiedu b'mod qawwi b'iktar minn 600 % għall-PRC u b'iktar minn 400 % b'mod globali bejn l-2010/11 u l-2011/12. Sussegwentement, il-valuri ta' importazzjoni naqsu kemxejn, iżda tant ieħor il-prezzijiet għal ċelloli u moduli solari. Tabilħaqq, it-tnaqqis fil-valuri ta' importazzjoni bejn l-2011/12 u l-2012/13 huwa konformi mat-tnaqqis fil-prezz rapportat minn konsulenzi speċjalizzati bħal pvXchange għall-istess perjodu, u dan wassal għall-konklużjoni li l-volumi ta' importazzjonijiet baqgħu kemxejn stabbli bejn l-2011/12 u l-2012/13. Għaldaqstant huwa konkluż li s-suq Indjan ma kienx protett de facto matul l-IP minn importazzjonijiet minn varjetà ta' sorsi, inkluża l-PRC.

    (94)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern taċ-Ċina argumenta li l-Istati Uniti talbu konsultazzjonijiet mal-Indja skont il-proċeduri tad-WTO ta' soluzzjoni tat-tilwim dwar ir-rekwiżiti tal-kontenut lokali tal-JNNSM fis-6 ta' Frar 2013. L-effett ta' dawn ir-regoli lokali dwar il-kontenut, flimkien mal-investigazzjoni antidumping imsemmija f'(91) iktar 'il fuq, allegatament wassal għal tnaqqis ta' 38 % f'termini tal-valur f'April 2012 — Marzu 2013 meta mqabblin mas-sena ta' qabel, għall-kuntrarju taż-żieda fis-snin ta' qabel.

    (95)

    F'dan ir-rigward, huwa osservat li t-tnaqqis f'termini tal-valur huwa dovut għal tnaqqis fil-prezzijiet u mhux fil-volumi ta' importazzjoni. Wara d-divulgazzjoni definittiva, parti interessata pprovdiet l-informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari fis-suq Indjan f'termini ta' volum bejn l-2010 u Marzu 2013. Din id-dejta turi żieda kostanti fl-importazzjonijiet ta' moduli u ċelloli solari fis-suq Indjan f'termini ta' volum. Għalhekk huwa konkluż li s-suq Indjan ma kienx protett de facto minħabba investigazzjoni antidumping wara l-bieb, u l-effetti ddikjarati, iżda mhux ipprovati, u fi kwalunkwe każ ferm żgħar tar-rekwiżiti tal-kontenut lokali skont il-JNNSM imsemmijin fil-premessa (90) iktar 'il fuq ma żammewx milli jkun hemm żieda kostanti fl-importazzjonijiet f'termini ta' volum.

    (96)

    Barra minn hekk, huwa indikat li l-perjodu ta' April 2012 — Marzu 2013 li juri l-effetti allegati tal-JNNSM fuq l-importazzjonijiet fl-Indja huwa fil-parti l-kbira tiegħu wara l-IP. Għalhekk, kwalunkwe impatt possibbli ta' dan l-allegat tnaqqis fl-IP jista' jkun minuri biss.

    (97)

    Parti interessata minnhom allegat li Tata Power Solar (“Tata”) daħlet fis-suq dan l-aħħar biss, u għalhekk mhijiex produttur xieraq tal-pajjiż analogu. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-kumpanija, qabel bl-isem “Tata BP Solar”, ilha tipproduċi moduli solari mill-1989 u għalhekk ma tistax titqies li daħlet fis-suq dan l-aħħar biss. Tabilħaqq, skont informazzjoni pprovduta minn parti interessata oħra, Tata daħlet fis-suq ferm qabel l-ikbar ħames esportaturi Ċiniżi fil-kampjun.

    (98)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li t-Tajwan ikun pajjiż analogu iktar xieraq mill-Indja, peress li d-daqs tal-kumpaniji Tajwaniżi huwa iktar paragunabbli mad-daqs tal-esportaturi Ċiniżi, u hemm kooperazzjoni mill-produtturi Tajwaniżi wkoll. Barra minn hekk, partijiet interessati oħrajn xeħtu dubju fuq jekk l-Indja tkunx pajjiż analogu raġonevoli minħabba d-daqs paragunabbli żgħir ta' Tata bla ma pproponew alternattiva iktar xierqa.

    (99)

    Tabilħaqq, il-kumpaniji Tajwaniżi kkooperaw. Kumpanija minnhom ikkooperat bis-sħiħ, filwaqt li oħra kkooperaw biss b'mod parzjali. Madankollu, l-unika kumpanija Tajwaniża li kkooperat bis-sħiħ hija iżgħar minn Tata, b'mod partikolari f'termini ta' bejgħ u produzzjoni ta' moduli li jammontaw għal madwar 90 % tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, filwaqt li Tata tbiegħ ferm iktar mill-kumpanija Tajwaniża li għandha biss bejgħ insinifikanti f'dan ir-rigward, kif intqal fil-premessa (76) għar-Regolament provviżorju. Wara d-divulgazzjoni definittiva, esportatur minnhom staqsa jekk il-kumpanija Tajwaniża li kkooperat b'mod parzjali kinitx ikkuntattjata sabiex tagħti l-informazzjoni nieqsa. F'dan ir-rigward, issir referenza għall-premessa (76) għar-Regolament provviżorju, li jiċċara li t-Tajwan ma setax jintuża bħala pajjiż analogu peress li l-kumpaniji Tajwaniżi li kkooperaw pproduċew ċelloli kważi esklussivament, filwaqt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi huma fil-parti l-kbira fil-forma ta' moduli. Dan japplika wkoll għall-produttur Tajwaniż li kkoopera b'mod parzjali. Peress li dan il-produttur diġà tqies li mhuwiex adattat għal din ir-raġuni, ma tqiesx xieraq li tintalab informazzjoni addizzjonali minn din il-kumpanija.

    (100)

    L-istess parti interessata ddikjarat li n-nuqqas kważi assolut ta' bejgħ ta' moduli ma jiskwalifikax lit-Tajwan bħala pajjiż analogu per se, peress li l-ispejjeż tal-ipproċessar mit-trasformazzjoni taċ-ċelloli f'moduli jistgħu jiġu stabbiliti bla wisq diffikultà. Madankollu, dan mhuwiex appoġġjat mill-fatti tal-investigazzjoni. Il-produzzjoni ta' modulu minn ċelloli teħtieġ bosta livelli ta' produzzjoni, li matulhom tinħoloq parti sinfikanti mill-valur miżjud tal-modulu. Kif indikat fil-premessa (137) tar-Regolament provviżorju, matul l-IP id-differenza medja fil-prezz bejn iċ-ċelloli u l-moduli kienet ta' EUR 555,92 jew 54 %, filwaqt li d-differenza medja fl-ispejjeż ammontat għal EUR 377,99 jew 34 %. Dan ikun ifisser li sehem sinifikanti mill-Valur Normali possibbli Tajwaniż għal moduli tkun trid tiġi bbażata fuq aġġustamenti għall-ispejjeż ta' pproċessar, li ma jistgħux jitqiesu iktar raġonevoli minn pajjiż fejn il-Valur Normali jista' jkun ibbażat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku għall-biċċa l-kbira mill-prodott ikkonċernat. Għalhekk tqies li l-Indja ntgħażlet bħala pajjiż analogu b'mod raġonevoli, meta titqies l-informazzjoni affidabbli disponibbli.

    (101)

    Parti interessata oħra argumentat li ma ngħatat ebda raġuni għaliex l-Istati Uniti ma tqisitx pajjiż analogu xieraq. F'dan ir-rigward issir referenza għall-premessa (74) tar-Regolament provviżorju, fejn hemm iddikjarat b'mod ċar “li l-Istati Uniti tal-Amerka ma tkunx pajjiż analogu xieraq, prinċipalment minħabba l-fatt li s-suq tal-Istati Uniti kien protett mill-importazzjonijiet Ċiniżi matul parti mill-PI permezz ta' miżuri anti-dumping u kontra s-sussidji.” Peress li ma daħal ebda kumment dwar il-protezzjoni tas-suq tal-Istati Uniti bħal tali, il-pożizzjoni f'dan ir-rigward għadha l-istess.

    (102)

    Il-partijiet interessati argumentaw li r-riżultat tal-kalkolu tad-dumping huwa distortjat minħabba d-differenzi fl-ekonomiji tal-kobor bejn il-produtturi Ċiniżi u l-produttur Indjan. Għalhekk ġie vverifikat jekk fil-fatt teżistix korrelazzjoni bejn il-volum ta' produzzjoni ta' kumpanija u l-marġni tad-dumping tagħha.

    (103)

    Mis-seba' gruppi ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun, hemm żewġ gruppi ta' kumpaniji ta' daqs medju (Jinzhou Yangguang u Delsolar) u ħames gruppi ta' kumpaniji kbar (JingAo, LDK, Suntech, Trina u Yingli). Mill-kumpaniji ta' daqs mejdu, Jinzhou Yangguang għandha l-inqas marġni, filwaqt li Delsolar għandha l-ogħla marġni. L-ikbar ħames kumpaniji huma fin-nofs. Dan juri biċ-ċar in-nuqqas ta' kwalunkwe korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-marġni tad-dumping. Għaldaqstant, huwa meqjus li l-kalkolu tad-dumping ma jiġix distortjat minħabba differenzi fl-ekonomiji tal-kobor bejn il-produtturi Ċiniżi u l-produttur Indjan.

    (104)

    Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-partijiet interessati ddikjaraw li n-nuqqas ta' kwalunkwe korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-marġnijiet tad-dumping ma turix li ma hemmx impatt tal-ekonomiji tal-kobor u paragunabilità tal-prezzijiet. F'sitwazzjoni fejn il-marġni tad-dumping ikun imsejjes fuq Valur Normali identiku għall-esportaturi kollha bħal f'dan il-każ, il-marġni tad-dumping ikun fil-parti l-kbira influwenzat mill-prezzijiet tal-esportazzjoni. Għalhekk, in-nuqqas ta' xi korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-marġni tad-dumping bl-istess mod turi n-nuqqas ta' kwalunkwe korrelazzjoni bejn l-ekonomiji tal-kobor u l-prezzijiet tal-bejgħ. Għalhekk huwa konkluż li d-differenzi fl-ekonomiji tal-kobor ma jaffettwawx il-paragunabbiltà tal-prezzijiet f'dan il-każ.

    (105)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li l-produttur tal-pajjiż analogu kellu prezzijiet tal-bejgħ domestiku estremament għoljin, li allegatament huma sinifikament ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-marġni tad-dumping jaqbeż il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz b'mod sinifikanti. Din id-dikjarazzjoni saret permezz ta' paragun tal-Valuri Normali Indjani mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dan il-paragun huwa żbaljat peress li l-Valur Normali Indjan huwa bbażat fuq il-bejgħ profittabbli biss. Speċjalment f'sitwazzjoni fejn l-industrija tal-Unjoni qiegħda tagħmel it-telf, mhuwiex sorprendenti li l-prezzijiet profittabbli fl-Indja jaqbżu l-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-fatt li l-Valur Normali Indjan jaqbeż il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni ma jurix li l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu mhijiex waħda raġonevoli.

    (106)

    Parti interessata minnhom argumentat li l-prezzijiet ta' Tata huma distortjat, peress li hija relatata ma' Tata Power, kumpanija tal-enerġija. Allegatament dan jippermetti sabiex Tata titlob prezzijiet ogħla fiż-żoni moqdijin minn Tata Power. Madankollu, ma ġiet ipprovduta ebda evidenza ta' sostenn, u lanqas ma ngħatat xi kwantifikazzjoni ta' dan l-effett. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tintlaqa'.

    (107)

    Wara d-divulgazzjoni definittiva, esportatur minnhom argumenta li TATA hija kumpanija mhux kompetittiva b'kostijiet ta' produzzjoni u prezzijiet ta' bejgħ għoljin, u allegatament din kienet ir-raġuni għaliex BP Solar irtirat mill-impriża konġunta f'Diċembru 2011. B'appoġġ ta' dan, huwa kkwotat artiklu mill-istampa, li jiddikjara li “[I]l-ħruġ ta' BP mill-industrija solari wara madwar erbgħin sena juri kemm sar kompetittiv u popolat is-suq solari.” Madankollu, dan l-artiklu ma tkellimx b'mod speċifiku fuq Tata bħala kumpanija mhux kompetittiva, indirizza s-sitwazzjoni fis-suq għall-pannelli solari inġenerali, billi tkellem dwar “kompetizzjoni ħarxa li timmarka industrija”, u li “ħafna kumpaniji madwar id-dinja għalqu l-fabbriki, keċċew mijiet ta' ħadidema u rreġistraw għal falliment”. Għalhekk, dan l-artiklu mill-istampa ma jurix li Tata hija kumpanija mhux kompetittiva b'kostijiet ta' produzzjoni u prezzijiet tal-bejgħ għoljin.

    (108)

    Wara d-divulgazzjoni, esportatur minnhom argumenta li Tata ma kinitx inkluża bħala parti mill-industrija domestika tal-Indja fl-investigazzjoni antidumping attwali tal-Indja msemmija fil-premessa (91) iktar 'il fuq, minħabba l-importazzjonijiet importanti tagħha ta' ċelloli. Filwaqt li huwa kkonfermat li tabilħaqq Tata mhijiex parti mill-industrija domestika Indjana fl-investigazzjoni antidumping attwali tal-Indja, dan mhux bilfors ifisser li Tata mhijiex produttur xieraq tal-pajjiż analogu. Il-Valur Normali kien ibbażat esklussivament fuq ċelloli u moduli prodotti minn Tata fl-Indja, u mhux fuq prodotti importati. Il-fatt li l-komponenti importati ntużaw fil-produzzjoni ta' uħud mill-prodotti ma jfissirx li l-Valur Normali li rriżulta mhuwiex rappreżentattiv għall-Indja, speċjalment peress li huwa bbażat fil-parti l-kbira fuq il-prezzijiet tal-bejgħ u mhux fuq il-kostijiet.

    (109)

    Il-Gvern taċ-Ċina argumenta li l-bejgħ ta' Tata ta' moduli allegatament jirrappreżenta biss 0,3 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE u ma jistax jitqies rappreżentattiv, b'referenza għas-sentenza Detlef Nölle  (17) tal-Qorti. F'dik il-kawża, il-Qorti qieset li meta l-produzzjoni totali f'pajjiż tkun biss 1,25 % tal-volum ta' esportazzjoni lejn l-UE, din tammonta għal indikazzjoni li s-suq meqjus mhuwiex wisq rappreżentattiv. F'dan il-każ, il-Gvern taċ-Ċina ma qabbilx il-produzzjoni totali fl-Indja mal-esportazzjonijiet totali taċ-Ċina, iżda biss il-produzzjoni ta' kumpanija Indjana minnhom mal-esportazzjonijiet totali tal-esportaturi Ċiniżi kollha. Madankollu, dan it-tqabbil huwa żbaljat, peress li f'suq kompetittiv ma' bosta atturi l-kwantitajiet relatati ma' produttur wieħed mhumiex indikattivi tar-rappreżentattività tas-suq sħiħ. Barra minn hekk, lanqas ma huwa t-tqabbil li sar fil-kawża Detlef Nölle, fejn il-produzzjoni totali tal-pajjiż tqabblet mal-esportazzjonijiet totali. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju ('CCCME'), il-produzzjoni fl-Indja tbassret li ser taqbeż 2 GW qabel tmiem l-2012, jiġifieri ftit wara tmiem l-IP. Din il-produzzjoni tkun tilħaq 14 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE, ferm iktar mil-livell limitu indikattiv ta' 5 % fis-sentenza Detlef Nölle.

    (110)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata minnhom irreferiet għall-fatt li Tata kellha nuqqas ta' integrazzjoni upstream u trid iġġib il-wejfers minn partijiet terzi. Allegatament, dan in-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali upstream iwassal għal żieda fil-kostijiet meta mqabblin mal-produtturi Ċiniżi integrati vertikalment. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. B'mod partikolari, il-kost totali ta' Tata jkun ogħla biss jekk il-prezz tax-xiri tagħhom għall-wejfers ikun jaqbeż il-kost tal-produzzjoni ta' wejfer, ħaġa li mhijiex ċerta peress li ħafna kumpaniji fil-kummerċ solari kienu qed jagħmlu telf matul l-IP. Barra minn hekk, anki produtturi Ċiniżi kbar integrati vertikalment spiss xtraw kwantitajiet importanti ta' wejfers minn fornituri indipendenti, xi ħaġa li ssostni l-konklużjoni li n-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali fil-wejfers mhux bilfors iwassal għal kostijiet ogħla għall-moduli u ċ-ċelloli.

    (111)

    Parti interessata minnhom argumentat li l-pajjiż analogu mhuwiex kompetittiv. Din id-dikjarazzjoni hija appoġġjata mill-fatt li l-produzzjoni ta' ċelloli solari fl-Indja hija fl-inqas livell tal-aħħar ħames snin fl-2013. Madankollu, ir-rapport ikkwotat minn dik il-parti interessata wera li matul l-IP, il-produzzjoni Indjana taċ-ċelloli kienet għadha f'livell għoli qrib l-ogħla livell irrapportat. It-tnaqqis importanti fil-produzzjoni seħħ wara l-IP, u għalhekk ma kellu ebda impatt fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni.

    (112)

    Argument ieħor imressaq biex jappoġġja d-dikjarazzjoni li l-pajjiż analogu mhuwiex kompetittiv huwa l-investigazzjoni antidumping imsemmija fil-premessa (91) iktar 'il fuq. L-Istituzzjonijiet josservaw li l-investigazzjoni għadha għaddejja, u li għalhekk, ma tista' tinħareġ ebda konklużjoni minnha. B'mod ġenerali, l-investigazzjonijiet antidumping mhumiex indikazzjoni għal nuqqas ta' kompetittività, iżda indikazzjoni li l-industrija dometsika tqisha li hija soġġetta għal prattiki kummerċjali inġusti minn kompetituri li jinsabu f'pajjiżi terzi.

    (113)

    Kollox ma' kollox, il-Kummissjoni tqis li l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu hija raġonevoli.

    (114)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-Pajjiż Analogu, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (72) sa (77) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    1.4.   Valur Normali

    (115)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata minnhom ikkummentat li l-kumpaniji Indjani biegħu l-iktar moduli mhux kollegati mal-grilja, li għandhom prezzijiet u spejjeż ogħla mill-moduli kollegati mal-grilja mibjugħa mill-esportaturi Ċiniżi. Kien iddikjarat ukoll li l-moduli mhux kollegati mal-grilja normalment ikollhom output enerġetiku inqas mill-moduli kollegati mal-grilja.

    (116)

    F'dan ir-rigward, huwa osservat li ġew stabbiliti Valuri Normali differenti għal moduli “ta' daqs standard” b'iktar minn 36 ċellola li huma ġeneralment kollegati mal-grilja u moduli iżgħar b'36 ċellola jew inqas li ġeneralment jintużaw filwaqt li ma jkunux kollegati mal-grilja. Għalhekk tqies li Valur Normali xieraq huwa stabbilit għat-tipi kollha ta' prodotti, inklużi moduli mhux kollegati mal-grilja u moduli kollegati mal-grilja.

    (117)

    Parti interessata oħra ddikjarat li Tata hija attiva wkoll bħala żviluppatur tal-proġetti, u għalhekk, il-bejgħ minn din il-kumpanija mhuwiex paragunabbli mal-bejgħ ta' moduli minn produtturi esportaturi Ċiniżi biss. F'dan ir-rigward huwa osservat li l-paragun bejn il-prezzijiet Indjani domestiċi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi saru b'mod esklussiv għall-bejgħ ta' moduli, u l-bejgħ ta' proġetti sħaħ jew soluzzjonijiet integrati ma ntużawx sabiex jiġi stabbilit il-Valur Normali peress li ma tqisx paragunabbli.

    (118)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-Valur Normali, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (78) sa (86) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    1.5.   Prezz ta' esportazzjoni

    (119)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-esportaturi fil-kampjun ikkummentaw fuq kwistjonijiet żgħar dwar il-prezz ta' esportazzjoni użat biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping. Fejn dan kien iġġustifikat, il-kummenti ttieħdu f'kunsiderazzjoni u wasslu għal reviżjoni żgħira tal-marġni tad-dumping tal-kumpaniji kkonċernati.

    (120)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-prezz ta' esportazzjoni, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (87) sa (89) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    1.6.   Paragun

    (121)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-esportaturi fil-kampjun ikkummentaw fuq kwistjonijiet minuri li jikkonċernaw il-provvedimenti użati biex jitqablu l-prezzijiet ta' esportazzjoni. Fejn dan kien iġġustifikat, il-kummenti ttieħdu f'kunsiderazzjoni u wasslu għal reviżjoni żgħira tal-marġni tad-dumping tal-kumpaniji kkonċernati.

    (122)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, instab żball klerikali li rriżulta f'aġġustament żbaljat fil-Valur Normali għall-merkanzija domestika. Dan l-iżball ġie kkoreġut u wassal għal tnaqqis żgħir fil-marġnijiet tad-dumping.

    (123)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata minnhom iddikjarat li aġġustament għal-livell ta' kummerċ jista' jkun iġġustifikat, peress li l-parti ma tbiegħx direttament lill-installaturi, iżda lil impriżi li jerġgħu jbiegħu u lil distributuri. Il-parti talbet informazzjoni dettaljata dwar il-kanali tal-bejgħ tal-produttur tal-pajjiż analogu, li ma setgħetx tiġi pprovduta biex tkun imħarsa l-informazzjoni kunfidenzjali. Minflok, il-bażi tal-klijenti tal-produttur tal-pajjiż analogu ġiet kategorizzata f'kategoriji differenti skont il-volum ta' bejgħ, li wera li livell ta' aġġustament tal-kummerċ ma kienx iġġustifikat.

    (124)

    Bħala tweġiba għal din l-analiżi, il-parti interessata ammettiet li differenza fil-kwantitajiet ta' bejgħ tkun tirriżulta f'differenzi fil-prezz, iżda sostniet l-argument tagħha li allegatament ikollha titlob prezzijiet ogħla lill-installaturi meta mqabblin mad-distributuri/impriżi li jerġgħu jbiegħu. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata u għalhekk ma setgħetx tittieħed f'kunsiderazzjoni.

    (125)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar prezz ta' esportazzjoni, id-determinazzjonijiet kollha fil-premessi (90) sa (92) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    1.7.   Marġnijiet tad-dumping

    (126)

    Produttur esportatur minnhom fil-kampjun talab divulgazzjoni sħiħa tal-kalkoli tad-dumping tiegħu, filwaqt li ddikjara li nkella ma jkunx jista' jikkummenta fuq il-preċiżjoni tagħhom. Peress li din il-kumpanija ma ngħatatx MET, il-valur normali tagħha kien imsejjes fuq id-dejta mill-Indja bħala pajjiż analogu. Peress li produttur wieħed biss fil-pajjiż analogu kkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni, l-informazzjoni mill-pajjiż analogu ma setgħetx tiġi ddivulgata f'livell tat-tip ta' prodott sabiex tkun imħarsa l-informazzjoni kunfidenzjali. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni trid tiġi rrifjutata.

    (127)

    Għall-kumpaniji fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta' kull tip tal-prodott simili stabbilit għall-pajjiż analogu tqabbel mal-prezz medju peżat ta' esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (128)

    Il-marġni tad-dumping medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkolat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. B'hekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi tal-kampjun.

    (129)

    Fuq dik il-bażi, il-marġni tad-dumping definittiv għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien stabbilit għal 88,1 %.

    (130)

    Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha fil-PRC, il-marġnijiet tad-dumping ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-livell ta' kooperazzjoni l-ewwel ġie stabbilit billi tqabbel il-volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-volum ta' esportazzjonijiet Ċiniżi, kif stipulat fil-premessa (167).

    (131)

    Peress li l-kooperazzjoni ammontat għal iktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-Unjoni, il-livell ta' kooperazzjoni jista' jitqies għoli. Peress li ma kien hemm ebda raġuni għaliex wieħed jemmen li xi produttur esportatur astjena b'mod deliberat milli jikkoopera, il-marġni tad-dumping residwu ġie stabbilit għal-livell tal-kumpanija fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. Dan tqies xieraq peress li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu qegħdin jagħmlu dumping f'livell inqas, u biex tiġi żgurata l-effettività ta' kwalunkwe miżura.

    (132)

    Fuq din il-bażi il-marġnijiet tad-dumping definittivi mogħtija bħala perċentwal tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni tas-CIF, id-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping

    Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

    Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

    Changzhou Youze Technology Co. Ltd

    Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd

    Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

    90,3 %

    Delsolar (Wujiang) Ltd,

    111,5 %

    Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

    91,9 %

    JingAo Solar Co. Ltd

    Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

    JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

    Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

    Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

    97,5 %

    Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

    Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

    Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

    53,8 %

    Wuxi Suntech Power Co. Ltd

    Suntech Power Co. Ltd

    Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

    Luoyang Suntech Power Co. Ltd

    Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

    Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

    73,2 %

    Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd

    Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

    93,3 %

    Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness I, Anness II)

    88,1 %

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    111,5 %

    D.   DANNU

    1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u produzzjoni tal-Unjoni

    (133)

    Il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 215-il produttur fl-Unjoni. L-Istituzzjonijiet ivverifikaw dikjarazzjonijiet minn partijiet interessati li kien hemm għadd ogħla; din il-verifika wriet li fil-verità l-parti l-kbira mill-produtturi addizzjonali allegati kienet produtturi esportaturi, importaturi relatati magħhom, distributuri u installaturi.

    (134)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet ikkontestaw il-fatt li d-dejta pprovduta minn Europressedienst, ditta ta' konsulenza indipendenti (“il-konsulent”), intużat biex jiġu determinati, fost l-oħrajn, il-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni kif ukoll indikaturi ta' dannu makroekonomiku oħrajn li jikkonċernaw d-dejta tal-industrija u l-importazzjoni tal-Unjoni. Dawn il-partijiet xeħtu dubju fuq l-indipendenza tal-konsulent billi allegaw li kien marbut mal-ilmentatur. Talbu wkoll kjarifiki fuq liema bażi ntgħażel il-konsulent mill-Kummissjoni u xeħtu dubju fuq il-kompetenza tiegħu fil-ġbir ta' dejta ekonomika relatata mas-settur PV. F'dan ir-rigward, kien iddikjarat li l-Kummissjoni missha bbażat is-sejbiet tagħha fuq dejta minn sorsi oħrajn għad-dispożizzjoni, b'mod partikolari istituti ta' riċerka magħrufa. L-aħħar nett, l-AFASE għamlet referenza għall-Aħjar Prattiki għas-sottomissjoni ta' evidenza ekonomika u ġbir ta' dejta f'każijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u f'każijiet ta' fużjonijiet biex tikkontesta l-affidabbiltà tad-dejta sottomessa mill-konsulent.

    (135)

    Fir-rigward tal-allegati rabtiet bejn il-konsulent u l-ilmentatur, il-partijiet interessati rilevanti ma wrew ebda evidenza li turi l-eżistenza tat-tali rabtiet. Bl-istess mod, l-investigazzjoni ma xeħtitx dawl fuq xi evidenza ta' relazzjoni li tmur lil hinn minn karattru purament kummerċjali. Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom iddikjarat li kien hemm indikazzjonijiet li l-evidenza prima facie pprovdita mill-ilmentatur mill-industrija tal-Unjoni fl-ilment kienet ibbażata fuq dejta pprovduta mill-istess konsulent. Minkejja li huwa rikonoxxut li s-sejbiet għal uħud mill-indikaturi tabilħaqq kienu simili għall-evidenza pprovduta fl-ilment, dan mhux bilfors ifisser li kienu stabbiliti fuq il-bażi ta' sors wieħed biss. F'dan ir-rigward, l-iment jipprovdi l-bosta sorsi użati.

    (136)

    Kif spjegat fil-premessa (99) għar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li tintuża din il-konsulenza fl-investigazzjoni attwali, minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' sorsi pubbliċi oħrajn tad-dejta makroekonomika neċessarja li tkopri s-suq sħiħ tal-Unjoni kif ukoll dejta tal-importazzjoni. Qabel ma għażlet lil Europressedienst il-Kummissjoni vvalutat il-metodoloġija użata mill-konsulent għall-ġbir tad-dejta rilevanti kif ukoll il-ħila tal-konsulent li jipprovdi d-dejta neċessarja għat-tipi kollha tal-prodott u għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

    (137)

    Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, id-dejta pprovduta mill-konsulent kienet kontroverifikata fejn dan kien possibbli ma' sorsi oħrajn disponibbli u kienet ikkonfermata. F'dan ir-rigward, huwa osservat li jeżistu bosta kumpaniji ta' riċerka speċjalizzati fil-ġbir ta' statistika tad-dejta fis-suq u ċ-ċifri rrapportati kważi qatt ma huma l-istess. Dan huwa dovut għall-fatt li huwa diffiċli għal kwalunkwe istitut ta' riċerka li joħroġ ċifri preċiżi u għaldaqstant, l-indikaturi rrapportati tas-suq PV dejjem ser ikunu msawra fuq stimi, indipendenti mill-fornitur tat-tali ċifra. F'dan il-kuntest, l-eżerċizzju ta' kontroverifika mwettaq mill-Kummissjoni kkonsista fit-tqabbil tax-xejriet tad-dejta riċevuta mill-konsulent max-xejriet tal-istess dejta ppubblikata minn kumpaniji oħrajn ta' riċerka, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni ('JRC') u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industrija Fotovoltajka ('EPIA') dwar l-istess suġġetti, meta kienet disponibbli. Ma ġiet osservata ebda differenza importanti b'riżultat tal-eżerċizzju ta' kontroverifika peress li x-xejriet tal-indikaturi li għalihom saret il-kontroverifika kienu simili. Għalhekk, is-sejbiet provviżorji ma kinux ibbażati biss fuq dejta pprovduta mill-konsulent iżda anki mill-analiżi u l-valutazzjoni proprja ta' din id-dejta mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (9), wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, saret żjara ta' verifika fil-bini tal-konsulent. Il-Kummissjoni wettqet verifika fuq il-post fil-bini tal-konsulent biex tivverifika l-affidabbiltà tal-metodoloġija u d-dejta fornita. Il-verifika fuq il-post twettqet bħala segwitu għall-kontroverifika tad-dejta mill-Kummissjoni u sabiex tinkiseb garanzija dwar l-affidabbiltà u l-kwalità tad-dejta u l-metodoloġija relatata.

    Il-verifika fuq il-post tqieset xierqa fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, anki jekk dik id-dejta ma kinitx ipprovduta minn parti interessata iżda minn konsulent. Bis-saħħa ta' dan, il-Kummissjoni kompliet isserraħ rasha dwar l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent.

    (138)

    Parti minnhom iddikjarat li l-metodoloġija ta' kontroverifika użata mill-Kummissjoni ma kinitx spjegata f'biżżejjed dettall u talbet li jiġu ddivulgati s-sorsi l-oħrajn użati għall-kontroverifika. Din il-parti kompliet targumenta li l-metodoloġija użata xorta waħda kienet invalida peress li tqabblu biss ix-xejriet ta' bosta sorsi u mhux il-valuri assoluti.

    (139)

    F'dak li għandu x'jaqsam ma' sorsi oħrajn użati għall-kontroverifika tad-dejta pprovduta mill-konsulent, dawn kienu r-rapporti ppubblikati mill-JRC u l-EPIA dwar l-istess suġġetti. Dwar it-tqabbil tad-dejta ma' sorsi oħrajn, huwa osservat li dawn urew li mhux biss xejriet simili iżda anki daqsijiet simili. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-metodoloġija użata kienet xierqa u d-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.

    (140)

    Dwar il-kompetenza tal-konsulent, ta' min jinnota li l-attività ewlenija tiegħu hija l-ġbir ta' dejta marbuta mas-settur PV u l-iżvilupp ta' bażi tad-dejta aġġornata ta' kumpaniji attivi fis-suq PV. Din id-dejta hija ppubblikata f'rivisti fotovoltajċi speċjalizzati u tintuża wkoll minn kumpaniji individwali li twettaq riċerka speċjalizzata għalihom. Il-bażi tad-dejta żviluppata minn Europressedienst hija aġġornata u ppubblikata mill-ġdid b'mod regolari. Barra minn hekk, il-konsulent għandu bosta snin esperjenza f' dan is-settur. B'mod iktar preċiż, il-metodoloġija tal-konsulent hija li jiġbor, jikkontroverifika u jagglomera informazzjoni billi juża d-diversi sorsi disponibbli fis-suq. Għal dan l-għan, jiġbor id-dejta permezz ta' kwestjonarji standard mibgħuta lill-kumpaniji elenkati fil-bażi tad-dejta jew bit-telefown, speċjalment mill-produtturi tal-Unjoni, jew matul il-fieri speċjalizzati, l-iktar minn produtturi f'pajjiżi terzi. Meta l-informazzjoni ma tkunx tista' tinkiseb permezz tal-kanali li għadhom kif issemmew, Europressedienst tivverifika r-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji fis-settur fotovoltajku jew tikkoopera minn jedda ma' istituti ta' riċerka oħrajn bil-għan li tikseb jew tagħmel kontroverifika tad-dejta. Ġie vverifikat u filfatt ikkonfermat li dawn is-sorsi ntużaw mill-konsulent fl-attività ta' kuljum tiegħu. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, jitqies xieraq li jintużaw is-servizzi ta' Europressedienst f'din l-investigazzjoni u għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

    (141)

    Fir-rigward tal-Aħjar Prattiki għas-sottomissjoni tal-evidenza ekonomika maħruġa mis-servizz kompetenti tal-Kummissjoni ('l-Aħjar Prattiki'), għandhom isiru r-rimarki li ġejjin. L-ewwel nett, huwa dokument li ma jistax jimpenja lill-Kummissjoni, peress li ma kienx adottat mill-Kulleġġ, iżda ppubblikat mis-servizz kompetenti bl-għan li jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet lil partijiet dwar kif jippreżentaw evidenza ekonomika. It-tieni nett, l-Aħjar Prattiki jikkonċernaw is-sottomissjoni ta' analiżi u dejta ekonomiċi użati f'xi investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni, skont l-Artikolu 101 u 102 TFUE u f'każijiet ta' fużjoni. Ir-regoli applikabbli, l-istandards ta' prova u s-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni f'dawk il-każijiet ta' kompetizzjoni ma jistgħux jitqabblu mal-investigazzjonijiet ta' difiża kummerċjali, li għalihom japplika sett kompletament differenti ta' regoli.

    (142)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet ikkontestaw il-metodoloġija użata mill-konsulent u ddikjaraw li ma tilħaqx standards xjentifiċi rikonoxxuti. Madankollu, kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), il-metodoloġija ġiet ivvalutata u d-dejta li rriżultat kienet kontroverifikata u verifikata u b'hekk tqieset konformi ma' dejta oħra ppubblikata u għalhekk affidabbli b'mod raġonevoli. Punti speċifiċi li tqajmu mill-partijiet interessati, speċjalment l-AFASE, ġew iċċarati u tqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-fajl miftuħ tal-investigazzjoni għal spezzjoni mill-partijiet interessati.

    (143)

    Is-CCCME argumentat li l-metodoloġija tal-aggregazzjoni tad-dejta ma kinitx iċċarata. Din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata peress li l-informazzjoni rilevanti tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha fil-fajl tal-investigazzjoni miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati.

    (144)

    Wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet tennew it-tħassib tagħhom dwar l-għażla tal-konsulent mill-Kumissjoni u fuq il-kwalità tad-dejta pprovduta. F'dan ir-rigward, kien iddikjarat li d-dejta tal-konsulent tista' tiġi ordnata u tinxtara fuq bażi ad hoc biex ikunu ssodisfati t-talbiet speċifikament identifikati tal-klijenti potenzjali u għalhekk taf ma tkunx oġġettiva. Barra minn hekk, is-CCCME kkontestat li d-dejta miġbura mill-konsulent tista' titqies bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku peress li d-dejta kienet fil-parti l-kbira msejsa fuq suppożizzjonijiet u stimi. Barra minn hekk, kien iddikjarat li d-dejta pprovduta ma kinitx sostnuta biżżejjed minn evidenza fil-fajl u li ma kinitx ta' bixra affermattiva, oġġettiva u verifikabbli.

    (145)

    Fir-rigward ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, issir referenza għall-premessi (136) sa (137) iktar 'il fuq fejn ġiet ipprovduta iktar informazzjoni dwar l-għażla tal-konsulent. Barra minn hekk, huwa osservat li l-Kummissjoni ħatret il-konsulent fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibli dak iż-żmien u b'konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju tal-Kummissjoni applikabbli għall-proċedura. Barra minn hekk, huwa mfakkar li l-kapaċità tal-konsulent li jipprovdi d-dejta kollha meħtieġa fil-ħin kienet ta' importanza kbira peress li l-Kummissjoni kienet marbuta b'dati ta' skadenza statutorji għall-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji fl-investigazzjoni kurrenti.

    (146)

    Rigward il-kwalità tad-dejta pprovduta u jekk tistax titqies bħala evidenza pożittiva skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), il-metodoloġija tal-konsulent għall-ġbir tad-dejta ġiet mistħarrġa u ġiet ivvalutata bħala waħda ta' kwalità sodisfaċenti. Barra minn hekk, kif intqal iktar 'il fuq fl-istess premessa, id-dejta pprovduta mill-konsulent ġiet kontroverifikata meta dan kien possibbli ma' sorsi oħrajn u nstab li kienet raġonevolment preċiża. Fl-aħħar, huwa osservat li l-konsulent għandu bażi tad-dejta li hija aġġornata fuq bażi regolari, indipendentement mill-ħtiġijiet u t-talbiet tal-klijenti. L-istess bażi tad-dejta tintuża biex taggrega u tforni statistiki PV lil bosta klijenti, u għalhekk kellha tiġi rifjutata l-allegazzjoni li d-dejta ma kinitx oġġettiva.

    (147)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx iddivulgat is-sorsi, il-metodoloġija użata u l-kumpaniji li magħhom ikkoopera l-konsulent biex jikkompila d-dejta makroekonomika pprovduta. Parti interessata oħra tenniet li l-metodoloġija applikata mill-konsulent tissuġġerixxi riżultati impreċiżi. Bosta partijiet interessati talbu iktar informazzjoni dwar il-metodoloġija użata mill-konsulent bħar-rati medji ta' rispons għall-kwestjonarji/intervisti, il-perċentwal tad-dejta miġbura permezz ta' kull kanal, kif din ġiet ivverifikata, l-approssimazzjonijiet/suppożizzjonijiet użati biex tiġi ġġenerata d-dejta, l-għadd ta' kumpaniji li għalihom saru l-approssimazzjonijiet, u tal-inqas medda tal-għadd ta' impjegati tal-konsulent.

    (148)

    Fir-rigward ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, huwa osservat li wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet interessati bil-metodoloġija u s-sorsi użati mill-konsulent fl-aggregazzjoni tad-dejta u indirizzat mistoqsijiet speċifiċi tal-partijiet interessati f'dan ir-rigward wara d-divulgazzjoni provviżorja. It-talbiet addizzjonali ta' informazzjoni tal-partijiet interessati kkonċernati wara d-divulgazzjoni finali jitqiesu li huma koperti mill-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni wara l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji sal-punt li kienu jippermettulha l-limitazzjonijiet tal-kunfidenzjalità. Barra minn hekk, huwa enfasizzat li l-Kummissjoni vverifikat fuq il-post il-mod li bih inġabret u ġiet aggregata d-dejta mill-konsulent u s-suppożizzjonijiet sottostanti relevanti għall-aggregazzjoni tad-dejta. Ir-riżultati tal-verifika kienu sodisfaċenti u l-Kummissjoni serrħet rasha mir-raġonevolezza tas-suppożizzjonijiet sottostanti u mill-kwalità tad-dejta pprovduta mill-konsulent. Barra minn hekk, il-partijiet ma kkontestawx id-dejta bħala tali.

    (149)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti oħra talbet kjarifiki fir-rigward tal-għadd ta' produtturi tal-Unjoni meqjusin mill-konsulent fil-ġbir ta' dejta tiegħu u s-sovrappożizzjoni bejn dawn u l-kważi 215-il produttur tal-Unjoni magħrufin mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, huwa ċċarat li l-produtturi tal-Unjoni meqjusin mill-konsulent fil-parti l-kbira huma l-istess bħal dawk magħrufin li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni msemmija fil-premessa (133) iktar 'il fuq.

    (150)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni wettqet l-analiżi tad-dannu b'mod inkonsistenti peress li saret b'mod separat għall-moduli u ċ-ċelloli filwaqt li l-kalkoli tad-dannu u l-marġni tad-dumping ġew stabbiliti bħala medja peżata għall-moduli u ċ-ċelloli f'daqqa. F'dan ir-rigward, huwa osservat li filwaqt li l-indikaturi ntwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet milħuqin għal kull indikatur jirreferu għall-prodott investigat sħiħ. Huwa mfakkar ukoll li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodott wieħed uniku u għalhekk, il-marġnijiet tad-dumping u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu ġew stabbiliti fuq din il-bażi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (151)

    Finalment, parti oħra ddikjarat li l-kalkolu tal-valuri tal-indikaturi makroekonomiċi matul l-IP kien ibbażat inkorrettament fuq medja sempliċi tas-snin 2011 u 2012 peress li t-tali metodoloġija ma tkunx oġġettiva u ma twassalx għal riżultati li jirriflettu r-realtà matul l-IP. Huwa ċċarat li medja sempliċi tad-dejta ntużat biss fil-każ fejn kien hemm xejriet simili fil-perjodi kkonċernati. F'każ li x-xejret kienu differenti, il-metoodloġija ġiet adattata kif xieraq billi ttieħdet f'kunsiderazzjoni r-realtà tas-suq. Il-parti kkonċernata ma elaboratx billi tiddikjara kemm ir-riżultati tal-metodoloġija użata ma kinux jirriflettu r-realtà tas-suq. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew rifjutati.

    (152)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, u fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor f'dan ir-rigward, is-sejbiet fil-premessi (98) sa (101) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

    (153)

    Bosta partijiet argumentaw li d-dannu kellu jkun ivvalutat b'mod separat għas-suq magħluq u għas-suq ħieles. Parti minnhom argumentat li d-dejta relatata ma' ċelloli destinati għal użu ristrett kellha tkun eskluża mill-valutazzjoni tad-dannu minħabba l-fatt li ma kinitx effettwata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (154)

    Kif intqal fil-premessa (105) għar-Regolament provviżorju, il-konsum, il-volum ta' bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, it-tkabbir, l-investimenti, l-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment, il-ħila ta' żieda tal-kapital u l-kobor tal-marġni tad-dumping għandhom ikunu eżaminati b'referenza għall-attività sħiħa tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri inkluż l-użu ristrett, peress li l-produzzjoni destinata għas-suq magħluq kienet affettwata bl-istess mod mill-kompetizzjoni ta' importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

    (155)

    B'hekk, l-investigazzjoni wriet li produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment kienu mġiegħla jimportaw prodotti li kienu l-oġġett ta' dumping (ċelloli) u jwaqqfu l-produzzjoni ta' dawn il-prodotti bi spiża ogħla mill-prezz ta' importazzjoni, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, l-investigazzjoni kixfet ukoll li s-suq ħieles u s-suq magħluq urew xejriet simili fil-prezzijiet, li wrew ukoll li kienu affettwati bl-istess mod mill-importazzjonijiet ikkonċernati.

    (156)

    Wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet tennew li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi analiżi adegwata u rraġunata tas-suq magħluq jew għaliex ma saritx analiżi separata. Pati minnhom iddikjarat li ma kienet ipprovduta ebda informazzjoni dwar l-importanza tal-produzzjoni tal-Unjoni destinata għal użu ristrett. Barra minn hekk, kien iddikjarat li l-premessa (106) għar-Regolament provviżorju li kkonkludiet li l-prezzijiet fis-suq magħluq mhux dejjem jirriflettu l-prezzijiet tas-suq, kienet tikkontradixxi l-konklużjonijiet stipulati fil-premessa (155) iktar 'il fuq li s-suq ħieles u s-suq magħluq urew xejriet simili fil-prezzijiet.

    (157)

    L-ewwel nett huwa osservat li l-premessa (105) għar-Regolament provviżorju tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex tqies xieraq li ssir analiżi tal-indikaturi tad-dannu (minbarra l-profittabilità) li jirreferu għall-attività totali tal-industrija tal-Unjoni inkluż l-użu ristrett. F'dan ir-rigward huwa mfakkar, kif stipulat fl-istess premessa, li l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni destinata għall-użu ristrett kienet affettwata bl-istess mod mill-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet mill-PRC, xi ħaġa li ma kinitx ikkontestata per se mill-partijiet interessati kkonċernati. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li ma ngħatat ebda spjegazzjoni għaliex ma saret ebda analiżi separata kellha tiġi rifjutata. Bl-istess mod, bħala riżultat ta' din il-konklużjoni, kellu jiġi rifjutat ukoll li missha saret analiżi separata bħal din tas-suq magħluq.

    (158)

    It-tieni, filwaqt li fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq l-importanza tal-produzzjoni tal-Unjoni destinata għal użu ristrett ma tqisitx bħala element essenzjali, huwa osservat li l-produzzjoni tal-Unjoni taċ-ċelloli destinati għal użu ristrett kienet tirrappreżenta madwar nofs il-produzzjoni totali fl-IP. Finalment, huwa ċċarat li l-fatt li l-prezzijiet fis-suq magħluq ma jirriflettux il-prezzijiet fis-suq ħieles, mhux bilfors jikkontradixxi l-fatt li ż-żewġ prezzijiet segwew l-istess xejriet, peress li xorta jistgħu jkunu f'livelli differenti jew iċ-ċaqliq tal-prezzijiet jaf ikun fi grad ogħla jew inqas u b'hekk juri stampa differenti. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet dwar is-suq magħluq ġew rifjutati.

    (159)

    Il-partijiet ikkonċernati ma pprovdew ebda informazzjoni li setgħet tmeri s-sejbiet dwar id-determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Fuq dawn il-bażijiet, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward ġew rifjutati filwaqt li s-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (102) sa (106) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.   Konsum tal-Unjoni

    (160)

    Parti interessata minnhom argumentat li d-dejta dwar il-konsum tal-Unjoni tal-prodott investigat tvarja sew, skont is-sors użat. Din il-parti argumentat li d-dejta affidabbli tista' tiġi stabbilita biss fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura minn istituzzjonijiet speċjalizzati jew ċentri ta' riċerka. Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (134) sa (152) iktar 'il fuq, rigward l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent użat fl-investigazzjoni, dan l-argument ġie rifjutat.

    (161)

    L-istess parti argumentat li l-konsum tal-Unjoni ma għandux ikun stabbilit billi sempliċiment jingħaddu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-modulu fl-Unjoni u li l-konsum tal-modulu tal-proġetti tal-industrija tal-Unjoni stess għandu jitnaqqas minnu. Dan l-argument ġie rifjutat, peress li l-konsum tal-moduli kien stabbilit fuq il-bażi ta' kapaċitajiet istallati ġodda fl-Unjoni. Din hija prattika komuni biex jiġi determinat il-konsum tal-moduli. Għaċ-ċelloli, il-konsum kien iddeterminat fuq il-bażi tal-produzzjoni ta' moduli tal-Unjoni.

    (162)

    Parti oħra argumentat li l-metodoloġija deskritta mill-konsulent tammetti d-diffikultà biex jiġu stabbiliti ċifri tal-konsum affidabbli. Kien argumentat ukoll li d-dejta dwar l-importazzjoni kif ukoll il-bejgħ tal-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni kienu jew ibbażati fuq stimi mhux verifikabbli jew dejta inkompluta u li l-kontroverifika tal-Kummissjoni ma kinitx biżżejjed biex tkun tista' tinħareġ il-konklużjoni li dik id-dejta tabilħaqq kienet affidabbli u preċiża.

    (163)

    Kif diġà ntqal iktar 'il fuq fil-premessi (136) u (137) il-kwalità tad-dejta u l-metodoloġiji użati biex tinġabar ġew verifikati mill-Kummissjoni matul iż-żjara fuq il-post li fuq il-bażi tagħha tqies li l-metodoloġiji użati kienu xierqa u r-riżultati kienu preċiżi u raġonevolment affidabbli. Għaldaqstant din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (164)

    Fuq din il-bażi, u fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-premessi (107) sa (109) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (165)

    Parti interessata minnhom argumentat li d-dejta dwar il-volumi ta' importazzjonijiet tal-prodott investigat tvarja b'mod sinifikanti, skont is-sors użat. Din il-parti argumentat li d-dejta affidabbli tista' tiġi stabbilita biss fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura minn istituzzjonijiet speċjalizzati jew ċentri ta' riċerka. Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (134) sa (152) iktar 'il fuq, rigward l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent użata fl-investigazzjoni, dan l-argument ġie rifjutat.

    (166)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom ikkontestat il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-valur totali tal-importazzjonijiet mill-PRC billi ddikjarat li kienet ibbażata fuq transazzjonijiet li saru fil-livell CIF bid-dazju mhux imħallas u għaldaqstant għandha dubju fuq jekk dawn it-transazzjonijiet kinux destinati għal konsum fl-Unjoni. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, huwa ċċarat li l-valur totali tal-importazzjonijiet mill-PRC kif stipulat mill-konsulent ma ntużax fis-sejbiet provviżorji u definittivi u li ġew iddeterminati biss il-volumi ta' importazzjoni u l-prezzijiet ta' importazzjoni matul l-investigazzjoni kif muri fil-premessi (110) sa (113) tar-Regolament provviżorju. Peress li l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezzijiet ta' importazzjoni ma kinitx ikkontestata minnha nfisha mill-parti interessata kkonċernata, issir referenza għas-sejbiet relevanti fil-premessa (113) sa (117) tar-Regolament provviżorju u l-premessi (168) sa (176) hawn taħt. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq ġiet rifjutata.

    (167)

    Fuq din il-bażi, u fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-PRC, il-premessi (110) sa (112) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

    (168)

    Importatur mhux relatat minnhom li kkoopera ddikjara li l-prezzijiet ta' importazzjoni kellhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-importazzjonijiet tiegħu tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Madankollu, id-dejta pprovduta minn dan l-importatur matul l-investigazzjoni kienet tirrappreżenta biss frazzjoni tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni u ma setgħet tinstilet ebda konklużjoni importanti dwar il-prezz medju ta' importazzjoni tal-importazzjonijiet kollha mill-PRC matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat li jkopri seba' snin. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (169)

    Parti oħra ddikjarat li l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezzijiet ma kinitx spjegata, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif id-dejta ta' bosta sorsi nġabret flimkien u ġiet rikonċiljata. Barra minn hekk, kien argumentat li l-kostijiet ta' importazzjoni kellhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni verifikata miġbura matul l-investigazzjoni minflok fuq l-istimi.

    (170)

    Huwa meqjus li l-metodoloġija mqiegħda għad-dispożizzjoni għall-partijiet interessati hija kompluta biżżejjed biex wieħed jifhem kif ġew stabbiliti ċ-ċifri. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kost ta' 'importazzjoni', huwa ċċarat li sar aġġustament għall-prezzijiet fuq il-post biex waslet għall-prezzijiet CIF. L-istima li saret ġiet ikkonfermata mad-dejta miġbura matul l-investigazzjoni.

    (171)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet interessati talbu iktar dettalji dwar il-kalkoli ta' twaqqigħ tal-prezzijiet minn dawk diġà pprovduti fil-premessa (116) għar-Regolament provviżorju. Sa fejn l-għamla sensittiva ta' din l-informazzjoni u l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni kienu ngħataw anonimità, ippermettew li jsir hekk, l-informazzjoni addizzjonali ngħatat f'divulgazzjonijiet bilaterali.

    (172)

    B'konformità mad-deċiżjoni ta' esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodotti (ara l-premessi (28) sa (32) iktar 'il fuq), dawn il-prodotti ġew esklużi wkoll mill-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra minn hekk, saru xi korrezzjonijiet fuq il-prezzijiet tas-CIF ipprovduti mill-partijiet interessati. Peress li l-kampjun ta' importaturi mhux relatati ġie rivedut għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (21), intużaw l-ispejjeż medji ta' wara l-importazzjoni tal-kampjun il-ġdid ta' importaturi, meta d-dejta kienet disponibbli u sħiħa.

    (173)

    Il-paragun tal-prezzijiet riveduti sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' negozju, aġġustati kif suppost fejn kien hemm bżonn, u wara tnaqqis ta' roħs u skonti. Ir-riżultat tal-paragun, meta mogħti bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul l-IP wera marġnijiet medji peżati ta' twaqqigħ tal-prezzijiet fi ħdan il-meded ta' 19,8 % — 32,1 % għall-moduli, 4 % — 28,5 % għaċ-ċelloli u 8 % — 29 % f'termini ġenerali għall-prodott ikkonċernat.

    (174)

    Ta' min jinnota li għal wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, ġie stabbilit twaqqigħ tal-prezz negattiv għaċ-ċelloli. Madankollu, il-kwantitajiet esportati ma kinux sinifikanti u b'hekk ma jistgħux jitqiesu rappreżentattivi.

    (175)

    Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ikkontesta s-sors għall-aġġustament tal-monoċelloli għall-multiċelloli, iżda madankollu ma sostniex l-argument. Tabilħaqq, ma daħlet ebda informazzjoni jew evidenza ġdida u għalhekk din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (176)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-PRC u dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, il-premessi (113) sa (117) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati kif emendati iktar 'il fuq.

    5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    5.1.   Ġenerali

    (177)

    Uħud mill-partijiet xeħtu dubju fuq l-affidabbiltà ġenerali tal-indikaturi makroekonomiċi tad-dannu użati mill-Kummissjoni għall-fini ta' din l-investigazzjoni. Argumentaw li x-xejriet stabbiliti għal għadd minn dawn l-indikaturi varjaw mix-xejriet għall-istess indikaturi stabbiliti għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Saret referenza partikolari għall-produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ, il-kostijiet lavorattivi medji u l-impjiegi fl-Unjoni.

    (178)

    Kif intqal fil-premessa (121) għar-Regolament provviżorju, l-indikaturi makroekonomiċi ġew stabbiliti fir-rigward tal-produtturi kollha fl-Unjoni. F'każ li l-istess dejta tinġabar fir-rigward ta' produtturi individwali tal-Unjoni jew grupp ta' produtturi tal-Unjoni (jiġifieri l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun), ix-xejriet mhux bilfors huma l-istess, bħal pereżempju l-piż ta' kull kumpanija kkunsidrata ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fi tqabbil bħal dan. Għaldaqstant, ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' tqabbil tal-indikaturi makroekonomiċi għall-produtturi kollha tal-Unjoni u dawk għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mhux bilfors huma sinifikanti u ma jippermettux li tinħareġ konklużjoni li sett tad-dejta minnhom mhuwiex affidabbli. Fi kwalunkwe każ, meta jitqabblu x-xejriet tal-indikaturi makroekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni mal-istess indikaturi konsolidati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, jistgħu jiġu osservati differenzi fix-xejriet għal bosta indikaturi, bħall-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, il-volumi ta' bejgħ, l-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2011 u l-IP. Għal dawn l-indikaturi kollha, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun marru aħjar mill-industrija ġenerali tal-Unjoni. Ir-raġuni għal dan huwa li fl-IP, ħafna produtturi tal-Unjoni, mhux inklużi fil-kampjun, waqqfu l-produzzjoni tagħhom jew saru insolventi, u b'hekk ħallew impatt negattiv fuq l-indikatur makroekonomiku fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet huma rifjutati.

    (179)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li l-konklużjoni kif stipulata fil-premessa (153) għar-Regolament provviżorju li l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet xejra negattiva ċara tal-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu kienet ibbażata fuq dejta pprovduta mill-konsulent. F'dan ir-rigward, huwa ċċarat li, min-naħa, l-indikaturi makroekonomiċi, kif elenkati fit-Tabelli 4-a sa 6-c tar-Regolament provviżorju, kienu bbażati fuq dejta miksuba mill-konsulent u ġiet kontroverifikata meta dan kien possibbli ma' sorsi oħrajn għad-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-indikaturi mikroekonomiċi, kif elenkati fit-Tabelli 7-a sa 11-c tar-Regolament provviżorju, kienu bbażati fuq dejta miġbura mill-produtturi mill-Unjoni fil-kampjun u verifikati fuq il-post mill-Kummissjoni. Ta' min jinnota li fatturi determinanti għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni bħal-livelli ta' profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, il-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni kif ukoll il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz kienu bbażati fuq dejta miġbura mill-produtturi fil-kampjun u produtturi esportaturi tal-Unjoni kif verifikati fuq il-post. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq ġiet rifjutata.

    (180)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-metodoloġija ġenerali tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (118) sa (123) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (181)

    L-AFASE ddikjarat li l-volum ta' produzzjoni stabbilit għall-moduli fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stabbilita għall-moduli u ċ-ċelloli fl-istess premessa kienu sopravvalutati u pprovdiet dejta minn sorsi oħrajn (jiġifieri EPIA, IMS u BNEF) li taw volumi inqas.

    (182)

    Il-volum ta' produzzjoni stabbilit fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju huwa bbażat fuq informazzjoni li tkopri kemm kumpaniji elenkati pubblikament u kumpaniji mhux elenkati. L-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni kif stabbilita fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju huwa konformi mal-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni stabbilit fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju. Għall-kuntrarju, id-dejta pprovduta mill-AFASE dwar il-volumi ta' produzzjoni wrew xejriet differenti mal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju u bl-istatistiki tal-konsum tal-Unjoni ppubblikati mill-EPIA.

    (183)

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità ta' produzzjoni, l-investigazzjoni wriet li s-sejbiet kif stipulati fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju inkludew il-kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' kumpaniji li rreġistraw għal insolvenza jew li waqqfu l-produzzjoni matul l-IP, filwaqt li ma kinux biegħu l-impjanti u l-makkinarju ta' produzzjoni tagħhom u b'hekk setgħu jerġgħu jibdew il-produzzjoni rapidament. Bl-istess mod, kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (182), iċ-ċifri fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju inkludew dejta minn kumpaniji mhux elenkati.

    (184)

    Fl-aħħar, kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), id-dejta pprovduta mill-konsulent indipendenti ġiet verifikata u nstabet li hija raġonevolment preċiża. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, id-dejta pprovduta mill-AFASE bbażata fuq sorsi disponibbli oħrajn ma nstabitx li bilfors tmur kontra s-sejbiet provviżorji.

    (185)

    Fi kwalunkwe każ, l-aċċettazzjoni taċ-ċifri pprovduti mill-AFASE ma jkollhiex impatt fuq is-sejba ġenerali li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali peress li x-xejra negattiva ta' dawn l-indikaturi, jiġifieri l-produzzjoni tal-Unjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni tinħass saħansitra iktar.

    (186)

    Importatur mhux relatat li kkoopera minnhom argumenta li l-volum ta' produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità misshom ġew stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss. Madankollu, peress li dawn huma indikaturi makroekonomiċi, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-produtturi kollha tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita stampa sinifikattiva u sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (187)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom talbet lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif il-produzzjoni annwali tal-Unjoni kienet ġiet ikkalkolata mill-konsulent. Parti oħra talbet lill-Kummissjoni tispjega iktar ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta differenti disponibbli relatata mal-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Parti oħra ssuġġeriet li l-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni kellhom jinkisbu mill-produtturi tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun peress li dan kien jagħti riżultat iktar affidabbli. F'dan ir-rigward, kien allegat li dejta pubblikament disponibbli kienet impreċiża minħabba l-għamla kunfidenzjali ta' din id-dejta u li kwalunkwe ċentru ta' riċerka jew konsulent kellu jibbaża l-analiżi tiegħu fuq għadd ta' stimi u suppożizzjonijiet.

    (188)

    Huwa ċċarat li l-produzzjoni annwali tal-Unjoni ġiet ikkalkolata fuq il-bażi taċ-ċifri rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni lill-konsulent. Meta l-produzzjoni annwali ta' ċertu produttur tal-Unjoni ma setgħetx tinkiseb għal sena speċifika, din ġiet stmata billi ġiet applikata r-rata ta' użu tal-kapaċità mis-sena ta' qabel għall-kapaċità ta' produzzjoni ġdida ta' dik is-sena. L-Istituzzjonijiet qabblu wkoll iċ-ċifra miksuba mill-konsulent maċ-ċifri rrapportati fit-tweġibiet tal-industrija tal-Unjoni għall-kwestjonarji tal-qagħda qabel il-bidu. Iż-żewġ ċifri huma simili.

    (189)

    Rigward it-talba biex jiġu pprovduti iktar spjegazzjonijiet dwar ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta differenti disponibbli għall-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni, huwa osservat li din l-informazzjoni diġà kienet ġiet ipprovduta fil-fajl miftuħ li kien miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (190)

    Fl-aħħar, il-produzzjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni huma indikaturi makroekonomiċi u għalhekk iridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni minflok fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (191)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom argumentat li l-metodoloġija użata biex tinġabar dejta dwar il-produzzjoni (fil-parti l-kbira intervisti u żjarat fis-siti ta' produzzjoni) ma ppermettewx li jinħarġu riżultati affidabbli minħabba l-għamla kunfidenzjali ta' din id-dejta u bħala konsegwenza n-nuqqas ta' rieda tal-kumpaniji sabiex jiddivulgawha. Għaldaqstant, it-tali metodoloija ma tistax titqies bħala adegwata. Dan kien allegatament ikkonfermat mill-fatt li għad li l-konsulent uża għadd ferm ogħla ta' produtturi tal-Unjoni minn dak meħud f'kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni matul l-analiżi tal-qagħda fl-istadju tal-bidu, il-volum totali ta' produzzjoni stabbilit mill-konsulent huwa inqas mill-volum ta' produzzjoni totali stabbilit mill-Kummissjoni għall-fini tal-analiżi tal-qagħda. Din il-parti kompliet billi ddikjarat li għalhekk, l-informazzjoni relatata ma' dan l-indikatur tad-dannu ma tistax titqies bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

    (192)

    L-ewwel nett huwa ċċarat li l-għadd ta' produtturi meħudin f'kunsiderazzjoni mill-konsulent min-naħa u l-Kummissjoni min-naħa l-oħra kien fil-parti l-kbira l-istess u li għaldaqstant, l-argument li r-riżultati kienu inkonsistenti kellu jiġi rifjutat. Huwa mfakkar ukoll li d-dejta miġbura mill-konsulent ġiet kontroverifikata ma' sorsi oħrajn kull meta dan kien possibbli u nstab li l-istimi kienu affidabbi biżżejjed. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li l-informazzjoni fuq id-dejta dwar il-produzzjoni mill-konsulent tqieset bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

    (193)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, il-premessi (124) sa (128) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.2.2.   Il-volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

    (194)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni għal moduli diġà kien ta' 19 % biss fl-2009 u li tnaqqis ta' 6 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat ma jistax jitqies bħala dannu.

    (195)

    It-tnaqqis fis-sehem mis-suq b'6 punti perċentwali tul il-perjodu kkunsidrat irid jitqies fl-isfond ta' żieda fil-konsum tal-Unjoni għal moduli ta' iktar minn 200 % tul l-istess perjodu. L-industrija tal-Unjoni ma tistax tibbenefika mill-konsum miżjud; għall-kuntrarju, anki fix-xenarju ta' konsum ikbar ma tistax iżżid il-volum ta' bejgħ tagħha kif xieraq u ġarrbet telf fis-sehem mis-suq. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

    (196)

    Parti minnhom argumentat li l-metodoloġija użata biex tinġabar dejta dwar il-bejgħ (l-iktar intervisti u żjariet fis-siti ta' produzzjoni) ma ppermettietx li jinħarġu riżultati affidabbli minħabba l-għamla kunfidenzjali ta' din id-dejta u b'hekk in-nuqqas ta' rieda tal-kumpaniji milli jiddivulgawha. Għalhekk, it-tali metodoloġija ma tistax titqes bħala adegwata. Bl-istess mod, ma tistax titqies bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), id-dejta miġbura mill-konsulent ġiet kontroverifikata ma' sorsi oħrajn kull meta dan kien possibbli u nstab li l-istimi kienu affidabbli biżżejjed. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li l-informazzjoni fuq id-dejta dwar il-bejgħ ipprovduta mill-konsulent tqieset bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

    (197)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-ishma mis-suq tagħha, il-premessi (129) sa (131) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

    (198)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-impjiegi totali fl-Unjoni matul il-perjodu meqjus ma kinitx korretta. Din il-parti allegat li kull meta r-rata ta' impjiegi ta' produttur speċifiku tal-Unjoni ma kinitx disponibbli, minflokha ttieħdet f'kunsiderazzjoni l-medja tal-impjiegi ta' dawk il-produtturi tal-Unjoni li għalihom kienet disponibbli din l-informazzjoni. Din kellha tiġi rifjutata peress li l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-impjiegi totali kienet differenti, jiġifieri f'każ li d-dejta dwar l-impjiegi għal ċertu produttur tal-Unjoni ma kinitx disponibbli, din iċ-ċifra kienet stmata fuq il-bażi tad-dejta ta' dik l-istess kumpanija mis-sena/snin ta' qabel. Kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (137), din il-metodoloġija ġiet ivverifikata u nstab li hija raġonevoli. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (199)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar il-livell tal-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (132) sa (134) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.2.4.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping preċedenti

    (200)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment f'dan ir-rigward, il-premessi (135) sa (136) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (201)

    Parti interessata minnhom ikkontestat is-sejbiet li t-tnaqqis tal-prezzijiet medji tal-bejgħ kellu effett devastanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Din iddikjarat li l-kost medju tal-industrija tal-Unjoni naqas bl-istess mod u li għaldaqstant, tnaqqis fil-prezz huwa naturali. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (138) għar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni komplew jonqsu mill-ispiża medja ta' produzzjoni tagħha u b'hekk it-tali tnaqqis fl-ispejjeż ma kienx rifless fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li t-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kellu effett devastanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni u d-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

    (202)

    Parti oħra kkontestat il-konklużjoni fil-premessa (138) għar-Regolament provviżorju li l-prezzijiet kienu f'livelli insostenibbli fl-IP, billi ddikjarat li dan kien f'idejn il-forzi tas-suq. L-istess parti oġġezzjonat għall-konklużjoni fl-istess premessa li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-kost minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. F'dan ir-rigward, l-Istituzzjonijiet jossevaw dan li ġej: “livell insostenibbli” jirreferi għall-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbiegħ b'telf, u għalhekk ma setgħetx tibqa' għaddejja fit-tul. Għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk il-livell tal-prezz huwiex sostenibbli hija kwistjoni biss tar-relazzjoni bejn il-kostijiet ta' produzzjoni u l-prezzijiet. B'“ma tkunx kapaċi tibbenefika mit-tnaqqis fil-kostijiet” issir referenza għall-fatt li l-kostijiet jonqsu inqas malajr meta mqabblin mal-prezzijiet. Dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet huma sostnuti b'evidenza fil-premessa (138) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutati.

    (203)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, huma kkonfermati l-premessi (137) u (138) għar-Regolament provviżorju.

    5.3.2.   Kost lavorattiv

    (204)

    L-istess parti interessata ddikjarat li għall-kuntrarju ta' dak li huwa stipulat fil-premessa (140) għar-Regolament provviżorju, ma kien hemm ebda inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u li għalhekk iż-żieda ġenerali tal-kost lavorattiv ma setgħetx kienet ikkaġunata minn dan il-fattur.

    (205)

    Għall-kuntrarju ta' dak li ddikjarat il-parti kkonċernata, l-investigazzjoni wriet li kien hemm inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u li l-fatt li ż-żieda fil-kost lavorattiv kienet limitata għal moduli jista' jkun spjegat minn inflazzjoni u żieda fil-produttività.

    (206)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kienet ikkaġunata miż-żieda fil-kost lavorattiv u t-tnaqqis parallel fil-produttività. Madankollu, l-ewwel nett ta' min jinnota li l-kost lavorattov baqa' stabbli fil-każ taċ-ċelloli, filwaqt li l-produttività żdiedet kemm għaċ-ċelloli kif ukoll għall-moduli. Għaldaqstant, iż-żieda f'tal-aħħar tista' tiġi spjegata minn produttività ogħla. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-kost lavorattiv ma jirrappreżentax parti importanti mill-kost ta' produzzjoni, kif diġà intqal fil-premessa (203) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

    (207)

    Fuq din il-bażi, is-sejbiet fil-premessi (139) u (140) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.3.3.   Inventarji

    (208)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li, iż-żieda fil-livelli tal-ħażniet tul il-perjodu kkunsidrat, meta mogħtija bħala perċentwal tal-produzzjoni totali, ma tkunx insinifikanti u għalhekk ma tistax titqies bħala evidenza għal dannu. Din il-parti argumentat ukoll li l-preżentazzjoni tal-valuri tal-ħażniet fil-premessa (141) għar-Regolament provviżorju hija qarrieqa peress li l-ħażniet ingħataw f'kW minflok MW għall-kuntrarju tal-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    (209)

    F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-premessa (143) għar-Regolament provviżorju għandha tkun emendata u għandha tgħid “… iż-żieda fil-ħażniet għall-prodott simili tul il-perjodu kkunsidrat mhijiex fattur rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali”. L-eżistenza ta' żball klerikali toħroġ mis-sentenza ta' qabel li tikkonkludi li l-produtturi tal-Unjoni għandhom it-tendenza li jżommu ħażniet limitati peress li l-produzzjoni tagħhom hija bbażata fuq ordnijiet.

    (210)

    Fl-aħħar, jekk il-ħażniet humiex espressi f'kW jew MW per se tqies irrilevanti fid-determinazzjoni ta' jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali jew le.

    (211)

    Wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet iddikjaraw li l-ħażniet kellhom jiġu ddeterminati għall-industrija sħiħa tal-Unjoni u li ċ-ċifri ta' għaxar produtturi biss tal-Unjoni ma kinux rappreżentattivi. Huwa ċċarat li l-ħażniet tqisu bħala indikatur mikroekonomiku u għalhekk kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fuq bażi ta' kull kumpanija, f'dan il-każ mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni meqjusin bħala rappreżentattivi għall-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq kellha tiġi rifjutata.

    (212)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar l-inventarji, il-premessi (141) sa (143) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti, il-ħila ta' ġbir ta' kapital

    (213)

    Wara kumment minn parti interessata, huwa ċċarat li d-dikjarazzjoni li l-flussi tal-flus segwew “xejra progressivament negattiva” bejn l-2009 u l-IP fil-premessa (148) għar-Regolament provviżorju kienet żbaljata peress li l-flussi tal-flus għall-moduli, filwaqt li naqsu bejn l-2009 u l-2010, fil-fatt żdiedu fl-2011 u reġgħu naqsu fl-IP.

    (214)

    L-istess parti allegat li ċ-ċifri ta' investiment kif murjia fil-premessa (149) għar-Regolament provviżorju kienu baxxi wisq meta mqabblin mal-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju. B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, il-parti qalet li kienet konxja mill-investiment li sar minn produttur tal-Unjoni f'żidiet tal-kapaċità li kellu kost ferm ogħla. Il-parti kkonċernata kkonkludiet li għalhekk, il-kapaċità ta' produzzjoni stabbilita tal-industrija tal-Unjoni kienet sopravalutata. Huwa osservat li din id-dikjarazzjoni ma kienet appoġġjata minn ebda evidenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-investiment li sar mill-produttur tal-Unjoni inkwistjoni. B'kuntrast, iċ-ċifri ta' investiment fir-Regolament provviżorju kienu bbażati fuq informazzjoni vera u vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Ta' min jinnota li din id-dikjarazzjoni kienet imsejsa wkoll fuq it-tqabbil bejn l-investimenti totali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-kapaċità totali ta' produzzjoni tal-industrija sħiħa tal-Unjoni, li ma tistax titqies li hija bażi xierqa għat-tqabbil peress li ma tqisux l-investimenti totali tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għalhekk, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

    (215)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-profattibbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti u l-ħila ta' żieda tal-kapital, il-premessi (144) sa (152) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.4.   Konklużjonijiet

    (216)

    Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (153) sa (158) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, huma kkonfermati.

    E.   KAWŻALITÀ

    1.   Introduzzjoni

    (217)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-analiżi tal-kawżalità li saret ma sseparatx, ma għamlitx distinzjoni u lanqas ma kkwantifikat l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-effetti ta' fatturi magħrufa oħrajn li fl-istess ħin qegħdin ikunu ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kien iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel analiżi kollettiva ta' dawn il-fatturi magħrufa.

    (218)

    Fi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-Kummissjoni, skont il-prattika stabbilita, l-ewwel eżaminat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u mbagħad eżaminat jekk xi fatt magħruf ieħor kisirx ir-rabta kawżali stabbilita bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. F'din l-analiżi, ġew ivvalutati l-effetti tal-fatturi magħrufa l-oħrajn fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, distinti u separati mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping biex jiġi żgurat li d-danni kkaġunati minn dawn il-fatturi ma kinux attribwiti għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Instab li l-ebda minnhom ma kellhom impatt sinifikanti, jekk kellhom wieħed affattu, fuq is-sitwazzjoni tal-industrija li seta' reġġa' lura l-fatt li d-dannu materjali vvalutat irid ikun attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument twarrab.

    (219)

    Wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet interessati tennew l-argumenti ta' hawn fuq. F'dan ir-rigward, huwa ddikjarat li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi b'mod espliċitu, permezz ta' spjegazzjoni rraġunata u adegwata, li d-dannu kkaġunat minn fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mhuwiex attribwit lil dawn l-importazzjonijiet.

    (220)

    F'din l-investigazzjoni, wara li ġew eżaminati l-fatti kollha, ġie konkluż li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping meħudin għalihom ikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-kwantifikazzjoni tal-effetti ta' fatturi magħrufin oħrajn ma kintix possibbli u għalhekk, saret valutazzjoni kwalitattiva kif stipulat fil-premessi (164) sa (222) għar-Regolament provviżorju. Bħala konklużjoni, ġie kkonfermat li d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Tabilħaqq, l-effetti ta' fatturi oħrajn fuq l-iżvilupp negattiv tal-industrija tal-Unjoni tqiesu li huma limitati. Ta' min jinnota li, skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, l-ebda obbligu ma huwa impost dwar l-analiżijiet ta' attribuzzjoni u mhux attribuzzjoni li għandhom isiru. Għall-kuntrarju, skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, dawk l-analiżijiet iridu jsiru b'tali mod li jippermettu sabiex l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping ikunu separati u distinti mill-effetti dannużi kkaġunati minn fatturi oħrajn. L-investigazzjoni ma kixfet ebda evidenza li l-fattturi kollha magħrufin l-oħrajn li setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab, flimkien jew individwalment, kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Bis-saħħa tal-analiżi ta' hawn fuq, ġie kkonfermat li fatturi magħrufin oħrajn ma kinux tali li jmeru s-sejba li d-dannu materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni jrid ikun attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Għal dawn ir-raġunijiet, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

    (221)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet interessati oġġezzjonaw għas-sejba fil-premessa (160) tar-Regolament provviżorju. Tennew li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-prodott investigat ivarjaw f'kull Stat Membru u li għalhekk l-analiżi tal-kawża għandha ssir fil-livell ta' kull Stat Membru b'mod separat. Barra minn hekk, dawn il-partijiet argumentaw li l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ, l-espożizzjoni għax-xemx u l-prezzijiet tal-elettriku (inklużi tariffi regolatorji) jvarjaw f'kull Stat Membru u li b'hekk hemm segmenti tas-suq differenti f'kull suq (l-installazzjonijiet residenzjali ta' inqas minn 40 kW, l-installazzjonijiet kummerċjali u industrijali bejn 40 kW u 1 MW u s-segment tas-suq tal-utilitajiet — l-istallazzjonijiet ta' bejn 1 MW u 10 MW). Fid-dawl ta' dan iddikjaraw li l-analiżi tal-kawżalità għandha ssir b'mod separat għal kull Stat Membru min-naħa u għas-segmenti ta' skala kbira u residenzjali min-naħa l-oħra.

    (222)

    Wara d-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-analiżi tal-kawżalità għandha ssir fuq bażi ta' kull Stat Membru, iżda madankollu ma pprovdewx iktar argumenti jew evidenza ġdida f'dan ir-rigward.

    (223)

    L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ u ta' importazzjoni huma simili madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, jista' jitqies li tabilħaqq hemm suq wieħed għall-prodott investigat. L-investigazzjoni lanqas ma sabet li l-produtturi f'kull Stat Membru jew reġjun ikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f'dan is-suq speċifiku jew li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping kienu kkonċentrati fuq Stat Membru jew reġjun wieħed. Barra minn hekk, ebda waħda mill-partijiet interessati ma argumentat li d-dumping u d-dannu għandhom jiġu analizzati fuq bażi ta' kull Stat Membru li madankollu tkun prekondizzjoni għat-twettiq ta' analiżi tal-kawżalità separata għal kull Stat Membru. L-investigazzjoni ma sabet ebda evidenza li dan ikun approċċ xieraq, b'mod partikolari minħabba li kien hemm prezzijiet simili madwar l-Unjoni tal-prodott ikkunsidrat fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-espożizzjoni għax-xemx tista' tkun differenti f'reġjuni differenti tal-istess Stati Membri, eż. in-Nofsinhar ta' Franza għandha iktar espożizzjoni għax-xemx mit-Tramuntana ta' Franza, jew reġjuni differenti fi ħdan Stat Membru wieħed jista' jkollhom skemi ta' appoġġ differenti (eż. il-Belġju) u li għalhekk l-impatt ta' dawn il-fatturi fuq id-domanda jista' jvarja minn reġjun għal ieħor fi ħdan l-istess Stat Membru. Madankollu, id-differenzi fil-qafas regolatorju ta' kull Stat Membru u/jew reġjun u d-differenzi fil-kundizzjonijiet bħal espożizzjoni għax-xemx ma jiġġustifikawx analiżi tal-kawżalità separata, u b'hekk analiżi tad-dannu u tad-dumping separata. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

    (224)

    Parti interessata oħra argumentat li filwaqt li fatturi oħrajn huma rilevanti, l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ għadhom il-fattur ewlieni fid-determinazzjoni tad-domanda. L-istess parti kkontestat ukoll li l-parità tal-grilja ntlaħqet ukoll f'ċerti postijiet u argumentat li l-prezzijiet tal-moduli żdiedu mill-IP filwaqt li l-prezzijiet tal-elettriku naqsu. Hija kompliet targumenta li, xorta waħda, tal-inqas f'ċerti Stati Membri, il-kundizzjonijiet regolatorji, ekonomiċi u tekniċi ma jippermettux li jsir kollegament mal-grilja u għalhekk, għal dawk l-Istati Membri kien irrilevanti jekk intlaħqitx parità tal-grilja. Madankollu, din il-parti ma pprovdiet ebda evidenza ta' sostenn għall-allegazzjonijiet ta' hawn fuq. Xorta waħda, l-argumenti ta' hawn fuq jikkonfermaw li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskemi nazzjonali ta' appoġġ kif ukoll il-parità tal-grilja jistgħu jkunu differenti sa ċert punt bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-ebda informazzjoni sottomessa ma kienet tali li turi li jkun hemm bżonn ta' analiżi separata għal kull Stat Membru.

    (225)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni u pprovdiet xi informazzjoni li allegatament turi l-kundizzjonijiet differenti tas-suq għal kull Stat Membru u kull segment. Madankollu, l-informazzjoni sottomessa ma tistax titqies bħala konklużiva peress li kkonsistiet fi preżentazzjoni bil-power point mingħajr ebda evidenza ta' sostenn, u għalhekk, ma urietx li kien iġġustifikat li ssir analiżi għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' din il-parti ġiet rifjutata.

    (226)

    Fuq din il-bażi, ġie konkluż li analiżi tal-kawżalità għal kull Stat Membru u/jew reġjun u għal kull segment ma tikkorrispondix għar-realtà tas-suq. Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor f'dan ir-rigward, is-sejbiet li saru fil-premessi (159) u (160) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    (227)

    Il-GOC iddikjara li l-Kummissjoni wettqet l-analiżi tal-kawża b'mod inkonsistenti peress li l-analiżi tad-dannu saret b'mod separat għall-moduli u ċ-ċelloli, filwaqt li l-analiżi tal-kawża ma sseparatx bejn it-tipi ta' prodotti. F'dan ir-rigward, huwa osservat li filwaqt li l-indikaturi tad-dannu tabilħaqq intwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet milħuqin għal kull indikatur jirreferu għall-prodott investigat sħiħ. Huwa mfakkar ukoll li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodott wieħed waħdu u li għalhekk, l-analiżi tal-kawża saret fuq din il-bażi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

    (228)

    Parti interessata minnhom ikkontestat li kien hemm biżżejjed korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet tal-prodott li huwa l-oġġett ta' dumping ikkonċernat mill-PRC u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Kien argumentat li dan ikun appoġġjat, min-naħa, mill-fatt li mill-2009 sal-2010, il-marġni tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni għaċ-ċelloli żdied b'mod sinifikanti (minn telf għal profitt ta' 12 %) filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom prezz 36 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u rdoppja s-sehem tagħhom fis-suq matul l-istess perjodu. Min-naħa l-oħra, bejn l-2010 u l-2011 l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu biss b'6 punti perċentwali fis-sehem mis-suq, anki jekk il-konsum żdied ferm iktar matul l-istess perjodu, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni xorta ġarrbet telf ta' 36 %. Din il-parti argumentat ukoll li fir-rigward tal-IP, l-importazzjonijiet ta' ċelloli minn pajjiżi terzi oħrajn kienu fl-istess livell ta' prezz bħall-importazzjonijiet Ċiniżi iżda kisbu sehem mis-suq ikbar li jikkorrispondi għat-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

    (229)

    L-investigazzjoni wriet li kien hemm żieda kostanti fis-sehem mis-suq taċ-Ċiniżi għat-tipi kollha ta' prodotti tul il-perjodu kkunsidrat (17-il punt perċentwali għall-moduli, 17-il punt perċentwali għaċ-ċelloli). L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC żdiedu b'iktar minn 300 % għall-moduli u b'482 % għaċ-ċelloli. Fl-istess ħin, kien hemm tnaqqis konsiderevoli u kostanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi (64 % għall-moduli u, 42 % għaċ-ċelloli matul il-perjodu kkunsidrat) u fl-IP kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti. B'mod parallel, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq tul il-perjodu kkunsidrat u kif deskritt fil-premessi (153) u (154) għar-Regolament provviżorju l-indikaturi kollha ewlenin tad-dannu wrew xejra negattiva. Għalhekk, huwa kkonfermat li hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u t-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

    (230)

    Kif muri fil-premessi (161) u (162) għar-Regolament provviżorju, din il-korrelazzjoni fiż-żmien ġiet stabbilita għat-tipi kollha ta' prodotti b'mod separat. Barra minn hekk, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet fuq il-marġni ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni b'mod separat għal kull sena tal-perjodu kkunsidrat ma twassalx għal riżultati sinifikanti peress li l-eżistenza tad-dumping u d-dannu materjali kif ukoll ir-rabta kawżali bejniethom ma għandhomx għaliex ikunu stabbiliti għal kull sena b'mod separat. Il-korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali tintwera biżżejjed bl-analiżi tal-iżviluppi tul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

    (231)

    Huwa osservat ukoll li l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni hija wieħed mill-fatturi msemmija fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku li għandhom ikunu investigati meta jiġi eżaminat l-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-fatt waħdu li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel profitt matul sena speċifika mhux bilfors ifisser li ma ġarrbet ebda dannu materjali. Barra minn hekk, it-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma għandux għaliex jikkorrispondi bl-eżatt għaż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping sabiex tiġi stabbilita rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Fl-aħħar, fatturi oħrajn (eż. importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi oħrajn jew l-iżvilupp fil-konsum) li seta' kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni ġew eżaminati u indirizzati b'mod separat fil-premessi (164) sa (224) għar-Regolament provviżorju.

    (232)

    Il-koinċidenza fiż-żmien taż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fi kwantitajiet importanti, li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u s-sitwazzjoni dejjem iktar prekarja tal-industrija tal-Unjoni huma indikatur ċar ta' kawżalità fil-każ preżenti, kif stabbilit fil-premessi (161) sa (163) għar-Regolament provviżorju. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet fir-rigward tan-nuqqas ta' xi korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ġew rifjutati.

    (233)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata kompliet tikkontesta l-analiżi tal-kawżalità peress li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx analizzata b'mod speċifiku fir-rigward għal ċerti snin (b'mod partikolari l-2010), iżda għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

    (234)

    F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li ma tista' tinħareġ ebda konklużjoni valida dwar il-kawżalità billi tiġi iżolata sena speċifika mill-perjodu meqjus filwaqt li jitwarrab l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat u l-korrelazzjonijiet tiegħu mal-iżvilupp tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Analiżi bħal din tista' twassal biss għal dehra parzjali u minnha ma tkun tista' tinħareġ ebda konklużjoni soda. B'hekk, ir-rati ta' profittabilità li xprunaw ukoll indikaturi finanzjarji oħrajn li l-industrija tal-Unjoni kisbet matul l-2010 kienu għoljin minħabba l-qabża partikolarment qawwija fil-konsum tal-Unjoni, immotivata minn skemi ta' appoġġ ġenerużi sew li ppermettew il-industrija tal-Unjoni tara l-ikbar titjib fil-bejgħ tagħha fl-istess sena, iżda ta' bixra temporanja biss u fi kwalunkwe każ mhux sostenibbli għal dan it-tip ta' industrija. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

    (235)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, is-sejbiet fil-premessi (159) sa (163) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.   L-effett ta' fatturi oħrajn

    3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

    (236)

    Bosta partijiet interessati kkummentaw wara d-divulgazzjoni provviżorja fir-rigward tas-sejbiet dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u tennewhom wara d-divulgazzjoni finali. Madankollu, dawn il-partijiet ma ppreżentawx informazzjoni ġdida u evidenza ta' sostenn li setgħu jibdlu s-sejbiet provviżorji relevanti.

    (237)

    Dawn il-partijiet saħqu b'mod partikolari fuq il-volum tal-importazzjonijiet taċ-ċelloli mit-Tajwan. Madankollu, il-volum assolut ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan (1 132 MW) jirrappreżenta biss sehem żgħir ħafna (inqas minn 5 %) tal-konsum ġenerali tal-Unjoni (21 559 MW) u meta mqabblin mal-importazzjonijiet mill-PRC (15 005 MW). Għalhekk, l-importazzjonijiet mit-Tajwan, jekk xejn, ikkontribwixxew biss b'mod marġinali għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, u ma kissrux ir-rabta kawżali.

    (238)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, is-sejbiet fil-premessa (164) sa (167) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.2.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

    (239)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-impatt tal-iżvilupp fil-konsum. F'dan ir-rigward, kien argumentat li l-importazzjonijiet mill-PRC ma kinux ikopru ż-żieda sħiħa fil-konsum u li, filwaqt li fil-każ tal-moduli l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq bejn l-2009 u l-2010, xorta żiedet il-profitabbiltà tagħha matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kien argumentat li fl-2009, meta l-importazzjonijiet ta' ċelloli mill-PRC kellhom sehem mis-suq ta' 8 % biss, l-industrija tal-Unjoni xorta ġarrbet telf ta' 8 %.

    (240)

    Kif intqal fil-premessa (168) għar-Regolament provviżorju, minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fl-IP, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC jew żammew is-sehem mis-suq (moduli) tagħhom jew żiduh (ċelloli) għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum kien tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li peress li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni xorta waħda kienet ferm inqas mil-livelli tal-konsum, il-konsum dejjem jonqos fl-IP ma setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (241)

    Parti interessata oħra kkontestat li d-domanda fl-Unjoni ser tibqa' teżisti anki fin-nuqqas tal-iskemi nazzjonali ta' appoġġ. Din il-parti argumentat li hemm korrelazzjoni bejn id-domanda u l-iskemi ta' appoġġ u li fin-nuqqas ta' proġetti ta' skemi bħal dawn fis-settur PV, dan ma jibqax iktar profittabbli u b'hekk id-domanda għal pannelli solari tispiċċa wkoll.

    (242)

    Kif stipulat fil-premessa (169) għar-Regolament provviżorju, matul l-investigazzjoni nġabru ċerti indikaturi li anki fin-nuqqas ta' skemi ta' appoġġ, kien għad hemm domanda u din ser tibqa' teżisti fl-Unjoni. Il-parti ma pprovdiet ebda evidenza li setgħet tnaqqas il-valur ta' dawn is-sejbiet. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida f'dan ir-rigward, is-sejbiet stabbiliti fil-premessa (169) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati u d-dikjarazzjoni li saret f'dan ir-rigward ġiet rifjutata.

    (243)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOC argumenta li l-fatt li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni xorta ma laħqitx id-domanda tal-Unjoni huwa irrelevanti peress li l-volum ta' bejgħ tal-moduli tal-industrija tal-Unjoni naqas flimkien mat-tnaqqis tal-konsum u tenna li t-tnaqqis fil-konsum bejn l-2011 u l-IP ikkaġuna d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li huwa minnu li fl-2011 u l-IP il-konsum tal-Unjoni naqas u l-volum ta' bejgħ tal-moduli naqas b'xejra simili, dan irid jitqies fid-dawl tal-iżvilupp tal-prezzijiet li kienu l-oġġett ta' dumping taċ-Ċina, li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti, u b'hekk ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tbiegħ b'telf. F'dan ir-rigward huwa mfakkar, kif imsemmi fil-premessa (111) tar-Regolament provviżorju, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC jew żammew is-sehem mis-suq tagħhom (moduli) jew żiduh (ċelloli) meta l-konsum kien qed jonqos. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b'mod sinifikanti u kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'mod sostanzjali. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (244)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, is-sejbiet fil-premessi (168) u (169) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.3.   Tariffi feed-in (“FITs”) bħala l-eżempju ewlieni ta' skemi ta' appoġġ

    (245)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja bosta partijiet tennew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-iżvilupp tat-tariffi feed-in (“FITs”). Iddikjaraw li l-iżviluppi fl-FIT eżerċitaw pressjoni qawwija 'l isfel fuq il-prezzijiet u għaldaqstant fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Parti interessata minnhom iddikjarat li huwa biss l-impatt tal-iżvilupp tal-FITs fuq id-domanda li ġie eżaminat, filwaqt li l-impatt fuq il-prezzijiet kellu jkun analizzat ukoll. Fl-istess kuntest, bosta partijiet interessati argumentaw li ħafna mill-Istati Membri diġà implimentaw tnaqqis kbir fl-ispejjeż fl-2010 u b'hekk xeħtu pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-moduli.

    (246)

    Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-Istati Membri implimentaw tnaqqis tal-FITs f'waqtiet differenti u b'rata differenti u li huwa kemxejn diffiċli li toħroġ stampa ġenerali għall-Unjoni sħiħa. Irrispettivament mill-waqt meta r-rati tal-FITs laħqu livelli baxxi ħafna, it-tnaqqis importanti fil-prezzijiet tal-Unjoni u l-profittabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat ma jistgħux ikunu spjegati biss jew primarjament mit-tnaqqis tal-FITs. L-ewwel nett, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura għall-Ġermanja u l-Italja li flimkien kienu jirrappreżentaw madwar 75 % tas-suq tal-Unjoni fl-2011, it-tnaqqis fil-prezz medju tal-bejgħ inħass iktar mit-tnaqqis fir-rati tal-FIT matul l-IP. It-tieni, l-evidenza miġbura turi li, għal ċerti pajjiżi bħall-Italja, anki fil-kuntest ta' rati tal-FITs ferm ġenerużi, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas sew il-prezzijiet tagħha. Fl-aħħar, matul l-IP, il-produtturi tal-Unjoni kellhom ibigħu bi prezzijiet inqas mill-kost tal-produzzjoni tagħhom, sitwazzjoni li kienet konsegwenza primarja tal-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom 80 % mis-suq tal-Unjoni u b'hekk is-setgħa li jinfluwenzaw il-mekkaniżmu tal-istipular tal-prezzijiet.

    (247)

    L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li sal-2011, l-ogħla rati tal-FITs flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-moduli fl-Unjoni għamlu l-investimenti fl-enerġija solari estremament attraenti peress li l-investituri kienu qegħdin jaqilgħu lura rati għoljin ħafna. Għaldaqstant, dan irriżulta f'numru għoli ta' investimenti u konsegwentement, domanda għolja għal pannelli solari. Minħabba ż-żieda fid-domanda, l-ammont totali ta' FITs imħallsa żdied b'mod sinifikanti u ħafna mill-Istati Membri rrivedew u naqqsu l-iskemi tal-FITs eżistenti biex, fost l-oħrajn jevitaw żieda fl-ispejjeż tal-elettriku. Dan juri li t-tnaqqis tal-FITs seta' kien ikkaġunat ukoll mit-tnaqqis fil-prezzijiet u mhux viċi versa.

    (248)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li hemm kontradizzjoni bejn il-premessa (246) iktar 'il fuq, li valutazzjoni tad-domanda għall-Unjoni sħiħa hija diffiċli, u l-premessa (223) iktar 'il fuq li tiddikjara li analiżi tal-kawżalità għal kull Stat Membru ma twassalx għal riżultati sinifikanti. F'dan ir-rigward, huwa ċċarat li fil-valutazzjoni li saret fil-premessa (246) iktar 'il fuq, issir referenza għad-diffikultà li tinħareġ stampa ġenerali tal-iżviluppi tal-FIT għall-Unjoni sħiħa u mhux għad-domanda tal-Unjoni kif iddikjarat mill-parti interessata. Konsegwentement, minn dan joħroġ li ma teżisti ebda kontradizzjoni bejn iż-żewġ premessi u għalhekk id-dikjarazzjoni hija rifjutata.

    (249)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li anki fil-kuntest ta' rati għoljin tal-FITs, il-prezz tal-moduli jista' jonqos b'mod sinifikanti minħabba żvilupp teknoloġiku, ekonomiji tal-kobor, tnaqqis tal-kostijiet u kapaċità ta' produzzjoni globali li qed tikber. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, huwa osservat li l-evidenza miġbura turi li l-produtturi Taljani kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom sa livelli inqas mill-kost tal-produzzjoni anki meta r-rati tal-FITs kienu għoljin. Filwaqt li l-fatturi msemmijin hawn fuq tabilħaqq seta' kellhom impatt fuq l-ispejjeż medji, ma jistgħux jispjegaw għaliex il-produtturi tal-Unjoni kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom f'livelli inqas mill-kost ta' produzzjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa konkluż li fil-parti l-kbira kienu l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC li kaxkru l-prezzijiet lejn livelli insostenibbli u din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (250)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li l-konklużjoni fil-premessa (247) iktar 'il fuq, li anki t-tnaqqis fl-FITs jaf kien ir-riżultat tal-prezzijiet li bdew jonqsu u mhux viċi versa, mhijiex sostnuta minn xi evidenza.

    (251)

    Huwa osservat li l-konklużjonijiet maħruġin fil-premessa (247) iktar 'il fuq kienu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli matul l-investigazzjoni u x-xenarju deskritt tabilħaqq tqies li huwa raġonevoli minħabba ċ-ċirkustanzi f'dan is-suq speċifiku. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (252)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom tenniet li ma qablitx mal-konklużjoni li l-pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni kienet ġejja l-iktar mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u ddikjarat li, għall-kuntrarju, kien it-tnaqqis fl-FIT li ġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni sabiex inaqqsu l-prezzijiet tagħhom. L-istess parti tenniet li meta l-FITs tnaqqsu, il-prezzijiet tas-sistemi PV naqsu bħat-tnaqqis fl-FITs sabiex il-kostijiet għall-iżviluppaturi ta' proġetti ma jiżdidux, u din kienet il-kawża finali li xeħtet il-pressjoni fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni.

    (253)

    Peress li ma tressqet ebda evidenza konklużiva b'appoġġ ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonfermat l-analiżi u l-konklużjonijiet tagħha kif stipulati fil-premessi (246) sa (247) iktar 'il fuq.

    (254)

    L-istess parti ddikjarat li s-swieq huma xprunati mill-iżvilupp tal-FITs u pprovdiet informazzjoni li turi n-numru ta' istallazzjonijiet PV għas-snin 2012 u 2013 fir-Renju Unit. L-informazzjoni pprovduta minn din il-parti kienet pubblikazzjoni tal-gvern tar-Renju Unit ibbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet ta' kull ġimgħa fir-Reġistru FiT Ċentrali tar-Renju Unit (CFR). Huwa osservat li din l-informazzjoni kienet relatata l-iktar ma' perjodu barra l-IP u rreferiet għal Stat Membru wieħed biss, filwaqt li din l-investigazzjoni kienet iffokata fuq is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni inġenerali. Xorta waħda, ma kkontestatx li l-livelli tal-FITs jinfluwenzaw id-domanda, peress li l-profittabilità tal-investimenti f'postijiet b'inqas radjazzjoni solari tiddependi fuq il-livell tal-FITs. Madankollu, sabiex juru li l-livell li bih l-FITs kienu stabbiliti matul l-IP ikkaġuna d-dannu, il-partijiet interessati kellhom juru li żieda fil-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni sal-livell mhux dannuż ikun ifisser li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux ikunu kapaċi jbiegħu l-prodott ikkonċernat għaliex l-investimenti f'sistemi PV ma kinux ikunu vijabbli b'dawk il-livelli ta' prezzijiet. Ma ġiet ipprovduta ebda evidenza bħal din. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (255)

    Għalhekk, l-argument li t-tnaqqis fl-FITs kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ġie rifjutat.

    (256)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja parti minnhom tenniet li l-iżviluppi fl-FIT għamlu l-opportunitajiet ta' investiment solari mhux attraenti għall-investituri u b'hekk baxxew id-domanda għall-prodott. Parti oħra ddikjarat li s-sejbiet stipulati fil-premessa (173) għar-Regolament provviżorju li fi Spanja għadhom isiru l-investimenti minkejja s-sospensjoni tal-iskemi tal-FIT kienu żbaljati.

    (257)

    L-impatt tal-FITs fuq id-domanda kien indirizzat fil-premessa (173) tar-Regolament provviżorju. Peress li ma tressaq ebda argument ġdid f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq li d-domanda naqset minħabba l-iżviluppi fl-FIT ġiet rifjutata. Rigward l-investimenti fi Spanja, huwa ċċarat li s-sejbiet fil-premessa (177) għar-Regolament provviżorju huma bbażati fuq informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni u vverifikata matul investigazzjoni fuq il-post. Peress li l-parti kkonċernata ma pprovdiet ebda informazzjoni jew evidenza ġdida f'dan ir-rigward, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (258)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja bosta partijiet iddikjaraw li fil-kuntest tar-rati baxxi tal-FIT, l-investimenti fi proġetti PV kienu ekonomikament vijabbli biss meta forniti bil-pannelli solari bi prezzijiet iktar baxxi importati mill-PRC. B'hekk, kien argumentat li t-tnaqqis fl-FITs ikkaġuna d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Parti oħra argumentat li l-livell tar-rata tal-FITs jinfluwenza l-mekkaniżmi tal-istipular tal-prezzijiet għall-moduli.

    (259)

    Ta' min jinnota li l-kost ta' modulu li bih proġett ikun għadu ekonomikament vijabbli jvarja skont l-Istat Membru jew skont ir-reġjun fil-funzjoni ta' bosta fatturi bħal FITs, inċentivi regolatorji oħrajn, espożizzjoni solari, prezzijiet tal-elettriku konvenzjonali, eċċ.

    (260)

    Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-istallazzjonijiet attwali saru jiddependu dejjem inqas fuq l-FITs peress li l-parità tal-grilja PV aktarx li ntlaħqet għal ċerti tipi ta' istallazzjonijiet f'bosta reġjuni fl-Ewropa, bħal sehem kbir mill-Italja, Spanja, il-Portugall, in-Nofsinhar ta' Franza u l-Greċja.

    (261)

    Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

    (262)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni ma investigatx jekk l-industrija tal-Unjoni naqsitx milli tantiċipa li l-iskemi ta' appoġġ tal-gvern jiġu rtirati jew jitnaqqsu f'daqqa. Ma tressaq l-ebda argument b'appoġġ ta' din id-dikjarazzjoni. Madankollu, ta' min jinnota li, fuq il-bażi tal-evidenza miġbura, ma hemm ebda informazzjoni li tindika li l-industrija tal-Unjoni wieġbet għas-sinjali tas-suq (jiġifieri żvilupp fil-konsum) u informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni (jiġifieri tnaqqis fl-iskemi ta' appoġġ) b'mod mhux raġunat. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (263)

    Parti interessata minnhom argumentat li t-tnaqqis fl-FITs ikkaġuna t-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għaliex l-investimenti kienu saru vijabbli biss bil-prezzijiet Ċiniżi affordabbli. Fil-fatt, l-evidenza miġbura turi biss tnaqqis ċkejken fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul l-IP, għall-kuntrarju ta' dak li jkun mistenni li kieku l-proġetti PV kienu fattibbli biss b'moduli Ċiniżi. Min-naħa l-oħra, il-bejgħ ta' moduli tal-industrija tal-Unjoni żdied sal-2011 u mbagħad naqas ftit fl-IP, billi segwa l-istess xejra bħall-konsum. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (264)

    Parti interessata oħra argumentat li s-sejbiet kif stabbilit fil-premessi (174) u (175) għar-Regolament provviżorju li l-bidliet fl-FIT ma kissrux ir-rabta kawżali, ma għandhom ebda bażi fattwali jew legali u huma inkonsistenti mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku peress li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-livell ta' dannu kkaġunat mit-tnaqqis tal-FITs u għaliex qieset li t-tnaqqis sinifikanti fil-prezz tal-industrija tal-Unjoni kienet konsegwenza biss tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta' dumping. L-istess parti argumentat li t-tnaqqis fil-prezz tal-moduli, iċ-ċelloli u l-wejfers kien fenomenu globali u mhux dovut għall-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

    (265)

    Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-livell tad-dannu kkaġunat mit-tnaqqis fl-FIT, issir referenza għall-premessi (174), (175) u (182) tar-Regolament provviżorju u l-premessi (245) sa (263) iktar 'il fuq, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li la t-tnaqqis fid-domanda u lanqas l-impatt tal-FITs fuq il-prezzijiet tal-Unjoni ma kienu tali li jkissru r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC, irrispettivament minn jekk kinux possibbilment ikkaġunati mit-tnaqqis fl-FITs u sa liema punt. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li s-sejbiet tal-Kummissjoni ma għandhom ebda bażi fattwali ġiet rifjutata. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li t-tnaqqis fil-prezz tal-moduli u ċ-ċelloli kien fenomenu globali, issir referenza għall-premessi (164) sa (167) tar-Regolament provviżorju fejn huma vvalutati l-volumi u l-prezzijiet ta' importazzjoni minn pajjiżi oħrajn li mhumiex il-PRC fl-Unjoni. Filwaqt li tabilħaqq kien hemm xejra globali negattiva fil-prezzijiet tal-moduli u ċ-ċelloli, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-PRC komplew jiggravaw ix-xejra negattiva tal-livelli tat-telf. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    3.4.   Appoġġ finanzjarju ieħor mogħti lill-industrija tal-Unjoni

    (266)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar skemi ta' appoġġ finanzjarju oħrajn mogħtija lill-industrija tal-Unjoni, is-sejbiet fil-premessi (184) u (185) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.5.   Kapaċità żejda

    (267)

    Parti interessata minnhom tenniet id-dikjarazzjoni li l-kapaċità żejda fis-suq globali kif ukoll tal-Unjoni kkaġunat id-dannu materjali minflok l-importazzjonijiet mill-PRC. F'dan ir-rigward, kien argumentat li l-industrija tal-Unjoni espandiet wisq il-kapaċitajiet tagħha kif muri mir-rata baxxa ta' użu tal-kapaċità u li għalhekk id-dannu ġabitu b'idejha. L-allegat impatt tal-kapaċità żejda fl-Unjoni u madwar id-dinja diġà kien indirizzat fil-premessi (185) sa (190) tar-Regolament provviżorju u b'hekk fin-nuqqas ta' xi element ġdid, id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (268)

    Parti interessata oħra ddikjarat li l-kapaċità żejda wasslet għal razzjonalizzazzjoni tal-prezzijiet. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li, min-naħa, il-kapaċità żejda fil-fatt wasslet għal “ġirja lejn l-iktar livell baxx” u s-soppressjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li bħala medja qabżet it-tnaqqis tal-kostijiet ta' produzzjoni. Min-naħa l-oħra, kif spjegat fil-premessa (186) tar-Regolament provviżorju, iż-żidiet fil-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni segwew l-iżviluppi tas-suq u tqiesu raġonevoli. Barra minn hekk, iż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni ta' ċelloli kienet f'livell inqas mill-moduli. Il-parti kkonċernata ma ppreżentat ebda informazzjoni jew evidenza ġdida f'dan ir-rigward u għalhekk, id-dikjarazzjoni f'dan ir-rigward kellha tiġi rifjutata.

    (269)

    Parti interessata oħra ddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut għall-enfasi uniku tal-industrija tal-Unjoni fuq investimenti speċjalizzati u n-nuqqas tagħha milli tagħmel l-investimenti neċessarji fiż-żidiet tal-kapaċità u t-tnaqqis tal-kostijiet. Bl-istess mod, din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tkun ikkonfermata mis-sejbiet tal-investigazzjoni li wrew li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità ta' produzzjoni u l-effiċjenza tagħha matul il-perjodu kkunsidrat (il-premessi (124) u (187) tar-Regolament provviżorju). Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (270)

    Barra minn hekk, parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha minkejja rati diġà baxxi ta' użu tal-kapaċità, u b'hekk ġabet id-dannu b'idejha. Din id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq it-tqabbil bejn ix-xejra tal-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u x-xejra tal-użu tal-kapaċità tal-industrija sħiħa tal-Unjoni, li mhijiex bażi xierqa għal paragun. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx espandiet il-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħha fuq skala li taqbeż l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, u għaldaqstant dan l-argument ġie rifjutat.

    (271)

    Minbarra dan, l-evidenza miġbura tindika li permezz tal-investimenti f'makkinarju ġdid, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas il-kost ta' produzzjoni tagħha u ssir iktar kompetittiva fil-kostijiet. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

    (272)

    Parti interessata minnhom allegat li l-konklużjonijiet fil-premessa (189) tar-Regolament provviżorju kkontradixxew is-sejbiet li saru fil-premessi (124) u (186) tar-Regolament provviżorju mingħajr madankollu ma jagħtu ebda spjegazzjoni oħra li tispeċifika l-għamla jew sa fejn jaslu l-kontradizzjonijiet allegati. Għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (273)

    Wara d-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet interessati kkontestaw li ż-żidiet fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kienu raġonevoli u segwew l-iżviluppi tas-suq u b'mod partikolari l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni. Madankollu, f'dak li għandu x'jaqsam ma' moduli, il-kapaċità ta' produzzjoni żdiedet b'106 %, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'221 % tul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri iktar mid-doppju. Bl-istess mod, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċelloli, il-kapaċità ta' produzzjoni żdiedet b'39 %, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'87 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan juri li ż-żieda fil-kapaċità kienet sostanzjalment inqas miż-żieda fil-konsum u għaldaqstant ma tistax titqies bħala waħda mhux raġonevoli peress li qatt ma kien hemm kapaċità żejda fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-analiżi ta' jekk iż-żidiet fil-kapaċità kinux raġnoevoli ma għandhiex tkun ibbażata fuq analiżi ta' sena b'sena, iżda għandha tieħu f'kunsiderazzjoni x-xejra matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. B'hekk, tipikament iż-żidiet tal-kapaċità jsiru kompletament operazzjonali wara ċertu perjodu ta' żmien wara li jsir l-investiment u l-analiżi iżolata ta' sena waħda jaf twassal għal stampa b'distorsjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (274)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar il-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni, is-sejbiet fil-premessi (185) sa (190) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.6.   Impatt tal-prezzijiet tal-materja prima

    (275)

    Uħud mill-partijiet interessati tennew li l-industrija tal-Unjoni jew tal-inqas parti minnha ma setgħux jibbenefikaw mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-pilisiliċju, matul l-IP, minħabba kuntratti b'terminu twil għal materja prima. B'referenza għas-sejbiet fil-premessa (193) tar-Regolament provviżorju li jiddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni setgħet terġa' tinnegozja l-kuntratti b'terminu twil tagħha mal-fornituri tagħha (inklużi produtturi ta' wejfers) u b'hekk setgħet tibbenefika minn prezzijiet irħas, dawn il-partijiet iddikjaraw li n-negozjati l-ġodda jew it-terminazzjoni tal-kuntratti b'terminu twil tal-polisiliċju u/jew wejfers irriżultaw f'penali. Biex jappoġġjaw dan l-argument, dawn il-partijiet ipprovdew artikli mill-istampa li wħud mill-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' litigazzjoni jew li temmew il-kuntratti tagħhom. Uħud mill-partijiet ipprovdew informazzjoni li allegatament tikkonferma li l-kuntratti fit-tul ma setgħux jerġgħu jiġu nnegozjati.

    (276)

    Il-polisiliċju huwa l-materja prima ewlenija għall-produtturi ta' wejfers. L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-polisiliċju żdiedu fl-2008 meta laħqu l-ogħla livell tagħhom ta' madwar 500 $/kg, iżda naqsu mill-ġdid fl-2009 u laħqu madwar 50-55 $/kg fi tmiem l-2009 b'xejra pożittiva minima fl-2010 u fil-bidu tal-2011. Il-prezzijiet waqgħu sew matul l-IP u dan irriżulta fit-30 $/kg (Rapporti Xjentifiċi u Politiki tal-JRC, Rapport dwar l-Istatus tal-PV 2012). Ta' min jinnota li l-impatt tal-prezzijiet tal-polisiliċju fuq l-industrija tal-Unjoni seta' x'aktarx ikun marġinali biss peress li kwalunkwe effett fuq il-kost tal-produzzjoni ta' ċelloli u moduli ntilef tul il-katina tal-valur. Barra minn hekk, l-artikli mill-istampa msemmija rreferew għal żviluppi li seħħew wara l-IP, li ma kinux jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkonċernati matul l-IP, u b'hekk ma setgħux jiġu kkunsidrati. Din il-kwistjoni kompliet tiġi investigata wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji u, b'hekk, jista' jiġi kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq setgħet terġa' tinnegozja mhux biss il-prezzijiet tal-kuntratti b'terminu twil iżda anki kwalunkwe penali kuntrattwali relatata ma' dawn il-kuntratti b'terminu twil.

    (277)

    Waħda mill-partijiet interessati msemmija hawn fuq argumentat ukoll li huwa biżżejjed li kienu biss uħud mill-produtturi tal-Unjoni li kienu affettwati mill-kuntratti b'terminu twil u li s-sitwazzjoni tal-industrija ġenerali tal-Unjoni hija irrilevanti. Din iddikjarat li kostijiet ogħla mhux bilfors jaffettwaw l-operaturi kollha bl-istess mod. Dan l-argument jinjora s-sejba li b'mod ġenerali, għall-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet medji tal-polisiliċju f'ħafna każijiet ma nstabux li kienu ogħla mill-prezzijiet tas-suq jew mill-prezzijiet spot u li għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk kostijiet ogħla jaffettwawx lill-operaturi kollha jew ftit minnhom ma tqisitx rilevanti. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (278)

    Parti interessata oħra talbet sabiex il-Kummissjoni tissepara, tiddistingwi u tikkwantifika l-effetti ta' kull fattur li għandu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni; b'mod partikolari, l-effett tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-polisiliċju għandu jiġi kkunsidrat b'mod separat. F'dan ir-rigward, kien argumentat li kien it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju u mhux il-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi li kkaġuna t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ. F'dak li għandu x'jaqsam mal-industrija tal-Unjoni, ta' min jinnota li l-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu ferm iktar mit-tnaqqis fil-kost medju tal-produzzjoni, li fuqu seta' ħalla impatt it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (279)

    Wara d-divulgazzjoni finali, xi partijiet interessati tennew li l-impatt tat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-polisiliċju fuq il-kost tal-industrija tal-Unjoni ma kienx limitat jew dilwit fil-katina tal-valur kif konkluż fl-investigazzjoni. Madankollu, kif diġà ntqal fil-premessa (276) iktar 'il fuq, il-polisiliċju huwa l-materja prima ewlenija għall-produtturi ta' wejfers, u b'hekk kwalunkwe impatt fuq il-kost ta' produzzjoni taċ-ċelloli jew moduli nstab li huwa dilwit fil-katina tal-valur. Il-partijiet interessati ma pprovdew ebda evidenza li setgħet tmeri din is-sejba. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-polisiliċju tul il-perjodu kkunsidrat kien rifless fil-kost medju tal-produzzjoni taċ-ċelloli u l-moduli tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun li naqas b'mod simili għall-prezzijiet tal-polisiliċju. Parti interessata ddubitat l-impatt tal-penali allegati li l-industrija tal-Unjoni kellha tħallas minħabba n-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti tal-fornituri. F'dan ir-rigward, ma jistax ikun eskluż li numru limitat ta' produtturi jaf ikollhom iħallsu penali għall-kanċellazzjoni ta' kuntratti ta' provvista tal-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat.

    Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza li dawn il-penali seta' kellhom effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sħiħa jew ikunu rappreżentattivi. Lanqas ma ġiet ipprovduta evidenza simili mill-parti interessata inkwistjoni. Għaldaqstant, filwaqt li ma jistax ikun eskluż li l-penali jista' jkollhom ċertu impatt negattiv fuq numru limitat ta' proċeduri tal-Unjoni, l-impatt ġenerali fuq l-industrija tal-Unjoni huwa xejn iktar minn marġinali u b'hekk ma jistax ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

    (280)

    Parti interessata oħra ddikjarat li t-tnaqqis tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni huwa parzjalment dovut għat-tnaqqis fil-prezz tal-polisiliċju. Madankollu, f'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-PRC kienu l-oġġett ta' dumping u kienu qed iwaqqgħu b'mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-prezzijiet imur lil hinn mit-tnaqqis fil-kostijiet ta' produzzjoni li jista' jkun spjegat mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Jekk it-tnaqqis fil-prezz kien sempliċiment l-effett tat-tnaqqis tal-prezzijiet ta' materja prima, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tkun imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet ta' bejgħ tagħha f'livelli inqas mill-kost ta' produzzjoni. Għadaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (281)

    Parti interessata oħra tenniet li l-litigazzjoni ta' produttur minnhom tal-Unjoni wara l-IP jaf diġà kien affettwa s-sitwazzjoni ta' tal-inqas dan il-produttur tal-Unjoni matul l-IP. Madankollu, din il-parti ma spjegatx kif u kemm it-tali avveniment li seħħ wara l-IP seta' verament kellu effett fuq is-sitwazzjoni ta' dan il-produttur matul l-IP. Bl-istess mod, l-investigazzjoni ma sabet ebda evidenza li turi t-tali effetti. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (282)

    Barra minn hekk, l-istess parti interessata ddubitat is-sejbiet imsemmijin hawn fuq, peress li allegatament ma ntweriet ebda evidenza. Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu bbażati fuq fatti u evidenza pożittiva, li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tagħhom kienu disponibbli għall-partijiet interessati kollha.

    (283)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, is-sejbiet fil-premessi (191) sa (194) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.7.   Dannu awtoinflitt: impatt tal-awtomatizzazzjoni, id-daqs, l-ekonomiji tal-kobor, il-konsolidazzjoni, l-innovazzjoni, il-kosteffiċjenza, l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

    (284)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, ċerti partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għan-nuqqas ta' ekonomiji tal-kobor suffiċjenti fl-industrija tal-Unjoni. Kien imtenni li produtturi ta' skala żgħira kellhom żvantaġġ meta mqabbla ma' produtturi ikbar integrati vertikalment u b'hekk, kwalunkwe dannu mġarrab minn produtturi ta' skala żgħira ma jistax ikun attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Parti interessata oħra argumentat li l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta' produzzjoni jiswa l-flus u li għalhekk, l-ekonomiji tal-kobor huma saħansitra iktar importanti biex jonqos il-kost tal-produzzjoni.

    (285)

    L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni, anki dawk kbar u integrati vertikalment, minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mir-rati ta' użu b'kapaċità għolja biex tilħaq l-ekonomiji tal-kobor. Iżda xorta waħda, l-investigazzjoni ma kixfet ebda korrelazzjoni bejn id-daqs, l-integrazzjoni vertikali u r-rati ta' profittabbiltà aħjar, peress li l-pressjoni għolja fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping biddlet din il-korrelazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-benefiċċju tal-ekonomiji tal-kobor ma għadux jeżisti f'suq fejn ir-rati ta' użu kienu baxxi, u dan kien minnu wkoll għall-produtturi Ċiniżi. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

    (286)

    Barra minn hekk, parti interessata minnhom iddikjarat li l-investituri u l-banek ma jiffinanzjawx proġetti jekk il-manifattur tal-moduli jkun żgħir wisq, peress li l-produtturi l-kbar jipprovdu garanziji aħjar u huma iktar “bankabbli”. F'termini oħrajn, l-investituri u l-banek jaqtgħu qalbhom milli jiffinanzjaw proġetti relatati mal-PV li jużaw moduli prodotti fl-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wrew li kwalunkwe preferenza possibbli tal-investituri u l-banek biex jiffinanzjaw produtturi Ċiniżi li għandhom kapaċitajiet ikbar ta' produzzjoni hija r-riżultat tad-distorsjoni li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ħolqu fis-suq tal-Unjoni. Kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (285), id-daqs tal-linji ta' produzzjoni ma għandhomx rwol importanti jekk ir-rati ta' użu jibqgħu baxxi. Għalhekk, dan l-argument twarrab.

    (287)

    Parti interessata minnhom tenniet li l-industrija tal-Unjoni kellha struttura tal-kost kontriha meta mqabbla mal-kompetituri Ċiniżi tagħha, peress li dawn tal-aħħar kienu jgawdu minn kost lavorattiv, tal-elettriku u ta' deprezzament iktar baxx, u barra minn hekk kellhom l-aħħar tagħmir. Madankollu, il-parti kkonċernata ma rnexxilhiex tipprovdi xi informazzjoni jew evidenza ta' sostenn ġdida li setgħet tmeri s-sejbiet ta' din l-investigazzjoni f'dan ir-rigward. B'mod partikolari, id-dikjarazzjoni li l-produtturi Ċiniżi kienu qegħdin jużaw l-aħħar tagħmir ġiet indirizzata fil-premessa (203) tar-Regolament provviżorju, fejn hemm iddikjarat li l-produtturi esportaturi fil-PRC ma kienu jgawdu minn ebda vantaġġ komparattiv, b'mod partikolari peress li l-makkinarju u t-tagħmir kien importat mill-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew rifjutati.

    (288)

    Parti oħra ddikjarat li ċ-Ċiniżi kienu jgawdu minn vantaġġ komparattiv rigward il-prezzijiet tal-polisiliċju u l-ekonomiji tal-kobor li rriżultaw f'inqas spejjeż tal-makkinarju. Din il-parti ma pprovdiet ebda informazzjoni jew evidenza ta' sostenn ġdida f'dan ir-rigward li setgħet tmeri s-sejbiet kif stabbilit fil-premessi (195) u (196) kif ukoll (203) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' din il-parti kellha tiġi rifjutata.

    (289)

    Huwa mfakkar li kif stipulat fil-premessa (203) għar-Regolament provviżorju u kif intqal ukoll fil-premessa (287) iktar 'il fuq, il-produtturi esportaturi fil-PRC ma jgawdu minn ebda vantaġġ komparattiv fir-rigward tal-materja prima u l-makkinarju użat peress li t-tnejn li huma kienu importati mill-Unjoni fil-parti l-kbira tagħhom. Parti interessata waħda biss ikkontestat dan ta' hawn fuq, iżda ma pprovdiet ebda evidenza. F'dak li għandu x'jaqsam ma' kostijiet lavorattivi u spejjeż ġenerali, inklużi kostijiet ta' deprezzament, dawn irrappreżentaw bħala medja inqas minn 10 % tal-kost totali ta' modulu fl-IP u ma jitqisux li kellhom xi rwol importanti. F'dak li għandu x'jaqsam ma' kostijiet tal-elettriku, bħala medja dawn irrappreżentaw inqas minn 1 % tal-kost totali ta' moduli fl-IP u ma jitqisux li kellhom xi rwol importanti. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni li ċ-Ċiniżi kienu qegħdin jużaw l-aħħar tagħmir ma kinitx sostanzjata.

    (290)

    Barra minn hekk, parti interessata minnhom tenniet li wħud mill-produtturi tal-Unjoni ġabu ċelloli u/jew moduli mill-pajjiż ikkonċernat, u reġgħu biegħu dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni bħala prodott tagħhom. Din iddikjarat li d-dannu li rriżulta minn dawn it-tranżazzjonijiet mhuwiex attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat kienu komplimentari fl-għamla tagħhom kif ukoll limitati f'termini ta' volum meta mqabbla mal-produzzjoni totali tal-Unjoni u b'hekk jekk ikollhom effett, dan ikun marġinali biss u ma jistax jitqies li qiegħed ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    (291)

    Importatur mhux relatat minnhom argumenta li l-fatt li n-numru ta' impjegati żdied tul il-perjodu kkunsidrat ma kienx indirizzat biżżejjed fir-Regolament provviżorju. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-impjiegi żdiedu bejn l-2009 u l-2011 għall-moduli u mbagħad naqsu matul l-IP. Għaċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010 u mbagħad naqsu fl-2011 u komplew jonqsu fl-IP. Ta' min jinnota li għall-moduli, l-impjiegi segwew ix-xejra tal-produzzjoni tal-Unjoni. Għaċ-ċelloli, hekk kif l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu sħiħ, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-konsum ikbar kif mistenni. Għaldaqstant, it-tnaqqis fl-impjiegi fl-2011 u fl-IP jikkorrispondi għall-kumpaniji li jew saru insolventi jew li waqqfu l-produzzjoni tagħhom ta' ċelloli.

    (292)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iskala żgħira u n-nuqqas ta' ekonomiji tal-kobor. Kif diġà spjegat fil-premessa (285) iktar 'il fuq u fil-premessi (195) u (196) tar-Regolament provviżorju, anki fis-suq globali, id-daqs u għalhekk il-benefiċċju tal-ekonomiji tal-kobor ma jistgħux jibqgħu jeżistu meta r-rati ta' użu kienu ġeneralment baxxi, u meta madwar id-dinja kienu jeżistu kapaċitajiet żejda enormi. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (293)

    Barra minn hekk, l-istess parti tenniet li d-dannu mġarrab mill-Unjoni kien dovut għan-nuqqas ta' ħila tal-industrija tal-Unjoni biex tieħu xi vantaġġ fil-kost. Din il-parti ddikjarat li dan kien partikolarment dovut għall-fatt li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni kienu integrati vertikalment. Madankollu, din il-parti ma pprovdiet ebda informazzjoni oħra dwar kemm il-fatt li l-produtturi huma vertikalment integrati seta' kellu impatt negattiv fuq l-istruttura tal-kost tagħhom. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (294)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor f'dan ir-rigward, il-premessi (195) sa (206) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.8.   Kompetizzjoni minn prodotti PV b'rita rqiqa u teknoloġiji PV oħrajn

    (295)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata minnhom tenniet li d-dikjarazzjoni li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-kompetizzjoni minn prodotti PV b'rita rqiqa u teknoloġiji PV oħrajn, peress li dawn it-teknoloġiji kienu qegħdin jikkompetu mal-prodott investigat speċjalment għal sistemi mmuntati fuq l-art u kummerċjali/industrijali fuq il-bejt, li kkostitwixxew parti sostanzjali mis-suq PV totali tal-Unjoni.

    (296)

    L-investigazzjoni wriet li għad li l-prodotti PV b'rita rqiqa jiswew inqas mill-prodott investigat, dawn ikopru biss sehem limitat mis-suq tas-suq solari sħiħ tal-Unjoni peress li għandhom effiċjenzi ta' konverżjoni ferm iktar baxxi u output ta' watts aktat baxx mill-moduli tas-siliċju kristallin. Skont l-informazzjoni disponibbli, is-sehem mis-suq ta' prodotti b'rita rqiqa ma kienx importanti meta mqabbel mas-suq solari sħiħ tal-Unjoni matul l-IP. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessa (208) tar-Regolament provviżorju, li għad li jista' jkun hemm xi kompetizzjoni bejn prodotti b'rita rqiqa u l-prodott ikkunsidrat, din il-kompetizzjoni hija meqjusa bħala marġinali, huma kkonfermati. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti mressqa f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

    (297)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet li l-kompetizzjoni minn prodotti b'rita rqiqa aktarx li kkaġunaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-parti ssottomettiet li fil-Ġermanja, is-sehem mis-suq tal-prodotti b'rita rqiqa fis-suq solari sħiħ kien sostanzjali matul ħafna mill-IP u naqas biss lejn il-bidu tal-2012.

    (298)

    Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji tal-prodotti b'rita rqiqa kienu f'livelli inqas mil-livelli tal-prezz medju tal-prodott investigat.

    (299)

    Madankollu, kif stipulat fil-premessa (296) iktar' il fuq, il-prodotti b'rita rqiqa għandhom effiċjenzi ta' konverżjoni li huma ferm inqas u output tal-wattagge inqas mill-moduli tas-siliċju kristallin u għaldaqstant, il-kompetizzjoni bejn dawn il-prodotti, jekk fil-fatt teżisti, ma tistax tikkontribwixxi għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-moduli tas-siliċju kristallin huma t-teknoloġija dominanti fis-suq solari tal-Unjoni. Ir-Rapport 2012 tal-Istatus tas-Settur PV tal-JRC jiddikjara li bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju, fl-aħħar snin ir-rita rqiqa tilfet sehem mis-suq għal moduli tas-siliċju kristallin.

    (300)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor f'dan ir-rigward, is-sejbiet tal-premessi (207) sa (210) għar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.9.   Kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha fuq l-aċċess għall-finanzjament

    (301)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja kien iddikjarat li l-effetti dannużi tal-kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha fuq l-aċċess għall-finanzjament għandhom ikunu separati u distinti u mhux attribwiti għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (302)

    F'dan ir-rigward, issir referenza għall-premessa (212) għar-Regolament provviżorju fejn kienu indirizzati b'mod speċifiku l-effetti tal-kriżi finanzjarja u r-reċezzjoni ekonomika fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Din il-premessa tistabbilixxi f'dettall ir-raġunament wara s-sejba li l-kriżi finanzjarja, għad li kellha impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma kissritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dan ir-raġunament speċifiku ma ġiex ikkontestat mill-partijiet interessati u lanqas ma taw xi informazzjoni jew evidenza ġdida li setgħet twaqqa' s-sejbiet stipulati f'din il-premessa. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

    (303)

    Barra minn hekk, kien iddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għan-nuqqas min-naħa tal-industrija tal-Unjoni li tikseb finanzjament xieraq u li l-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk l-industrija tal-Unjoni talbitx finanzjament meta kienet tagħmel profitt. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li fl-2010, meta l-industrija tal-Unjoni kienet għadha tagħmel profitt, il-livell ta' investiment żdied għall-moduli u għaċ-ċelloli rispettivament bi 315 % u 10 % meta mqabbel mal-2009. Peress li l-industrija PV hija intensiva fl-użu tal-kapital, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni kontinwament tfittex finanzjament xieraq sabiex ittejjeb il-kosteffiċjenza tagħha u tikkompeti mal-importazzjonijiet inġusti li huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, huwa konkluż li n-nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament kien riżultat tas-sitwazzjoni distorta kkaġunata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u mhux il-kawża tagħha. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq ġiet rifjutata.

    (304)

    Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet li l-effetti dannużi tal-kriżi finanzjarja għandhom ikunu separati u distinti u mhux attribwiti għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Din il-parti rreferiet għall-informazzjoni disponibbli pubblikament li tindika li tal-inqas produttur minnhom tal-Unjoni qies il-kriżi finanzjarja bħala l-kawża ewlenija għas-sitwazzjoni dannuża tiegħu. Din l-investigazzjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq dejta ta' kumpaniji speċifiċi li tmur sew lil hinn mid-dikjarazzjonijiet pubblikament disponibbli ta' kumpaniji speċifiċi. Għadaqstant, id-dikjarazzjoni pubblikament disponibbli li għaliha saret referenza ma tistax tnaqqas il-valur tas-sejbiet li saru fil-premessa (212) tar-Regolament provviżorju, fejn ġie konkluż li filwaqt li l-kriżi finanzjarja kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, din ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

    (305)

    Parti interessata oħra ddikjarat li l-aċċess differenti għall-finanzjament bejn l-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-produtturi esportaturi Ċiniżi għandha tiġi kkunsidrata. Din il-parti ddikjarat li dan kien wieħed mill-fatturi ewlenin li kkaġuna d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni u mhux l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Madankollu, instab li l-aċċess preferenzjali għall-finanzjament ta' għadd ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ġab distorsjoni fis-suq u jaf ikun waħda mir-raġunijiet ewlenin li jippermettu lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jesportaw il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet ta' dumping. Għaldaqstant, dan il-fattur ma jistax ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għadaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (306)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor rigward l-effetti tal-kriżi finanzjarja, is-sejbiet tal-premessi (211) u (212) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.10.   Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

    (307)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment imressaq sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet stipulati fil-premessi (213) u (215) tar-Regolament provviżorju, dawn huma kkonfermati.

    3.11.   L-iskoperta ta' depożiti ta' gass tax-shale fl-Unjoni

    (308)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment imressaq sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet stipulati fil-premessi (215) sa (217) tar-Regolament provviżorju, dawn huma kkonfermati.

    3.12.   L-Iskema tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS)

    (309)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment imressaq sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet stipulati fil-premessi (218) u (219) tar-Regolament provviżorju, dawn huma kkonfermati.

    3.13.   Deċiżjonijiet maniġerjali

    (310)

    Uħud mill-partijiet interessati tennew li d-dikjarazzjoni mqajma fil-premessa (220) tar-Regolament provviżorju li d-dannu materjali mġarrab minn tal-inqas wieħed mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkaġunat minn deċiżjonijiet maniġerjali żbaljati. Dawn il-partijiet taw iktar informazzjoni fil-forma ta' artiklu għall-istampa. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta ma setgħetx tiġi verifikata u ma setgħetx tmeri s-sejbiet ta' din l-investigazzjoni li d-deċiżjonijiet maniġerjali tal-kumpanija kkonċernata kienu normali u prudenti jew li ma kellhom ebda impatt fuq l-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew rifjutati.

    (311)

    Fin-nuqqas ta' xi argument ieħor f'dan ir-rigward, is-sejbiet kif stabbilit fil-premessi (220) u (221) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    3.14.   Politiki oħrajn tal-gvern

    (312)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment biex jerġgħu jiġu kkunsidrati s-sejbiet stipulati fil-premessa (222) tar-Regolament provviżorju, dawn huma kkonfermati.

    3.15.   Argumenti oħrajn

    (313)

    Parti interessata minnhom iddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iżvantaġġ tal-imgħoddi u n-nuqqas ta' appoġġ politiku mill-Kummissjoni Ewropea fis-snin ta' qabel. Din il-parti ddikjarat ukoll li minbarra l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ, anki l-popolazzjoni, il-PDG, il-konsum tal-elettriku, l-opportunitajiet ta' finanzjament u l-kollegabbiltà mal-grilja huma fatturi importanti f'kull suq. Madankollu, il-parti ta' hawn fuq ma rnexxilhiex tissostanzja d-dikjarazzjonijiet tagħha li għaldaqstant ġew rifjutati.

    (314)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata tenniet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iżvantaġġ preċedenti. Madankollu, id-dikjarazzjoni la kienet analizzata u lanqas sostanzjata; u għalhekk kellha tiġi rifjutata.

    4.   Valutazzjoni kumulattiva ta' dawk il-fatturi l-oħrajn li nstabu li jikkontribwixxu għad-dannu

    (315)

    L-investigazzjoni wriet li l-fatturi l-oħrajn li ġejjin jaf ikkontribwixxew għad-dannu: Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan; Tnaqqis fil-livell tal-FITs; Kuntratti tal-polisiliċju fit-tul ta' numru limitat ta' produtturi tal-Unjoni; il-kriżi finanzjarja u ekonomika.

    (316)

    Kif intwera iktar 'il fuq fit-taqsimiet 3.1 u 3.6 rispettivament, il-kontribuzzjoni possibbli tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u tal-kuntratti tal-polisiliċju fit-tul ta' numru limitat ta' produtturi tal-Unjoni ma huma xejn iktar minn marġinali, għaliex kwalunkwe impatt kompla jiġi dilwit fil-katina tal-valur.

    (317)

    Fir-rigward tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-investigazzjoni wriet li r-raġuni ewlenija għad-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni fl-aċċess tal-kapital meħtieġ għall-investimenti kienet l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, li żammew lill-industrija tal-Unjoni milli tbiegħ il-prodotti tagħha bi prezzijiet profittabbli meta s-suq tal-Unjoni kien juri rati ta' tkabbir b'saħħithom (2009-2011).

    (318)

    Rigward l-FIT, il-partijiet terzi ma rnexxilhomx juru li l-livelli tal-FITs matul l-IP tant kienu jkunu baxxi li kienu jżommu lill-produtturi tal-Unjoni milli jbiegħu l-prodott ikkonċernat bi prezzijiet mhux dannużi. L-Istituzzjonijiet huma tal-fehma li t-tnaqqis fil-livelli tal-FITs jista' jkun spjegat minn tnaqqis fid-domanda, peress li l-investimenti f'ċerti postijiet ma baqgħux vijabbli iktar. Madankollu, ma jistgħux ikissru r-rabta kawżali, anki meħudin flimkien mal-fatturi l-oħrajn li nstabu li jikkontribwixxu għad-dannu, għaliex kienu għadhom f'livell li fih, fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom bi prezzijiet mhux dannużi.

    (319)

    Għaldaqstant, anki jekk jiġi vvalutat l-effett kumulattiv tal-erba' fatturi l-oħrajn li possibilment ikkontribwixxew għad-dannu, ir-rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu ma titkissirx.

    5.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

    (320)

    L-effetti kollha tal-fatturi tad-dannu minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping ġew analizzati b'mod individwali u kollettiv. Għaldaqstant, huwa konkluż li l-valutazzjoni kollettiva tal-fatturi kollha li seta' kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni (jiġifieri importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, FITs, impatt ta' prezzijiet ta' materja prima, kriżi finanzjarja) b'mod kollettiv jonqsu milli jispjegaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni b'mod partikolari f'termini ta' prezzijiet baxxi u telf finanzjarju minħabba l-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi fi kwantitajiet importanti tal-prodott ikkonċernat mill-PRC. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, is-sejbiet provviżorji kif stabbilit fil-premessi (223) sa (224) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC ikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku huma kkonfermati.

    F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    1.   Kummenti preliminari

    (321)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata minnhom iddikjarat li l-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni ma kienx ibbażat fuq numru rappreżentattiv ta' operaturi.

    (322)

    Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-operaturi differenti bil-mod li ġej.

    (323)

    Importaturi mhux relatati: kif imsemmi fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkuntattjat lil kull wieħed mill-250 importatur mhux relatat li għarrafha bihom l-ilmentatur u għażlet kampjun provviżorju b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku biex tkopri l-ikbar volum rappreżentattiv ta' importazzjonijiet li b'mod raġonevoli setgħu jiġu investigati matul iż-żmien disponibbli. Madankollu, kif stipulat fil-premessa (12) u (232) tar-Regolament provviżorju, hija waħda biss mill-kumpaniji magħżulin b'mod provviżorju li tabilħaqq, wara l-verifika, ikkonfermat li hija importatur mhux relatat. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, ħmistax-il importatur oħrajn mhux relatati, li għall-ewwel kienu ssottomettew formola ta' kampjunar fl-istadju tal-bidu iżda li ma kinux kampjunati, ġew mistiedna jikkooperaw iktar fl-investigazzjoni. Sitta minnhom qablu u rċivew kwestjonarju, u ħamsa ssottomettew tweġiba u tlieta minnhom tqiesu li kienu kompluti b'mod suffiċjenti. Għaldaqstant, il-kampjun definittiv ta' importaturi mhux relatati jinvolvi erba' importaturi mhux relatati, li jirrappreżentaw medda ta' 2 % sa 5 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Fir-rigward ta' dak il-perċentwal baxx, wieħed irid iżomm f'moħħu li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni ma jseħħux permezz ta' importaturi mhux relatati, kif spjegat fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju.

    (324)

    Operaturi oħrajn minbarra importaturi mhux relatati (operaturi upstream u downstream): kif imsemmi fil-premessa (226) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji speċifiċi lil madwar 150 operatur inklużi dawk l-importaturi mhux relatati li ressqu wara l-bidu tal-investigazzjoni, li għalhekk kellhom l-opportunità li jipprovdu d-dejta rilevanti lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni ma ġewx ikkunsidrati biss it-tweġibiet għall-kwestjonarji iżda anki kummenti u sottomissjonijiet verifikabbli u sostanzjati kif xieraq ipprovduti mill-partijiet interessati fil-limiti tad-dati ta' skadenza, irrispettivament minn jekk dawn il-partijiet kinux wieġbu għall-kwestjonarju jew le. B'mod partikolari, l-AFASE bagħtet lill-Kummissjoni kummenti f'isem il-membri tagħha — operaturi PV li ġew analizzati wkoll.

    (325)

    Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, inġabru biżżejjed elementi li ppermettew li ssir valutazzjoni sinifikanti tal-interess tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument ġie rifjutat.

    (326)

    Parti interessata minnhom talbet lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif il-Kummissjoni ttrattat il-kwestjonarji tal-importaturi li qieset li kienu sottomessi minn operaturi downstream.

    (327)

    Bi tweġiba għal din it-talba, iċċarat li s-36 tweġiba indikati fil-premessa (241) tar-Regolament provviżorju kkonċernaw tweġibiet għall-Anness B tal-Avviż tal-bidu, li l-iskop tiegħu huwa li jieħu kampjun tal-importaturi mhux relatati, jekk xieraq.

    (328)

    Dwar it-tweġibiet għall-kwestjonarji taż-żewġ operaturi indikati fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, wieħed ittieħed inkunsiderazzjoni fl-analiżi rilevanti tal-operaturi downstream. It-tieni operatur issottometta iktar informazzjoni li żvelat li, għall-kuntrarju ta' dak li ntqal fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, filfatt kien importatur ta' moduli iżda mhux importatur ta' ċelloli. Minkejja dan, l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju ma kinitx biżżejjed biex tiddaħħal fl-analiżi tal-importaturi mhux relatati minħabba l-fatt li t-tweġibiet ipprovduti kienu inkompluti.

    (329)

    Wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, saru iktar żjariet ta' verifika fis-siti ta' żewġ żviluppaturi ta' proġetti (ara l-premessa (8) iktar 'il fuq). Minbarra dan, is-sitt tweġibiet għall-kwestjonarji speċifiċi (ara l-premessa (324)) minn fornituri tas-servizzi attivi wkoll fis-settur PV (loġistika, trasport, relazzjonijiet pubbliċi, eċċ), li għall-ewwel tqiesu mhux kompluti biżżejjed (ara l-premessa 241 tar-Regolament provviżorju) ġew analizzati u ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-fini ta' din l-investigazzjoni (ara l-premessi (369) sa (371) iktar 'l isfel).

    (330)

    Kollox ma' kollox, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ssawret fuq l-informazzjoni li ġejja:

    it-tweġibiet għall-kwestjonarji riċevuti minn tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u erba' importaturi mhux relatati fil-kampjun kif ukoll it-tweġibiet għall-kwestjonarji speċifiku riċevut minn tmien operaturi upstream u tlettax-il operatur downstream (seba' żviluppaturi ta' proġetti/installaturi; sitt żviluppaturi/installaturi; sitt fornituri ta' servizzi attivi wkoll fis-settur PV) minn 150 operatur li resqu wara t-tnedija u li rċivew il-kwestjonarji speċifiċi;

    id-dejta verifikata matul il-verifiki fuq il-post fil-bini ta' tmien produtturi, importatur mhux relatat, żewġ operaturi upstream, ebra' operaturi downstream (żviluppaturi ta' proġetti/installaturi) u assoċjazzjoni (ara l-premessa (17) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (8) iktar 'il fuq)

    id-dejta dwar l-interess tal-Unjoni sottomessa minn partijiet interessati oħrajn, inklużi assoċjazzjonijiet, kif ukoll dejta pubblikament disponibbli fuq l-evoluzzjoni tas-suq PV fl-Ewropa, b'mod partikolari: EPIA's Global Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017

    2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (331)

    Uħud mill-partijiet interessati kkontestaw li l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika minn kwalunkwe miżura billi argumentaw li (i) il-miżuri ser ibaxxi d-domanda għal prodotti PV fl-Unjoni u b'hekk l-industrija tal-Unjoni mhux ser tkun tista' żżid il-bejgħ tagħha, (ii) l-industrija tal-Unjoni għandha faċilitajiet ta' produzzjoni żgħar u b'hekk mhijiex kapaċi tlaħħaq mad-domanda għal ċerti tipi ta' istallazzjonijiet bħal istallazzjonijiet kummerċjali kbar immuntati fuq l-art u oħrajn fuq il-bejt, (iii) il-produtturi tal-Unjoni mhumiex “bankabbli” (iv) l-impożizzjoni ta' dazji fuq iċ-ċelloli ser de facto żżid il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ta' moduli u jagħmilhom inqas attraenti għall-konsumaturi, (v) fil-każ ta' tnaqqis importanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi, il-produtturi minn pajjiżi terzi oħrajn aktarx jisfruttaw il-vantaġġ ta' inqas importazzjonijiet mill-PRC.

    (332)

    Rigward id-dikjarazzjoni li l-miżuri ser inaqqsu d-domanda għal prodotti PV fl-Unjoni u li b'hekk l-industrija tal-Unjoni mhux ser jirnexxilha żżid il-bejgħ tagħhom, huwa osservat li l-partijiet ma rnexxilhom jipprovdu ebda evidenza verifikabbli dwar l-eżistenza ta' rabta diretta bejn l-impożizzjoni ta' miżuri u t-tnaqqis fid-domanda għal prodotti PV li wrew li matul is-snin kienu influwenzati minn bosta fatturi.

    (333)

    Fi tweġiba għad-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni għandha faċilitajiet ta' produzzjoni żgħar u li b'hekk mhijiex kapaċi tlaħħaq mad-domanda għal ċerti tipi ta' istallazzjonijiet bħal istallazzjonijiet kummerċjali kbar immunitati fuq l-art u oħrajn fuq il-bejt, ta' min jinnota li l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li tforni kemm istallazzjonijiet kummerċjali kif ukoll industrijali (bejn 40 kW u 1 MW) u l-istallazzjonijiet tas-segment tas-suq tal-utilitajiet (1 MW u 10 MW). Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat ebda evidenza li l-prodotti forniti minn manifatturi differenti setgħu jintużaw fl-istess proġett. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (334)

    L-argument li l-industrija tal-Unjoni ma tibbenefikax mill-miżuri għaliex il-produtturi tal-Unjoni mhumiex “bankabbli” u li l-fondi ta' investimenti ma jkunux aċċettati biex jiffinanzjaw proġetti li jużaw moduli li saru fl-UE ma kienx sostanzjat. Xorta waħda huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri ser treġġa' lura l-kundizzjonijiet lejn suq ekwu u dan għandu jserraħ ras l-investituri, anki dawk mis-settur bankarju, rigward il-ħila li l-produtturi tal-Unjoni jiżviluppaw proġetti vijabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-argument ġie rifjutat.

    (335)

    B'referenza għad-dikjarazzjoni li l-impożizzjoni ta' dazji fuq ċelloli ser iżżid de facto l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi ta' moduli tal-Unjoni u tagħmilhom inqas attraenti għall-konsumaturi, filwaqt li mhuwiex eskluż li jista' jkun hemm ċerta żieda fil-prezzijiet wara l-impożizzjoni tad-dazji, għandu jiġi kkunsidrat ukoll li s-sorsi disponibbli pubblikament jindikaw li x-xejra tal-prezzijiet tal-moduli u ċ-ċelloli hija negattiva. B'hekk, anki jekk il-kost taċ-ċelloli jaf jiżdied minħabba l-miżuri, ix-xejra ġenerali ta' tnaqqis tal-prezzijiet għandha tirriżulta f'inqas kostijiet tal-moduli. Il-produtturi inkwistjoni jafu jiddeċiedu wkoll li jġibu ċ-ċelloli tagħhom mill-Unjoni, u mhux iktar mill-PRC. Fl-aħħar, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri ser issaħħaħ l-użu tal-kapaċità tal-produtturi taċ-ċelloli fl-Unjoni u b'hekk iżżid l-ekonomiji tal-kobor tagħhom u b'konsegwenza ta' dan jonqsu l-kostijiet. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

    (336)

    L-argument li f'każ ta' tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-impożizzjoni ta' miżuri, huwa ferm probabbli li l-pajjiżi terzi l-oħrajn jisfruttaw din is-sitwazzjoni iktar milli l-industrija tal-Unjoni, ma kienx ikkonfermat mill-investigazzjoni. L-investigazzjoni ma sabet ebda indikazzjoni ċara li l-pajjiżi terzi l-oħrajn imbagħad jindirizzaw l-esportazzjonijiet tagħhom bil-qawwa lejn is-suq tal-Unjoni, speċjalment jekk tittieħed inkunsiderazzjoni l-probabbiltà ta' espansjoni ta' swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, speċjalment l-Asja, kif imbassar mis-sorsi disponibbli pubblikament. Fl-aħħar, ma hemm ebda indikazzjoni li anki jekk l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn jiżdiedu minħabba tnaqqis fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni mhijiex ser tkun kapaċi tikkompeti mal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi.

    (337)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet argumentaw li mhuwiex realistiku li jkun mistenni li tfeġġ industrija sostenibbli tal-Unjoni li timmanifattura moduli u ċelloli għaliex l-ebda investitur razzjonali ma jinvesti fil-produtturi tal-Unjoni li allegatament ibatu minn struttura tal-kostijiet xejn favorevoli u li għaldaqstant ma jistgħux jipproduċu bi prezzijiet kompetittivi. L-investigazzjoni ma kkonfermatx li l-industrija tal-Unjoni qed tbati minn struttura tal-kostijiet mhux favorevoli, kif spjegat fil-premessi (202) u (203) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping li huma nieqsin u l-użu tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni b'rata ogħla għandhom iġubu magħhom ekonomiji tal-kobor u jippermettu sabiex tfeġġ industrija sostenibbli tal-Unjoni. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-argument ġie rifjutat.

    (338)

    Parti minnhom argumentat li d-domanda fl-Unjoni hija mmexxija mill-iżvilupp tal-FITs filwaqt li r-redditu mistenni fuq l-investiment mill-investituri huwa marbut ma' dan l-iżvilupp. B'mod partikolari, din iddikjarat li jekk il-prezzijiet jiżdiedu fl-Unjoni, minħabba d-dazji, u l-FITs ma jsegwux din iż-żieda wkoll, id-domanda ser tonqos u l-industrija tal-Unjoni mhux ser tibbenefika mid-dazji imposti.

    (339)

    Fi tweġiba għad-dikjarazzjoni ta' hawn fuq, ta' min jinnota li minkejja l-korrelazzjoni bejn il-livell ta' FITs u d-domanda għal istallazzjonijiet PV, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tindika li d-domanda futura ser tkun dejjem inqas dipendenti fuq l-FITs u skemi ta' appoġġ oħrajn peress li l-grilja PV aktarx li tkun intlaħqet minn ċerti tipi ta' istallazzjonijiet f'bosta postijiet fl-Unjoni (ara l-premessa (260) iktar 'il fuq). Barra minn hekk, ir-redditu mistenni fuq l-investiment għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet tas-suq ekwu. Fl-aħħar, kif stipulat fil-premessa (335) iktar 'il fuq, filwaqt li mhuwiex eskluż li jista' jkun hemm ċerta żieda fil-prezzijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri, ta' min jinnota li sorsi disponibbli pubblikament jindikaw li x-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija negattiva. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

    (340)

    Il-partijiet interessati indikaw li peress li d-domanda għall-pannelli solari hija motivata minn skemi ta' appoġġ, b'mod partikolari FITs, u mil-livell tal-prezzijiet tad-dawl għall-konsumatur finali (li jiddeterminaw il-parità tal-grilja), l-elastiċità tal-prezzijiet tad-domanda jaf tkun ferm għolja. Filwaqt li huwa minnu li żieda sinifikanti fil-prezzijiet tista' twassal għal tnaqqis importanti fid-domanda minħabba l-għamla partikolari tas-suq indikata minn dawk il-partijiet interessati, l-argument irid jiġi rifjutat għaliex huwa ferm improbabbli li ż-żidiet tal-prezzijiet ikkaġunati mill-miżuri ser ikunu importanti, għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, is-sorsi kollha disponibbli jikkonfermaw li t-tnaqqis importanti fil-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat matul l-IP u mill-IP sal-lum ser ikompli.

    It-tieni, l-effett ekonomiku tal-impenn li ġie aċċettat mill-Kummissjoni huwa li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ser ifornu l-prodott ikkonċernat bi prezz minimu ta' importazzjoni ta' inqas minn 60 c/W, li huwa ferm inqas mill-prezz li kien osservat matul l-IP, b'volum li jikkorrispondi għal tnaqqis b'mod sinifikanti, peress li dak il-livell tal-prezz jiżgura domanda suffiċjenti kemm bil-livell attwali ta' appoġġ ipprovdut minn skemi ta' appoġġ u bil-livelli attwali ta' parità tal-grilja. Barra minn hekk, il-prezz tad-dawl għall-konsumatur finali huwa mistenni jiżdied, filwaqt li l-prezz tal-prodott ikkonċernat huwa mistenni jonqos. Permezz ta' formula ta' indiċizzar, l-impenn jiżgura li t-tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-prezz minimu ta' importazzjoni. Għaldaqstant, dawk l-argumenti jridu jiġu rifjutati.

    (341)

    Bosta partijiet interessati tennew li l-allegazzjoni li l-interess tal-industrija tal-Unjoni mhuwiex sinifikanti peress li l-valur miżjud maħluq mill-industriji upstream u downstream huwa ferm iktar importanti mill-valur miżjud maħluq mill-industrija tal-Unjoni fil-katina tal-valur tal-PV. L-argument li l-bosta segmenti fis-settur PV għandhom valur miżjud mhijiex ikkontestata. Kif stipulat fil-premessa (228) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkaġunat minn prattiki kummerċjali inġusti. Tabilħaqq, uħud mill-produtturi tal-Unjoni diġà kienu mġiegħla jieqfu u fin-nuqqas ta' miżuri, jidher li żgur ser ikun hemm iktar problemi. Peress li s-segmenti kollha fis-suq PV huma marbutin ma' xulxin mill-qrib, l-għibien tal-produzzjoni tal-Unjoni jkun ta' dannu għas-settur PV sħiħ u jagħmilha kompletament dipendenti fuq provvista esternalizzata. Għaldaqstant, anki għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista, l-argument ġie rifjutat.

    (342)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet id-dikjarazzjoni li l-ogħla valur miżjud maħluq mill-industrija upstream u downstream, meta mqabbla mal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa relevanti għal jekk għandhomx jiġu imposti dazji antidumping. F'dan ir-rigward, huwa kkonfermat li fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, l-Istituzzjonijiet ibbilanċjaw il-konsegwenzi pożittivi u negattivi li d-dazji jista' jkollhom fuq il-bosta atturi ekonomiċi. Filwaqt li l-impatt fuq l-industrija upstream u downstream huwa limitat, il-miżuri ser jagħtu lill-industrija tal-Unjoni l-possibilità li jirkupraw minn dumping dannuż.

    (343)

    Parti minnhom ikkontestat in-numru ta' impjiegi li jkunu salvagwardjati mill-impożizzjoni ta' miżuri. Din iddikjarat li l-industrija tal-Unjoni tħaddem madwar 6 000 ruħ, u mhux 25 000 kif irrapportat fil-premessa (229) tar-Regolament provviżorju.

    (344)

    Madankollu ma ġiet ipprovduta ebda evidenza biex issostni d-dikjarazzjoni ta' hawn fuq, u għalhekk twarrbet. Huwa ċċarat li fid-dawl tal-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni ammontaw għal madwar 21 000 impjegat matul l-IP. Il-partijiet interessati ma pprovdew ebda prova li n-numru ta' impjegati fl-industrija tal-Unjoni nbidel b'mod notevoli wara l-IP.

    (345)

    Bħala konklużjoni, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni batiet dannu materjali minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC, hekk kif ma setgħetx tirkupra l-investiment permezz ta' bejgħ li jrendi profitt. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri ser treġġa' lura lejn kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u dan ser jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti f'sitwazzjoni fejn kulħadd ikun indaqs. It-tnaqqis probabbli fl-importazzjonijiet mill-PRC għandu jippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-bejgħ tagħha fl-Unjoni u b'hekk tuża aħjar il-kapaċitajiet ta' produzzjoni disponibbli fit-terminu qasir. Min-naħa tiegħu, dan jista' jġib ekonomiji tal-kobor. Filwaqt li huwa possibbli li l-prezzijiet tal-prodott simili jiżdiedu f'perjodu qasir ta' żmien minħabba l-miżuri, ix-xejra ġenerali ta' tnaqqis fil-prezzijiet aktarx li tinżamm anki peress li, min-naħa, ser ikun hemm it-tnaqqis ulterjuri fil-kost tal-produzzjoni tal-prodott investigat, u, min-naħa l-oħra, il-pressjoni kompetittiva mill-produtturi ta' pajjiżi terzi, li jkunu qegħdin jikkompetu wkoll fis-suq tal-Unjoni.

    (346)

    Fin nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (227) u (231) tar-Regolament provviżorju, bl-eċċezzjoni taċ-ċifra dwar l-impjiegi msemmija fil-premessa (344) iktar 'il fuq, huma kkonfermati.

    3.   L-interess ta' importaturi mhux relatati

    (347)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-importatur mhux relatat li pprovda tweġiba għall-kwestjonarju qabel l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji u li tqies li jikkostitwixxi l-kampjun provviżorju ddikjara li l-konklużjonijiet fir-rigward tal-impatt tal-miżuri fuq l-importaturi mhux relatati kienu bbażati fuq it-tweġiba tal-kwestjonarju tiegħu stess li għalhekk ma tistax titqies bħala rappreżentattiva.

    (348)

    Ir-Regolament provviżorju bbaża s-sejbiet tiegħu fir-rigward tal-importaturi mhux relatati fuq kumpanija waħda peress li, kif spjegat fil-premessa (232) tar-Regolament provviżorju, l-attività ewlenija ta' wieħed biss mit-tliet importaturi fil-kampjun provviżorju kienet tikkonsisti fin-negozjar tal-prodott ikkonċernat. Kif iddikjarat iktar 'il fuq fil-premessa (21) wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, il-kampjun tkabbar, ġew ikkuntattjati iktar importaturi mhux relatati u mill-ħames tweġibiet għall-kwestjonarji riċevuti, tlieta biss kienu kompluti biżżejjed u minnhom setgħet tinħareġ valutazzjoni sinifikanti. Għaldaqstant, fl-istadju definittiv il-kampjun għal importazzjonijiet mhux relatati ġie estiż sabiex jinkludi erba' importaturi. B'mod ġenerali, matul l-IP, l-attività tal-erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw fil-kampjun, li għandha x'taqsam mal-prodott ikkonċernat varjat bejn 60 % u 100 % tan-negozju totali tagħhom. Barra minn hekk, l-erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw akkwistaw mill-PRC bejn 16 % sa 100 % tal-importazzjonijiet ta' moduli totali tagħhom, b'wieħed biss jakkwista esklussivament mill-pajjiż ikkonċernat. Il-profitabbiltà tal-erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw fil-kampjun, li għandha x'taqsam mal-prodott ikkonċernat kienet, bħala medja, ta' 2.3 % fl-IP.

    (349)

    Parti interessata minnhom argumentat li l-impatt tad-dazji fuq l-importaturi mhux relatati kien sottovalutat peress li ma hemm ebda sors alternattiv immedjat ta' provvista li jista' jieħu post l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jekk jiġu imposti dazji u l-bidla ta' sors tal-provvista hija diffiċli fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni ewlenija hija bbażata fil-PRC u dan ikun jinvolvi kostijiet addizzjonali sinifikanti.

    (350)

    F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-impożizzjoni ta' miżuri ma għandhiex tirriżulta fl-għibien tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-PRC. L-investigazzjoni indikat li t-tnaqqis possibbli tal-importazzjonijiet mill-PRC ser jħalli b'mod partikolari impatt fuq dawk l-importaturi li jġibu l-prodott ikkonċernat esklussivament mill-PRC, li huwa l-każ ta' wieħed minn kull erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw biss. Rigward l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi mhux relatati, ma kienx eskluż li dan jista' jkun negattiv, iżda kien konkluż li fil-parti l-kbira dan ser jiddependi fuq il-kapaċità tagħhom li jibdlu s-sorsi tal-provvista jew li jgħaddu tal-inqas parti miż-żieda possibbli fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom. Għall-operaturi li jimportaw il-prodott anki minn sorsi oħrajn minbarra l-PRC jew li jimportaw anki prodotti oħrajn minbarra l-prodott ikkonċernat, l-impatt ser ikompli jiġi limitat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li għad li aktarx li jkun hemm impatt negattiv fuq l-importaturi tal-prodott ikkonċernat, dan l-impatt, bħala medja, ser jibqa' limitat.

    (351)

    Importatur mhux relatat minnhom argumenta li jeħtieġ siegħat ta' xogħol u investiment finanzjarji sinifikanti qabel jaċċetta l-prodotti ta' fornitur ġdid. F'dan ir-rigward, saret dikjarazzjoni bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali li l-evidenza relevanti dwar ir-rekwiżit ta' ttestjar twil li importatur irid jagħmel qabel jieħu deċiżjoni li jimporta minn esportatur partikolari kienet ipprovduta lit-tim ta' verifika meta saret iż-żjara fuq il-post.

    (352)

    Huwa rikonoxxut li l-istabbiliment ta' relazzjoni ġdida bejn importatur u fornitur jista' jinvolvi kostijiet addizzjonali u investiment ta' żmien (eż. fl-ittestjar tal-prodott). Fl-istess ħin, il-bidla tal-fornituri tidher li hija riskju normali kkalkolat fl-attività professjonali ta' importatur u hija relatata mal-fatt li s-suq PV qed jimmatura u b'hekk għaddej minn bidliet kostanti (eż. falimenti, konsolidazzjonijiet) li jeħtieġu l-bdil ma' fornituri ġodda. Barra minn hekk, jista' jiġi supponut li tipi ġodda ta' moduli li jilħqu s-suq fuq bażi kostanti (li fihom, eż. karatteristiċi ġodda ta' effiċjenza) jeħtieġu ttestjar ukoll. F'dan ir-rigward, l-ittestjar ta' prodott ġdid (anki mill-istess fornitur) donnu standard u mhux xi attività mhux tas-soltu. Għaldaqstant, l-argument huwa rifjutat.

    (353)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, żewġ partijiet tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-interess tal-importaturi mhux relatati ma tqiesx kif xieraq. Parti minnhom iddikjarat li n-nuqqas tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-importaturi addizzjonali li kkooperaw ma ppermettiex li ssir valutazzjoni xierqa mill-partijiet. Xeħtet dubju fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-possibilità li jiżdiedu l-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi oħrajn lejn l-Unjoni u b'hekk l-importaturi jkunu jistgħu jibdlu l-fornituri tagħhom, fuq il-bażi tal-allegazzjoni li swieq terzi sejrin tajjeb ħafna. Għal dan l-għan, il-parti ddikjarat li t-tali suppożizzjoni tikkontradixxi l-konklużjonijiet fil-premessa (336), li argumentat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma jkunux enormi. Parti oħra ddubitat kemm il-Kummissjoni rrispettat il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni peress li l-produtturi tal-Unjoni ngħataw iktar prominenza fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni meta mqabbla mal-operaturi l-oħra.

    (354)

    L-ewwel nett, huwa kkonfermat li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarji riċevuti wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju mill-importaturi addizzjonali li kkooperaw kienet inkluża fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. It-tieni, ma hemmx kontradizzjoni bejn is-suppożizzjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jiżdiedu bħala tweġiba għal inqas importazzjonijiet mill-PRC u li t-tali żieda ma għandhiex tkun enormi fid-dawl tad-domanda dejjem ikbar għal istallazzjonijiet PV madwar id-dinja. Fl-istess ħin, peress li l-industrija tal-Unjoni hija mistennija terġa' tieħu ċerta parti mis-sehem tas-suq li qabel kienet tal-prodotti mill-PRC, ma jistax jiġi eskluż li se jkun hemm ċertu telf fin-negozju għal importaturi mhux relatati. Madankollu, huwa osservat li d-daqs ġenerali tas-suq PV huwa mistenni jkompli jikber fit-tul, peress li l-parità tal-grilja tintlaħaq f'dejjem iktar postijiet. Fl-aħħar, huwa ċċarat li, bħal fl-investigazzjonijiet kollha ta' difiża tan-negozju, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ġiet ivvalutata sabiex jiġi stabbilit jekk ġarrbitx dannu materjali minħabba l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni, ġie vvalutat l-interess tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi ndaqs bħall-atturi ekonomiċi l-oħrajn, inklużi l-importaturi mhux relatati. Huwa ċċarat ukoll li l-investigazzjoni dwar jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali hija rregolata b'mod partikolari mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku li jistabbilixxi l-istandards minimi tat-tali investigazzjoni. L-interess tal-Unjoni huwa analizzat biss ladarba ssir determinazzjoni pożittiva tad-dumping dannuż skont l-istandards stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Minħabba dan, ġie konkluż li l-impatt negattiv probabbli tal-miżuri fuq ċerti importaturi, b'mod partikolari dawk li jġibu l-prodott esklussivament mill-PRC, ma kienx jegħleb il-benefiċċji tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni u l-benefiċċji fit-terminu medju u fit-tul għas-suq PV tal-Unjoni li jinkisbu minn kompetizzjoni leali.

    (355)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkopri l-erba' importaturi fil-kampjun, ġew ikkonfermati l-premessi (233) u (234) tar-Regolament provviżorju.

    4.   L-interess ta' operaturi upstream

    (356)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet tennew id-dikjarazzjoni li sehem kbir mill-kontributi fil-katina tal-valur PV ġej mill-Unjoni u li din is-sitwazzjoni vantaġġuża tista' tintemm jekk jiddaħħlu dazji peress li l-produzzjoni fil-PRC tal-prodott ikkonċernat ser tonqos minħabba d-dazju. Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom indikat li l-miżuri f'dan il-każ jistgħu jġibu magħhom miżuri oħrajn, li l-PRC tista' timponi fuq il-prodotti tal-Unjoni.

    (357)

    F'dan ir-rigward, kif stipulat fil-premessa (239) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet Ċiniżi huma mistennija jkomplu jfornu s-suq tal-Unjoni anki bid-dazji fis-seħħ. Barra minn hekk, bosta sorsi pubblikament disponibbli fis-settur PV, bħall-EPIA's Global Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017, ibassru li t-tiċkin possibbli fid-domanda fl-Unjoni għandu jseħħ biss fit-terminu qasir (fl-2013 u l-2014) peress li l-konsum fl-Unjoni ser ikompli jiżdied fis-snin ta' wara. Barra minn hekk, kif konkluż fil-premessa (239) tar-Regolament provviżorju, l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali inġusti aktarx li jippermetti sabiex jinbena tkabbir sostenibbli fis-suq PV fl-Unjoni fit-terminu medju sa twil, li minnu għandhom jibbenefikaw l-operaturi kollha fl-Unjoni. Fl-aħħar, rigward l-argument dwar ir-ritaljazzjoni possibbli tal-PRC bħala tweġiba għall-miżuri f'dan il-każ, huwa mfakkar li l-PRC, bħal kwalunkwe membru ieħor tad-WTO, tista' tirrikorri għal investigazzjonijiet ta' difiża tan-negozju biss f'ċirkustanzi ġġustifikati u kwalunkwe investigazzjoni bħal din trid tikkonforma mar-regoli stretti tad-WTO. Il-Kummissjoni tissorvelja kwalunkwe investigazzjoni bħal din biex tara li jkunu rrispettati r-regoli tad-WTO. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (358)

    Uħud mill-partijiet ikkontestaw il-konklużjoni fil-premessa (239) tar-Regolament provviżorju li t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet tal-operaturi upstream PV tal-Unjoni lejn il-PRC jista' jiġi kkumpensat minn esportazzjonijiet lejn swieq oħrajn billi argumentaw li d-dazji ser inaqqsu d-domanda għall-prodott madwar id-dinja.

    (359)

    F'dan ir-rigward, l-ewwel nett ta' min jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi mhumiex mistennija jieqfu għal kollox minħabba d-dazji. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ma stabbilixxiet ebda korrelazzjoni diretta bejn l-iżvilupp tal-importazzjonijiet mill-PRC fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjonijiet mill-PRC lejn swieq oħrajn. Minbarra dan, sorsi disponibbli pubblikament, bħall-EPIA's Global Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017, ibassru li s-suq PV madwar id-dinja ser jikber fis-snin li ġejjin. F'dak li għandu x'jaqsam mas-suq Ċiniż, hemm indikazzjonijiet li l-konsum domestiku fil-PRC ser jiżdied b'mod sostanzjali (eż. kif indikat mill-EPIA). Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-esportazzjonijiet tal-operaturi upstream tal-Unjoni lejn il-PRC mhumiex mistennija jonqsu b'mod sinifikanti minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri.

    (360)

    Ta' min jinnota wkoll li t-tiċkin tad-domanda fl-Unjoni fl-2013 u l-2014 imsemmi fil-premessa (357) iktar 'il fuq jista' jħalli impatt negattiv fuq l-operaturi upstream. Madankollu, dan ma jistax ikun marbut, tal-inqas mhux fil-parti l-kbira tiegħu, mad-dazji hekk kif kien previst ferm qabel l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji. Barra minn hekk, rigward il-produtturi tal-Unjoni ta' makkinarju għall-industrija PV, kif intqal ukoll fil-premessa (239) għar-Regolament provviżorju, minħabba l-kapaċità sostanzjali żejda fil-PRC, huwa improbabbli li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-PRC jistgħu jiżdiedu b'mod sinifikanti anki fix-xenarju li l-produtturi Ċiniżi jżidu l-volum ta' produzzjoni tagħhom. Fl-aħħar, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni indikat li anki l-produtturi tal-makkinarju jistgħu jintlaqtu mit-12-il pjan ta' ħames snin taċ-Ċina għall-Industrija Solari Fotovoltajka li jipprevedi li sal-2015, 80 % tat-tagħmir tal-manifattura għaċ-ċelloli għandu jiġi mill-PRC. Diment li din il-bidla tinkiseb skont ir-regoli tad-WTO, din tista' tkompli tillimita l-possibilità li l-manifatturi ta' makkinarju fl-Unjoni jikkompetu fis-suq Ċiniż. Għaldaqstant, l-argument ta' hawn fuq ġie rifjutat.

    (361)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, il-GOC argumenta li t-12-il pjan ta' ħames snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari joffri biss xi prinċipji ġenerali ta' gwida li mhumiex vinkolanti peress li ma hemm ebda setgħa ta' infurzar prevista, u li għalhekk ma għandux jitqies bħala indikazzjoni li l-possibilità ta' manifatturi ta' makkinarju fl-Unjoni sabiex jikkompetu fis-suq Ċiniż ser tkun limitata. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-GOC inkluda l-industrija PV fost l-industirji strateġiċi fit-12-il pjan ta' ħames snin u ħareġ ukoll pjan speċifiku għall-industrija fotovoltajka solari. F'dan il-pjan, il-GOC esprima l-appoġġ tiegħu għal“impriżi superjuri” u “impriżi ewlenin”, ħa l-impenn li “jippromwovi l-implimentazzjoni ta' bosta politiki ta' appoġġ għas-settur fotovoltajku”, u “jsawwar it-tħejjija ġenerali tal-politiki ta' appoġġ fuq l-industrija, il-finanzjament, it-tassazzjoni …”. Barra minn hekk, peress li l-pjan fih direttivi essenzjali x'jintlaħqu mill-industrija Ċiniża matul il-perjodu ta' ħames snin, dan għandu impatt profond fuq l-ambjent kummerċjali, kemm fi ħdan il-PRC kif ukoll f'pajjiżi li għandhom kummerċ mal-PRC. Wara li jitqiesu dawn ta' hawn fuq, hemm indikazzjonijiet ċari li l-libertà tal-għażla tal-manifatturi Ċiniżi ta' ċelloli u l-pressjoni kompetittiva tal-produtturi tal-Unjoni tat-tagħmir ta' manifattura li jesportaw lejn is-suq Ċiniż hija ristretta mill-pjan. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (362)

    Produttur minnhom tal-materja prima li kkoopera kkontesta l-prospett ta' kumpens ta' swieq oħrajn għat-tnaqqis fil-produzzjoni mis-suq Ċiniż, fid-dawl tal-kapaċità ta' produzzjoni istallata sostanzjali fil-PRC, li mhux faċli tinbena xi mkien ieħor.

    (363)

    Fid-dawl tal-konklużjonijiet fil-premessa (359) iktar 'il fuq, dan l-argument twarrab peress li ma hemm ebda indikazzjoni tal-allegat tnaqqis fil-produzzjoni fis-suq Ċiniż.

    (364)

    Parti interessata minnhom ikkontestat in-numru ta' impjegati fis-settur upstream ikkwotat fil-premessa (236) tar-Regolament provviżorju.

    (365)

    Huwa ċċarat li n-numru ta' 4 200 impjegat irrapportati fir-Regolament provviżorju jirreferi biss għall-operaturi upstream li kkooperaw, bħal manifatturi tat-tagħmir u fornituri tal-polisiliċju, fuq il-bażi tat-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, u mhux għas-settur sħiħ.

    (366)

    Wara l-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, il-produtturi fl-Unjoni ta' dan il-prodott xorta għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni ta' dazji, peress li l-industrija tal-Unjoni hija mistennija żżid il-produzzjoni tagħha ta' ċelloli u moduli.

    (367)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (235) u (240) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    5.   L-interess tal-operaturi downstream

    (368)

    Kif stipulat fil-premessa (329) iktar 'il fuq, wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, saru iktar żjarat ta' verifika għand żewġ żviluppaturi ta' proġetti.

    (369)

    Minbarra s-seba' tweġibiet għall-kwestjonarji tal-operaturi downstream li l-attività tagħhom hija direttament relatata mal-prodott simili (l-iktar l-iżviluppaturi ta' proġetti u l-installaturi), li l-analiżi tagħhom ikkostitwixxiet il-bażi għall-valutazzjoni tal-operaturi downstream fir-Regolament provviżorju, sitt tweġibiet addizzjonali għall-kwestjonarji sottomessi fl-istadju provviżorju u meqjusa mhux kompluti kif suppost (ara l-premessa (241) għar-Regolament provviżorju) komplew jiġu analizzati peress li pprovdew indikazzjonijiet dwar l-importanza relattiva tal-attività tagħhom relatata mal-PV meta mqabbla mal-attività totali.

    (370)

    Is-sitt operaturi kkonċernati addizzjonali kienu fornituri ta' servizzi fis-settur PV (loġistika, trasport, relazzjonijiet pubbliċi, eċċ.) u b'hekk huma operaturi li l-attività tagħhom mhijiex direttament relatata mal-prodott investigat. Minkejja ċerti nuqqasijiet fit-tweġibiet, id-dejta fil-kwestjonarji wriet li l-attività relatata mal-PV ta' dawn l-operaturi kienet marġinali meta mqabbla mal-attività totali tagħhom. Tabilħaqq, matul l-IP, l-attività relatata mal-PV kienet tirrappreżenta bħala medja madwar 5 % biss mill-fatturat totali tagħhom u 8 % tal-impjiegi totali tagħhom. Bħala medja, il-profittabbiltà kienet ta' madwar 7 %. Madankollu, huwa osservat li d-dejta dwar il-profittabbiltà ma kinitx kompluta, peress li mhux l-operaturi kollha rrapportaw fuq din l-entrata.

    (371)

    Fuq il-bażi tal-analiżi ulterjuri, ġie konkluż li fid-dawl tad-dejta pprovduta, kwalunkwe impatt possibbli tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-fornituri ta' servizzi fis-settur PV aktarx li mhuwiex ser ikun sinifikanti.

    (372)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja u finali, bosta partijiet ikkontestaw ir-rappreżentattività tad-dejta li tikkonċerna l-operaturi downstream fuq il-fatturat, il-profittabbiltà u l-impjiegi miġbura mill-Kummissjoni mit-tweġibiet għall-kwestjonarji ta' seba' operaturi downstream. L-AFASE ssottomettiet “stħarriġ” imwettaq fost il-membri tagħha (installaturi) biex turi li għall-maġġoranza tal-installaturi, in-negozju PV jikkostitwixxi sors primarju ta' dħul. L-AFASE kompliet tallega li l-operaturi downstream, b'mod partikolari l-installaturi, għall-kuntrarju tas-sejbiet stipulati fil-premessa (242) tar-Regolament provviżorju jagħmlu biss marġni ta' profitt b'figura waħda li ma jippermettix assorbiment ta' xi dazju.

    (373)

    Rigward ir-rappreżentattività tad-dejta użata fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni użat id-dejta kollha pprovduta minn dawk l-operaturi downstream li mlew il-kwestjonarju speċifiku, kif ukoll is-sottomissjonijiet ipprovduti mill-AFASE, kif spjegat fil-premessa (330) iktar 'il fuq.

    (374)

    Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li n-negozju PV jikkostitwixxi sors primarju tad-dħul għall-installaturi, analiżi ulterjuri tat-tweġibiet għall-kwestjonarju sottomessi mill-operaturi downstream (installaturi u żviluppaturi ta' proġetti) ikkonfermat li l-attività direttament relatata mal-prodott simili investigat kienet tirrappreżenta medja ta' madwar 42 % tal-attività totali ta' dawn l-operaturi u l-profittabilità laħqet medja ta' 11 %. Madankollu, meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-attivitajiet tagħhom ukoll (mhux direttament relatati mal-prodott investigat), l-importanza ġenerali tagħhom tiżdied b'mod sostanzjali għal tlieta mis-seba' operaturi. B'hekk, il-proporzjon korrispondenti varja minn madwar 45 % sa 100 % matul l-IP. Barra minn hekk, għas-seba' operaturi (installaturi u żviluppaturi ta' proġetti) il-profittabilità tal-attività PV inklużi l-attivitajiet mhux direttament marbutin mal-prodott investigat ikunu jammontaw għal medja ta' 9 %. F'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi, l-attività PV, inklużi l-attivitajiet mhux direttament marbutni mal-prodott investigat, tkun tammonta għal madwar 660 xogħol full-time fl-IP għas-seba' operaturi. Minbarra proġetti u istallazzjonijiet PV, dawn l-operaturi kienu attivi wkoll f'istallazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ u l-produzzjoni ta' tagħmir elettriku.

    (375)

    Jitqies li kwalunkwe impatt tal-miżuri fuq l-operaturi downstream irid ikun ivvalutat primarjament fuq l-attività tagħhom direttament marbuta mal-prodott investigat li fl-IP laħqet profittabilità medja ta' 11 %. Madankollu, anki jekk issir kunsiderazzjoni fuq il-bażi tal-attività PV ġenerali mhux direttament relatata mal-prodott investigat, il-konklużjonijiet ikunu simili għal dik li saret fl-istadju provviżorju peress li, b'mod ġenerali, il-bosta fatturi meħudni f'kunsiderazzjoni, jiġifieri l-profittabilità u l-possibilità ta' assorbiment ta' parti mid-dazju, ma jvarjawx wisq (il-profittabilità tonqos minn medja ta' 11 % għal medja ta' 9 %). Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom li l-Kummissjoni wettqet żjara ta' verifika għandha kkontestat ir-rappreżentattività tal-konklużjoni dwar il-profittabilità tal-installaturi u l-iżviluppaturi, li, f'dak li għandu x'jaqsam magħha, allegatament kient ibbażata biss fuq tranżazzjoni waħda. Dan l-argument twarrab peress li l-Kummissjoni kkalkolat il-profittabilità tal-operaturi downstream fuq il-bażi tad-dejta kollha sottomessa mill-operaturi downstream fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji.

    (376)

    Rigward l-istħarriġ konkluż mill-AFASE fost il-membri tagħha, l-ewwel nett huwa osservat li l-operaturi kollha kellhom l-opportunità li jgħarrfu bil-preżenza tagħhom fil-bidu tal-investigazzjoni u jwieġbu għall-kwestjonarju speċifiku mfassal għall-operaturi downstream li jitlob l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt tad-dazji fuq dawn l-operaturi. It-tieni, l-identità tal-installaturi ma kinitx ipprovduta fl-istħarriġ, u dan ma ppermettix li ssir verifika ta', pereżempju, ir-rilevanza u l-affidabbiltà tad-dejta pprovduta. It-tielet, filwaqt li numru ta' mistoqsijiet li saru f'dan l-istħarriġ kien jikkonċerna l-kapaċità tal-installaturi sabiex jassorbu d-dazji possibbli, l-istħarriġ kien nieqes minn kwalunkwe referenza għall-profitt li sar minn dawn l-installaturi fl-IP, u b'hekk ma kellux element importanti għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri. Konsegwentement, ma setgħet tinħareġ ebda konklużjoni importanti mill-istħarriġ ipprovdut.

    (377)

    Għadd ta' partijiet ikkontestaw il-konklużjonijiet fil-premessi (247) u (250) tar-Regolament provviżorju li l-impjiegi fis-segment downstream ser ikunu affettwati b'mod negattiv fit-terminu qasir u li l-impatt ġenerali ser ikun negattiv iżda biss sa ċertu limitu fid-dawl tal-fatt li s-suq PV fl-Unjoni huwa mbassar li jikber fit-terminu medju u twil. Uħud mill-partijiet komplew jiddikjaraw li b'mod partikolari l-installaturi, li jiddependu mill-istallazzjonijiet PV, ser ibatu mit-tnaqqis fid-domanda.

    (378)

    It-telf possibbli ta' impjiegi li jirriżulta mill-impożizzjoni tad-dazji kompla jiġi analizzat. F'termini ġenerali, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kkonfermat li s-settur downstream kien qiegħed jara telf ta' impjiegi minħabba t-tiċkin tad-domanda għall-istallazzjonijiet PV fl-Unjoni ta' madwar 5 GW bejn l-2011 u l-2012, kif diġà stipulat fil-premessa (246) tar-Regolament provviżorju. Dan it-telf ta' impjiegi ma jistax ikun marbut mal-miżuri peress li dawn irriflettew evoluzzjoni tas-suq. Barra minn hekk, fl-2013 u l-2014 huwa previst tiċkin ulterjuri tad-domanda u aktarx li dan ser jirriżulta f'iktar telf ta' impjiegi fis-settur PV. B'mod simili, it-tali evoluzzjoni tad-domanda tbassret minn ċentri kbar ta' riċerka bħall-EPIA qabel il-bidu tal-investigazzjoni u għaldaqstant, it-tali telf ta' impjiegi ma jistax ikun attribwit għall-impożizzjoni ta' miżuri.

    (379)

    L-industrija tal-Unjoni ppreżentat studju mill-konsulent PriceWaterHouseCoopers (“PWC”) dwar l-impatt possibbli tal-miżura fuq l-impjiegi relatati mal-PV. L-istudju ta' PWC jirreferi għal studju li sar qabel minn konsulent ieħor, Prognos, li bassar telf ta' ħafna impjiegi fis-suq PV minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri, li kien sottomess mill-AFASE qabel l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji u li kien indirizzat fil-premessi (243) sa (246) tar-Regolament provviżorju. L-istudju ta' PWC ikkritika l-istudju ta' Prognos li indika l-fatt li t-telf totali ta' impjiegi stmat minn Prognos fil-fatt kien jaqbeż in-numru totali ta' impjiegi PV eżistenti fl-Unjoni. Rigward l-impatt tad-dazji fis-suq tal-Unjoni, PWC laħqet konklużjonijiet li jmorru kontra ta' dawk ta' Prognos, billi bassret impatt nett pożittiv fuq l-impjiegi fl-Unjoni u li l-benefiċċji huma ikbar mill-effetti negattivi possibbli tad-dazji (eż. fuq id-domanda). Fid-dawl tan-nuqqas ta' argumenti sostanzjati ġodda fuq l-impatt tal-miżuri fuq l-impjiegi fis-settur downstream, il-konklużjonijiet fil-premessi (247) sa (250) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    (380)

    L-AFASE argumentat li l-Kummissjoni ma ddivulgatx is-sors tal-marġni ta' żball ta' 20 % għall-impjiegi diretti relatati mal-PV ikkalkolat għall-2011 u msemmi fil-premessa (245) tar-Regolament provviżorju.

    (381)

    Dan il-marġni ta' żball ta' 20 %, li jista' japplika 'l fuq jew 'l isfel, beda jidher matul iż-żjara ta' verifika għand EPIA. Dan juri d-diffikultà biex jiġu vvalutati ċifri preċiżi fuq l-impjiegi fis-settur downstream peress li hemm biss ftit sorsi, li spiss jikkontradixxu lil xulxin, għall-ġbir ta' dejta.

    (382)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet iddikjaraw li l-analiżi tal-Kummissjoni ma tkellmitx dwar il-fatt li d-dazji ser ikomplu jżidu biss mat-telf ta' impjiegi li jirriżulta min-numru mnaqqas ta' istallazzjonijiet PV wara l-2011. Kien argumentat li t-tali telf ta' impjiegi, b'mod partikolari fis-settur downstream, huwa marbut mill-qrib mal-fatt li l-installaturi PV jiddependu fuq l-istallazzjonijiet solari. Barra minn hekk, l-AFASE maqdret lill-Kummissjoni għaliex ma qisitx kif xieraq l-istħarriġ li għamlet fost il-membri tagħha u stħarriġ simili li sar minn Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari fir-Renju Unit, li allegatament urew it-tali dipendenza.

    (383)

    Rigward l-allegat silenzju tal-Kummissjoni dwar l-impatt tad-dazji fuq l-impjiegi, issir referenza għall-premessi (377) u (379) iktar 'il fuq, fejn id-dikjarazzjonijiet dwar l-impatt tal-miżuri fuq l-impjiegi fis-settur PV huma indirizzati u fejn huwa rikonoxxut li huwa minnu li l-impjiegi fis-settur downstream jafu jkunu affettwati fit-terminu qasir minħabba l-miżuri.

    (384)

    Fir-rigward tal-istaħrriġ li sar mill-AFASE u l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari fir-Renju Unit, bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, ġiet ipprovduta l-identità tal-kumpaniji li ħadu sehem fl-intervista. Madankollu, l-istħarriġijiet kien għad fihom nuqqasijiet, peress li pereżempju ċerti tweġibiet ma kinux sħaħ. L-analiżi tal-istħarriġ uriet dan li ġej. Rigward l-istħarriġ mill-AFASE, l-ewwel huwa osservat li l-maġġoranza tal-50 installatur li wieġbu għall-intervista ddikjaraw li huma esklussivament attivi fis-suq PV. 15 mill-50 installatur iddikjaraw li huma attivi wkoll f'attivitajiet oħrajn mhux relatati mal-PV bħat-tisħin, l-istallazzjonijiet elettriċi, u r-riħ sa ċertu punt. Fil-każ tal-istħarriġ tar-Renju Unit, 21 mill-31 kumpanija tar-Renju Unit li wieġbu għall-intervista kellhom attivitajiet oħrajn minbarra dawk relatati mal-PV. Dan ir-riżultat juri li fir-rigward ta' kważi nofs l-iżviluppaturi ta' proġetti u l-installaturi, is-sejba stipulata fil-premessa (247) tar-Regolament provviżorju dwar il-ħila li jwettqu attivitajiet oħrajn bħal installazzjonijiet elettriċi u tat-tisħin, plumbing u istallazzjonijiet ta' enerġiji ekoloġiċi oħrajn, hija korretta. Madankollu, huwa rikonoxxut li din il-ħila jaf teżisti sa ċertu punt inqas minn dak supponut fir-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, l-impatt ta' mitigazzjoni tagħha fuq it-telf tal-impjiegi jaf hija inqas importanti minn dak li kien supponut fil-bidu. It-tieni, uħud mill-operaturi fl-istħarriġ tal-AFASE u l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari tar-Renju Unit kienu qed jużaw prodotti mill-Unjoni u uħud jipprevedu li ser jixtru prodotti mhux Ċiniżi wara l-miżuri biex jevitaw żieda fil-prezzijiet. B'hekk, id-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-impatt tal-miżuri huma mistennija jonqsu peress li jkunu jistgħu jaċċessaw prodotti mill-Unjoni.

    It-tielet, l-istima tal-impatt tal-miżuri fuq in-negozji tal-operaturi kollha fl-istħarriġ ma ppermettietx li jinħarġu konklużjonijiet sodi peress li l-valutazzjoni tagħhom kienet ferm varjata. Uħud mill-kumpaniji saħansitra lanqas ma setgħu jivvalutaw dan l-impatt. Ir-raba', anki t-tweġibiet għall-mistoqsija dwar in-numru tal-proġetti PV li huma f'riskju ta' kanċellazzjoni f'każ ta' dazji varjaw minn 'mhux għoli' għall-'proġetti kollha' fl-istħarriġ tar-Renju Unit. Uħud mill-operaturi ma rnexxilhomx jagħmlu stima. Fl-aħħar, iż-żewġ stħarriġijiet ma staqsewx dwar il-profittabilità tal-operaturi ekonomiċi intervistati, mistoqsija importanti għall-valutazzjoni tal-assorbiment possibbli taż-żieda fil-prezz, jekk isseħħ, minħabba d-dazju.

    (385)

    Partijiet oħrajn iddikjaraw li mhux faċli għall-installaturi biex jibdlu l-attivitajiet tagħhom jew jeqilbu għal istallazzjonijiet tal-enerġija ekoloġika oħrajn minħabba t-teknoloġiji u l-għarfien ferm differenti involut. Għaldaqstant, jekk ikunu imposti d-dazji, dawn ikollhom jgħalqu. Wara d-divulgazzjoni finali, din id-dikjarazzjoni ttenniet minn parti interessata minnhom, li argumentat li l-installaturi investew riżorsi sostanzjali fl-ispeċjalizzazzjoni PV, bħal taħriġ speċifiku, xi ħaġa li turi li jagħfsu l-iktar fuq is-settur PV u li mhux lakemm jaqbdu u jibdlu għal attivitajiet oħrajn.

    (386)

    Dan l-argument mhuwiex sostanzjat biżżejjed peress li ma ntweriex x'għarfien preċiż ikollu bżonn jikseb installatur u kemm hu diffiċli u kemm jiswa biex tiksbu. Xorta waħda, l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-installaturi żviluppaw għarfien speċifiku għall-installazzjoni ta' moduli PV. Madankollu, l-iżvilupp ta' dan l-għarfien huwa relattivament riċenti u jżid mal-kompetenza primarja tal-installaturi li tkun fl-istallazzjonijiet elettriċi jew tat-tisħin, plumbing, eċċ. Żviluppa wkoll bħala tweġiba għal prattika inġusta, jiġifieri l-influss enormi ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-PRC. Indipendenti mill-ħiliet speċjalizzati tal-impjegati tal-installaturi, l-argument irid jiġi kkunsidrat b'mod parallel mal-analiżi li saret fil-premessi (378) u (382) iktar 'il fuq dwar is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-settur downstream li fit-terminu qasir jaf tkun impattata b'mod negattiv iżda li, bis-saħħa tal-kummerċ sostenibbli, twassal għal żieda fl-impjiegi tal-installaturi fit-terminu medju sa twil. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

    (387)

    Bosta partijiet ikkontestaw l-argument dwar il-ħila tal-operaturi downstream sabiex jassorbu parti miż-żieda possibbli fil-prezzijiet imsemmija fil-premessa (247) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, dan l-argument ma kienx sostanzjat biżżejjed u b'hekk ma setgħetx issir valutazzjoni dwar kemm din l-allegazzjoni kienet preċiża. Kif intqal fil-premessa (374) iktar 'il fuq, il-profittabilità tal-operaturi downstream li kkooperaw relatata direttament mal-prodott ikkonċernat ġiet ivvalutata għal medja ta' madwar 11 % li tagħti lok għall-possibilità li l-operaturi inkwistjoni jassorbu tal-inqas b'mod parzjali żieda fil-prezzijiet, jekk ikun hemm waħda. F'dan il-kuntest, huwa mfakkar kif imsemmi fil-premessa (335) iktar 'il fuq li x-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija 'l isfel. Għaldaqstant, l-argument huwa rifjutat.

    (388)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, uħud mill-partijiet tennew id-dikjarazzjoni tar-riskju serju ta' tiċkin tad-domanda għal prodotti solari fl-Unjoni minħabba l-miżuri, li skont dawn il-partijiet hija raġuni għal kontra l-miżuri. Parti minnhom argumentat li l-enerġija solari bħalissa għandha elastiċità għolja tal-prezzijiet tad-domanda u anki żieda limitata fil-prezz ta' prodotti solari tirriżulta f'tiċkin qawwi fid-domanda. Din il-parti stmat li dazju antidumping fil-medda ta' 30 % jaf ikompli jċekkem id-domanda bi 8 GW filwaqt li dazju ta' 50 % iċekken id-domanda b'10 GW. Fuq l-istess nota, l-AFASE rreferiet għal studju li sar minn analist tas-suq, li jipprevedi wkoll tiċkin tad-domanda li jasal sa 2GW fl-2013 wara dazju ta' 50 %, u b'hekk tiċkin fuq skala ferm iżgħar.

    (389)

    Għad li l-partijiet issottomettew xenarji ta' tiċkin differenti matul l-investigazzjoni minbarra dawk imsemmijin iktar 'il fuq, ma kienx fihom riżultati paragunabbli. Filwaqt li ma jistax ikun eskluż li d-dazji jafu jirriżultaw f'tiċkin tad-domanda għal istallazzjonijiet PV, il-kwantifikazzjoni tat-tali effett diffiċli tiġi stabbilita fid-dawl tal-bosta elementi li jinfluwenzaw l-attraenza tal-istallazzjonijiet PV fl-Unjoni (ara pereżempju l-premessa (258) tar-Regolament provviżorju). Barra minn hekk, anki li kieku kellu jseħħ it-tali tiċkin fit-terminu qasir, il-benefiċċji fit-terminu medju u twil li jirriżultaw huma mistennija jkunu ikbar mill-impatt negattiv fit-terminu qasir. Finalment, l-AFASE stess irrikonoxxiet li l-valutazzjoni tar-rabta diretta bejn id-domanda u d-dazji tkun disponibbli biss ladarba d-dazji jidħlu fis-seħħ. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (390)

    Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor, il-premessi (243) u (250) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. Is-sejbiet fuq is-sitt fornituri tas-servizzi li għalihom l-attività relatata mal-PV tikkostitwixxi biss sehem żgħir tal-attivitajiet usa' tagħhom (ara l-premessa (370) iktar 'il fuq) ma jibdlux il-konklużjoni li tinsab fil-premessa (250) tar-Regolament provviżorju u lanqas id-distinzjoni tal-attività PV mhux direttament relatata mal-prodott ikkonċernat tas-seba' żviluppaturi ta' proġetti/installaturi msemmijin fil-premessa (374).

    6.   L-interess tal-utenti finali/konsumaturi

    (391)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, uħud mill-partijiet tennew l-argument li d-dazji jżidu l-prezz tal-prodott ikkonċernat. B'konsegwenza ta' dan, ikun hemm tnaqqis fid-domanda għal istallazzjonijiet PV peress li jsiru għoljin wisq għall-konsumaturi u mhux attraenti biżejjed għall-investituri l-oħrajn.

    (392)

    Kif diġà ntqal fil-premessa (335) iktar 'il fuq, anki jekk jista' jkun hemm żieda temporanja fil-prezzijiet minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri, ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija negattiva kif ikkonfermat minn bosta sorsi pubbliċi. Filwaqt li diffiċli tikkwantifika ż-żieda possibbli eżatta fil-prezzijiet li tirriżulta mill-miżuri u tiċkin possibbli konsegwenti tad-domanda, jitfakkru bosta elementi. L-ewwel nett, il-prodott investigat jikkostitwixxi sa 50 % tal-kost totali ta' istallazzjoni PV u għalhekk, id-dazju jista' jkun assorbit tal-inqas f'parti minnu. It-tieni, il-kompetizzjoni tal-industrija tal-Unjoni mal-produtturi ta' pajjiżi terzi, diġà preżenti fis-suq tal-Unjoni, aktarx li żżomm il-prezzijiet baxxi. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni għandu jirnexxilha tikseb riżultati finanzjarji aħjar bis-saħħa tal-ekonomiji tal-kobor li jirriżultaw minn użu aħjar tal-impjanti ta' produzzjoni u t-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni. It-tielet, id-domanda għal istallazzjonijiet PV mhijiex korrelatata biss mal-livelli tal-prezzijiet tal-prodott investigat iżda anki mal-livell tal-FITs. Fil-livelli baxxi ta' domanda ta' żmienna, meta mqabbla ma' dawk miksuba fl-2011 u l-IP, huma mistenni li l-FITs ma jonqsux tant malajr bħal fil-perjodu kkunsidrat, u dan għandu jippermetti li jkun hemm investiment kontinwu fi proġetti PV. Għalhekk, l-argument ġie rifjutat.

    (393)

    Bħala tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom ikkontestat ir-raġunar ta' hawn fuq. Iddikjarat li x-xejra tal-prezzijiet li niżlin ma tistax tibqa' wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-parti fakkret li l-miżuri jirrappreżentaw żieda ferm importanti fil-kostijiet li ma tistax titpaċa bis-sħiħ minn tnaqqis fil-kost u jew importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, ittenna li l-industrija tal-Unjoni mhijiex ser tkun tiflaħ tidħol f'investimenti ġodda f'impjanti u makkinarju u l-operaturi downstream ftit li xejn jistgħu jassorbu jekk il-profitt tagħhom huwa ta' 11 %. Finalment, ma hemmx evidenza li tissuġġerixxi li l-FITs jistgħu jikkumpensaw iż-żieda fil-prezzijiet.

    (394)

    Huwa mfakkar li għall-kuntrarju ta' din id-dikjarazzjoni, mhuwiex mistenni li ż-żieda fil-prezzijiet li tirriżulta mill-miżuri tista' titpaċa bis-sħiħ, iżda li żieda temporanja fil-prezzijiet wara l-miżuri hija possibbli (ara l-premessa (247) tar-Regolament provviżorju). Tabilħaqq, it-tali żieda fil-prezzijiet jaf tirriżutla mid-differenza fil-livelli ta' prezzijiet bejn il-prezzijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping u l-prodotti mhux Ċiniżi. Iżda l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni tippermetti li jiġi ddikjarat li ż-żieda eventwali fil-prezzijiet jaf tkun assorbita f'parti minnha minn numru ta' fatturi fid-dawl tal-profitti fis-settur downstream fil-livell ta' 11 %. Finalment, rigward id-dikjarazzjoni li ma hemm ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-FITs jafu jikkumpensaw iż-żieda fil-perzzijiet, huwa raġonevoli li jiġi supponut li l-FITs ser jiġu aġġusatti maż-żmien skont l-iżvilupp tal-prezzijiet għall-proġetti.

    (395)

    Parti minnhom iddikjaraw li fil-fatt, minn Marzu 2013, il-prezzijiet tal-moduli żdiedu b'20 % fl-Ewropa u li hemm nuqqas kbir ta' ħażniet mill-2013. L-argument ma kienx sostanzjat u għall-kuntrarju, is-sorsi ta' informazzjoni pubblika jikkonfermaw stabilità relattiva tal-prezzijiet fit-tieni trimestru tal-2013. Anki li kieku dik l-informazzjoni kienet korretta, tkun tirrifletti biss il-fatt li wara r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, ir-riskju ta' dazju antidumping possibbli ddaħħal fil-prezz. Għaldaqstant l-argument ġie rifjutat.

    (396)

    Parti oħra ddikjarat li l-proġetti PV ma jiġġenerawx redditu għal investitur jekk it-tnaqqis fl-FITs mhuwiex korrelatat mal-ispejjeż tal-proġetti li qegħdin jonqsu, inkluż il-prezz tal-moduli, peress li jirrappreżentaw sehem importanti mill-kostijiet fi proġett partikolari. Għal dan l-għan, kien iddikjarat li d-dazji jixħtu f'periklu l-vijabbiltà ta' ħafna proġetti PV peress li jżidu l-prezz.

    (397)

    Kif stipulat fil-premessa (335) iktar 'il fuq, ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet taċ-ċelloli u l-moduli hija negattiva. Barra minn hekk, l-importanza tal-FITs fir-rigward tas-suq qiegħda tonqos hekk kif f'bosta reġjuni aktarx li tintlaħaq il-parità tal-grilja. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument li l-prezz tal-moduli PV jista' jkollu impatt negattiv fuq il-proġetti PV inkluża l-kwistjoni tal-vijabbiltà tagħhom ġie rifjutat.

    (398)

    Parti interessata minnhom ipprovdiet mudellar intern biex turi li l-vijabbiltà ta' ħafna proġetti PV kienet ipperikolata li kieku jiġu applikati d-dazji.

    (399)

    Dan l-immudellar ma ppermettix li ssir kwantifikazzjoni xierqa dwar kemm tista' tonqos l-attraenza tal-investiment fl-istallazzjonijiet PV (eż. ir-redditu fuq l-investiment) f'każ ta' prezzijiet ogħla taċ-ċelloli u l-moduli. Minkejja dan, is-suppożizzjoni li xi dazju jingħadda bis-sħiħ fuq l-utenti finali jew il-konsumaturi, użata fit-tali mmudellar, hija improbabbli fid-dawl tal-marġnijiet ta' profitt eżistenti tal-operaturi downstream. Barra minn hekk, deċiżjoni ta' investiment mhijiex ibbażata biss fuq il-prezz ta' moduli iżda tiddependi wkoll fuq ħafna fatturi oħrajn inkluża, fost l-oħrajn l-eżistenza ta' qafas ġenerali favorevoli għall-istallazzjonijiet PV f'pajjiż partikolari, il-livell ta' appoġġ rispettivament tal-prezz tad-dawl (għal parità tal-grilja). Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

    (400)

    Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (252) u (254) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    7.   Argumenti oħrajn

    (401)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, ittenna l-argument li l-industrija tal-Unjoni mhijiex kapaċi tforni s-suq tal-Unjoni u li l-PRC biss għandha l-kapaċità li tforni s-suq tal-Unjoni.

    (402)

    Id-dikjarazzjoni ġiet indirizzata fil-premessa (256) tar-Regolament provviżorju. Anki jekk issir suppożizzjoni iktar konservattiva dwar il-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni (ara l-premessa (183) iktar 'il fuq), il-kapaċità konġunta ta' riżerva tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi tkun biżżejjed biex tikkomplimenta fit-terminu qasir it-tnaqqis potenzjali fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, fit-terminu medju, huwa raġonevoli li jiġi supponut li l-industrija tal-Unjoni ser tespandi l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha sabiex tilqa' għad-domanda li ser tippermettilha tilħaq ekonomiji tal-kobor, li min-naħa tagħhom ser jippermettu tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (403)

    Uħud mill-partijiet tennew l-argument dwar id-diffikultà fl-ilħuq tal-miri tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-enerġija ekoloġika jekk jiddaħħlu dazji. Dan l-argument diġà ġie indirizzat fil-premessi (257) sa (259) tar-Regolament provviżorju, u għalhekk, fin-nuqqas ta' xi element ieħor, il-premessi (257) u (259) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    8.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (404)

    Fid-dawl ta' dan li ntqal iktar 'il fuq, il-valutazzjoni fil-premessi (260) sa (261) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

    (405)

    Għaldaqstant, ma hemm ebda raġuni valida kontra l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-PRC.

    G.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

    (406)

    Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi sabiex jiġi evitat milli jiġi kkaġunat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

    (407)

    Għall-fini ta' determinazzjoni tal-livell ta' dawn il-miżuri, ittieħdu f'kunsiderazzjoni l-marġnijiet tad-dumping misjuba u l-ammont ta' dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, bla ma jinqabżu l-marġnijiet tad-dumping misjuba.

    (408)

    Wara d-divulgazzjoni provviżorja, parti interessata minnhom ikkontestat il-marġni ta' profitt ta' 10 % użat biex jiġi kkalkolat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu billi ddikjarat li dan il-livell kien għoli wisq għal din l-industrija fiċ-ċirkustanzi kurrenti tas-suq u ntuża kemm għall-moduli kif ukoll għaċ-ċelloli. Huwa osservat li l-parametru legali biex jiġi ddeterminat il-profitt qabel it-taxxa għall-fini ta' kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu huwa jekk it-tali profitt jinkisibx raġonevolment f'ċirkustanzi normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' dumping. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, dan il-profitt huwa dak realizzat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-profitt fil-mira kien aġġustat għal 8 % fuq il-bażi tal-profitt medju peżat realizzat mill-industrija tal-Unjoni fl-2009 u l-2010 għall-moduli u ċ-ċelloli meta kienu jrendu profitt.

    (409)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li l-profittabilità tas-sena 2010 għandha tintuża bħala l-livell tal-profittabilità li l-industrija tal-Unjoni setgħet raġonevolment tikseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minflok il-marġni tal-profitt medju tas-snin 2009 u 2010. F'dan ir-rigward, kien argumentat li, il-profittabilità fl-2009 ma kinitx biżżejjed u ċ-ċirkustanzi fis-sentejn kienu differenti b'mod ċar minħabba b'mod partikolari l-iżvilupp fil-konsum fl-2010 li taffa l-effetti tad-dumping f'dik is-sena. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li mhuwiex relevanti jekk il-marġni medju tal-profitt li sar mill-industrija tal-Unjoni kienx “suffiċjenti” meta jiġi ddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Kif diġà ddikjarat fil-premessa (264) tar-Regolament provviżorju, il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għandu jkun ibbażat fuq il-profitt li jista' raġonevolment jinkiseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Hija l-prattika tal-Awtoritajiet Investigattivi li jqisu li dan il-livell intlaħaq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Peress li f'dan il-każ l-industrija tal-Unjoni għamlet telf fir-rigward tal-bejgħ ta' ċelloli fil-bidu tal-perjodu meqjus fl-2009, din il-metodoloġija ma kinitx adattata u tqies iktar affidabbli li d-determinazzjoni tal-livell ta' tneħħija tad-dannu tkun ibbażata fuq il-marġni medju tal-profitt tal-ewwel u t-tieni sena tal-perjodu kkunsidrat. F'dan ir-rigward, tqies ukoll li huwa irrelevanti li ċ-ċirkustanzi kienu differenti f'dawn is-sentejn.

    (410)

    Parti oħra tenniet li għandhom ikunu stabbiliti profitti fil-mira differenti għall-moduli u ċ-ċelloli, peress li l-profittabilità ta' dawn it-tipi ta' prodotti wriet xejriet differenti matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-indikaturi ntwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet milħuqin għal kull indikatur jirreferu għall-prodott investigat bħala wieħed uniku. Huwa mfakkar li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodott wieħed uniku u għalhekk, il-marġnijiet ta' dumping u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kienu stabbiliti fuq din il-bażi.

    (411)

    Barra minn hekk, il-kampjun rivedut tal-kostijiet ta' wara l-importazzjoni tal-importaturi mhux relatati (modifikat għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (21)) kellhom impatt fuq il-marġnijiet tad-dannu kkalkolati. Fl-aħħar, il-marġnijiet kollha tal-bejgħ nieqes kienu affettwati mill-korrezzjoni tal-prezzijiet CIF, l-esklużjoni tal-wejfers u l-profitt ġdid fil-mira.

    (412)

    Parti minnhom argumentat li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien iffokat fuq is-suq ta' livell għoli, bħas-settur residenzjali/kummerċjali żgħir, li kien jattira FITs ogħla u ssuġġerixxiet li għalhekk, il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandu jiġi aġġustat kif suppost. Ta' min jinnota li din id-dikjarazzjoni ma għandhiex tkun deċiżiva għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu, peress li l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux profittabbli.

    (413)

    Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-metodoloġija spjegata fil-premessi (263) sa (266) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

    2.   Miżuri definittivi

    (414)

    Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni u b'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, huwa meqjus li l-miżuri antidumping definittivi għandhom ikunu imposti fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-PRC fl-inqas livell tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu misjuba, skont ir-regola tal-inqas dazju. F'dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif suppost fil-livell tal-marġnijiet tad-dannu misjuba.

    (415)

    Huwa osservat li saret investigazzjoni antisussidji b'mod parallel mal-investigazzjoni antidumping. Fid-dawl tal-użu tar-regola tal-inqas dazju u l-fatt li l-marġnijiet tas-sussidju definittivi huma inqas mil-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, huwa meqjus xieraq li jiġi impost dazju kompensatorju definittiv fil-livell tal-marġnijiet ta' sussidju definittiv stabbiliti u mbagħad jiġi impost dazju antidumping definittiv sal-livell rilevanti ta' eliminazzjoni tad-dannu. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, ir-rata li biha t-tali dazji jkunu imposti hija stabbilita kif ġej:

    Kumpanija

    Marġni tas-sussidju

    Marġni tad-dumping

    Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

    Dazju kompensatorju

    Dazju antidumping

    Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

    Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

    Changzhou Youze Technology Co. Ltd;

    Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd;

    Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

    3,5 %

    90,3 %

    48,2 %

    3,5 %

    44,7 %

    Delsolar (Wujiang) Ltd

    de minimis

    111,5 %

    64,9 %

    0,0 %

    64,9 %

    Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

    11,5 %

    91,9 %

    58,2 %

    11,5 %

    46,7 %

    JingAo Solar Co. Ltd

    Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

    JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

    Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

    Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

    5,0 %

    97,5 %

    56,5 %

    5,0 %

    51,5 %

    Jinko Solar Co. Ltd

    Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

    ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

    ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

    6,5 %

    88,1 %

    47,7 %

    6,5 %

    41,2 %

    Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

    Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

    Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

    6,4 %

    53,8 %

    33,7 %

    6,4 %

    27,3 %

    RENESOLA ZHEJIANG LTD

    RENESOLA JIANGSU LTD

    4,6 %

    88,1 %

    47,7 %

    4,6 %

    43,1 %

    Wuxi Suntech Power Co. Ltd

    Suntech Power Co. Ltd

    Wuxi Sun-Shine Power Co. Ltd

    Luoyang Suntech Power Co. Ltd

    Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

    Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

    4,9 %

    73,2 %

    46,3 %

    4,9 %

    41,4 %

    Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd

    Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

    6,3 %

    93,3 %

    41,8 %

    6,3 %

    35,5 %

    Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru 1239/2013 (18)) (Anness I)

    6,4 %

    88,1 %

    47,7 %

    6,4 %

    41,3 %

    Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru 1239/2013) (Anness II)

    11,5 %

    88,1 %

    47,7 %

    11,5 %

    36,2 %

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    11,5 %

    111,5 %

    64,9 %

    11,5 %

    53,4 %

    (416)

    Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. B'hekk, dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma applikabbli b'mod esklussiv għal importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw mill-PRC u prodotti mill-kumpaniji u b'hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (417)

    Wara d-divulgazzjoni, il-GOC argumenta li r-rata medja peżata tad-dazju għall-kumpaniji elenkati fl-Anness I u l-Anness II tikser il-Ftehim Antidumping tad-WTO, peress li allegatament hija bbażata fuq il-medja peżata tad-dazji kkalkolati b'mod separat għall-produtturi esportaturi ta' ċelloli u moduli fil-kampun. Madankollu, din il-valutazzjoni hija żbajata. Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, ġiet ikkalkolata rata tad-dazju uniformi għall-esportazzjonijiet kollha tagħhom tal-prodott ikkonċernat — u l-maġġoranza tal-produtturi esportaturi ma esportawx ċelloli u moduli. Għaldaqstant, il-valutazzjoni li d-dazji kienu kkalkolati b'mod separat għall-produtturi esportaturi ta' ċelloli u moduli hija żbaljata, u b'hekk l-argument ma jistax jintlaqa'.

    (418)

    Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati individwali inqas tad-dazju jiżdiedu b'mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, it-tali żieda fil-volum tista' titqies li tikkostitwixxi fiha nfisha bidla fil-mudell tan-negozju minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkustanzi u diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista' tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni, fost l-oħrajn, tista' teżamina l-bżonn tat-tneħħija tar-rati individwali tad-dazju u l-impożizzjoni konsegwenti ta' dazju applikabbli għall-pajjiż kollu.

    (419)

    Minn hawn 'il quddiem, kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob applikazzjoni ta' rata individwali ta' dazju antidumping (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u esportat assoċjat ma', pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Jekk xieraq, imbagħad dan ir-Regolament jiġi emendat kif suppost billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali ta' dazju antidumping.

    (420)

    Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I u l-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandu jsir provvediment għad-dazju medju peżat impost fuq il-kumpaniji msemmija l-aħħar sabiex jiġi applikat fuq kwalunkwe esportatur ġdid li f'każ ieħor ikun intitolat għal analiżi skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

    (421)

    Il-miżuri huma imposti sabiex il-produtturi fl-Unjoni jkunu jistgħu jirkupraw mill-effett dannuż tad-dumping. Meta jkun hemm xi żbilanċ inizjali bejn il-benefiċċju potenzjali għall-produtturi fl-Unjoni u l-kost għall-operaturi ekonomiċi l-oħrajn fl-Unjoni, dan l-iżbilanċ jista' jkun ikkumpensat permezz ta' żieda u/jew bidu mil-ġdid tal-produzzjoni fl-Unjoni.

    (422)

    Madankollu, ix-xenarju previst ta' produzzjoni miżjuda fl-Unjoni jista' ma jkunx konformi mal-iżvilupp tas-suq f'dan is-suq volatili. Kif indikat fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju, il-konsum ta' moduli fl-Unjoni żdied b'264 % bejn l-2009 u l-2011, sabiex jonqos bi 43 punti perċentwali matul il-perjodu ta' 6 xhur bejn l-2011 u l-IP. Il-volatilità tinħass saħansitra iktar meta tħares lejn il-perjodu 2006-2011, fejn il-konsum tal-Unjoni ta' moduli żdied minn inqas minn 1 GW sa kważi 20 GW jew żieda ta' madwar 2 000 % f'temp ta' ħames snin biss. Din il-volatilità hija mistennija tibqa', u tbassir ippubblikat minn assoċjazzjonijiet kummerċjali juri differenzi ta' 100 % u iktar bejn ix-xenarji differenti anki għall-perjodu tat-terminu medju tal-2014-2015.

    (423)

    Għal dawn ir-raġunijiet, jitqies xieraq li, f'ċirkustanzi eċċezzjonali bħal dawn, id-durata tal-miżuri tiġi limitata għal perjodu ta' sentejn biss.

    (424)

    Dan il-perjodu għandu jkun biżżejjed sabiex il-produtturi fl-Unjoni jżidu u/jew jerġgħu jibdew il-produzzjoni tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin ma jipperikolax wisq is-sitwazzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-perjodu ta' sentejn ser ikun l-iktar wieħed xieraq biex jiġi analizzat jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tabilħaqq kellux l-effett li jżid il-produzzjoni Ewropea u b'hekk jibbilanċja l-effetti negattivi fuq operaturi ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni.

    (425)

    Wara d-divulgazzjoni finali, prodottur tal-Unjoni minnhom qajjem l-argument li d-durata limitata ta' sentejn hija qasira wisq biex jirkupra mid-dannu mġarrab. Barra minn hekk, kien argumentat li durata ta' sentejn ma tippermettix lill-produtturi tal-Unjoni sabiex jippreżentaw pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju għas-sena finanzjarja attwali u li jmiss. F'dan ir-rigward, huwa osservat li d-durata tal-miżuri hija sa Diċembru 2015, li għandha tkun biżżejjed sabiex il-produtturi tal-Unjoni jippreżentaw pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju sal-2015.

    (426)

    Barra minn hekk, il-produttur tal-Unjoni ma kkontestax ir-raġunijiet li għalihom id-durata kienet limitata għal sentejn, b'mod partikolari l-volatilità tas-suq. Il-produttur anki apprezza b'mod espliċitu reviżjoni f'każ li l-miżuri jkollhom bżonn jinbidlu minħabba sitwazzjoni differenti fis-suq. Peress li l-probabilità ta' bidla fiċ-ċirkustanzi tas-suq fi żmien sentejn tabilħaqq hija għolja f'dan is-suq volatili, jitqies xieraq li l-miżuri jkunu limitati għal sentejn mill-bidu nett.

    (427)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur argumenta li sentejn mhumiex biżżejjed biex jinvesti fil-produzzjoni, filwaqt li rrefera għall-premessa (424) iktar 'il fuq. Madankollu, minħabba l-kapaċità ta' riżerva sostanzjali tal-industrija tal-Unjoni, żieda fil-produzzjoni tista' tintlaħaq permezz ta' użu aħjar tal-kapaċitajiet eżistenti ta' produzzjoni, li għandha tkun fattibbli mingħajr investimenti importanti addizzjonali.

    (428)

    L-ilmentatur kompla jargumenta li impożizzjoni tad-dazji antidumping definittivi għal perjodu ta' sentejn mhijiex biżżejjed sabiex l-Industrija tal-Unjoni tirkupra mill-effetti dannuża tad-dumping fl-imgħoddi. Madankollu, l-impożizzjoni ta' dazji antidumping ma tistax tħares biss lejn l-interessi tal-Unjoni waħedha, iżda trid tibbilanċja l-benefiċċji potenzjali għall-produtturi fl-Unjoni u l-kost għal operaturi ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, tinżamm id-deċiżjoni li l-miżuri jkunu limitati għal sentejn.

    (429)

    Il-partijiet kollha kienu informati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-PRC u l-ġbir definittiv tal-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju provviżorju (divulgazzjoni finali). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

    (430)

    Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu meta kien xieraq.

    3.   Retroattività

    (431)

    Fir-rigward tal-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri antidumping, iridu jiġu evalwati l-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 10(4)(b), kriterju importanti minnhom li jrid ikun issodisfat huwa li hemm “żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet”“flimkien mal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu tal-investigazzjoni”.

    (432)

    Paragun tal-importazzjonijiet medji fix-xahar (19) tal-moduli u ċ-ċelloli b'importazzjonijiet medji fix-xahar għall-perjodu tar-reġistrazzjoni (Marzu 2013 — Ġunju 2013) juri tnaqqis qawwi fil-volumi ta' importazzjoni wara l-IP. Tabilħaqq, kif iddikjarat fil-premessa (110) għar-Regolament provviżorju, il-kwantità medja fix-xahar ta' importazzjoni ta' moduli u ċelloli Ċiniżi ammontat għal 1 250 MW (20) matul l-IP. Biex isir paragun, matul il-perjodu ta' reġistrazzjoni, il-volum medju ta' importazzjoni fix-xahar ta' moduli u ċelloli Ċiniżi kien biss nofsu.

    (433)

    Inkella, minħabba l-għamla volatili tas-suq, iż-żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet tista' tkun ivvalutata f'termini relattivi minflok assoluti. Biex jiġi vvalutat jekk hemmx żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet f'termini relattivi, hemm bżonn li jitqabblu l-volumi ta' importazzjoni mal-konsum fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-konsum irid jonqos b'rata sostanzjalment ogħla mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Peress li l-volum ta' importazzjonijiet ta' moduli u ċelloli Ċiniżi matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni kien biss nofs dak ta' matul l-IP, dan it-tnaqqis fil-konsum ikun jeħtieġ ikun ogħla minn 50 %. Filwaqt li ma hemm għad-dispożizzjoni ebda informazzjoni preċiża oħra dwar il-konsum matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni, ma hemm ebda indikazzjoni li l-konsum naqas b'iktar minn 50 %.

    (434)

    Għar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq, il-kriterju li jikkonċerna żieda sostanzjali ulterjuri mhuwiex issodisfat. Minħabba f'hekk, huwa konkluż li d-dazju antidumping definittiv ma għandux ikun impost b'mod retroattiv qabel id-data ta' applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

    H.   GĦAMLA TAL-MIŻURI

    (435)

    Wara l-adozzjoni tal-miżuri antidumping provviżorji, grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw, inklużi l-kumpaniji relatati tagħhom fil-PRC u fl-Unjoni Ewropea, u flimkien mas-CCCME offrew impenn konġunt ta' prezz b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. L-offerta tal-impenn kienet appoġġjata wkoll mill-awtoritajiet Ċiniżi.

    (436)

    Il-Kummissjoni stħarrġet l-offerta, u permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/ (21) aċċettat din l-offerta ta' impenn. Kif diġà indikat fil-premessi (3), (4) u (7) ta' din id-Deċiżjoni, sabiex jiġi vvalutat jekk l-impenn tal-prezz ineħħix l-effett dannuż tad-dumping, il-Kummissjoni analizzat kwalunkwe ċirkustanza tas-suq li nbidlet ta' għamla dejjiema li tikkonċerna, fost l-oħrajn, il-prezzijiet kurrenti ta' esportazzjoni u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu li nstab li huwa inqas mil-livell ta' dumping.

    (437)

    Wara d-Deċiżjoni 2013/423/UE, il-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME ssottomettew notifika biex jemendaw l-offerta ta' impenn inizjali tagħhom. Huma talbu li jirrevedu l-impenn sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott kif deskritt fil-premessi (31) u (72). Barra minn hekk, għadd ta' esportaturi addizzjonali, fi ħdan id-data ta' skadenza stipulata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, talbu sabiex jiddaħħlu fl-impenn.

    (438)

    Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, il-Kummissjoni kkonfermat li aċċettat l-impenn offrut mill-esportaturi elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni fir-rigward tad-dazji definittivi.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Bil-preżenti, huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501310081, 8501310089, 8501320041, 8501320049, 8501330061, 8501330069, 8501340041, 8501340049, 8501612041, 8501612049, 8501618041, 8501618049, 8501620061, 8501620069, 8501630041, 8501630049, 8501640041, 8501640049, 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) u li li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT.

    It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

    ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, li huma portabbli u li jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

    prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

    prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permaneti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/ċelloli fotovoltajka/fotovoltajċi integrata/integrati tas-siliċju kristallin.

    moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma jaqbiżx il-50 W biss għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u enerġija.

    2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Kumpanija

    Rata tad-dazju

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

    Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

    Changzhou Youze Technology Co. Ltd;

    Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd;

    Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

    44,7 %

    B791

    Delsolar (Wujiang) Ltd

    64,9 %

    B792

    Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

    46,7 %

    B793

    LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

    46,7 %

    B927

    JingAo Solar Co. Ltd

    Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

    JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

    Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

    Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

    51,5 %

    B794

    Jinko Solar Co.Ltd

    Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

    ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

    ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

    41,2 %

    B845

    Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

    Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

    Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

    27,3 %

    B795

    RENESOLA ZHEJIANG LTD

    RENESOLA JIANGSU LTD

    43,1 %

    B921

    Wuxi Suntech Power Co. Ltd

    Suntech Power Co. Ltd

    Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

    Luoyang Suntech Power Co. Ltd

    Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

    Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

    41,4 %

    B796

    Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd

    Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

    35,5 %

    B797

    Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru 1239/2013) (Anness I)

    41,3 %

     

    Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, soġġetti għad-dazju residwu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni antisussidji parallel (UE) Nru 1239/2013) (Anness II)

    36,2 %

     

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    53,4 %

    B999

    3.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    4.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

    ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 u t-30 ta' Ġunju 2012 (il-perjodu tal-investigazzjoni),

    mhuwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur ieħor fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huwa soġġett għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament,

    filfatt esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

    i l-paragrafu 2 jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u b'hekk isir soġġett għad-dazju medju peżat ta' 41,3 %.

    Artikolu 2

    1.   L-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 dwar l-importazzjonijiet ta' wejfers (il-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru) u moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma taqbiżx il-50 W biss għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u enerġija li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jiġu rilaxxati.

    2.   L-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 dwar l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501310081, 8501310089, 8501320041, 8501320049, 8501330061, 8501330069, 8501340041, 8501340049, 8501612041, 8501612049, 8501618041, 8501618049, 8501620061, 8501620069, 8501630041, 8501630049, 8501640041, 8501640049, 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) u li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT, għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti ggarantiti li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

    Artikolu 3

    1.   Importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għal prodotti li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tal-NM ex 8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) li huma fatturati minn kumpaniji li l-Kummissjoni taċċettata l-impenji tagħhom u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, għandhom ikunu eżentati mid-dazju antidumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

    (a)

    kumpanija elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mmanifatturat, bagħtet u fatturat direttament il-prodotti msemmija hawn fuq jew permezz tal-kumpanija relatata magħha elenkata wkoll fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE jew lill-kumpaniji relatati magħha fl-Unjoni li jaġixxu bħala importatur u jawtorizzaw l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew lill-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala importatur u li jawtorizza l-prodotti għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;

    (b)

    it-tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li tal-inqas fiha l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

    (c)

    it-tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn Ċertifikat ta' Impenn ta' Esportazzjoni skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament; u

    (d)

    il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu bl-eżatt għad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta' impenn.

    2.   Dejn mad-dwana għandu jiġġarrab fil-mument ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera:

    (a)

    kull meta jkun stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet elenkati f'dak il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew

    (b)

    meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f'Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi ta' impenn rilevanti bħala invalidi.

    Artikolu 4

    Il-kumpaniji li minnhom huma aċċettati impenji mill-Kummissjoni u li isimhom huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/707/UE u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati hemm, ser joħorġu wkoll fattura għal tranżazzjonijiet li mhumiex eżentati mid-dazji antidumping. Din il-fattura għandha tkun fattura kummerċjali li fiha tal-inqas l-elementi stipulati fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Hija għandha tapplika minn fis-7 ta' Diċembru 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. GUSTAS


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal- 4 ta' Ġunju 2013 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5).

    (3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2013 tal- 1 ta' Marzu 2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 61, 5.3.2013, p.2).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b'rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.).

    (5)  Ara l-paġna 214 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

    (6)  Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet EwropejMiżuri li Jaffettwaw l-Asbestos u Prodotti li Fihom l-Asbestos,(traduzzjoni mhux uffiċjali) WT/DS135/AB/R, adoddat fil-5 ta' April 2001.

    (7)  Il-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) Ltd u oħrajn vs il-Kunsill; Kawża T-314/06 Whirlpool Europe vs Il-Kunsill.

    (8)  ĠU C 269, 6.9.2012, p. 5.

    (9)  Numru ta' referenza CEI/IEC 61730-1:2004.

    (10)  Ilbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 (prov.); Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 (def.).

    (11)  Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd. vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, para 133.

    (12)  Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd. vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, para 135.

    (13)  Ir-Regolament (UE) 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012, ĠU L 344, 14.12.2012, p. 1.

    (14)  Firstpost, 12 ta' Ġunju 2013.

    (15)  Rapport Xjentifiku u Politiku tal-JRC, Rapport 2012 dwar l-Istatus tas-settur PV (traduzzjoni mhux uffiċjali), p. 14.

    (16)  L-istatistiki dwar l-Importazzjonijiet tal-Indja, Kodiċi tal-Komunità 8541 40 11 Ċelloli Solari/Ċelloli fotovoltajċi kemm jekk immuntati f'modulu/pannell jew le. Il-valuri jingħataw għas-sena finanzjarja tal-Indja, jiġifieri April-Marzu. L-informazzjoni dwar il-volumi tingħata f'biċċiet, iżda ċ-ċelloli u l-moduli huma rrapportati flimkien. Peress li l-valur ta' modulu normalment ikun madwar 100 darba ikbar mill-valur ta' ċellola, l-informazzjoni dwar il-volumi mhijiex meqjusa affidabbli.

    (17)  Kawża C-16/90, Detlef Nölle vs Hauptzollamt Bremen-Freihafen, Ġabra I-5163.

    (18)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ara l-paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)

    (19)  Peress li l-perjodu tar-reġistrazzjoni huwa sinifikament inqas mill-IP, paragun tal-valuri medji fix-xahar huwa iktar utli minn paragun tal-volum totali taż-żewġ perjodi rispettivi.

    (20)  13 986 MW ta' moduli + 1 019 MW ta' ċelloli allokati għal 12-il xahar.

    (21)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.


    ANNESS I

    Isem il-Kumpanija

    kodiċi addizzjonali TARIC

    Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

    Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

    B801

    Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

    B802

    Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

    Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

    CSI Cells Co. Ltd

    CSI Solar Power (China) Inc.

    B805

    Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

    B807

    CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

    B808

    CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

    CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

    China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

    China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

    China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

    B809

    Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd

    B810

    ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B811

    ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD.

    CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD.

    HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD.

    B812

    CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

    B813

    CSG PVtech Co. Ltd

    B814

    DCWATT POWER Co. Ltd

    B815

    Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

    B816

    EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

    SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

    B817

    Era Solar Co. Ltd

    B818

    ET Energy Co. Ltd

    ET Solar Industry Limited

    B819

    GD Solar Co. Ltd

    B820

    Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

    B822

    Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

    B824

    Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd

    Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd

    B825

    Hanwha SolarOne Co. Ltd

    B929

    Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

    B826

    Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

    B827

    HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD.

    B828

    Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

    B829

    Jetion Solar (China) Co. Ltd

    Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

    Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

    B830

    Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

    B831

    Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

    B832

    Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B833

    Jiangsu Runda PV Co. Ltd

    B834

    Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

    Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

    B835

    Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

    B836

    Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

    Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

    Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B837

    Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

    B838

    Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

    B839

    Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

    B840

    Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

    B841

    Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

    Taicang Hareon Solar Co. Ltd

    Hareon Solar Technology Co. Ltd

    Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

    Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

    Altusvia Energy (Taicang) Co, Ltd

    B842

    Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co. Ltd

    B844

    Juli New Energy Co. Ltd

    B846

    Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

    B847

    Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

    B849

    GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

    GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

    GCL Solar System (Suzhou) Limited

    GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

    Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

    Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

    Konca Solar Cell Co. Ltd

    Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B850  

    Lightway Green New Energy Co. Ltd

    Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd

    B851

    Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd

    B852

    Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

    B853

    LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

    NICE SUN PV CO. LTD

    B854

    Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

    B857

    Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

    B858

    Ningbo Osda Solar Co. Ltd

    B859

    Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

    B860

    Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

    B861

    Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

    B862

    Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

    B863

    Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

    B864

    Perlight Solar Co. Ltd

    B865

    Phono Solar Technology Co. Ltd

    Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

    B866

    RISEN ENERGY CO. LTD

    B868

    SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

    B869

    SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

    SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

    B870

    BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

    Shanghai BYD Co. Ltd

    B871

    Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd

    Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

    B872

    Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

    Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

    B873

    Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

    Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

    SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

    B875

    Jiangsu ST-Solar Co. Ltd

    Shanghai ST-Solar Co. Ltd

    B876

    Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

    B877

    Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

    B878

    Leshan Topray Cell Co. Ltd

    Shanxi Topray Solar Co. Ltd

    Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

    B880

    Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

    Sopray Energy Co. Ltd

    B881

    Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

    NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

    SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

    B882

    TDG Holding Co. Ltd

    B884

    Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

    Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

    Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

    B885

    Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

    B886

    Winsun New Energy Co. Ltd

    B887

    Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

    B889

    Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

    B890

    Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

    B892

    Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

    Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

    Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

    B893

    Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

    State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

    Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B896

    Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

    Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

    B897

    Years Solar Co. Ltd

    B898

    Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

    Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

    B899

    Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

    B900

    Yunnan Tianda Photovoltaic Co. Ltd

    B901

    Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

    B902

    Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B904

    Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

    B905

    Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

    Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

    B906

    Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

    B907

    Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

    B908

    Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co. Ltd

    B909

    Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

    Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

    B910

    Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B911

    Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

    B912

    Zhejiang SOCO Technology Co. Ltd

    B913

    Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

    Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

    B914

    Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

    B916

    Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

    Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

    B917

    Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

    WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

    B918

    Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B919

    ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

    B920

    Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

    B922

    ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

    B923

    Zytech Engineering Technology Co. Ltd

    B924


    ANNESS II

    Isem il-Kumpanija

    kodiċi addizzjonali TARIC

    Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

    B798

    Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

    B799

    Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

    B800

    Anhui Titan PV Co. Ltd

    B803

    TBEA SOLAR CO. LTD

    Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

    XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

    B804

    Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

    B806

    Dotec Electric Co. Ltd

    B928

    Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

    Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd.

    B821

    GS PV Holdings Group

    B823

    Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

    B843

    King-PV Technology Co. Ltd

    B848

    Ningbo Best Solar Energy Technology Co. Ltd

    B855

    Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd

    B856

    Qingdao Jiao Yang Lamping Co. Ltd

    B867

    SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    B874

    Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

    B879

    SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

    B883

    Worldwide Energy and Manufacturing USA Co. Ltd

    B888

    Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

    B891

    Wuxi UT Solar Technology Co. Ltd

    B894

    Xiamen Sona Energy Co. Ltd

    B895

    Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

    B903

    Zhejiang Yutai Photovoltaic Material Co. Ltd

    B930

    Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

    B915


    ANNESS III

    L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li tagħmel il-Kumpanija fl-Unjoni Ewropea tal-prodotti li huma soġġetti għall-Impenn:

    1.

    L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-IMPENN”.

    2.

    Isem il-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

    3.

    In-Numru tal-Fattura Kummerċjali.

    4.

    Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

    5.

    Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

    6.

    Id-deskrizzjoni eżatta f'lingwaġġ sempliċi tal-prodotti u:

    in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

    in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

    il-kodiċi NM,

    il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Watt).

    7.

    Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

    il-prezz ta' kull unità (Watt),

    it-termini tal-pagament applikabbli,

    it-termini tal-konsenja applikabbli,

    ir-roħs u l-iskonti totali.

    8.

    Isem il-kumpanija li taġixxi ta' importatur lil min tinħareġ il-fattura direttament mill-Kumpanija.

    9

    Isem l-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

    “Jien, il-firmatarju, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-prodotti koperti b'din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont it-termini tal-Impenn offrut minn [il-KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


    ANNESS IV

    ĊERTIFIKAT TAL-IMPENN TAL-ESPORTAZZJONI

    L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fiċ-Ċertifikat tal-Impenn tal-Esportazzjoni li għandu jinħareġ mis-CCCME għal kull Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' prodotti li huma soġġetti għall-Impenn:

    1.

    Isem, l-indirizz, in-numru tal-feks u t-telefown tal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME).

    2.

    Isem il-kumpanija msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

    3.

    In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

    4.

    Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

    5.

    Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

    6.

    Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:

    in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

    l-ispeċifikazzjoni teknika tal-prodotti, in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk applikabbli),

    il-kodiċi NM,

    7.

    Il-kwantità preċiża f'unitajiet esportati espressi f'Watt.

    8.

    L-għadd u d-data ta' skandenza (tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat.

    9.

    Isem l-uffiċjal tas-CCCME li ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

    “Jien, il-firmatarju, niċċertifika li dan iċ-ċertifikat qed jingħata għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-prodotti koperti mill-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li sar soġġett għall-Impenn u li ċ-ċertifikat qed jinħareġ fl-ambitu u skont t-termini tal-impenn offrut minn [il-KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hija korretta u li l-kwantità koperta minn dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu massimu tal-impenn.”

    10.

    Data.

    11.

    Il-firma u t-timbru tas-CCCME.


    ANNESS V

    L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' prodotti li huma soġġetti għad-dazju antidumping:

    1.

    L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL DAZJU ANTIDUMPING U KOMPENSATORJU”.

    2.

    Isem il-Kumpanija li qed toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

    3.

    In-Numru tal-Fattura Kummerċjali.

    4.

    Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

    5.

    Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

    6.

    Id-deskrizzjoni preċiża f'lingwaġġ sempliċi tal-prodotti u:

    in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

    in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

    il-kodiċi NM,

    il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Watt).

    7.

    Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

    il-prezz ta' kull unità (Watt),

    it-termini tal-pagament applikabbli,

    it-termini tal-konsenja applikabbli,

    ir-roħs u l-iskonti totali.

    8.

    L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali.


    Top