Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0959

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 959/2013 tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli

    ĠU L 265, 8.10.2013, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32014R1198

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/959/oj

    8.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 265/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 959/2013

    tas-7 ta’ Ottubru 2013

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 (2) jistabbilixxi l-limiti minimi għad-daqs ekonomiku tal-azjendi agrikoli u l-Anness ta’ dak ir-Regolament jistipula l-għadd ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni. Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja, għandu jiġi stabbilit il-limitu, kif ukoll l-għadd ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal dak l-Istat Membru l-ġdid.

    (2)

    Barra minn hekk, jinħtieġ li tiġi stabbilita d-data sa meta l-Kroazja għandha tissottometti l-ewwel pjan tal-għażla tagħha tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet lill-Kummissjoni.

    (3)

    Il-bidla strutturali fl-Italja wasslet għal tnaqqis fl-għadd tal-iżgħar azjendi u fil-kontribut tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali, bl-implikazzjoni li ma hemmx il-ħtieġa li jitqiesu dawk l-azjendi fil-qasam tal-istħarriġ bl-għan li jkopri l-aktar parti rilevanti mill-attività agrikola. Sabiex tkun garantita rappreżentattività aktar effiċjenti tal-kampjun Taljan, il-limitu għall-Italja għandu jiġi adattat u l-għadd tal-irziezet għandu jiġi aġġustat.

    (4)

    Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta dwar il-Kontabbiltà tal-Irziezet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    bejn l-inċiżi li jikkonċernaw lil Franza u l-Italja, għandu jiddaħħal l-inċiż li ġej:

    “—

    :

    Il-Kroazja

    :

    EUR 4 000”

    (b)

    l-inċiż li jikkonċerna l-Italja għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    :

    L-Italja

    :

    EUR 8 000”

    (2)

    Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Għas-sena fiskali tal-2013 il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-pjan tal-għażla tagħha sal-31 ta’ Ottubru 2013.”

    (3)

    L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għall-Kroazja dan għandu japplika mis-sena fiskali 2013.

    Għall-Italja dan għandu japplika mis-sena fiskali 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14).


    ANNESS

    (1)

    Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1291/2009, ir-ringiela li jmiss tidħol bejn ir-ringieli għal Franza u l-Italja.

    “860

    Il-KROAZJA

    1 251 ”

    (2)

    Ir-ringieli li jikkonċernaw l-Italja huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin:

     

    “L-ITALJA

     

    221

    Valle D’Aosta

    170

    222

    Piemonte

    594

    230

    Lombardia

    717

    241

    Trento

    282

    242

    Bolzano

    338

    243

    Veneto

    707

    244

    Friuli

    451

    250

    Liguria

    431

    260

    Emilia Romagna

    873

    270

    Toscana

    577

    281

    Marche

    452

    282

    Umbria

    460

    291

    Lazio

    587

    292

    Abruzzo

    572

    301

    Molise

    342

    302

    Campania

    667

    303

    Calabria

    510

    311

    Puglia

    723

    312

    Basilicata

    400

    320

    Sicilia

    706

    330

    Sardegna

    547

    Total l-Italja

    11 106 ”


    Top