Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0933

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 933/2013 tas- 26 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill- 1 ta' Ottubru 2013

    ĠU L 255, 27.9.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/933/oj

    27.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/16


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 933/2013

    tas-26 ta’ Settembru 2013

    li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2013

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), [ir-Regolament dwar l-OKS unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF tal-melassa għall-kwalità standard definita fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsemmi jitqiesu bħala l-"prezzijiet rappreżentattivi".

    (2)

    Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament imsemmi, u kif xieraq, dawn jistgħu jiġu stabbiliti skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (3)

    Il-prezzijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kwalità standard għandhom jiġu aġġustati, skont il-kwalità ta’ melassa offerta, billi jitnaqqsu jew jiżdiedu skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (4)

    Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali għall-importazzjoni, dejjem skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. F’każ ta’ sospensjoni tad-dazji għall-importazzjoni bl-applikazzjoni tal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ammonti partikolari għal dawn id-dazji.

    (5)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (6)

    Sabiex jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


    ANNESS

    Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2013

    (f'EUR)

    Kodiċi NM

    Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    Ammont ta’ dazju applikat għall-importazzjoni minħabba s-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

    1703 10 00  (2)

    14,73

    0

    1703 90 00  (2)

    14,35

    0


    (1)  Dan l-ammont jissostitwixxi, skont l-Artikolu 40 għar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni stabbilita għal dawn il-prodotti.

    (2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


    Top