EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0713(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

ĠU C 201, 13.7.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

13.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 2013

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2013/C 201/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tieghu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

fit-18 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fis-26 ta' Ġunju 2013.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Corrigendum fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.


Top