Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0932

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2013 tas- 26 ta’ Settembru 2013 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Settembru 2013 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

    ĠU L 255, 27.9.2013, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/932/oj

    27.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/13


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 932/2013

    tas-26 ta’ Settembru 2013

    dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Settembru 2013 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur, li jinqasam skont il-pajjiż tal-oriġini u f’diversi subperjodi skont l-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (2)

    Settembru huwa r-raba’ subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, it-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(d) ta’ dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni u l-ewwel subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(e) ta’ dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (3)

    In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 – 09.4117 – 09.4119 – 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2013, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwoti kkonċernati.

    (4)

    Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4116 – 09.4118, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2013, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjonu (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

    (5)

    Il-kwantità mhux użata għas-subperjodu ta’ Settembru tal-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 hija trasferita għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 għas-subperjodu sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

    (6)

    Għalhekk, teħtieġ li tiġi ffissata wkoll, għall-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4138 u 09.4168, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

    (7)

    Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 – 09.4117 – 09.4119 – 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 imressqa matul l-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2013, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata skont il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4138 u 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.


    ANNESS

    Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta’ Settembru 2013 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

    (a)

    Kwota ta’ ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

    Oriġini

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Settembrru 2013

    Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Ottubru 2013 (kg)

    L-Istati Uniti

    09.4127

     (1)

     

    It-Tajlandja

    09.4128

     (1)

     

    L-Awstralja

    09.4129

     (1)

     

    Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

    09.4130

     (2)

     

    Il-pajjiżi kollha

    09.4138

     

    8 809 427

    (b)

    Kwota ta’ ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

    Oriġini

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għassubperjodu ta’ Settembrru 2013

    It-Tajlandja

    09.4112

    20,000000  %

    L-Istati Uniti

    09.4116

     (3)

    L-Indja

    09.4117

    64,100655  %

    Il-Pakistan

    09.4118

     (3)

    Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

    09.4119

    22,863613  %

    Il-pajjiżi kollha

    09.4166

     (4)

    (c)

    Kwota ta’ ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

    Oriġini

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Settembrru 2013

    Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Ottubru 2013 (kg)

    Il-pajjiżi kollha

    09.4168

    0,958982  %

    0


    (1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

    (2)  L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal-liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

    (3)  L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal-liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

    (4)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


    Top