EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0709

2013/709/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjon tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lil laboratorju fl-Istati Uniti tal-Amerika jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (notifikata bid-dokument C(2013) 8365) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 323, 4.12.2013, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/709/oj

4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJON

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li tawtorizza lil laboratorju fl-Istati Uniti tal-Amerika jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija

(notifikata bid-dokument C(2013) 8365)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/709/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 lli taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) f’Nancy, Franza (integrata mill-1 ta’ Lulju 2010 fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES), bħala l-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tkun segwita l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija.

(2)

Dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija.

(3)

Wara in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-ittestjar annwali tal-profiċjenza organizzata mill-ANSES fl-2012, l-awtorizzazzjoni mogħtija fl-20 ta’ Novembru 2002 skont id-Deċiżjoni 2000/258/KE lil-Laboratorju tal-Analiżi tal-Ikel u Dijanjostiku VETCOM, f’Fort Sam Houston, ġiet irtirata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (2).

(4)

L-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika ressqet applikazzjoni għal approvazzjoni mill-ġdid għal-Laboratorju tal-Analiżi tal-Ikel u Dijanjostiku VETCOM, f’Fort Sam Houston, li hija appoġġjata minn rapport ta’ evalwazzjoni favorevoli stabbilit għal dak il-laboratorju mill-ANSES, bid-data tas-16 ta’ Settembru 2013.

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika kienet ukoll informat uffiċjalment lill-Kummissjoni li nbidel l-isem tal-laboratorju.

(6)

Għaldaqstant, dak il-laboratorju għandu jkun awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju li ġej hu awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

DoD Food Analysis & Diagnostic Laboratory

2899 Schofield Road

JBSA Fort Sam Houston, TX 78234

United States of America

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta’ profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).


Top