Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0923

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2013 tal- 25 ta’ Settembru 2013 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Panama

    ĠU L 254, 26.9.2013, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/923/oj

    26.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 254/3


    REGOLAMENTTA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2013

    tal-25 ta’ Settembru 2013

    li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Panama

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2012/734/UE awtorizzat l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Skont id-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim jibda japplika fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013.

    (2)

    L-Appendiċi 2 tal-Anness I tal-Ftehim jikkonċerna l-kwoti tar-rati tariffarji tal-UE għall-importazzjoni għall-oġġetti li joriġinaw mill-Amerika Ċentrali. Żewġ kwoti tariffarji huma mogħtija esklużivament lill-Panama. Għaldaqstant huwa neċessarju li jinfetħu l-kwoti tariffarji għat-tali prodotti.

    (3)

    Il-kwoti għandhom jiġu amministrati fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2). Sabiex jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tariffarji previsti f’dan ir-Regolament, il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif previst fil-Ftehim. L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 (4), fih kodiċijiet tan-NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim. Il-kodiċijiet il-ġodda għaldaqstant għandhom ikunu riflessi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Huma miftuħa kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-oġġetti li joriġinaw fil-Panama u elenkati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti li joriġinaw fil-Panama u elenkati fl-Anness għandhom, fil-kwoti tariffarji rispettivi stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jiġu sospiżi.

    Artikolu 3

    Il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fl-Appendiċi 3 tal-Anness II tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-kwoti tariffarji fl-Anness għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (4)  ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1.


    ANNESS

    Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema preferenzjali deċiż, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

    Numru tal-Ordni

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Perjodu tal-kwota

    Volum tal-kwota annwali

    (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

    09.7310

    2208 40 51

    2208 40 99

    Rum u spirti oħra miksuba permezz tad-distillazzjoni ta’ prodotti miz-zokkor tal-kannamieli ffermentati, f’kontenituri li jesgħu aktar minn 2 litri

    Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

    417 ettolitru (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur)

    Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

    1 050 ettolitru (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) (1)

    09.7311

    1701 13

    1701 14

    1701 91

    1701 99

    Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikalment pur, f’forma solida, għajr iż-żokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

    Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

    5 000 (espress f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat)

    1702 30

    Glukows u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruktows

    Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12.

    12 360 (espress f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat) (2)

    1702 40 90

    Glukows u ġulepp tal-glukows għajr l-isoglukows, li fihom fl-istat xott għallinqas 20 % iżda inqas minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert)

    1702 50

    Fruktows kimikalment pur

    1704 90 99

    Ħelu taz-zokkor ieħor, mingħajr kawkaw

    1702 90 30

    1702 90 50

    1702 90 71

    1702 90 75

    1702 90 79

    1702 90 80

    1702 90 95

    Oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta’ ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows, għajr il-maltosju kimikalment pur

    1806 10 30

    1806 10 90

    Trab tal-kawkaw, li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrows jew isoglukows imfisser bħala sukrows

    Ex18062095

    Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulari jew f’xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b’kontenut itqal minn 2 kg, li fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew aktar tal-piż sukrows

    Ex18069090

    Preparazzjonijiet oħra taċ-ċikkulata u ikel ieħor li fihom il-kawkaw li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows (inkluż zokkor invertit espress bħala sukrows)

    1901 90 99

    Preparazzjonijiet tal-ikel oħra tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, preparazzjonijiet tal-ikel oħra ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404 , ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam

    2006 00 31

    2006 00 38

    Frott (eskluż il-frott tropikali u l-ġinġer), ħxejjex, ġewż (eskluż il-ġewż tropikali), qoxra tal-frott u bċejjeċ oħrajn ta’ pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin)

    2007 91 10

    2007 99 20

    2007 99 31

    2007 99 33

    2007 99 35

    2007 99 39

    Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, purée tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir

    Ex20 09

    Meraq tal-frott (għajr il-meraq tat-tadam, il-meraq tal-frott tropikali u t-taħlitiet tal-meraq tal-frott tropikali) u meraq tal-ħxejjex ta’ valur taħt it-30 EUR kull 100 kg piż nett, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor miżjud ogħla minn 30 % tal-piż

    Ex21011298

    Ex21012098

    Preparazzjonijiet b’bażi ta’ kafè, tè jew matè, b’kontenut ta’ 70 % jew aktar ta’ sukrows bil-piż

    Ex21069098

    Preparazzjonijiet tal-ikel oħra li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li jkollhom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows

    3302 10 29

    Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit b’bażi ta’waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati fl-industriji tax-xorb, li fihom l-aġenti kollha ta’ taħwir li jikkaratterizzaw xarba, b’saħħa alkoħolika attwali bil-volum mhux aktar minn 0,5 %


    (1)  B’żieda ta’ 50 ettolitri (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) kull sena mill-1.1.2015.

    (2)  B’żieda ta’ 360 tunnellata (espressi f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat) kull sena mill-1.1.2015.


    Top