EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32013D0657

2013/657/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 rigward ċerti miżuri ta’ salvagwardja b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda fl-Isvizzera u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/494/KE (notifikata bid-dokument C(2013) 7505) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 305, 15.11.2013, blz. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Juridische status van het document Niet meer van kracht, Datum einde geldigheid: 31/12/2018: Dezehandelingisgewijzigd. Huidige geconsolideerde versie: 21/12/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/657/oj

15.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2013

rigward ċerti miżuri ta’ salvagwardja b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda fl-Isvizzera u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/494/KE

(notifikata bid-dokument C(2013) 7505)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/657/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 22(1) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/265/KE (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/533/KE (4) ġew adottati wara sejbiet pożittivi tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 f’għasafar slavaġ fil-Kroazja u fl-Isvizzera. Dawk id-Deċiżjonijiet stipulaw li l-Istati Membri riedu jissospendu l-importazzjonijiet minn ċerti partijiet tal-Kroazja u l-Isvizzera ta’ tajr ħaj, ratiti, tjur tal-priża tal-irziezet jew selvaġġi u ċerti għasafar ħajjin oħra inklużi għasafar bħala annimali domestiċi u bajd għat-tfaqqis ta’ dawk l-ispeċi, kif ukoll ta’ ċerti prodotti ta’ għasafar.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE (5) tistipula ċerti miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ restrizzjoni biex tipprevjeni t-tixrid ta’ din il-marda, inkluż li jiġu stabbiliti żona A u żona B wara suspett jew konferma ta’ tifqigħa tal-marda fit-tjur.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE (6) tistipola ċerti miżuri ta’ ħarsien biex dik il-marda ma titħalliex tinxtered mill-għasafar selvaġġi għat-tjur inkluż, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li jiġu stabbiliti żoni ta’ kontroll u monitoraġġ filwaqt li jitqiesu l-fatturi epidemjoloġiċi, ġeografiċi u ekoloġiċi wara suspett jew konferma ta’ sejba pożittiva ta’ dik il-marda fl-għasafar selvaġġi.

(4)

Il-miżuri ta’ salvagwardja stipulati f’id-Deċiżjonijiet 2006/265/KE u 2006/533/KE skadew fit-30 ta’ Ġunju 2007. Madankollu, fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, il-miżuri ta’ salvagwardja stipulati f’dawk id-Deċiżjonijiet ġew inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/555/KE (7). Id-Deċiżjoni 2008/555/KE ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/494/KE (8), li tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(5)

Fid-dawl l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013, il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2009/494/KE ma jibqgħux japplikaw aktar għal dak l-Istat Membru. Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tar-riskji li jistgħu jinħolqu minħabba l-virus tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1, huwa xieraq li jinżammu l-miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tal-Isvizzera sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(6)

L-Isvizzera nnotifikat lill-Kummissjoni li l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz qed japplikaw miżuri ta’ salvagwardja li huma ekwivalenti għal dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif stipulat mid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE, meta tkun issuspettata jew ikkonfermata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fi tjur jew għasafar selvaġġi u li se tinnotifika mill-ewwel lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet futuri fl-istat tas-saħħa tal-annimali tagħha, inkluż b’mod speċifiku kwalunkwe tifqigħa jew sejba pożittiva ta’ dik il-marda fi tjur jew għasafar selvaġġi. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-kummerċ tal-prodotti agrikoli (9).

(7)

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri u tgħaddilhom kwalunkwe tagħrif bħal dan li jkun waslilha mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera.

(8)

Fid-dawl tal-garanziji li waslu mingħand l-Isvizzera, huwa xieraq li f’każ ta’ sejba pożittiva ta’ influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 f’xi għasfur selvaġġ jew ta’ xi tifqigħa ta’ dik il-marda fi tjur fit-territorju tal-Isvizzera, il-miżuri ta’ ħarsien li jikkonċernaw dak il-pajjiż jiġu applikati biss f’dawk il-partijiet tal-Isvizzera fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż tapplika miżuri ta’ salvagwardja ekwivalenti kif stipulat fid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (10) tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet trattati, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, u tistabbilixxi sistemi ta’ trattament li huma kkunsidrati effettivi fl-inattivar tal-patoġeni rispettivi. Bħala prevenzjoni tar-riskju tat-trażmissjoni tal-marda minn prodotti bħal dawn, jeħtieġ li jiġi applikat trattament adegwat skont l-istatus ta’ saħħa tal-pajjiż tal-oriġini u l-ispeċi li minnha jinkisbu l-prodotti. Huwa għalhekk xieraq li tingħata deroga mid-dispożizzjoni li tissospendi l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam ta’ tajr tal-priża selvaġġ li joriġinaw fl-Isvizzera, u dan kemm-il darba l-prodotti jkunu ġew ittrattati b’ċerti trattamenti speċifiċi stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (11) jistipula rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni, jew tranżitu, fl-Unjoni ta’ tjur u ċerti prodotti tat-tjur. F’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni jittieħdu inkunsiderazzjoni d-definizzjonijiet ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis stipulati f’dak ir-Regolament.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 (12) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi u partijiet minnhom. F’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli tal-Unjoni, huwa xieraq li għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni tittieħed inkunsiderazzjoni d-definizzjoni ta’ għasafar f’dak ir-Regolament.

(12)

Fl-interessi taċ-ċarezza u tas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2009/494/KE tiġi mħassra u sostitwita b’din id-deċiżjoni.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni fl-Unjoni miż-żoni kollha tat-territorju tal-Isvizzera li fil-każ tagħhom l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera formalment japplikaw miżuri ta’ salvagwardja li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE tal-kommoditajiet segwenti:

(a)

tajr, kif definit fl-Artikolu 2, punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008;

(b)

bajd għat-tfaqqis, kif imfisser fl-Artikolu 2, punt 2 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008;

(c)

għasafar, kif definit fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 139/2013 u l-bajd għat-tfaqqis tagħhom;

(d)

laħam, kapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam separat mekkanikament ta’ tajr tal-priża selvaġġ;

(e)

prodotti tal-laħam magħmulin minn laħam tat-tajr tal-priża selvaġġ, jew li fihom minnu;

(f)

ikel nej għall-annimali domestiċi u materjal mhux ipproċessat għall-għalf li fih kwalunkwe parti minn tajr tal-priża selvaġġ;

(g)

trofej tal-kaċċa minn kwalunkwe għasfur, li mhumiex trattati.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(e), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam li huma magħmula minn laħam tat-tjur selvaġġ tal-priża, jew li fihom minnu, bil-kundizzjoni li l-laħam ta’ dawn l-ispeċi jkun għadda minn tal-inqas wieħed mit-trattamenti speċifiċi msemmija fil-punti B, C jew D fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, immedjatament malli jirċievu informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-istatus ta’ saħħet l-annimali tal-Isvizzera fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2009/494/KE hija mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/265/KE tal-31 ta’ Marzu 2006 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien li għandhom x’jaqsmu ma’ suspett ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fl-Iżvizzera (ĠU L 95, 4.4.2006, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/533/KE tat-28 ta’ Lulju 2006 li tirrigwarda ċerti miżuri [temporanji] ta’ ħarsien marbuta mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja fil-Kroazja (ĠU L 212, 2.8.2006, p. 19).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità (ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien b’rabta mal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur slavaġ fil-Komunità (ĠU L 222, 15.8.2006, p. 11).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/555/KE tas-26 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Kroazja u l-Iżvizzera (ĠU L 179, 8.7.2008, p. 14).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/494/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Kroazja u l-Iżvizzera (ĠU L 166, 27.6.2009, p. 74).

(9)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).


Naar boven