This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1106
Council Implementing Regulation (EU) No 1106/2013 of 5 November 2013 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain stainless steel wires originating in India
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal- 5 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal- 5 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 09/11/2018: This act has been changed. Current consolidated version: 10/02/2017
8.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1106/2013
tal-5 ta’ Novembru 2013
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri provviżorji
(1) |
Fit-3 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) imponiet, permezz tar-Regolament (UE) Nru 418/2013 (2) (“ir-Regolament provviżorju”), dazju tal-anti-dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
(2) |
L-investigazzjoni bdiet wara lment ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2012 mill-Konfederazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u tal-Azzar (Eurofer) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli. |
(3) |
Fl-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji, il-Kummissjoni imponiet dazju kumpensatoru provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill- pajjiż ikkonċernat’ permezz tar-Regolament (UE) Nru 419/2013 (3) u dazju kumpensatorju definittiv permezz tar-Regolament (UE) Nru 861/2013 (4). |
2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(4) |
Fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni, ġie applikat it-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi Indjani u l-produtturi tal-Unjoni. Fl-istadju provviżorju, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub ukoll fir-rigward ta’ importaturi mhux relatati. Madankollu, billi żewġ importaturi mit-tlieta magħżula għall-kampjun ma ppreżentawx tweġibiet għall-kwestjonarju, it-teħid ta’ kampjun tal-importaturi ma setax jiġi applikat. Għalhekk, l-informazzjoni kollha disponibbli li tikkonċerna l-importaturi kollha li kkooperaw intużat biex jintlaħqu konklużjonijiet definittivi; b’mod partikolari sa fejn l-interess tal-Unjoni huwa kkonċernat. |
(5) |
Produttur esportatur wieħed allega li billi l-ebda bejgħ minn dawk li ma lmentawx ma ntuża għad-determinazzjoni tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, il-kampjun magħżul ta’ produtturi tal-Unjoni ma setax jiġi kkunsidrat bħala rappreżentattiv. Dik il-pretensjoni inċaħdet għaliex il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tat-tweġibiet riċevuti mingħand il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kollha irrispettivament minn jekk appoġġawx l-ilment fl-istadju tad-determinazzjoni tas-sitwazzjoni, u dan sar fuq il-bażi tal-volumi ta’ produzzjoni. |
(6) |
Produttur esportatur wieħed, relatat ma’ produttur tal-Unjoni, oppona l-ilment, u talab eżami individwali, minħabba li ma kienx inkluż fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi, abbażi tal-lvolumi baxxi tiegħu tal-esportazzjoni. Il-produttur tal-Unjoni innifsu ukoll ma kienx inkluż fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni b’riżultat tal-volumi ta’ produzzjoni baxxi tiegħu. L-eżami individwali ngħata mill-Kummissjoni, iżda l-produttur esportatur irtira t-talba tiegħu. |
(7) |
Seba’ produtturi esportaturi Indjani li tħallew barra mill-kampjun talbu għal eżami individwali. Tnejn minnhom wieġbu l-kwestjonarju u ħamsa ma għamlux dan. Miż-żewġ produtturi li wieġbu għall-kwestjonarju wieħed irtira t-talba tiegħu għal eżami individwali. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ produttur esportatur Indjan wieħed li tħalla barra mill-kampjun, jiġifieri:
|
(8) |
Fl-istadju provviżorju l-ebda wieħed mill-prodotturi esportaturi inizjalment inklużi fil-kampjun ma nstab li kien ippreżenta informazzjoni affidabbli biżżejjed. Għalhekk ġie applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-kampjun bi tliet kumpaniji, ibbażat fuq il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom u r-rieda tagħhom li jikkooperaw kif espress wara l-bidu tal-proċediment. Bħala riżultat, il-Kummissjoni eżaminat it-tweġibiet għall-kwestjonarju u wettqet żjarat ta’ verifika fil-post ta’ dawn il-produtturi esportaturi Indjani li ġejjin:
|
(9) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-premessi minn (4) sa (7) u (14) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(10) |
Kif stipulat fil-premessa (20) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2012 (il-“perjodu kkunsidrat”). |
4. Proċedura sussegwenti
(11) |
Wara li saru magħrufa l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet meħtieġa li abbażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji (“divulgazzjoni provviżorja”), diversi partijiet interessati, jiġifieri t-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun, l-uniku esportatur-produttur li rtira t-talba tiegħu għal eżami individwali, l-ilmentatur, u 11-il utent ressqu l-kummenti tagħhom. Instemgħu l-partijiet kollha li wrew din ix-xewqa. Il-Kummissjoni kompliet tfittex l-informazzjoni li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi. Il-kummenti kollha li waslu tqiesu u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq. |
(12) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li tirrakkomanda l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u l-ġbir definittiv tal-ammonti żgurati permezz tad-dazju provviżorju (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Il-kummenti kollha li waslu tqiesu u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq. |
(13) |
Wara l-kummenti li waslulha dwar l-iżvelar finali, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati b’tibdil fis-sejbiet rigward il-livell ta’ dumping ta’ ċerti produtturi esportaturi. Il-partijiet kollha reġgħu ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni addizzjonali. Il-kummenti kollha li waslu tqiesu u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq. Parti interessata waħda, il-kwerelant, ikkritikat il-fatt li s-sejbiet li jikkonċernaw il-livell ta’ dumping ta’ ċerti produtturi esportaturi kienu mibdula abbażi ta’ dejta ġdida u l-kummenti li waslu wara l-iżvelar provviżorju u fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. Hija allegat ukoll li d-drittijiet proċedurali tagħha ġew miksura. |
(14) |
Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li kellha tqis is-sottomissjonijiet li waslu mingħand il-partijiet interessati u, jekk meħtieġ, tibdel is-sejbiet meta l-kummenti jkunu ġġustifikati. F’ebda wieħed minn dawn il-każijiet ma ntużat dejta ġdida mhux ivverifikata għad-determinazzjoni tad-dumping. Barra minn hekk, id-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati kollha kienu rispettati peress li kienu infurmati fil-ħin u kif suppost u mogħtija l-istess skadenzi biex iressqu l-kummenti. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTTI SIMILI
(15) |
Kif stabbilit fil-premessa (21) tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa ddefinit bħala wajers tal-azzar inossidabbli li fihom, bil-piż:
li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat. |
(16) |
Xi utenti esprimew tħassib dwar in-nuqqas apparenti ta’ distinzjoni bejn id-diversi tipi tal-prodott ikkonċernat u prodotti simili, għaliex jeżisti taħlit estensiv ta’ prodotti fost it-tipi kollha ta’ prodotti. Kien hemm tħassib partikulari dwar kif jista’ jiġi żgurat tqabbil ġust fost it-tipi kollha fl-investigazzjoni. Kif inhu l-każ fil-biċċa l-kbira tal-investigazzjonijiet, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat tkopri varjetà wiesgħa ta’ tipi ta’ prodotti li għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi identiċi jew simili. Il-fatt li dawn il-karatteristiċi jistgħu jvarjaw minn tip ta’ prodott għal tip ta’ prodott ieħor jista’ tabilħaqq iwassal biex tiġi koperta medda wiesgħa ta’ tipi. Dan huwa l-każ fl-investigazzjoni attwali. Il-Kummissjoni qieset id-differenzi fost it-tipi ta’ prodotti u żgurat tqabbil ġust. Ġie allokat numru tal-kontroll tal-prodotti (product control number - PCN) uniku għal kull tip ta’ prodott li jiġi prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi Indjani u għal kull tip prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. In-numru kien jiddependi fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, f’dan il-każ, il-grad tal-azzar, is-saħħa tensili, il-kisi, il-wiċċ, id-dijametru, u l-forma. Għaldaqstant, it-tipi ta’ wajers esportati lejn l-Unjoni ġew imqabbla abbażi tal-PCN mal-prodotti li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni li għandhom l-istess karatteristiċi jew karatteristiċi simili. Dawn it-tipi kollha waqgħu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fl-avviż tal-inizjazzjoni (5) u fir-Regolament provviżorju. |
(17) |
Parti waħda tenniet il-pretensjoni tagħha li l-hekk imsejħa tipi ta’ prodotti “tekniċi ħafna” huma differenti u mhumiex interkambjabbli ma’ tipi oħra tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (6), meta jiġi determinat jekk il-prodotti humiex simili biex jiffurmaw parti mill-istess prodott, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, u għandhomx l-istess użi finali bażiċi u l-istess relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità. F’dak ir-rigward, l-interkambjabbiltà ta’, u l-kompetizzjoni bejn, dawk il-prodotti għandhom jiġu vvalutati wkoll. L-investigazzjoni sabet li t-tipi ta’ prodotti “tekniċi ħafna” msemmija mill-parti għandhom il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, u tekniċi bażiċi bħall-prodotti l-oħra li huma soġġetti għall-investigazzjoni. Huma magħmula mill-azzar inossidabbli u huma wajers, u l-proċess ta’ produzzjoni huwa simili, bl-użu ta’ magni simili, b’tali mod li l-produtturi jistgħu jaqilbu bejn varjanti differenti tal-prodott, skont id-domanda. Għaldaqstant, għalkemm tipi differenti ta’ wajers mhumiex direttament interkambjabbli u ma jikkompetux direttament, il-produtturi qed jikkompetu għal kuntratti li jkopru firxa wiesgħa ta’ wajers tal-azzar inossidabbli. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta’ prodotti huma prodotti u mibjugħa kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi Indjani bl-użu ta’ metodu simili ta’ produzzjoni. Għaldaqstant, l-argument ma jistax jintlaqa’. |
(18) |
B’reazzjoni għad-divulgazzjoni definittiva, parti waħda stqarret li l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni biex ikun stabbilit jekk l-hekk imsejħa tipi ta’ prodotti tekniċi ħafna għandhomx jiġu inklużi fl-investigazzjoni ma kinitx biżżejjed. Dan l-argument ma ntlaqax. L-investigazzjoni stabbiliet li t-tipi ta’ prodotti tekniċi ħafna jaqgħu fid-definizzjoni tal-prodott kif stabbilit fil-premessa (17). Il-parti tassumi ħażin li l-kriterji kollha msemmija fil-ġurisprudenza jridu jiġu ssodisfati fl-istess ħin. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (7), il-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni wiesgħa meta tiddefinixxi l-ambitu tal-prodott, u trid tibbaża din il-valutazzjoni fuq is-sett ta’ kriterji żviluppati mill-Qorti. Ta’ spiss, bħal fil-każ preżenti, xi kriterji jistgħu jippuntaw f’direzzjoni u oħrajn f’direzzjoni oħra; f’sitwazzjoni bħal din, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni globali, kif għamlet fil-każ preżenti. Għaldaqstant, din il-parti interessata tassumi ħażin li t-tipi ta’ prodotti jrid ikollhom l-istess karatteristiċi kollha sabiex jaqgħu fl-istess definizzjoni ta’ prodott. |
(19) |
Xi utenti stqarrew li l-hekk imsejħa wajers tal-azzar inossidabbli “serje 200” għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. B’mod partikulari, huma allegaw li dan it-tip bilkemm jiġi prodott mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija bla bażi. L-ewwel nett, il-fatt li ċertu tip ta’ prodott mhuwiex prodott mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex raġuni biżżejjed biex jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni, fejn il-proċess tal-produzzjoni jkun tali li l-produtturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jibdew jipproduċu t-tip ta’ prodott inkwistjoni. It-tieni, bħal fil-każ tal-wajers tekniċi ħafna, instab li dawn it-tipi tal-prodott ikkonċernat kellhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi identiċi jew simili għal tipi oħra tal-prodott simili prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argument ma jistax jintlaqa’. |
(20) |
Alternattivament, huma sostnew li l-vireg tal-wajers għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-vireg tal-wajers huma l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat iżda jistgħu jintużaw ukoll għall-produzzjoni ta’ prodotti differenti bħal qfieli u msiemer. Għaldaqstant, għall-kuntrarju tal-prodott ikkonċernat, dawn ma jikkostitwixxux prodott tal-azzar lest. Permezz tal-proċess ta’ produzzjoni bil-kiesaħ, il-vireg tal-wajers, fost prodotti oħra, jistgħu jiġu ttrasformati fil-prodott ikkonċernat jew fil-prodott simili. Abbażi ta’ dan, il-vireg tal-wajers ma jistgħux jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott fit-tifsira tar-Regolament bażiku. |
(21) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fil-premessi minn (21) sa (24) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
C. DUMPING
1. Introduzzjoni
(22) |
Matul iż-żjarat ta’ verifika fil-postijiet tat-tliet produtturi Indjani fil-kampjun oriġinali li jesportaw u l-analiżi sussegwenti tal-informazzjoni miġbura, instab li dawn il-kumpaniji kienu ssottomettew xi informazzjoni li ma setgħetx tiġi meqjusa bħala affidabbli. Il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha, u analizzat l-informazzjoni kollha mressqa b’reazzjoni għad-divulgazzjoni provviżorja u f’seduti sussegwenti. |
(23) |
Kif indikat fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju, fil-każ ta’ produttur esportatur wieħed, il-Kummissjoni kienet sabet li l-ispejjeż irrapportati fit-tweġiba għall-kwestjonarju ma setgħux jiġu rrikonċiljati mas-sistema interna tar-rappurtar tal-ispejjeż tal-kumpanija. Il-kumpanija kienet argumentat li n-nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni kien ikkawżat minn żbalji ta’ reġistrazzjoni u metodu ta’ valutazzjoni ta’ stokkijiet li kien ivarja bejn is-sistema ta’ rappurtar tal-ispejjeż interna u d-dejta ppubblikata fil-kontijiet annwali. |
(24) |
Kif spjegat fil-premessa (28) tar-Regolament provviżorju, għalkemm id-dejta fis-sistema ta’ rappurtar tal-ispejjeż intern kienet konsistenti mar-rapporti finanzjarji awditjati fuq il-livell tal-kumpanija, ma kienx possibbli li tiġi rrikonċiljata d-dejta ġġenerata mis-sistema interna ta’ rappurtar tal-ispejjeż għad-diviżjoni tal-wajers mat-tabelli tal-ispejjeż speċifikament ippreparati mill-kumpanija bi tweġiba għall-kwestjonarju tal-investigazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ġie kkunsidrat li l-informazzjoni misjuba fis-sistema interna tar-rappurtar tal-ispejjeż għandha tintuża għall-għan ta’ din l-investigazzjoni dwar l-antidumping. |
(25) |
Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni provviżorjament aġġustat id-dejta dwar l-ispejjeż ipprovduta mill-produttur esportatur fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju billi użat fatti disponibbli fis-sistema interna ta’ rrappurtar tal-ispejjeż. |
(26) |
Kif innutat fil-premessa (27) tar-Regolament provviżorju, il-produttur esportatur argumenta li d-dejta fis-sistema interna ta’ rrappurtar tal-ispejjeż ma kinitx affidabbli u ma għandhiex tintuża għall-iskopijiet tal-investigazzjoni. Il-kumpanija rreferiet għal bosta żbalji u problemi kunċettwali fir-rigward taċ-ċifri rrappurtati internament li fuqhom il-Kummissjoni kienet ibbażat l-aġġustament tagħha tal-ispejjeż. Il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni kellha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-ispejjeż irrapportati fit-tweġiba tal-kwestjonarju. Barra minn hekk, fi stadju aktar tard wara l-miżuri provviżorji, il-kumpanija pprovdiet rikonċiljazzjoni bejn iċ-ċifri tal-ispejjeż tad-diviżjoni rrappurtati internament u t-tweġiba għall-kwestjonarju. Fuq dik il-bażi, u wara li kkunsidraw l-evidenza miġbura matul iż-żjara fuq il-post, ċerti spejjeż tal-manifattura rrappurtati oriġinalment minn dik il-kumpanija fir-risposta tagħha għall-kwestjonarju setgħu mbagħad jiġu aċċettati. |
(27) |
Madankollu, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, l-allokazzjoni ta’ ċerti spejjeż bħal spejjeż ġenerali u spejjeż ta’ finanzjament irrappurtati mill-kumpanija fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju ma setgħux jitqiesu bħala affidabbli għall-iskop tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn l-ispejjeż għandhom jiġu allokati fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija u l-kost tal-oġġetti mibjugħa skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż irrapportati fit-tweġiba tal-kwestjonarju jistgħu jiġu aċċettati u l-allokazzjoni tal-fatturat ġiet maqbula mill-kumpanija fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. Il-livell ta’ marġni ta’ dumping naqas wara rieżami tal-ispejjeż tal-imballaġġ u ċerti spejjeż ġenerali. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma għandux jibqa’ japplika biex tiġi stabbilita l-marġni ta’ dumping ta’ dan il-produttur esportatur. |
(28) |
Kif stabbilit fil-premessa (30) tar-Regolament provviżorju, fil-każ tat-tieni produttur esportatur, il-Kummissjoni sabet li x-xiri u l-konsum tal-materja prima rrappurtati fit-tweġiba tal-kumpanija għall-kwestjonarju ma kinux sostnuti mid-dejta li tinsab fis-sistema ta’ ġestjoni tal-inventarju tal-produttur. B’mod partikolari, jidher li d-distribuzzjoni tal-gradi tal-azzar kienet differenti f’kull wieħed mis-sorsi. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-grad tal-azzar huwa fattur ewlieni fid-determinazzjoni tal-ispiża tal-prodott finali u li informazzjoni mhux ta’ min wieħed joqgħod fuqha dwar il-grad tal-azzar tista’ toħloq distorjsoni serja tad-determinazzjoni tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ tipi ta’ prodott individwali u għalhekk tista’ tiżgwida, u għamlet lill-produttur esportatur konxju minn din il-kunsiderazzjoni essenzjali f’diversi okkażjonijiet. |
(29) |
Kif stabbilit fil-premessa (31) tar-Regolament provviżorju, il-produttur esportatur iddikjara, madankollu, li l-fajls tal-kompjuter li fihom ix-xiri ta’ materja prima miġbura mill-Kummissjoni matul iż-żjara ta’ verifika ma kinux kompluti, minħabba li akkwisti addizzjonali tal-materja prima kienu saru minn unitajiet oħra fil-kumpanija, iżda ma kinux ġew irappurtati u ma kinux inklużi fil-fajls tal-kompjuter miġbura matul iż-żjara ta’ verifika u eżaminati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur sostna li d-diskrepanzi osservati fil-kwantitajiet ta’ gradi tal-azzar kienu minħabba l-fatt li kien hemm xi trikkib parzjali bejn xi gradi tal-azzar u li xi partijiet tal-proċess ta’ produzzjoni ma kinux traċċabbli fuq il-livell ta’ gradi individwali tal-azzar. |
(30) |
Fil-premessa (32) tar-Regolament provviżorju l-Kummissjoni madankollu nnutat li d-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq li saru mill-kumpanija fir-rigward ta’ xiri addizzjonali ta’ materja prima ma kinux ġew issostanzjati u fi kwalunkwe każ ma kinux biżżejjed biex jispjegaw id-diskrepanzi osservati fil-livell ta’ gradi individwali tal-azzar. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kumpanija kienet allegat li ma kienx possibbli li jsir rintraċċar eżatt skont il-gradi tal-azzar individwali fl-istadji kollha tal-proċess ta’ produzzjoni. Din l-ammissjoni kompliet iddgħajjef l-affidabilità tas-sistema ta’ rappurtar tal-gradi tal-azzar kollha kemm hi. L-informazzjoni mogħtija dwar gradi tal-azzar kienet għalhekk provviżorjament ikkunsidrata bħala mhux korretta. |
(31) |
Fil-premessa (33) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li d-distribuzzjoni rrappurtata ta’ materja prima skont il-grad tal-azzar ma kienitx affidabbli u għandha tkun provviżorjament imwarrba u li d-determinazzjonijiet għandhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta’ affidabilità tas-sistema ta’ rappurtar kollha kemm hi, ma kienx possibbli li jsiru d-determinazzjonijiet abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mill-gradi tal-azzar irrappurtati. Għalhekk. fil-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping provviżorja globali għall-prodotti kollha, intuża l-konsum totali tal-materja prima kollha meħuda kollha flimkien, mingħajr ma jiġi kkunsidrat it-tqassim skont il-grad tal-azzar.. |
(32) |
Wara l-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji, il-kumpanija kkontestat dan l-approċċ provviżorju f’termini ġenerali iżda baqgħet mhux kapaċi toffri tqabbil ras imb’ ras f’livell tal-PCN. Madankollu, tard fl-investigazzjoni, il-kumpanija offriet aktar raggruppament ta’ xi wħud mill-gradi tal-azzar deħlin u ħerġin, bi grad suffiċjenti ta’ rikonċiljazzjoni meta l-materja prima tiġi miġbura fis-serje ewlenija ta’ gradi ta’ azzar inossidabbli skont il-kompożizzjoni kimika tagħhom (is-serje 200-, 300- u 400- fil-klassifikazzjoni AISI). Il-kumpanija offriet ukoll mod alternattiv ta’ ragruppament li fih l-użu finali ġie inkluż bħala fattur ta’ ragruppament addizzjonali. Madankollu, billi l-użu finali ma jistax jiġi vverifikat, il-Kummissjoni reġgħet ikkalkulat il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-gradi tal-azzar miġbura skont il-kompożizzjoni kimika kif espress fis-serje tal-gradi tal-azzar (is-serje 200-, 300- u 400- fil-klassifikazzjoni AISI). Is-serje ta’ gradi tal-azzar huma kriterju ġeneralment użat, oġġettiv u verifikabbli filwaqt li għal din il-kumpanija l-użu tal-PCN ma jippermettix rikonċiljazzjoni sħiħa u għalhekk ma jiżgurax tqabbil ġust fuq il-bażi ta’ dejta affidabbli fit-tifsira tar-Regolament bażiku. |
(33) |
Peress li l-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-kumpanija madankollu ma kinetx tippermetti r-rikonċiljazzjoni tad-dejta fuq il-livell dettaljat biżżejjed meħtieġ għall-investigazzjoni, il-konklużjoni provviżorja li s-sistemi ta’ rintraċċar tal-kumpanija ma kinux affidabbli biżżejjed tinżamm u l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku huwa applikat għad-determinazzjoni definittiva tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu tal-marġni tad-dumping, li huwa għalhekk ibbażat fuq l-approċċ imsemmi fil-premessa preċedenti. |
(34) |
Kif indikat fil-premessa (34) tar-Regolament provviżorju, fil-każ tat-tielet produttur esportatur, il-Kummissjoni sabet, matul iż-żjara ta’ verifika, li l-flussi ta’ materja prima rrappurtati fit-tweġiba għall-kwestjonarju ma kinux konsistenti mad-dejta li tinsab fis-sistema ta’ kontabilità tal-produttur. Jidher li d-distribuzzjoni għal kull grad ta’ azzar kienet differenti f’kull wieħed miż-żewġ sorsi. |
(35) |
Kif indikat fil-premessa (35) tar-Regolament provviżorju, il-produttur esportatur, filwaqt li ammetta xi żbalji fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, allega li d-differenzi fil-kwantitajiet globali tal-materja prima setgħu jiġu rrikonċiljati billi jitqiesu l-bidliet fl-inventarji. Madankollu, il-kumpanija allegat ukoll li t-trikkib parzjali bejn il-gradi tal-azzar kien jagħmilha impossibbli li wieħed jagħmel rikonċiljazzjoni eżatta għal kull grad tal-azzar individwali. Fil-kummenti tagħha wara s-sejbiet provviżorji, hija ddikjarat ukoll li kultant il-grad tal-azzar indikat fuq il-fattura tal-bejgħ ma kkorrispondiex mal-grad tal-azzar li fil-fatt ikun qiegħed jiġi esportat. Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li gradi tal-azzar ma ntużawx b’mod preċiż fl-industrija tal-azzar inossidabbli, iżda minflok kien hemm varjazzjonijiet bejn il-kompożizzjonijiet kimiċi ppubblikati ta’ kategoriji tal-azzar u l-prodotti attwali. Il-kumpanija argumentat li meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni dawn l-ispjegazzjonijiet, id-diskrepanzi identifikati mill-Kummissjoni jkunu jikkonċernaw biss proporzjon insinifikanti tal-esportazzjonijiet tagħha. |
(36) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-volum tad-diskrepanzi misjuba ma setax jiġi spjegat minn nuqqasijiet okkażjonali ta’ preċiżjoni. Għall-kuntrarju, l-argumenti ppreżentati kkontribwew biex idgħajfu l-affidabbiltà tas-sistemi ta’ rappurtar tal-kumpanija dwar il-gradi tal-azzar inġenerali, speċjalment fid-dawl tan-natura deċiżiva tal-gradi tal-azzar fid-determinazzjoni tal-kost tal-prodott finali. |
(37) |
Madankollu, aktar tard fl-investigazzjoni, il-kumpanija ddikjarat li jekk il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rappurtar inizjali tal-kumpanija dwar il-gradi tal-azzar, riżultat aktar preċiż seta’ jinkiseb jekk, minflok jiġu ragruppati flimkien il-PCNs kollha kif sar fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni tiġbor flimkien biss dawk il-gradi speċifiċi tal-azzar li bejniethom ġew identifikati diskrepanzi, jew alternattivament tiġbor flimkien il-gradi tal-azzar skont il-kompożizzjoni kimika tagħhom espressa fis-serje ta’ gradi tal-azzar (is-serje 200-, 300- u 400- fil-klassifikazzjoni AISI). Il-kumpanija offriet ukoll metodu ieħor sabiex jiġu ragruppati l-gradi tal-azzar fis-serje 300- f’sottogruppi iżgħar. |
(38) |
Il-Kummissjoni konsegwentement irrikalkulat il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-gruppi tal-azzar inossidabbli bbażati fuq il-kompożizzjoni kimika kif espressa fis-serje ta’ gradi tal-azzar (is-serje 200-, 300- u 400- fil-klassifikazzjoni AISI) sabiex jiġi segwit l-istess metodu kif deskritt fil-premessa (30) aktar ‘il fuq. Is-serje ta’ gradi tal-azzar huma kriterju ġeneralment użat, oġġettiv u verifikabbli filwaqt li għal din il-kumpanija l-użu tal-PCN ma ppermettiex rikonċiljazzjoni sħiħa u għalhekk ma jiżgurax tqabbil ġust fuq il-bażi ta’ dejta affidabbli fit-tifsira tar-Regolament bażiku. |
(39) |
Peress li l-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-kumpanija ma kinetx tippermetti r-rikonċiljazzjoni tad-dejta b’mod dettaljat biżżejjed meħtieġ għall-investigazzjoni, il-konklużjoni provviżorja li s-sistemi ta’ rintraċċar tal-kumpanija ma kinux affidabbli biżżejjed tinżamm u l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku huwa applikat għad-determinazzjoni definittiva tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu tal-marġni tad-dumping, li huwa għalhekk ibbażat fuq l-approċċ imsemmi fil-premessa preċedenti. |
(40) |
Il-kwerelant qal li r-raggruppament tal-prodott ikkonċernat fi gradi tal-azzar ma waqqafx lill-Kummissjoni milli twettaq test korrett tal-profitabbiltà sabiex tiddetermina l-valuri normali għal kull PCN. |
(41) |
Il-Kummissjoni twettaq l-analiżi tagħha f’livell li huwa konsistenti mas-sistemi ta’ kontabilità interna tal-esportaturi u tal-produtturi tal-Unjoni, li jippermettu s-sostanzjament taċ-ċifri rrapportati. Għaldaqstant, il-pretensjoni hija miċħuda. |
(42) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn (37) u (38) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
2. Il-valur normali
(43) |
Għal produttur esportatur wieħed li għalih huwa applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, id-determinazzjoni tal-valur normali ġiet riveduta wara r-rivalutazzjoni tal-ispiża tal-produzzjoni tiegħu. Fl-istadju definittiv, l-ispiża tal-produzzjoni kienet iddeterminata abbażi tal-ispejjeż tal-manifattura rrapportati li magħhom ġew miżjuda l-ispejjeż tal-bejgħ u dawk ġenerali u amministrattivi, inklużi l-ispejjeż tal-finanzjament, bl-użu ta’ metodu ta’ allokazzjoni permess mill-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. |
(44) |
Għat-tliet produtturi esportaturi li ġew inklużi l-aħħar fil-kampjun, u għall-produttur esportatur li ngħata eżami individwali, il-volumi tal-bejgħ domestiku nstab li kienu b’mod ġenerali rappreżentattivi, u kienu jirrappreżentaw mill-inqas 5 % tal-volum ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. L-istess test tar-rappreżentattività sar ukoll għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produtturi miżjuda l-aħħar fil-kampjun fis-swieq domestiċi tagħhom u nstab li kienu komparabbli mat-tipi tal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
(45) |
Billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur miżjud l-aħħar fil-kampjun u għall-produttur esportatur li ngħata eżami individwali, setax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(46) |
Fil-każ ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi l-aħħar fil-kampjun, l-allokazzjoni tal-ispejjeż inizjalment ippreżentata mill-kumpanija nstabet li ma kenitx adegwata billi ma kenitx tirrifletti l-ħxuna tal-wajer, li huwa fattur importanti għall-ispejjeż. Bil-qbil tal-kumpanija, il-metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż ġie aġġustat. |
(47) |
Fil-każ tat-tieni produttur esportatur inkluż fil-kampjun, żball klerikali fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping ġie kkoreġut. Minbarra dan, il-produttur talab li l-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti addizzjonali fit-test tal-profitabbiltà u l-allowances tal-prezz. Dawn it-talbiet instabu li ma kinux ġustifikati. |
(48) |
Fil-każ tal-produttur esportatur mogħti eżami individwali, żball klerikali fil-kalkulazzjonijiet ġie kkoreġut. L-istess produttur esportatur għamel iżjed affermazzjonijiet dwar id-determinazzjoni mill-Kummissjoni tal-livell ta’ bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-ispejjeż tat-trasport domestiku u talab aġġustament għad-differenzi fiżiċi tal-prodott ikkonċernat bejn is-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni. Dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati, għaliex il-kalkoli kienu bbażati fuq d-dejta tal-kosti mressqa mill-kumpanija li kienu vverifikati waqt iż-żjara ta’ verifika u minħabba li d-dikjarazzjoni rigward id-differenzi fiżiċi ma kinitx sostanzjata. |
(49) |
Bħala konsegwenza, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali kif deskritt fil-premessi (39) sa (48) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata u ġiet applikata għat-tliet produtturi esportaturi inklużi l-aħħar fil-kampjun u l-produttur esportatur li ngħata eżami individwali. |
3. Il-prezz tal-esportazzjoni
(50) |
Għal produttur esportatur wieħed, wara d-dikjarazzjoni tiegħu, ċerti żbalji klerikali li jirrigwardaw l-użu okkażjonali tar-rata tal-kambju u l-inklużjoni żbaljata ta’ ċertu bejgħ intragrupp fil-kalkolu tad-dumping ġew irrettifikati. |
(51) |
Għal produttur esportatur ieħor, bejgħ permezz ta’ kumpanija relatata fl-Unjoni ġie inkluż fil-kalkolu tad-dumping. |
(52) |
Produttur esportatur wieħed minn dawk inklużi l-aħħar fil-kampjun sostna li l-benefiċċji li kien irċieva taħt l-iskemi tas-sussidji tad-DEPB u DDS kellhom jiżdiedu mal-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
(53) |
Produttur ieħor minn dawk inklużi l-aħħar fil-kampjun irrapporta l-benefiċċji li rċieva bħala parti mill-iskema ta’ sussidju tad-DDS bħala allowances negattivi tal-prezz, li żiedu artifiċjalment il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
(54) |
Il-Kummissjoni analizzat l-imġiba tal-prezzijiet taż-żewġ kumpaniji fis-suq tal-Unjoni u waslet għas-sejbiet tagħha, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku u għalhekk ma jeħtiġux aġġustament ieħor. Il-pretensjoni tal-ewwel kumpanija kienet għalhekk miċħuda u l-allowance irrappurtata tat-tieni kumpanija ġiet injorata. |
(55) |
Produttur esportatur wieħed li ġie inkluż l-aħħar fil-kampjun sostna li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu għandhom jiġu kkoreġuti ‘l fuq sabiex jinġiebu skont il-prezzijiet domestiċi tiegħu minħabba li l-bejgħ domestiku sar taħt isem tad-ditta stess, b’tali mod li kien jattira prezzijiet ogħla. Il-kumpanija ma setgħetx, madankollu, tissostanzja li l-fatturi li għalihom ressqet il-pretensjoni kienu tabilħaqq jirreferu għal bejgħ bil-marka u, b’konsegwenza, il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
(56) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn (50) sa (52) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
4. Tqabbil
(57) |
Produttur esportatur partikolari afferma li, billi sar twaħħid tal-PCNs kollha għad-determinazzjoni tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tiegħu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni għandhom ikunu trattati bl-istess mod u kellu jintuża prezz wieħed tal-esportazzjoni għat-tqabbil mal-valur normali. |
(58) |
Il-Kummissjoni fl-investigazzjoni tagħha kellha l-għan li tikseb id-dejta dwar l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-esportazzjoni fuq bażi tal-PCN, iżda, ma kisbitx mingħand il-kumpanija kkonċernata r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa li kienu jippermettu l-identifikazzjoni ta’ spejjeż tal-produzzjoni affidabbli fuq bażi tal-PCN. L-investigazzjoni ma sabet, madankollu, l-ebda defiċjenza bil-livelli tal-prezz tal-esportazzjoni rrapportati mill-PCN, u għalhekk ma kenitx xierqa l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tal-prezzijiet reali tal-esportazzjoni. Billi l-Kummissjoni ma qisitx li t-tnaqqis tal-livell ta’ dettall ta’ prezzijiet irrappurtati jkun xieraq meta mqabbel mal-istandards tal-investigazzjoni sabiex isir paragun ġust, il-pretensjoni kienet miċħuda. |
(59) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn (53) sa (55) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
5. Il-marġnijiet tad-dumping
(60) |
Kif stipulat mill-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, għal kull kumpanija fil-kampjun, il-valur normali medju peżat stabbilit għall-prodott simili tqabbel mal-medja peżata tal-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(61) |
Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal żewġ produtturi esportaturi mit-tlieta fil-kampjun inizjali, il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun hija stabbilita fuq il-bażi tal-marġni ta’ dumping medja tal-produttur esportatur uniku fil-kampjun oriġinali li għalih l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma għadux japplika u ż-żewġ kumpaniji li ddaħħlu l-aħħar fil-kampjun b’marġnijiet tad-dumping li mhumiex de minimis. Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping ikkalkulata għall-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet stabbilita fil-livell ta’ 8,4 %. |
(62) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Għal dan l-għan, sar tqabbil bejn il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni totali indikati fir-risposti ta’ teħid ta’ kampjuni u l-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat kif jirriżultaw mill-istatistiċi ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Minħabba li l-livell ta’ koperazzjoni kien għoli, il-marġni ta’ dumping residwa ġiet stabbilita fil-livell tal-għola marġni ta’ dumping stabbilita għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. Fuq din il-bażi, il-livell nazzjonali ta’ dumping kien stabbilit għal 16,2 %. |
(63) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping medji peżati, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
D. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
1. Industrija tal-Unjoni
(64) |
Xi utenti esprimew dubji dwar l-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni fil-premessa (63) tar-Regolament provviżorju. Huma sostnew li l-għadd ta’ produtturi kien ivvalutat ħażin u li fir-realtà kien hemm anqas produtturi preżenti fis-suq tal-Unjoni. |
(65) |
Il-Kummissjoni tirrimarka li din il-pretensjoni ma kienet issostanzjata mill-ebda evidenza. Il-Kummissjoni vverifikat l-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni ddikjarat fl-ilment fil-verifika tas-sitwazzjoni u wkoll matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkuntattajat is-27 produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni f’dan ir-rigward. L-investigazzjoni kkonfermat li 27 produttur tal-Unjoni kienu qed jimmanifatturaw il-prodott simili fl-Unjoni matul il-PI. Il-pretensjoni hija għalhekk irrifjutata u l-premessa (63) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2. Produzzjoni tal-Unjoni u teħid ta’ Kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni
(66) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (64) sa (67) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
E. ĦSARA
1. Konsum tal-Unjoni
(67) |
Xi utenti stqarrew li l-analiżijiet tal-ħsara kellhom jinjoraw id-dejta relatata mal-2009 minħabba li l-kriżi finanzjarja li seħħet dik is-sena kellha effetti ta’ distorsjoni b’mod partikulari fuq il-konsum tal-Unjoni. Madankollu, anki kieku l-2009 kellha tiġi eskluża mill-analiżi, xorta jkun għad hemm xejra li qed tikber għall-konsum (+ 5 %) li hija indikazzjoni ta’ suq li qed jitjieb. Barra minn hekk, l-effetti negattivi tal-kriżijiet finanzjarji huma rikonoxxuti fil-premessa (68) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessa (68) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2. Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat
(68) |
Il-marġni tas-sussidju stabbilit għall-produttur esportatur, Macro Bars and Wires hija taħt il-limitu de minimis previst fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-produttur esportatur jitqies li ma wettaqx dumping fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-volumi ta’ importazzjonijiet tiegħu ġew esklużi mill-volum tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat kif stabbiliti provviżorjament. Produttur esportatur ieħor, jiġifieri Venus Group, sostna li ċerti tranżazzjonijiet bi żball kienu ġew magħduda darbtejn. Il-Kummissjoni qablet mal-produttur esportatur, u aġġustat il-volum totali tal-importazzjonijiet iddampjati billi eliminat dawn it-tranżazzjonijiet. |
(69) |
Għaldaqstant, il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezz medju tal-importazzjonijiet iddampjati ġew riveduti. |
(70) |
Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet iddampjati
|
(71) |
Macro Bars and Wires esportat kwantitajiet limitati tal-prodott ikkonċernat matul il-PI u t-tranżazzjonijiet ta’ Venus Group imsemmija hawn fuq ukoll kienu jikkostitwixxu kwantitajiet limitati. Għalhekk it-tnaqqis ta’ dawn il-volumi tal-importazzjoni mill-volum totali tal-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat ma jirriżultax f’tibdil sinifikanti fir-rigward tax-xejriet kif deskritti fil-premessi (69) sa (71) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant dawn il-premessi tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
(72) |
Prezz medju tal-importazzjonijiet sussidjati:
|
(73) |
L-aġġustament tal-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati ma jirriżultax f’bidla sinifikanti tal-prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet Indjani ddampjati jew il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet. Il-marġni medja peżata tat-twaqqigħ tal-prezzijiet hija 15 %, li jikkonferma s-sejba fir-Regolament provviżorju. |
(74) |
Produttur esportatur Indjan sostna li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni dehru implawsibbli ħafna u li x’aktarx kienu soġġetti għal distorsjoni. Madankollu, huwa enfasizzat li l-prezzijiet użati fil-kalkoli tat-twaqqigħ kienu r-riżultat ta’ informazzjoni miġbura u vverifikata matul investigazzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
(75) |
Il-konklużjonijiet mis-sejbiet deskritti fil-premessi (75) sa (77) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3. Qagħda Ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
(76) |
Xi partijiet iddikjaraw li r-riżultati miksuba mill-industrija tal-Unjoni għandhom jitqiesu bħala raġonevolment pożittivi fil-kuntest tal-kriżi ekonomika globali u li bl-eċċezzjoni ta’ indikatur tal-ħsara wieħed, jiġifieri s-sehem tas-suq, l-indikaturi l-oħra kollha ma ppuntawx lejn l-eżistenza ta’ ħsara. |
(77) |
Parti waħda sostniet li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’madwar 34 %, li kien ferm aktar mill-ispiża tal-produzzjoni tagħha li żdiedet bi 13 % matul l-istess perjodu. F’dan ir-rigward jeħtieġ li wieħed jinnota li fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri fl-2009, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tbigħ anqas mill-ispiża tal-produzzjoni, u rnexxielha tbigħ ‘il fuq mill-ispiża tal-produzzjoni mill-2011 ‘il quddiem biss. |
(78) |
L-investigazzjoni wriet li għalkemm xi indikaturi tal-ħsara bħalma huma l-volumi tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwew xejra pożittiva, jew baqgħu stabbli bħall-impjiegi, għadd ta’ indikaturi oħra marbuta mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment ma segwewx xejra sodisfaċenti matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-indikatur marbut mal-investimenti tjieb fl-2010, dan waqa’ taħt iċ-ċifri tal-2009 fl-2011 u l-PI. Għalkemm huwa veru li r-redditu fuq l-investimenti tjieb mill-2009 sal-2011 u laħaq is– 6,7 %, dan reġa’ naqas għal 0,8 % matul il-PI. Bl-istess mod, l-indikaturi marbuta mal-profittabilità u l-fluss tal-flus tjiebu sal-2011 u reġgħu bdew jiddeterjoraw matul il-PI. Għaldaqstant, ta’ min jikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni bdiet titjieb wara l-2009, iżda sussegwentement l-irkupru tagħha naqas minħabba l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat. |
(79) |
Fuq talba minn parti interessata ġie kkonfermat li l-livelli tal-ħażniet stabbiliti fil-premessa (100) tar-Regolament provviżorju kienu jikkonċernaw l-attività tal-kumpaniji tal-Unjoni magħżula fil-kampjun. |
(80) |
L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-marġni ta’ profitt immirata ta’ 5 % stabbilita fl-istadju provviżorju kienet baxxa wisq. Il-parti ma ssostanzjatx biżżejjed il-pretensjoni tagħha. Il-premessa (95) tar-Regolament provviżorju tispjega r-raġunijiet wara l-għażla ta’ din il-marġni ta’ profitt u l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġunijiet oħra biex tibdilha. Għaldaqstant, il-profitt immirat ta’ 5 % jinżamm għall-għan tas-sejbiet definittivi. |
(81) |
Produttur esportatur partikolari sostna li d-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni huma prinċipalment minħabba problemi strutturali u li, għalhekk, il-marġni ta’ profitt immirata ta’ 5 % ma kenitx realistika. |
(82) |
Ta’ min ifakkar li skont il-ġurisprudenza (8), jeħtieġ li l-Istituzzjonijiet jistabbilixxu l-marġni ta’ profitt li l-industrija tal-Komunità tista’ sserraħ fuqha b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, fin-nuqqas tal-importazzjonijiet iddampjati. Fl-2007, il-marġni ta’ profitt kienet ta’ 3,7 %; mill-2008, minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, din saret negattiva. Fl-ilment tressaq l-argument, u l-investigazzjoni stabbilixxiet, li l-importazzjonijiet iddampjati bdew jaslu fis-suq tal-Unjoni mill-2007, meta l-volum ta’ importazzjonijiet żdied minn 17 727 tunnellata fl-2006 għal 24 811 tunnellata. Għalhekk, ma kienx possibbli li tiġi stabbilita l-marġni ta’ profitt immirata bbażata fuq il-profitt li l-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili setgħu b’mod raġonevoli jserrħu fuqha. Minħabba f’hekk, kif spjegat fil-premessa (95) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni dehrilha xieraq li tuża l-marġni ta’ profitt ta’ 5 % fuq il-bażi tal-qligħ osservat reali f’partijiet oħra tal-industrija tal-azzar, li ma sofrewx minn importazzjonijiet iddampjati u sussidjati, kif diġà sar f’investigazzjonijiet riċenti fi prodotti simili oħra fl-istess settur. (9) Addizzjonalment, għandu jiġi nnutat li l-marġni ta’ profitt ta’ 3,7 % li kienet osservata fl-2007 hija kkunsidrata fi kwalunkwe każ baxxa wisq minħabba l-preżenza u ż-żieda tal-importazzjonijiet iddampjati. Għaldaqstant, il-profitt immirat ta’ 5 % jinżamm għall-għan tas-sejbiet definittivi. |
4. Konklużjoni dwar il-ħsara
(83) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni sofriet minn ħsara materjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn (78) sa (105) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
F. KAWŻALITÀ
1. Effett tal-importazzjonijiet iddampjati
(84) |
Produttur esportatur wieħed sostna li r-Regolament provviżorju injora li l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika miż-żieda fil-konsum mill-2009 u li l-Kummissjoni ma tistax tassumi li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi żżomm is-sehem tas-suq tagħha b’mod indefinit. |
(85) |
B’reazzjoni għal dawn l-argumenti jenħtieġ li wieħed jinnota li l-investigazzjoni wriet li s-sehem tas-suq tal-importazzjoni ddampjata Indjana kiber b’rata aktar mgħaġġla mill-konsum fis-suq tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet iddampjati Indjani żdied b’110 % filwaqt li l-konsum żdied b’50 % matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-prezz medju Indjan kien kostantement taħt il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu u waqqa’ l-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni bi 15 % matul il-PI. B’riżultat ta’ dan, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq ibbenefikat miż-żieda fil-konsum sa ċertu punt u hija wkoll setgħet iżżid il-volumi ta’ bejgħ tagħha b’40 %, hija ma setgħetx iżżomm is-sehem tas-suq tagħha kif mistenni bil-kundizzjonijiet tas-suq li qed jitjiebu u minħabba l-kapaċità libera tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
2. Effett ta’ fatturi oħrajn
2.1. Importazzjonijiet mhux iddampjati
(86) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-iżvilupp tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet mhux iddampjati huwa komparabbli mal-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet iddampjati. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati kienu fundamentalment fl-istess livell bħall-prezzijiet tal-importazzjonijiet li mhumiex iddampjati, jiġifieri l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li mhumiex iddampjati kienu inqas b’ 0,4 %. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjonijiet mhux iddampjati huwa inqas minn sitta fil-mija tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat u ftit iktar minn wieħed fil-mija tas-sehem tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-ħsara kkawżata minn importazzjonijiet mhux iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat ma tkissirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(87) |
Żewġ produtturi esportaturi Indjani u l-Gvern tal-Indja tennew il-pretensjoni li l-importazzjonijiet tal-azzar inossidabbli li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) kellhom jiġu inklużi fl-investigazzjoni u li l-impatt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien sottovalutat. |
(88) |
Kif imsemmi fil-premessa (115) tar-Regolament provviżorju, mill-istadju tat-tnedija, l-ebda evidenza ta’ dumping li jikkaġuna ħsara lill-industrija tal-Unjoni ma ġiet ippreżentata li setgħet tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni antidumping fuq importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. Għaldaqstant, il-pretensjoni li ċ-Ċina kellha tiġi inkluża fl-ambitu tal-investigazzjoni ġiet miċħuda bħala waħda bla bażi. |
(89) |
Madankollu, l-importazzjonijiet miċ-Ċina wrew xejra li qed tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu sehem tas-suq ta’ 8,3 % matul il-PI kif iddikjarat fil-premessa (113) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u dawk tal-produtturi esportaturi Indjani fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, ġie investigat aktar jekk l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina setgħux ikkontribbwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u kissru r-rabta kawżali bejn dik il-ħsara u l-importazzjonijiet iddampjati Indjani. |
(90) |
L-informazzjoni disponibbli fl-istadju provviżorju ssuġġeriet li t-taħlita ta’ prodotti rrappreżentata mill-importazzjonijiet Ċiniżi kienet differenti u li l-firxiet fejn il-prodotti Ċiniżi kienu preżenti kienu differenti meta mqabbla mal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni jew anke ma’ dawk tal-prodotti ta’ oriġini Indjana mibjugħa fis-suq tal-Unjoni. |
(91) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-miżura provviżorja, il-Kummisjoni rċeviet diversi pretensjonijiet li jaċċennaw għall-possibbilità li l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx matul il-PI jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Indjani ddampjati u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
(92) |
L-analiżi magħmula abbażi tal-istatistiki tal-importazzjonijiet li jikkonċernaw iż-żewġ kodiċijiet NM li qed jiġu investigati wriet li 29 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi saru fit-tarf l-aktar baxx tas-suq (skont il-kodiċi NM 7223 00 99). Dan parzjalment jispjega r-raġuni għaliex il-prezzijiet Ċiniżi bħala medja huma aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi Indjani. L-istatistiki għall-kodiċi NM 7223 00 99 wrew ukoll li l-klijenti tal-produtturi Ċiniżi kienu kkonċentrati fir-Renju Unit fejn l-industrija tal-Unjoni bażikament ma kenitx qed tipproduċi.
|
(93) |
Fir-rigward tal-Kodiċi NM 7223 00 19, l-analiżijiet imwettqa abbażi tal-PCN urew li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi Indjani kienu qegħdin jikkompetu fl-ogħla tarf tas-suq fejn il-prezzijiet setgħu jitilgħu sa erba’ darbiet ogħla mill-prezzijiet fit-tarf l-aktar baxx fl-istess NM. (10) L-investigazzjoni wriet ukoll li, b’mod ġenerali, il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet huma marbuta mat-tip ta’ prodott u l-kontenut tan-nikil. |
(94) |
Fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jenħtieġ li jiġi rrimarkat li mill-2009 sal-PI l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ ogħla mill-prezz tal-esportazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, kif jista’ jidher mit-tabella li ġejja li turi l-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ddampjati li jaqgħu fil-kodiċi NM 7223 00 19.
|
(95) |
Fil-PI għall-ewwel darba l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqa’ taħt il-prezz tal-importazzjoni Indjan għall-importazzjonijiet iddampjati. Madankollu, instab li din l-osservazzjoni kienet ta’ natura temporanja billi l-livell tal-prezzijiet Ċiniżi fis-sena ta’ wara l-PI żdied u reġa’ kien ogħla mill-prezzijiet Indjani. |
(96) |
Barra minn hekk, it-tqabbil bejn il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat u miċ-Ċina wera li fi kwalunkwe punt matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-PI, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu f’livelli ħafna aktar baxxi mill-importazzjonijiet mill-Indja. Il-volumi tal-importazzjoni għaċ-Ċina kienu jammontaw għal bażikament inqas minn nofs it-total tal-importazzjonijiet mill-Indja. |
(97) |
Għaldaqstant, ukoll jekk l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kkontribwew għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni, ma setgħux affettwaw il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati mill- pajjiż ikkonċernat u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-premessa (113) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2.3. Kompetizzjoni minn produtturi oħrajn fl-Unjoni
(98) |
Parti waħda ressqet l-argument li l-prestazzjoni finanzjarja fqira tal-produtturi tal-Unjoni setgħet kienet ikkawżata minn kompetizzjoni minn produtturi oħrajn tal-Unjoni li ma kinux ilmentaturi jew li ma esprimewx l-appoġġ tagħhom għall-investigazzjoni fil-bidu tal-każ. |
(99) |
Is-sehem tas-suq ta’ produtturi oħrajn fl-Unjoni żviluppa kif ġej:
|
(100) |
Il-produtturi tal-Unjoni li ma kinux ilmentaturi u li ma esprimewx speċifikament appoġġ għall-investigazzjoni ammontaw għal 44 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni irrappurtat fil-Premessa (86) tar-Regolament provviżorju. Il-volum tal-bejgħ tagħhom żdied bi 58 % minn stima ta’ 34 926 tunnellata fl-2009 għal 55 124 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan it-tkabbir huwa relattivament żgħir jekk imqabbel mat-tkabbir tal-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat fl-istess perjodu (+ 110 %). Barra minn hekk, is-sehem tas-suq ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u ma nstabet l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tagħhom kienu aktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni ma kkontribwixxiex għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(101) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (121) sa (124) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
G. INTERESS TAL-UNJONI
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
(102) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessa (125) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2. Interess tal-industrija tal-Unjoni
(103) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (126) sa (133) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3. Interess ta’ importaturi mhux relatati
(104) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn (142) sa (144) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
4. Interess tal-utenti
(105) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, seba’ utenti u assoċjazzjoni waħda tal-utenti kkuntattjaw lill-Kummissjoni u wrew interess li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Wara t-talba tagħhom, intbagħtulhom kwestjonarji f’April 2013. Madankollu, żewġ utenti biss ippreżentaw tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju u, b’mod ġenerali, l-utenti li kkooperaw irrappreżentaw 12 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat matul il-PI u 2,5 % tal-konsum totali tal-Unjoni, filwaqt li kienu jimpjegaw 32 persuna involuti fil-manifattura tal-prodotti lesti li jinkorporaw il-prodott ikkonċernat. L-impatt ekonomiku tal-miżuri fuq l-utenti ġie vvalutat mill-ġdid abbażi tad-dejta l-ġdida disponibbli fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u żewġ utenti saritilhom żjara sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni pprovduta. |
(106) |
L-utenti sostnew li l-livell ta’ profittabilità ta’ 9 %, li kien iddikjarat fil-premessa (136) tar-Regolament provviżorju, kien għoli wisq u ma kienx rappreżentattiv tal-industrija tal-utenti. Wara li waslu t-tweġibiet addizzjonali għall-kwestjonarju, il-profittabilità medja tal-utenti kollha li kkooperaw ġiet ikkalkulata mill-ġdid u ġiet stabbilita għal 2 % fuq il-fatturat. |
(107) |
Instab ukoll li, bħala medja, fir-rigward tal-utenti li kkooperaw, ix-xiri mill-pajjiż ikkonċernat kien jikkostitwixxi 44 % tax-xiri totali tal-prodott ikkonċernat, u li l-Indja rrappreżentat is-sors esklussiv ta’ provvista għaż-żewġ utenti li kkooperaw. Matul il-PI, il-fatturat tal-prodott li inkorpora l-prodott ikkonċernat irrappreżenta medja ta’ 14 % tal-fatturat totali tal-utenti li kkooperaw. |
(108) |
Jekk wieħed jassumi l-agħar sitwazzjoni possibbli għas-suq tal-Unjoni, jiġifieri li l-ebda żieda potenzjali fil-prezz ma tkun tista’ tiġi mgħoddija għall-katina tad-distribuzzjoni u li l-utenti jkomplu jixtru mill-pajjiż ikkonċernat bil-volumi preċedenti, l-impatt tad-dazju fuq il-profitabbiltà tal-utenti miksuba minn attivitajiet li jużaw jew li jinkorporaw il-prodott ikkonċernat ikun ifisser tnaqqis sal-punt li l-utenti jibdew jagħmlu t-telf, u jilħqu profitabbiltà (negattiva) ta’ – 0,6 %. |
(109) |
Il-Kummissjoni tagħraf li l-impatt fuq terminu qasir u medju se jkun aktar importanti, fuq livell individwali, għal dawk l-utenti li jġibu l-importazzjonijiet kollha tagħhom mill-Indja. Madankollu, dawn huma relattivament ftit (tnejn mill-utenti li kkooperaw). Barra minn hekk, huma għandhom il-possibilità, sakemm il-produttur Indjan tagħhom jikkoopera, li jitolbu l-ħlas lura tad-dazji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Bażiku, jekk il-kundizzjonijiet kollha għal tali restituzzjoni jkunu sodisfatti. |
(110) |
Xi utenti tennew it-tħassib li l-miżuri jolqtu ċerti tipi ta’ wajers li mhumiex prodotti fl-Ewropa, jiġifieri tipi inklużi fl-hekk imsejħa serje 200 kif deskritt fil-premessa (139) tar-Regolament provviżorju. Skont l-utenti, in-nuqqas ta’ produzzjoni fl-Unjoni huwa minħabba d-domanda limitata u l-ispeċifiċità tal-proċess ta’ produzzjoni. |
(111) |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li tali tip ta’ wajers tal-azzar inossidabbli huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni u li jirrappreżentaw sehem limitat tas-suq tal-Unjoni. Għall-utenti, hemm ukoll sorsi ta’ provvista alternattivi disponibbli minn pajjiżi li mhumiex suġġetti għal miżuri ta antidumping jew antisussidji. Barra minn hekk, tipi oħra ta’ prodotti ta’ wajers tal-azzar inossidabbli jistgħu jintużaw għall-istess għanijiet. Għaldaqstant, l-impożizzjoni tal-miżuri ma jistax ikollha impatt sinifikanti fuq is-suq tal-Unjoni u fuq dawn l-utenti. Għaldaqstant, din il-pretensjoni hija miċħuda. |
(112) |
Xi utenti ġibdu l-attenzjoni dwar iż-żmien itwal ta’ kunsinna għall-prodott simili mill-produtturi tal-Unjoni meta mqabbel maż-żmien tal-kunsinna tal-prodott ikkonċernat mill-Indja. Madankollu, il-possibilità li l-merkanti u n-negozjanti jaħżnu l-prodotti u jagħmluhom disponibbli minnufih ma timminax il-provi fattwali tal-effetti negattivi tal-importazzjonijiet iddampjati. Għaldaqstant, dan l-argument ikollu jiġi miċħud. |
(113) |
Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, anki jekk xi utenti x’aktarx se jiġu affettwati b’mod negattiv bil-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill- pajjiż ikkonċernat aktar minn oħrajn, jitqies li fil-bilanċ is-suq tal-Unjoni se jibbenefika mill-impożizzjoni tal-miżuri. B’mod partikolari, huwa meqjus li r-restawr tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tagħha mal-ispiża tal-produzzjoni; li żżomm il-produzzjoni u l-impjiegi; li tirkupra s-sehem tas-suq li kienet tilfet qabel u li tibbenefika minn żieda fl-ekonomiji tal-kobor. Dan għandu jippermetti lill-industrija li tilħaq marġnijiet ta’ profitti raġonevoli li se jippermettulha li topera b’mod effiċjenti fuq perjodu medju taż-żmien kif ukoll fit-tul. B’mod parallel, l-industrija se ttejjeb il-qagħda finanzjarja globali tagħha. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-miżuri se jkollhom impatt ġenerali limitat fuq l-utenti u fuq l-importaturi mhux relatati. Għaldaqstant, ġie konkluż li jidher li l-benefiċċju globali tal-miżuri jegħleb l-impatt fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(114) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-valutazzjonijiet fil-premessi (145) u (146) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
H. MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
1. Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
(115) |
Għal produttur esportatur wieħed il-kalkolu tal-eliminazzjoni tal-ħsara kien aġġustat ‘l isfel wara l-pretensjoni tiegħu li saru żbalji klerikali billi kien hemm konfużjoni tar-rata tal-kambju fuq ċerti tranżazzjonijiet u l-inklużjoni fil-kalkolu tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn (148) sa (151) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
(116) |
L-istess produttur esportatur iddikjara li l-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni huma magħmula lill-bejjiegħa bl-ingrossa u li l-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni huwa magħmul lill-utenti aħħarin u li għalhekk il-Kummissjoni ma kenitx qed tikkumpara fil-livell xieraq ta’ kummerċ. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Indjani qed ibigħu liż-żewġ kategoriji ta’ klijenti u li huma qegħdin jikkompetu mal-produtturi tal-Unjoni għall-istess kategoriji ta’ klijenti. |
2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
(117) |
L-ebda marġni ta’ ħsara individwali ma ġiet ikkalkulata għal Macro Bars and Wires billi l-marġni tal-antidumping definittiva ta’ din il-kumpanija kienet fuq livell de minimis kif imsemmi fil-premessa (51). |
(118) |
Il-metodoloġija użata fir-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
3. Miżuri definittivi
(119) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju tal-anti-dumping definittiv f’livell għoli biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati filwaqt li titqies il-marġni tas-sussidju imposta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 419/2013. |
(120) |
Għalhekk, ir-rati ta’ dazju tad-dumping ġew stabbiliti bit-tqabbil bejn il-marġnijiet tal-ħsara mal-marġni tad-dumping, filwaqt li l-marġnijiet ta’ sussidju ttieħdu f’konsiderazzjoni billi tnaqqsu għal kollox mill-marġni tad-dumping relevanti. Konsegwentament, ir-rati tad-dazju antidumping definittivi huma kif ġej:
|
(121) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli madwar il-pajjiż għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma applikabbli b’mod esklussiv għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u huma prodotti mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati li huma prodotti minn xi kumpanija oħra li mhijiex imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-regolament, inklużi l-entitajiet marbuta ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(122) |
Produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat offra impenn ta’ prezz f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. |
(123) |
F’dawn l-aħħar snin, dehret volatilità konsiderevoli fejn jidħlu l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u għaldaqstant dan mhux adattat għal impenn ta’ prezz fiss.. Sabiex tingħeleb din il-problema, il-produttur esportatur Indjan offra klawżola ta’ indiċjar ibbażata fuq l-ispejjeż tal-materja prima. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-ebda konnessjoni preċiża u diretta bejn iċ-ċaqliq tal-prezzijiet u dak tal-indiċi ma tista’ tiġi stabbilita, u għalhekk l-indiċjar ma jitqiesx xieraq. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li hemm tipi differenti tal-prodott ikkonċernat li ma jintgħarfux faċilment u li għandhom differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet. |
(124) |
Barra minn hekk, il-produttur esportatur jipproduċi firxa ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli u jista’ jbigħ dawn il-prodotti lil klijenti komuni fl-Unjoni permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati. Dan joħloq riskju serju ta’ kumpens trasversali u jirrendi estremament diffiċli l-monitoraġġ effettiv tal-impenn. |
(125) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-offerta ta’ impenn ma tistax tiġi aċċettata. |
(126) |
Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ rata tad-dazju antidumping għal kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew għall-bejgħ) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (11) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija relatata mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjata, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament li jimponi d-dazji antidumping definittivi jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenifikaw minn rati tad-dazju individwali. |
4. Il-ġbir definittiv ta’ dazji antidumping provviżorji
(127) |
Fid-dawl tal-kobor tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u fid-dawl tal-livell tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat neċessarju li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju tal-antidumping, imposti bir-Regolament provviżorju, jinġabru b’mod definittiv sakemm jintlaħaq l-ammont tad-dazji definittivi imposti, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li fihom, bil-piż:
— |
2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju, |
— |
inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju, |
li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina mill-Indja.
2. Ir-rata ta’ dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles mal-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt, se tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Garg Inox, Bahadurgarh, Haryana and Pune, Maharashtra |
8,4 |
B931 |
KEI Industries Ltd, New Delhi |
7,7 |
B925 |
Macro Bars and Wires, Mumbai, Maharashtra |
0,0 |
B932 |
Nevatia Steel & Alloys, Mumbai, Maharashtra |
0,7 |
B933 |
Raajratna Metal Industries, Ahmedabad, Gujarat |
12,5 |
B775 |
Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra |
8,6 |
B776 |
Precision Metals, Mumbai, Maharashtra |
8,6 |
B777 |
Hindustan Inox Ltd., Mumbai, Maharashtra |
8,6 |
B778 |
Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd., Mumbai, Maharashtra |
8,6 |
B779 |
Viraj Profiles Ltd., Thane, Maharashtra and Mumbai, Maharashtra |
6,8 |
B780 |
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
5,0 |
B781 |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
12,5 |
B999 |
3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazju doganali.
Artikolu 2
Fejn produttur esportatur mill-Indja jipprovdi provi suffiċjenti lill-Kummissjoni li
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mill-Indja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012) |
(b) |
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur suġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u |
(c) |
jew effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni, |
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biż-żieda tal-produttur esportatur il-ġdid mal-lista fl-Anness.
Artikolu 3
L-ammonti garantiti permezz ta’ dazji antidumping provviżorji skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta’:
— |
2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju, |
— |
inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju, |
li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina mill-Indja, għandu jiġi miġbur b’mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 126, 8.5.2013, p. 19.
(5) ĠU C 240, 10.8.2012, p. 6.
(6) Ara l-Ka’C-595/11, Steinel Vertrieb GmbH v Hauptzollamt Bielefeld [Sentenza tal-Qorti (It-Tieni Kamra) tat-18 ta’ April 2013 ] Għadu mhux ippubblikat.
(7) Ara l-Każ T- 170/94, 1997 Ġabra II-1383, paragrafu 64.
(8) Il-Kawża T-210/95, 1999 Ġabra II-3291, fil-paragrafu 60.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 383/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers u swiegli tal-azzar mingħajr liga tal-prestressing u l-poststressing (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 118, 13.5.2009. p. 1); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2012 tal-14 ta’ Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja (ĠU L 318, 15.11.2012 p. 10); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 845/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 252, 19.9.2012 p. 33).
(10) Madankollu, ta’ min jinnota li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi Indjani huma preżenti wkoll fit-tarf l-aktar baxx tas-suq, anki jekk sa grad inqas.
(11) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België.
ANNESS
PRODUTTURI ESPORTATURI INDJANI LI KKOOPERAW LI MHUMIEX PARTI MILL-KAMPJUN
Kodiċi Addizzjonali TARIC B781
Isem il-kumpanija |
Belt |
Bekaert Mukand Wire Industries |
Lonand, tal. Khandala, Satara District, Maharastra |
Bhansali Bright Bars Pvt. |
Mumbai, Maharashtra |
Bhansali Stainless Wire |
Mumbai, Maharashtra |
Chandan Steel |
Mumbai, Maharashtra |
Drawmet Wires |
Bhiwadi, Rajastan |
Jyoti Steel Industries Ltd. |
Mumbai, Maharashtra |
Mukand Ltd. |
Thane |
Panchmahal Steel Ltd. |
Dist. Panchmahals, Gujarat |