This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0629(03)
Decision of the High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy of 19 April 2013 on the security rules for the European External Action Service
Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad- 19 ta’ April 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad- 19 ta’ April 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
ĠU C 190, 29.6.2013, p. 1–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/09/2017; Imħassar b' 32018D0410(01)
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/1 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ
tad-19 ta’ April 2013
dwar ir-regoli ta’ sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(2013/C 190/01)
IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1) (“SEAE”),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9(6) tad-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-15 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE,
Billi:
(1) |
Is-SEAE, bħala korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni Ewropea (UE), għandu jkollu regoli tas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE; |
(2) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn hawn ’il quddiem “ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jiddeċiedi dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-SEAE li jkopru l-aspetti kollha tas-sigurtà rigward il-funzjonament tas-SEAE, sabiex ikun jista’ jaffaċċa b’mod effettiv ir-riskji għall-persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għall-assi fiżiċi, l-informazzjoni, u l-viżitaturi tiegħu, u jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu tad-dmir ta’ diliġenza f’dan ir-rigward; |
(3) |
B’mod partikulari, għandu jiġi pprovdut livell ta’ protezzjoni lill-persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE, lill-assi fiżiċi tas-SEAE, inklużi s-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, u lill-viżitaturi, li jkun konformi mal-aħjar prattika fil-Kunsill, fil-Kummissjoni, fl-Istati Membri u, kif xieraq, fl-organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(4) |
Ir-regoli tas-sigurtà għas-SEAE għandhom jgħinu sabiex jinkiseb qafas ġenerali komprensiv aktar koerenti fl-UE għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-UE (minn hawn 'il quddiem imsejħa “IKUE”), li jibni fuq ir-regoli tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kunsill”) dwar is-sigurtà u d-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà, u jżomm il-koerenza magħhom kemm jista’ jkun possibbli; |
(5) |
Is-SEAE, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li japplikaw standards ekwivalenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE; |
(6) |
Din id-Deċiżjoni hija meħuda mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għall-istrumenti li jimplimentawhom; |
(7) |
Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-organizzazzjoni tas-sigurtà fis-SEAE u l-allokazzjoni tal-kompiti tas-sigurtà fl-istrutturi tas-SEAE; |
(8) |
Ir-Rappreżentant Għoli għandu juża l-għarfien espert rilevanti fl-Istati Membri, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni kif meħtieġ; |
(9) |
Ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa li jkunu neċessarji biex jimplimenta dawn ir-regoli bl-appoġġ tal-Istati Membri, tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ’il quddiem “ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE”).
Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, din għandha tapplika għall-persunal tas-SEAE u l-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus jew l-oriġini amministrattiv tagħhom, u għandha tistabbilixxi l-qafas regolatorju ġenerali għall-ġestjoni effettiva tar-riskji għall-persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE kif imsemmi fl-Artikolu 2, għall-bini, għall-assi fiżiċi, għall-informazzjoni, u għall-viżitaturi tas-SEAE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“Persunal tas-SEAE” tfisser uffiċjali tas-SEAE u impjegati oħra, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħtura bħala aġenti temporanji, esperti nazzjonali ssekondati, kif definiti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
(b) |
“Persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE” tfisser il-persunal tas-SEAE u l-persunal kollu tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus jew l-oriġini amministrattiv tagħhom, kif ukoll, fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni, ir-Rappreżentant Għoli u, kif xieraq, membri oħra tal-persunal residenti fil-bini tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE. |
(c) |
“Dipendenti” tfisser il-membri tal-familja tal-persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE f’Delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jiffurmaw parti mid-dar rispettiva tagħhom kif notifikat lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat riċevitur. |
(d) |
“Il-bini tas-SEAE” tfisser l-istabbilimenti kollha tas-SEAE, inklużi l-bini, l-uffiċċji, il-kmamar u żoni oħra, kif ukoll żoni fejn jinżammu sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni (inklużi dawk li jittrattaw l-IKUE), fejn is-SEAE jmexxi attivitajiet permanenti jew temporanji. |
(e) |
“L-interessi tas-sigurtà tas-SEAE” tfisser il-Persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE, il-bini tas-SEAE, id-dipendenti, l-assi fiżiċi, inklużi s-sistemi tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni, l-informazzjoni u l-viżitaturi. |
(f) |
“IKUE” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal indikati bi klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. |
Definizzjonijiet oħra huma elenkati fl-Annessi rilevanti u fl-Appendiċi A.
Artikolu 3
Dmir ta’ diliġenza
1. Ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE għandhom ikunu mmirati għat-twettiq tar-responsabbiltajiet tad-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE.
2. Id-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE jkopri d-diliġenza dovuta fit-teħid tal-passi raġonevoli kollha biex jiġu implimentati miżuri tas-sigurtà li jevitaw ħsara prevedibbli b’mod raġonevoli lill-interessi tas-sigurtà tas-SEAE.
Hija tinkludi komponenti kemm tas-sigurtà kif ukoll tas-sikurezza, inklużi dawk li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew minn kriżijiet, tkun xi tkun in-natura tagħhom.
3. Waqt li jqis ir-responsabbiltà tad-dmir ta’ diliġenza tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u partijiet oħra b’persunal fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew fil-bini tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, jew responsabbiltà bħal din li taqa’ fuq is-SEAE meta d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jiġu ospitati fil-bini ta’ partijiet oħra msemmija hawn fuq, is-SEAE għandu jidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ kull waħda mill-entitajiet imsemmija hawn fuq li għandhom jindirizzaw ir-rwoli u r-responsabbilitajiet, il-kompiti u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni rispettivi.
Artikolu 4
Is-sigurtà fiżika u tal-infrastruttura
1. Is-SEAE għandu jistabbilixxi l-miżuri xierqa kollha ta’ sigurtà fiżika (permanenti jew temporanji), inklużi arranġamenti dwar il-kontroll tal-aċċess, fil-bini kollu tas-SEAE, għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE. Miżuri bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati waqt it-tifsil u l-ippjanar ta’ binjiet ġodda jew qabel jinkrew binjiet eżistenti.
2. F’pajjiżi terzi, is-SEAE għandu jistabbilixxi wkoll kwalunkwe miżura addizzjonali xierqa ta’ sigurtà fiżika, permanenti jew temporanja, għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tiegħu.
Għal dan il-għan, jistgħu jiġu imposti obbligi jew restrizzjonijiet speċjali fuq il-persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u fuq id-dipendenti, għal raġunijiet ta’ sigurtà, għal perjodu speċifiku u f’żoni speċifiċi.
3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju vvalutat.
Artikolu 5
Il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata
1. Il-protezzjoni tal-IKUE għandha tkun irregolata mir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, u b’mod partikulari fl-Anness A. Id-detentur ta’ kwalunkwe materjal ta’ IKUE għandu jkun responsabbli għall-protezzjoni tiegħu kif meħtieġ.
2. Is-SEAE għandu jassigura li l-aċċess għal informazzjoni klassifikata jingħata biss lil individwi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artiklu 5 tal-Anness A.
3. Il-kundizzjonijiet li bihom l-aġenti lokali jista’ jkollhom aċċess għal IKUE għandhom jiġu stabbiliti wkoll mir-Rappreżentant Għoli, skont ir-regoli għall-protezzjoni tal-IKUE stabbiliti fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni.
4. Id-Direttorat għas-Sigurtà tas-SEAE għandu jimmaniġġa database fuq l-istatus tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-Persunal kollu mqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-kuntratturi tas-SEAE.
5. Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li ġġib marka nazzjonali tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà fl-istrutturi jew fin-netwerks tas-SEAE, is-SEAE għandu jipproteġi dik l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE fil-livell ekwivalenti, kif stabbilit fir-regoli applikabbli skont l-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni.
6. Żoni fis-SEAE li fihom tkun maħżuna informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla minn hekk, jew ikklassifikata f’livell ekwivalenti, għandhom jiġu stabbiliti bħala żoni sikuri f’konformità mar-regoli skont l-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni, u għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.
7. Il-proċeduri għat-twettiq tar-responsabbiltajiet tar-Rappreżentant Għoli fil-qafas tal-ftehimiet jew tal-arranġamenti amministrattivi għall-iskambju ta’ IKUE ma’ Stati terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali huma deskritti fl-Annessi A u AVI ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Inċidenti ta’ sigurtà u emerġenzi
1. Bil-għan li jassigura rispons f’waqtu u effettiv għall-inċidenti relatati mas-sigurtà, is-SEAE għandu jistabbilixxi proċess għar-rapportar ta’ inċidenti u emerġenzi bħal dawn, li għandu jopera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, u jkopri kwalunkwe tip ta’ inċidenti u theddid għall-interessi tas-sigurtà tas-SEAE (pereż. inċidenti, konflitti, atti malizzjużi, atti kriminali, sitwazzjonijiet ta’ ħtif u teħid ta’ ostaġġi, emerġenzi mediċi, inċidenti fis-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, attakki ċibernetiċi, eċċ.).
2. Għandhom jiġu stabbiliti kanali ta’ kollegament tal-emerġenza bejn il-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u l-Istati Membri, biex jappoġġawhom fl-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà li jinvolvu persunal u l-konsegwenzi tagħhom, inkluż l-ippjanar ta’ kontinġenza.
3. Din il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà, għandha tinkludi, inter alia:
— |
proċeduri biex jiġi appoġġat b’mod effettiv il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ inċident ta’ sigurtà li jinvolvi persunal, inklużi deċiżjonijiet relatati mal-estrazzjoni jew is-sospensjoni ta’ missjoni; u |
— |
politika u proċeduri għall-irkupru ta’ persunal - pereż. fil-każ ta’ persunal nieqes jew ħtif u sitwazzjonijiet ta’ teħid ta’ ostaġġi - li jqisu r-responsabbiltajiet partikulari tal-Istati Membri, tal-Istituzzjonijiet tal-UE u tas-SEAE f’dan ir-rigward. Il-ħtieġa ta’ kapaċitajiet speċifiċi, fil-ġestjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn f’dan ir-rigward, għandha tiġi kkunsidrata waqt li jitqiesu r-riżorsi li jistgħu jiġu pprovduti mill-Istati Membri. |
4. Is-SEAE għandu jistabbilixxi arranġamenti amministrattivi xierqa biex jiġu rrappurtati inċidenti ta’ sigurtà fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni. Fejn xieraq, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, kwalunkwe awtorità rilevanti oħra, kif ukoll il-Kumitati rilevanti tas-Sigurtà għandhom jiġu informati.
5. Il-proċessi ta’ ġestjoni tal-inċidenti għandhom jiġu pprattikati u riveduti b’mod regolari.
Artikolu 7
Is-sigurtà tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni
1. Is-SEAE għandu jipproteġi l-informazzjoni ttrattata fis-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni (“SKI”) kontra theddid għall-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, l-awtentiċità u n-non-rifjut.
2. Regoli, politika ta’ sigurtà u programm ta’ sigurtà għall-protezzjoni tas-SKI kollha li huma proprjetà tas-SEAE u jitħaddmu minnu, għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE kif definit fl-Artikolu 12, it-Taqsima I, il-paragrafu 1.
3. Ir-regoli, il-politika u l-programm għandhom ikunu konformi ma’ dawk tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tagħhom ikkoordinata mill-qrib ma’ tagħhom, u, fejn xieraq, mal-politiki tas-sigurtà applikati mill-Istati Membri.
4. Is-SKI kollha li jużaw informazzjoni klassifikata għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta’ akkreditament. Is-SEAE għandu japplika sistema għall-immaniġġar tal-akkreditament tas-sigurtà f’konsultazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
5. Fejn il-protezzjoni tal-IKUE ttrattata mis-SEAE tkun ipprovduta minn prodotti kriptografiċi, dawn il-prodotti għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tal-Kriptografija tas-SEAE wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill.
6. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha, safejn ikun neċessarju, tistabbilixxi l-funzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:
(a) |
awtorità tal-assigurazzjoni tal-informazzjoni; |
(b) |
awtorità TEMPEST; |
(c) |
awtorità tal-approvazzjoni tal-kriptografija; |
(d) |
awtorità tad-distribuzzjoni tal-kriptografija. |
7. Għal kull sistema, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tistabbilixxi l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) |
awtorità tal-akkreditament tas-sigurtà; |
(b) |
awtorità operattiva tal-assigurazzjoni tal-informazzjoni. |
8. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward il-protezzjoni tal-IKUE huma stabbiliti fl-Anness A u A IV.
Artikolu 8
Ksur tas-sigurtà u kompromess ta’ informazzjoni klassifikata
1. Ksur tas-sigurtà jseħħ bħala r-riżultat ta’ att jew ommissjoni minn individwu li jkunu kontra r-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u/jew li jkunu kontra l-politiki ta’ sigurtà u l-linji gwida li jistabbilixxu kwalunkwe miżura neċessarja għall-implimentazzjoni tagħha, kif approvati skont l-Artikolu 20(1).
2. Kompromess ta’ informazzjoni klassifikata jseħħ meta din tkun ġiet żvelata totalment jew parzjalment lil persuni jew entitajiet mhux awtorizzati.
3. Kwalunkwe ksur jew suspett ta’ ksur tas-sigurtà, u kwalunkwe kompromess jew suspett ta’ kompromess ta’ informazzjoni klassifikata, għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttorat għas-Sigurtà tas-SEAE, li għandu jieħu l-miżuri xierqa kif stabbilit fl-Anness A.
4. Kwalunkwe individwu li jkun responsabbli ta’ ksur tar-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, jew ta’ kompromess ta’ informazzjoni klassifikata, jista’ jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli, kif stabbiliti fl-Artikolu 11(3) tal-Anness A.
Artikolu 9
Investigazzjoni ta’ inċidenti, ksur u/jew kompromessi tas-sigurtà u azzjonijiet korrettivi
1. Id-Direttorat għas-Sigurtà tas-SEAE, megħjun minn esperti mill-Istati Membri u/jew minn istituzzjonijiet oħra tal-UE kif xieraq, u bl-awtorizzazzjoni tal-Uffiċjal Operattiv Ewlieni kif meħtieġ, għandu:
(a) |
iwettaq investigazzjonijiet u verifiki, kif xieraq:
|
(b) |
jimplimenta kwalunkwe azzjoni korrettiva neċessarja li tirriżulta mill-investigazzjonijiet, kif u meta xieraq. |
2. L-investigaturi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq ta’ dawn l-investigazzjonijiet u għandhom jingħataw l-appoġġ sħiħ tas-servizzi kollha tas-SEAE f’dan ir-rigward.
L-investigaturi jistgħu jieħdu azzjonijiet xierqa biex jissalvagwardjaw it-traċċabbiltà tal-evidenza b’mod li jkun proporzjonat mas-serjetà tal-materja li tkun qed tiġi investigata.
3. Fejn l-aċċess għall-informazzjoni jkun jirrigwarda dejta personali, inkluża dik maħżuna f’sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, dan l-aċċess għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) 45/2001.
4. Fejn ikun meħtieġ li tiġi stabbilita database investigattiva li se jkun fiha dejta personali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) għandu jiġi nnotifikat skont ir-regolament hawn fuq imsemmi.
Artikolu 10
Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà
1. Sabiex jistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-sigurtà protettiva tiegħu, is-SEAE għandu jiżviluppa, f’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, mal-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, metodoloġija komprensiva għall-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà.
2. Ir-riskji għall-interessi tas-sigurtà tas-SEAE għandhom jiġu ġestiti bħala proċess. Dan il-proċess għandu jkun immirat sabiex jiddetermina riskji magħrufa tas-sigurtà, jiddefinixxi miżuri ta’ sigurtà biex dawn ir-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli, u japplika miżuri f’konformità mal-kunċett ta’ difiża fil-fond. L-effikaċja ta’ dawn il-miżuri, u l-livell ta’ riskju, għandhom jiġu evalwati b’mod kontinwu.
3. Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ kull membru tal-persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE; b’mod partikolari, il-membri tal-persunal tal-UE waqt missjoni f’pajjiżi terzi għandhom jużaw is-sens komun u l-ġudizzju tajjeb fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà proprja tagħhom, u jikkonformaw mar-regoli, ir-regolamenti, il-proċeduri u l-istruzzjonijiet applikabbli kollha dwar is-sigurtà.
4. Is-SEAE għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jassigura li l-interessi tiegħu jkunu protetti, u biex jevita ħsara li b’mod raġonevoli tista’ tkun prevista li ssirilhom.
5. Il-miżuri tas-sigurtà fis-SEAE li jipproteġu l-IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha għandhom ikunu jaqblu b’mod partikulari mal-livell ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà tagħha, mal-forma u l-volum tal-informazzjoni jew tal-materjal, mal-pożizzjoni u l-kostruzzjoni tal-faċilitajiet li jospitaw l-IKUE, u mat-theddida, inkluża t-theddida vvalutata lokalment, ta’ attivitajiet malizzjużi u/jew kriminali, inklużi l-ispjunaġġ, is-sabutaġġ u t-terroriżmu.
Artikolu 11
Għarfien u taħriġ tas-sigurtà
1. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiżgura li jitfasslu u jiġu implimentati programmi xierqa ta’ għarfien u taħriġ dwar is-sigurtà, u li l-membri tal-Persunal imqegħdin taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE, kif ukoll, fejn ikun xieraq, id-dipendenti tagħhom, jirċievu l-informazzjoni neċessarja dwar l-għarfien u t-taħriġ skont ir-riskji fuq il-post tax-xogħol jew fir-residenza tagħhom.
2. Qabel ma jingħataw aċċess għall-IKUE u f’intervalli regolari wara dan, il-membri tal-persunal għandhom jiġu infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu l-IKUE f’konformità mar-regoli skont l-Artikolu 5, u jirrikonoxxu dawn l-istess responsabbiltajiet.
Artikolu 12
L-organizzazzjoni tas-sigurtà fis-SEAE
1. L-Uffiċjal Operattiv Ewlieni (UOE) għandu jkun l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. F’dik il-kapaċità, l-UOE għandu jiżgura li:
(a) |
il-miżuri tas-sigurtà jiġu kkoordinati kif meħtieġ mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u, kif xieraq, ta’ Stati terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq il-materji kollha ta’ sigurtà rilevanti għall-attivitajiet tas-SEAE, inkluż dwar in-natura tat-theddid għas-sigurtà tal-interessi tas-SEAE u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontrihom; |
(b) |
l-aspetti tas-sigurtà jittieħdu f’kunsiderazzjoni b’mod sħiħ mill-bidu nett fl-attivitajiet kollha tas-SEAE; |
(c) |
l-aċċess għal informazzjoni klassifikata jingħata biss lill-individwi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Anness A; |
(d) |
tiġi stabbilita sistema ta’ reġistru li għandha tiżgura li informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi ttrattata b’konformità ma’ din id-deċiżjoni fis-SEAE, u meta tiġi rilaxxata lill-Istati Membri tal-UE, Istituzzjonijiet tal-UE, korpi jew aġenziji jew riċevituri awtorizzati oħrajn. Għandu jinżamm rekord separat tal-IKUE kollha rilaxxata mis-SEAE lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u tal-informazzjoni klassifikata kollha riċevuta mingħand Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(e) |
jitwettqu l-ispezzjonijiet tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 15; |
(f) |
isiru investigazzjonijiet dwar kull ksur reali jew suspettat tas-sigurtà, kif ukoll dwar kull kompromess reali jew suspettat jew telf ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mis-SEAE jew li toriġina minnu, u li l-awtoritajiet rilevanti tas-sigurtà jintalbu sabiex jassistu f’dawn l-investigazzjonijiet; |
(g) |
jiġu stabbiliti pjanijiet u mekkaniżmi xierqa ta’ ġestjoni għall-inċidenti u għall-konsegwenzi tagħhom biex jingħata rispons f’waqtu u effettiv għall-inċidenti tas-sigurtà; |
(h) |
jittieħdu miżuri xierqa fil-każ ta’ individwi li jonqsu milli jirrispettaw din id-Deċiżjoni; |
(i) |
jittieħdu miżuri fiżiċi u organizzattivi xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE. F’dan ir-rigward, f’konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv, l-UOE:
|
2. L-UOE għandu jkun assistit f’dan il-kompitu mid-Direttur Maniġerjali għall-Amministrazzjoni u l-Finanzi, mill-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, u, kif meħtieġ, mid-Direttur Maniġerjali tar-Rispons għall-Kriżi u l-Koordinatur Operattiv.
3. L-UOE bħala l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE jista’ jiddelega kompiti f’dan ir-rigward, kif xieraq.
4. Kull Kap ta’ dipartiment/taqsima għandu jkun responsabbli li jimplimenta regoli għall-protezzjoni tal-IKUE fid-dipartiment/taqsima tiegħu.
Waqt li jibqa’ responsabbli kif imsemmi hawn fuq, kull Kap ta’ dipartiment/diviżjoni għandu jaħtar persunal għall-funzjoni ta’ Koordinatur Dipartimentali tas-Sigurtà, li r-riżorsi tagħha għandhom ikunu proporzjonati mal-ammont ta’ IKUE ttrattata minn dak id-dipartiment/taqsima.
Il-Koordinaturi Dipartimentali tas-Sigurtà għandhom, meta u kif ikun xieraq, jassistu u jappoġġaw il-Kap tad-dipartiment/taqsima tagħhom billi jwettqu kompiti relatati mas-sigurtà, bħal:
(a) |
jiżviluppaw kwalunkwe rekwiżit addizzjonali tas-sigurtà li jkun xieraq għall-ħtiġijiet speċifiċi tad-dipartiment/taqsima; |
(b) |
perjodikament jagħtu informazzjoni dwar is-sigurtà lill-membri tad-dipartiment/taqsima tagħhom; |
(c) |
jassiguraw li l-prinċipju tal-ħtieġa ta’ għarfien ikun irrispettat fid-dipartiment/taqsima tagħhom; |
(d) |
iżommu lista aġġornata ta’ kodiċijiet u mfietaħ sikuri; |
(e) |
iżommu proċeduri tas-sigurtà u miżuri tas-sigurtà; |
(f) |
jirrapportaw kwalunkwe ksur ta’ sigurtà u/jew kompromess tal-IKUE kemm lid-Direttur tagħhom, kif ukoll lid-Direttorat tas-Sigurtà; |
(g) |
jistħarrġu lill-membri tal-persunal li ma jibqgħux impjegati mas-SEAE; |
(h) |
jipprovdu rapporti regolari permezz tal-ġerarkija tagħhom fuq materji ta’ sigurtà tad-dipartiment/taqsima; |
(i) |
iżommu kuntatt mad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE dwar kwistjonijiet tas-sigurtà. |
Kwalunkwe attività jew kwistjoni li jista’ jkollha impatt fuq is-sigurtà għandha tiġi notifikata f’waqtha lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE;
5. Kull Kap ta’ Delegazzjoni tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri kollha marbuta mas-sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.
1. Is-SEAE għandu jkollu Direttorat tas-Sigurtà. Dan għandu:
(a) |
jimmaniġġa, jikkoordina, jissorvelja u/jew jimplimenta l-miżuri kollha ta’ sigurtà fil-bini kollu taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE, fil-Kwartieri Ġenerali, fl-UE u fi Stati terzi; |
(b) |
jassigura l-koerenza u l-konsistenza ma’ din id-deċiżjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività li jista’ jkollha impatt fuq il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE. |
(c) |
ikun il-konsulent ewlieni tar-Rappreżentant Għoli, tas-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv u tal-UOE fil-materji kollha relatati mas-sigurtà; |
(d) |
ikun assistit mis-servizzi kompetenti tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE, id-Direttorat tas-Sigurtà; |
(e) |
jappoġġa l-attivitajiet tal-Awtorità ta’ Akkreditament tas-Sigurtà tas-SEAE billi jwettaq valutazzjonijiet tas-sigurtà fiżika tal-Ambjent ta’ Sigurtà Ġenerali (ASĠ) / Ambjent ta’ Sigurtà Lokali (ASL) tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni li jittrattaw l-IKUE, u tal-bini li jkun se jiġi awtorizzat li jittratta u jaħżen l-IKUE. |
2. Il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jkun responsabbli li:
(a) |
jassigura l-protezzjoni ġenerali tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE; |
(b) |
ifassal, jirrevedi u jaġġorna r-regoli tas-sigurtà, kif ukoll jikkoordina l-miżuri tas-sigurtà mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, kif xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali marbuta mal-UE bi ftehimiet u/jew arranġamenti ta’ sigurtà; |
(c) |
jappoġġa l-proċedimenti tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE, kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Deċiżjoni; |
(d) |
jikkoordina ma’ kwalunkwe sħab jew awtoritajiet minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) hawn fuq dwar materji ta’ sigurtà, fejn xieraq; |
(e) |
jagħmel prijoritajiet u proposti għall-ġestjoni tal-baġit tas-sigurtà fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni. |
3. Il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu:
(a) |
jassigura li jinżamm rekord tal-ksur tas-sigurtà u tal-kompromessi, u li jitnedew u jitwettqu investigazzjonijiet meta u fejn ikun meħtieġ; |
(b) |
jiltaqa’ regolarment, u kull meta jkun meħtieġ, biex jiddiskuti oqsma ta’ interess komuni mad-Direttur tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mad-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
4. Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jistabbilixxi kuntatt u jżomm kooperazzjoni mill-qrib ma’:
— |
id-dipartimenti responsabbli mis-sigurtà fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri; |
— |
l-Awtoritajiet tas-Sigurtà Nazzjonali (NSAs) u/jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tas-sigurtà tal-Istati Membri, biex jikseb l-assistenza tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni li jkun jeħtieġ biex jivvaluta l-perikli u t-theddid li jista’ jiffaċċa s-SEAE, il-persunal tiegħu, l-attivitajiet tiegħu, l-assi u r-riżorsi tiegħu u l-informazzjoni klassifikata tiegħu fis-sede normali tiegħu; |
— |
l-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà tal-Istati Membri jew tal-Istati Ospitanti fit-territorju li fih is-SEAE jista’ jeżerċita l-attività tiegħu, fir-rigward ta’ kwalunkwe materja relatata mal-protezzjoni tal-persunal tiegħu, l-attività tiegħu, l-assi u r-riżorsi tiegħu, u l-informazzjoni klassifikata tiegħu waqt li jkun qiegħed fit-territorju tagħhom; |
— |
l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-Direttorat għas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, u, fejn xieraq, id-dipartimenti tas-sigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħra tal-UE; |
— |
id-dipartimenti tas-sigurtà ta’ Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bil-għan ta’ kwalunkwe koordinazzjoni utli, u |
— |
l-NSAs tal-Istati Membri, fir-rigward ta’ kwalunkwe materja relatata mal-protezzjoni ta’ IKUE. |
1. Kull Kap ta’ Delegazzjoni tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni lokali tal-miżuri kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE fil-bini u fil-kompetenza tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.
F’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti fejn ikun meħtieġ, huwa għandu jieħu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha biex jiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri fiżiċi u organizzattivi xierqa sabiex jintlaħaq dan l-għan.
Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jfassal proċeduri ta’ sigurtà għall-protezzjoni tad-dipendenti kif definit fl-Artikolu 2(c), fejn xieraq, billi jikkunsidra kwalunkwe arranġament amministrattiv, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3). Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirrapporta b’mod annwali lill-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà li jkunu fil-kompetenza tiegħu.
Huwa għandu jiġi assistit, f’dawn il-kompiti, mid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, mill-persunal tas-SEAE fid-Delegazzjoni li jeżerċita kompiti u funzjonijiet iddedikati ta’ sigurtà, u mill-persunal tas-sigurtà ddedikat stazzjonat fejn meħtieġ.
2. Barra minn hekk, il-Kap tad-Delegazzjoni għandu:
— |
jistabbilixxi pjanijiet dettaljati tas-sigurtà tad-Delegazzjoni u ta’ kontinġenza, fuq il-bażi ta’ proċeduri operattivi standard ġeneriċi. |
— |
jopera sistema 24/7 effettiva għall-ġestjoni ta’ inċidenti tas-sigurtà u emerġenzi fl-ambitu tal-operazzjoni tad-Delegazzjoni; |
— |
jiżgura li l-persunal kollu appuntat fid-Delegazzjoni jkun kopert b’assigurazzjoni kif jitolbu l-kundizzjonijiet fiż-żona; |
— |
jiżgura li s-sigurtà tkun parti mit-taħriġ dwar l-impjieg tad-Delegazzjoni tal-Unjoni li jingħata lill-persunal kollu stazzjonat fid-Delegazzjoni qabel ma jasal u kif jasal fid-Delegazzjoni; u |
— |
jiżgura li kull rakkomandazzjoni magħmula wara valutazzjoni tas-sigurtà tiġi implimentata, u jipprovdi rapporti bil-miktub f’intervalli regolari lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE dwar l-implimentazzjoni tagħha u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà. |
3. Waqt li jibqa’ kemm responsabbli u kontabbli li jissalvagwardja l-ġestjoni tas-sigurtà, kif ukoll li jiżgura r-reżistenza korporattiva, il-Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiddelega l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu jew tagħha tas-sigurtà lill-Koordinatur tas-Sigurtà tad-Delegazzjoni (“KSD”), li huwa d-Deputat Kap tad-Delegazzjoni jew, fejn ma jkun hemm ħadd maħtur, xi ħadd xieraq alternattiv.
B’mod partikulari, ir-responsabbiltajiet li ġejjin jistgħu jiġu afdati lill-KSD:
— |
li jikkoordina fi kwistjonijiet ta’ sigurtà mal-awtoritajiet kompetenti tan-nazzjon ospitanti u mal-kontropartijiet xierqa fl-ambaxxati u l-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri. |
— |
li jimplimenta proċeduri xierqa ta’ ġestjoni tas-sigurtà relatati mal-interessi tas-Sigurtà tas-SEAE, inkluża l-protezzjoni tal-IKUE; |
— |
li jinforma lill-membri tal-persunal dwar ir-regoli tas-sigurtà applikabbli għalihom, u dwar ir-riskji partikulari fil-pajjiż ospitanti; |
— |
li jissottometti talbiet lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE rigward dawk il-pożizzjonijiet li jeħtieġu Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (ASP), u |
— |
li jżomm lill-Kap tad-Delegazzjoni, lill-Uffiċjal tas-Sigurtà Reġjonali (USR) u lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE infurmati kontinwament fir-rigward ta’ inċidenti u żviluppi fiż-żona li jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tal-interess tas-sigurtà tas-SEAE. |
4. Il-Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiddelega kompiti ta’ sigurtà ta’ karattru amministrattiv jew tekniku lill-Kap tal-Amministrazzjoni u membri oħra tal-persunal tad-Delegazzjoni.
5. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għandha tkun assistita minn Uffiċjal tas-Sigurtà Reġjonali (USR). L-USR għandhom jassumu r-rwoli definiti hawn taħt fid-Delegazzjonijiet f’kull waħda miż-żoni ġeografiċi ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom.
F’ċerti ċirkustanzi, fejn il-qagħda prevalenti tas-sigurtà titlob hekk, USR iddedikat jista’ jiġi assenjat ma’ delegazzjoni speċifika bħala resident full-time.
USR jista’ jintalab imur f’żona oħra ’l barra miż-żona preżenti fir-responsabbiltà tiegħu, inklużi l-Kwartieri Ġenerali fi Brussell, jew anke jieħu kariga residenzjali skont is-sitwazzjoni rilevanti tas-sigurtà fi kwalunkwe pajjiż, jew kif mitlub mid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE.
6. L-USR għandhom ikunu taħt il-kontroll ġerarkiku dirett tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, imma taħt il-kontroll funzjonali u amministrattiv dirett tal-Kap tad-Delegazzjoni rilevanti. Huma għandhom jassistu lill-Kap tad-Delegazzjoni u l-persunal tad-Delegazzjoni fl-arranġament u l-implimentazzjoni tal-miżuri fiżiċi, organizzattivi u proċedurali kollha marbuta mas-sigurtà tal-persunal kollu tad-Delegazzjoni, irrispettivament mill-oriġini amministrattiva tagħhom.
7. L-USR jagħtu pariri u appoġġ lill-Kap tad-Delegazzjoni u lill-persunal tad-Delegazzjoni. Fejn jixraq, b’mod partikulari fejn URS iddedikat ikun residenti full-time, huwa jista’ jassisti (jew tista’ tassisti) Delegazzjoni tal-Unjoni fl-immaniġġar u l-implimentazzjoni tas-sigurtà, inklużi t-tħejjija ta’ kuntratti tas-sigurtà, il-ġestjoni tal-akkreditamenti u tal-approvazzjonijiet.
Artikolu 13
L-Operazzjonijiet tal-PSDK u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jassisti u jagħti pariri lid-Direttur tal-Immaniġġar ta’ Kriżijiet u d-Direttorat tal-Ippjanar (CMPD), lid-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari tal-UE (EUMS), lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili li jmexxi l-Kapaċità Ċivili għall-Pjanifikazzjoni u t-Tmexxija (CPCC), u l-Kmandanti tal-Operazzjonijiet Militari tal-UE fuq aspetti ta’ sigurtà tal-operazzjonijiet tal-PSDK, u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE dwar aspetti ta’ sigurtà tal-mandat tagħhom, komplimentari għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jeżistu f’dan ir-rigward fil-politiki rilevanti adottati mill-Kunsill.
Artikolu 14
Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE
1. Għaldaqstant qiegħed jiġi stabbilit Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.
Dan għandu jiġi ppresedut mill-UOE jew minn delegat maħtur, u għandu jiltaqa’ kif avżat mill-President jew wara talba ta’ xi ħadd mill-membri tiegħu. Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jagħti l-appoġġ tiegħu lill-President f’din il-funzjoni u jipprovdi assistenza amministrattiva, kif meħtieġ, lill-proċedimenti tal-Kumitat.
2. Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’:
— |
kull Stat Membru; |
— |
l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; |
— |
id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
Delegazzjoni ta’ Stat Membru fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE tista’ tkun tikkonsisti minn membri ta’:
— |
l-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali u/jew l-Awtorità tas-Sigurtà Magħżula, |
— |
id-dipartimenti responsabbli mis-sigurtà fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin. |
3. Ir-rappreżentanti tal-Kumitat jistgħu jkunu akkumpanjati u mogħtija pariri minn esperti kif jidhrilhom li jkun meħtieġ. Rappreżentanti ta’ Istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE jistgħu jiġu mistiedna jattendu meta jkunu diskussi kwistjonijiet rilevanti għas-sigurtà tagħhom.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 hawn taħt, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jassisti s-SEAE, permezz ta’ konsultazzjoni, fil-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà rilevanti għall-attivitajiet tas-SEAE, il-Kwartieri Ġenerali u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.
B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 hawn taħt, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE:
(a) |
għandu jiġi kkonsultat fuq:
|
(b) |
jista’ jiġi kkonsultat jew infurmat, kif xieraq, dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persunal u tal-assi fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3); |
(c) |
għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe kompromess jew telf ta’ IKUE li jkun seħħ fis-SEAE. |
5. Kwalunkwe bidla fir-regoli relatati mal-protezzjoni ta’ IKUE li jinsabu f’din id-Deċiżjoni u fl-Anness A tagħha għandha teħtieġ l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. Din l-opinjoni favorevoli unanima għandha tkun meħtieġa wkoll qabel:
— |
jinbdew negozjati ta’ arranġamenti amministrattivi kif imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) tal-Anness A; |
— |
tiġi rilaxxata informazzjoni klassifikata fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafi 9, 11 u 12 tal-Anness A VI; |
— |
tittieħed ir-responsabbiltà tal-oriġinatur tal-informazzjoni fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 10(4), fl-aħħar sentenza, tal-Anness A. |
Meta tkun meħtieġa opinjoni favorevoli unanima, din il-kundizzjoni tkun issodisfata meta d-Delegazzjonijiet tal-Istati membri ma jesprimu l-ebda oġġezzjoni waqt il-proċedimenti tal-Kumitat.
6. Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jikkunsidra bis-sħiħ il-politiki tas-sigurtà u l-linji gwida li jkunu fis-seħħ fil-Kunsill u fil-Kummissjoni.
7. Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE jirċievi l-lista tal-ispezzjonijiet annwali tas-SEAE, u r-rapporti ta’ spezzjoni, ladarba jiġu finalizzati.
8. Organizzazzjoni tal-laqgħat:
— |
Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Jistgħu jsiru laqgħat addizzjonali b’arranġament mill-President jew fuq talba tal-membri tal-Kumitat, fil-konfigurazzjoni sħiħa tiegħu jew fl-ASN/ASM jew fil-format tas-sigurtà MFA. |
— |
Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jorganizza l-attivitajiet tiegħu b’tali mod li jkun jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar oqsma speċifiċi tas-sigurtà. Huwa jista’ jistabbilixxi oqsma sekondarji esperti oħra kif meħtieġ. Huwa għandu jfassal termini ta’ referenza għal tali oqsma sekondarji esperti u jirċievi rapporti mingħandhom dwar l-attivitajiet tagħhom. |
— |
Id-Direttorat tas-Sigurtà għandu jkun responsabbli mit-tħejjija tal-materji għad-diskussjoni. Il-President għandu jfassal l-aġenda provviżorja għal kull laqgħa. Il-membri tal-Kumitat jistgħu jipproponu materji addizzjonali għad-diskussjoni. |
Artikolu 15
Spezzjonijiet tas-sigurtà
1. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiżgura li jsiru spezzjonijiet tas-sigurtà, fuq bażi regolari, fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-miżuri tas-sigurtà u tiġi vverifikata l-konformità tagħhom ma’ din id-Deċiżjoni. Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jista’, fejn ikun xieraq, jaħtar esperti kontributuri biex jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet tas-sigurtà fl-aġenziji u l-korpi tal-UE stabbiliti skont it-Titolu V, il-Kapitolu 2 tat-TUE.
2. L-Ispezzjonijiet tas-Sigurtà tas-SEAE għandhom jitwettqu bl-awtorità tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE u, fejn ikun xieraq, bl-appoġġ ta’ esperti tas-sigurtà li jirrappreżentaw Istituzzjonijiet jew Stati Membri tal-UE, b’mod partikulari fil-kuntest tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 3(3).
3. Is-SEAE jista’ juża l-għarfien espert fl-Istati Membri, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni kif meħtieġ.
Fejn meħtieġ, esperti tas-sigurtà rilevanti bbażati f’Missjonijiet tal-Istati Membri fi Stati terzi u/jew rappreżentanti tad-dipartimenti diplomatiċi tas-sigurtà tal-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-ispezzjoni tas-sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.
4. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward il-protezzjoni tal-IKUE huma stabbiliti fl-Anness A III.
Artikolu 16
Żjarat ta’ valutazzjoni
Għandhom jiġu organizzati żjarat ta’ valutazzjoni biex jaċċertaw l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà li jkunu fis-seħħ fi Stat terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali biex jipproteġu l-IKUE skambjata skont arranġament amministrattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(b) tal-Anness A.
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jista’ jaħtar esperti kontributuri biex jipparteċipaw fiż-żjarat ta’ valutazzjoni fi Stati terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom l-UE tkun ikkonkludiet Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a) tal-Anness A.
Artikolu 17
Ippjanar tal-kontinwità tal-operat
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jassisti lill-UOE fl-immaniġġar tal-aspetti relatati mas-sigurtà tal-proċessi ta’ kontinwità tal-operat tas-SEAE bħala parti mill-Ippjanar tal-Kontinwità tal-Operat ġenerali tas-SEAE.
Artikolu 18
Pariri dwar l-ivvjaġġar għal missjonijiet barra l-UE
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar fir-rigward ta’ missjonijiet ta’ Persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE barra mill-UE, waqt li juża r-riżorsi tas-servizzi kollha rilevanti tas-SEAE – b’mod partikulari s-SITROOM, is-SITCEN, id-dipartimenti ġeografiċi u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jipprovdi, meta rikjest, u billi juża r-riżorsi msemmija qabel, pariri speċifiċi dwar l-ivvjaġġar fir-rigward ta’ missjonijiet ta’ Persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE lejn Stati terzi li jippreżentaw riskju kbir jew livell ta’ riskju miżjud.
Artikolu 19
Saħħa u Sigurtà
Ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE jikkumplimentaw ir-regoli tas-SEAE għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà, kif adottati mir-Rappreżentant Għoli.
Artikolu 20
Implimentazzjoni u reviżjoni
1. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE kif xieraq, tapprova politiki tas-sigurtà jew linji gwida li jistabbilixxu kwalunkwe miżura neċessarja biex jiġu implimentati dawn ir-regoli fis-SEAE, u għandha tibni l-kapaċità neċessarja li tkopri l-aspetti kollha tas-sigurtà, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Istati Membri u bl-appoġġ tas-servizzi rilevanti tal-Istituzzjonijiet tal-UE.
2. F’konformità mal-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jistgħu jintużaw arranġamenti tranżizzjonali, kif meħtieġ, bis-saħħa ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz mas-servizzi rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
3. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura l-konsistenza ġenerali fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jżomm dawn ir-regoli tas-sigurtà taħt reviżjoni.
4. Ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE għandhom jiġu implimentati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà tal-Istati Membri, mal-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.
5. Is-SEAE għandu jiżgura li l-aspetti kollha tal-proċess tas-sigurtà jittieħdu f’kunsiderazzjoni fis-sistema ta’ rispons għall-kriżijiet tas-SEAE.
6. L-UOE, bħala l-Awtorità tas-Sigurtà, u l-kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, għandhom jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 21
Sostituzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti
1. Din id-Deċiżjoni għandha tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà tal-15 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (3).
2. Din id-deċiżjoni għandha tħassar id-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà tat-23 ta’ Frar 2011 dwar il-Ħatra u l-kompiti tal-Awtorità Delegata tas-Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tagħha.
Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-awtoritajiet kompetenti fis-SEAE għandhom jinformaw fil-ħin u kif suppost lill-persunal kollu li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u l-annessi tagħha, dwar il-kontenut, id-dħul fis-seħħ u kwalunkwe modifikazzjoni sussegwenti fiha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2013.
Ir-Rappreżentant Għoli
C. ASHTON
(2) ĠU C 304, 15.10.2011, p. 5
(3) ĠU C 304, 15.10.2011, p. 5
ANNESS A
PRINĊIPJI U STANDARDS GĦALL-PROTEZZJONI TA’ IKUE
Artikolu 1
Għan, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Dan l-Anness jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE.
2. Dawn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għandhom japplikaw għas-SEAE u għall-Persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE kif imsemmija u definiti rispettivament fl-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjoni ta’ IKUE, klassifikazzjonijiet u mmarkar tas-sigurtà
1. “Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal, indikat bi klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew iktar.
2. L-IKUE għandha tkun ikklassifikata f’wieħed mil-livelli li ġejjin:
(a) |
TRES SECRET UE/EU TOP SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. |
(b) |
SECRET UE/EU SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. |
(c) |
CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. |
(d) |
RESTREINT UE/EU RESTRICTED: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jkun ta’ żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. |
3. L-IKUE għandu jkollha marka ta’ klassifikazzjoni skont il-paragrafu 2. Hija jista’ jkollha marki addizzjonali li juru l-qasam ta’ attività relatat magħha, jidentifikaw l-oriġinatur, jillimitaw id-distribuzzjoni, jirrestrinġu l-użu jew jindikaw ir-rilaxxabilità.
Artikolu 3
Ġestjoni tal-klassifikazzjoni
1. Is-SEAE għandu jiżgura li l-IKUE tkun ikklassifikata b’mod xieraq, identifikata b’mod ċar bħala informazzjoni kklassifikata u żżomm il-livell ta’ klassifikazzjoni biss sakemm dan ikun meħtieġ.
2. L-IKUE ma għandhiex titbaxxa fil-grad jew tiġi deklassifikata u l-immarkar imsemmi fl-Artikolu 2(3) lanqas ma għandu jiġi modifikat jew imneħħi mingħajr il-permess bil-miktub u minn qabel tal-oriġinatur.
3. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tapprova, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE skont l-Artikolu 14(5) ta’ din id-Deċiżjoni, politika tas-sigurtà dwar il-ħolqien ta’ IKUE li għandha tinkludi gwida prattika għall-klassifikazzjoni.
Artikolu 4
Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata
1. L-IKUE għandha tkun protetta skont din id-Deċiżjoni.
2. Id-detentur ta’ kwalunkwe materjal ta’ IKUE għandu jkun responsabbli għall-protezzjoni tiegħu skont din id-Deċiżjoni.
3. Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni nazzjonali tas-sigurtà fl-istrutturi jew in-netwerks tas-SEAE, is-SEAE għandu jipproteġi dik l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti kollha applikabbli għall-IKUE fil-livell ekwivalenti kif stabbilit fit-Tabella B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.
Is-SEAE għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa biex jinżammu rekords eżatti dwar l-oriġinatur ta’:
— |
l-informazzjoni klassifikata li jirċievi s-SEAE; u |
— |
materjal ta’ sors inkluż fl-informazzjoni klassifikata oriġinata mis-SEAE. |
Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jkun infurmat b’dawn il-proċeduri.
4. Kwantitajiet kbar jew ġabra ta’ IKUE jistgħu jeħtieġu livell ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-komponenti tagħha.
Artikolu 5
Sigurtà tal-Persunal għall-immaniġġar ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
1. Is-sigurtà tal-persunal hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-aċċess għal IKUE jingħata biss lil individwi li:
— |
ikunu fil-ħtieġa ta’ għarfien; |
— |
ikunu ngħataw approvazzjoni tas-sigurtà fil-livell rilevanti, jew inkella ġew awtorizzati kif dovut bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali li jkollhom aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla; u |
— |
ikunu ġew infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom. |
2. Il-proċeduri għall-Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (ASP) għandhom jiddeterminaw jekk individwu, wara li jitqiesu l-lealtà, il-fiduċja u l-kredibbiltà tiegħu, jistax ikun awtorizzat aċċess għal IKUE.
3. L-individwi kollha għandhom jingħataw informazzjoni u jirrikonoxxu bil-miktub ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu l-IKUE skont din id-Deċiżjoni qabel ma jingħataw aċċess għal IKUE, u f’intervalli regolari wara.
4. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A I.
Artikolu 6
Sigurtà fiżika ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
1. Is-sigurtà fiżika hija l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE.
2. Għandhom jitfasslu miżuri ta’ sigurtà fiżika sabiex jiċħdu d-dħul bil-moħbi jew furzat minn intruż, ikunu ta’ deterrent, jimpedixxu u jinnotaw azzjonijiet mhux awtorizzati, u jippermettu d-differenzjar tal-membri tal-persunal fl-aċċess tagħhom għal IKUE fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien. Dawn il-miżuri għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ proċess ta’ ġestjoni ta’ riskju.
3. Għandhom jiddaħħlu miżuri ta’ sigurtà fiżika fl-edifiċji, fil-bini, fl-uffiċċji, fil-kmamar u f’żoni oħra li fihom tiġi ttrattata u maħżuna IKUE, inklużi żoni fejn jinżammu sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni kif definiti fl-Artikolu 8(2).
4. Żoni li fihom tinħażen IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom ikunu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà skont l-Anness A II u approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.
5. Għandu jintuża biss tagħmir jew apparat approvat biex tiġi protetta IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.
6. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A II.
Artikolu 7
Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata
1. Il-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata hija l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha sabiex jiġu supplimentati l-miżuri previsti fl-Artikoli 5, 6 u 8 u b’hekk jgħinu biex il-kompromess jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni jiġi skoraġġit, innotat u rkuprat. Dawn il-miżuri huma relatati b’mod partikulari mal-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ikkupjar, it-traduzzjoni, il-ġarr, l-immaniġġar, il-ħażna u l-qerda ta’ IKUE.
2. Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tiġi riċevuta. L-awtoritajiet kompetenti fis-SEAE għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistru għal dan il-għan. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi rreġistrata f’reġistri magħżula.
3. Servizzi u binjiet fejn tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni regolari mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.
4. IKUE għandha tintbagħat bejn servizzi u edifiċji li mhumiex f’żoni fiżikament protetti kif ġej:
(a) |
bħala regola ġenerali, IKUE għandha tiġi trasmessa b’mezzi elettroniċi protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 7(5) ta’ din id-Deċiżjoni u skont Proċeduri Operattivi ta’ Sigurtà (SecOPs) iddefiniti b’mod ċar; |
(b) |
meta ma jintużawx il-mezzi msemmija fil-punt (a), IKUE għandha tinġarr jew:
|
5. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A II.
Artikolu 8
Protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f’sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni
1. L-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AI) fil-qasam tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li jittrattaw, u li jiffunzjonaw kif meħtieġ u meta meħtieġ taħt il-kontroll ta’ utenti leġittimi. AI effettiva għandha tiżgura livelli xierqa ta’ kunfidenzjalità, integrità, disponibbiltà, non-rifjut u awtentiċità. L-AI għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskju.
2. “Sistemi tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni” (SKI) tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament ta’ informazzjoni f’forma elettronika. Sistema tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni għandha tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inklużi l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta’ informazzjoni. Dan l-Anness għandu japplika għal kwalunkwe SKI tas-SEAE li tittratta IKUE.
3. SKI għandha tittratta IKUE skont il-kunċett tal-AI.
4. Is-SKI kollha li jittrattaw IKUE għandhom jgħaddu minn proċess ta’ akkreditament. L-akkreditament għandu jimmira li jikseb assigurazzjoni li jkunu ġew implimentati l-miżuri kollha xierqa ta’ sigurtà u li jkun intlaħaq livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-IKUE u tas-SKI skont din id-Deċiżjoni. Id-dikjarazzjoni ta’ akkreditament għandha tiddetermina l-livell massimu ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni li tista’ tiġi ttrattata f’SKI kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet korrispondenti.
5. SKI li tittratta informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla għandha tkun protetta b’tali mod li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi kompromessa b’sinjali elettromanjetiċi mhux intenzjonati. (“miżuri ta’ sigurtà TEMPEST”).
6. Fejn il-protezzjoni ta’ IKUE tingħata bi prodotti kriptografiċi, tali prodotti għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 7(5) ta’ din id-Deċiżjoni.
7. Waqt it-trasmissjoni ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi, għandhom jintużaw prodotti kriptografiċi approvati. Minkejja dan ir-rekwiżit, jistgħu jiġu applikati proċeduri speċifiċi f’ċirkustanzi ta’ emerġenza jew konfigurazzjonijiet tekniċi speċifiċi kif speċifikat fl-Anness A IV.
8. Skont l-Artikolu 7(6) ta’ din id-Deċiżjoni, il-funzjonijiet tal-AI li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti safejn ikun meħtieġ;
(a) |
Awtorità AI (AAI); |
(b) |
Awtorità TEMPEST (AT); |
(c) |
Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK); |
(d) |
Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK). |
9. Skont l-Artikolu 7(7) ta’ din id-Deċiżjoni, għal kull sistema għandhom jiġu stabbiliti:
(a) |
Awtorità ta’ Akkreditament tas-Sigurtà (AAS); |
(b) |
Awtorità Operattiva AI. |
10. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A IV.
Artikolu 9
Sigurtà industrijali
1. Sigurtà industrijali hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ IKUE minn kuntratturi jew subkuntratturi f’negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ kuntratti klassifikati. Bħala regola ġenerali, kuntratti bħal dawn ma għandhomx jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET.
2. Is-SEAE jista’ jagħti, permezz ta’ kuntratt, kompiti li jinvolvu jew jimplikaw l-aċċess għal IKUE, jew it-trattament jew il-ħżin tagħha, minn entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn irreġistrati fi Stat Membru, jew fi Stat terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness A.
3. Is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiżgura li jkun hemm konformità mal-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, u msemmija fil-kuntratt, waqt l-għoti ta’ kuntratti klassifikati lil entitajiet industrijali u entitajiet oħra. Huwa għandu jiżgura li jkun hemm konformità ma’ tali standards minimi permezz tal-ASN/ASM rilevanti.
4. Kuntratturi jew subkuntratturi rreġistrati fi Stat Membru u li jipparteċipaw f’kuntratti u subkuntratti klassifikati li jirrikjedu t-trattament u l-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-faċilitajiet tagħhom, fl-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti jew matul l-istadju prekuntrattwali, għandu jkollhom Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (ASF) fil-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni, mogħtija mill-ASN, mill-ASM jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tas-sigurtà tal-Istat Membru msemmi.
5. Il-persunal ta’ kuntrattur jew subkuntrattur li, għat-twettiq ta’ kuntratt klassifikat, ikun jeħtieġ aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jkollu ASP maħruġa mill-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) jew mill-Awtorità tas-Sigurtà Magħżula (ASM) rispettiva jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tas-sigurtà skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u l-istandards minimi tas-sigurtà stabbiliti fl-Anness A I.
6. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A V.
Artikolu 10
Skambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u Organizzazzjonijiet Internazzjonali
1. Is-SEAE jista’ jiskambja IKUE ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss meta:
(a) |
ikun hemm fis-seħħ ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn l-UE u dak l-Istat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u l-Artikolu 218 TFUE; jew |
(b) |
ikun daħal fis-seħħ arranġament amministrattiv bejn ir-Rappreżentant Għoli u l-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà ta’ dak l-Istat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, fil-prinċipju, mhux ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED, konkluż skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(5) ta’ din id-Deċiżjoni; jew |
(c) |
ikun applikabbli ftehim qafas jew ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc bejn l-UE u dak l-Istat terz fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżi tal-PSDK, konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u l-Artikolu 218 TFUE, |
u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-istrument ikunu ssodisfati.
Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali ta’ hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness A VI, it-Taqsima V.
2. L-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu IKUE, tali informazzjoni tingħata l-protezzjoni xierqa għal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha u skont standards minimi li ma jkunux inqas stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Informazzjoni skambjata fuq il-bażi tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tkun limitata għal informazzjoni li tikkonċerna operazzjonijiet tal-PSDK li fihom l-Istat terz in kwistjoni jipparteċipa fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehimiet u b’konformità mad-dispożizzjonijiet tagħhom.
3. Għandhom jiġu organizzati żjarat ta’ valutazzjoni fi Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ din id-Deċiżjoni, biex tiġi aċċertata l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà fis-seħħ biex tiġi protetta kull IKUE skambjata.
4. Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE miżmuma mis-SEAE lil xi Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tittieħed fuq il-bażi ta’ każ b’każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ tali informazzjoni, il-ħtieġa ta’ għarfien tar-riċevitur u l-kejl tal-vantaġġ għall-UE.
Is-SEAE għandu jfittex il-kunsens bil-miktub ta’ kwalunkwe entità li tkun ipprovdiet informazzjoni klassifikata bħala materjal ta’ sors għall-IKUE li s-SEAE jkun oriġina, biex jistabbilixxi li ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għar-rilaxx.
Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li għaliha jkun mixtieq ir-rilaxx ma jkunx is-SEAE, is-SEAE għandu l-ewwel ifittex il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx.
Jekk, madankollu, is-SEAE ma jkunx jista’ jistabbilixxi l-oriġinatur, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tassumi r-responsabbiltà tal-oriġinatur wara li tkun kisbet l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.
5. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A VI.
Artikolu 11
Ksur tas-sigurtà u kompromess ta’ informazzjoni klassifikata
1. Kwalunkwe ksur jew suspett ta’ ksur tas-sigurtà, u kwalunkwe kompromess jew suspett ta’ kompromess ta’ informazzjoni klassifikata għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE li għandu jinforma, kif xieraq, lid-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, u lill-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati, jew lil entità oħra kkonċernata.
2. Meta jkun magħruf jew meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li informazzjoni klassifikata tkun ġiet kompromessa jew mitlufa, id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jinforma lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew lill-ASN tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, jew lil entità oħra kkonċernata, kif xieraq, u għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti biex:
(a) |
jivvaluta d-dannu potenzjali kkawżat lill-interessi tal-UE jew tal-Istati Membri; |
(b) |
jieħu miżuri xierqa li jevitaw rikorrenza; |
(c) |
jissalvagwardja l-evidenza; |
(d) |
jiżgura li l-każ jiġi investigat minn persunal li ma jkunx ikkonċernat direttament bil-ksur sabiex jistabbilixxi l-fatti; |
(e) |
jinnotifika lill-awtoritajiet adatti dwar l-effetti tal-avveniment u l-azzjoni meħuda; u |
(f) |
jinforma lill-oriġinatur. |
3. Kwalunkwe membru tal-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE li jkun responsabbli għal ksur tar-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jista’ jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.
Kwalunkwe individwu li jkun responsabbli għall-kompromess jew it-telf ta’ informazzjoni klassifikata għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.
Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew l-ASN tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, jew entità oħra kkonċernata għandhom jiġu infurmati immedjatament, kif xieraq.
4. Waqt li tkun għaddejja investigazzjoni ta’ ksur u/jew kompromess, il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jista’ jissospendi l-aċċess tal-individwu għall-IKUE u għall-edifiċji tas-SEAE. Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew l-ASN tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, jew l-entità oħra kkonċernata għandhom jiġu infurmati immedjatament b’din id-deċiżjoni.
ANNESS A I
SIGURTÀ TAL-PERSUNAL
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi b’mod partikolari l-kriterji li s-SEAE għandu japplika biex jiddetermina jekk individwu, wara li jiġu kkunsidrati l-lealtà, il-fiduċja u l-kredibbiltà tiegħu, jistax jiġi awtorizzat biex ikollu aċċess għal IKUE, u l-proċeduri investigattivi u amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan. |
2. |
L-“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (ASP) għall-aċċess għal IKUE hija dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssir wara t-tmiem ta’ investigazzjoni tas-sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista’, bil-kundizzjoni li tkun ġiet stabbilita “il-ħtieġa ta’ għarfien” tiegħu, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu hekk deskritt jingħad li jkun “ingħata approvazzjoni ta’ sigurtà”. |
3. |
Iċ-“Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (ĊASP) huwa ċertifikat maħruġ mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE li jistabbilixxi li individwu jkun ingħata approvazzjoni tas-sigurtà, u li juri l-livell ta’ IKUE li għaliha l-individwu jista’ jingħata aċċess, id-data tal-validità tal-ASP rilevanti u d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat innifsu. |
4. |
L-“Awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE” hija awtorizzazzjoni mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE li tittieħed b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni wara li tkun inħarġet ASP mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, u li tiċċertifika li individwu jista’, bil-kundizzjoni li tkun ġiet stabbilita “il-ħtieġa ta’ għarfien” tiegħu, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu hekk deskritt jingħad li jkun “ingħata approvazzjoni ta’ sigurtà”. |
II. AWTORIZZAZZJONI TAL-AĊĊESS GĦAL IKUE
5. |
L-aċċess għal informazzjoni kklassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma jeħtieġx approvazzjoni tas-sigurtà u jingħata wara li:
|
6. |
Individwu għandu jiġi awtorizzat biss li jaċċessa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla wara li:
|
7. |
Is-SEAE għandu jidentifika l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tiegħu li jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla u għalhekk jeħtieġu ASP fil-livell rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 4 hawn fuq. |
8. |
Il-membri tal-Persunal tas-SEAE għandhom jiddikjaraw jekk għandhomx ċittadinanza ta’ aktar minn pajjiż wieħed. |
Proċeduri ta’ talba għal ASP fis-SEAE
9. |
Għall-Persunal tas-SEAE, l-Awtorità tal-Ħatra fis-SEAE għandha tgħaddi l-kwestjonarju mimli dwar is-sigurtà tal-persunal lill-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu jkun ċittadin u titlob li titwettaq investigazzjoni tas-sigurtà għal-livell ta’ IKUE li għalih l-individwu se jkun jeħtieġ l-aċċess. |
10. |
Meta individwu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ aktar minn pajjiż wieħed, it-talba għal skrutinju tiġi indirizzata lill-ASN tal-pajjiż li taħt in-nazzjonalità tiegħu tkun ġiet ingaġġata l-persuna. |
11. |
Meta informazzjoni rilevanti għal investigazzjoni tas-sigurtà tkun saret magħrufa mis-SEAE rigward individwu li jkun applika għal ASP, is-SEAE, waqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti dwarha. |
12. |
Wara t-tmiem tal-investigazzjoni tas-sigurtà, l-ASN rilevanti għandha tinnotifika lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE dwar l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni.
|
13. |
L-investigazzjoni tas-sigurtà flimkien mar-riżultati miksuba, li fuqhom is-SEAE jibbaża d-deċiżjoni dwar jekk jagħtix jew le awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE, għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw l-appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandhom ikunu soġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-Regolamenti tal-Persunal”). |
14. |
L-assigurazzjoni li fuqha tiġi bbażata ASP, bil-kundizzjoni li din tibqa’ valida, għandha tkopri kwalunkwe kompitu mill-individwu kkonċernat fis-SEAE, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew il-Kummissjoni. |
15. |
Jekk il-perjodu ta’ servizz ta’ individwu ma jibdiex fi żmien 12-il xahar min-notifika tal-eżitu tal-investigazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, jew jekk ikun hemm qtugħ ta’ 12-il xahar jew iktar fis-servizz ta’ individwu, li matulu ma jkunx impjegat mas-SEAE, ma’ Istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE, jew ma jkunx f’kariga mal-amministrazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li tirrikjedi aċċess għal informazzjoni klassifikata, dan l-eżitu għandu jiġi riferut lill-ASN rilevanti għall-konferma li dan għadu validu u adatt. |
16. |
Meta ssir magħrufa informazzjoni mis-SEAE rigward riskju tas-sigurtà kkawżat minn individwu li jkollu ASP valida, is-SEAE, waqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika b’dan lill-ASN rilevanti. Meta ASN tinnotifika lis-SEAE bl-irtirar ta’ assigurazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 12(a) għal individwu li għandu Awtorizzazzjoni valida li jaċċessa IKUE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tista’ titlob kwalunkwe kjarifika li l-ASN tista’ tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-informazzjoni avversa tiġi kkonfermata, l-Awtorizzazzjoni li ssemmiet qabel għandha tiġi irtirata u l-individwu għandu jiġi eskluż mill-aċċess għal IKUE u minn karigi fejn ikun possibbli tali aċċess jew fejn jista’ jkun ta’ periklu għas-sigurtà. |
17. |
Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi rtirata Awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE minn membru tal-persunal tas-SEAE u, fejn xieraq, ir-raġunijiet għal dan, għandhom jiġu notifikati lill-individwu kkonċernat, li jista’ jitlob li jinstema’ mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. L-informazzjoni pprovduta minn ASN għandha tkun soġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw l-appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandhom ikunu soġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal. |
18. |
Esperti nazzjonali ssekondati lis-SEAE għal pożizzjoni li tirrikjedi aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jippreżentaw ASP valida għall-aċċess għal IKUE sal-livell rilevanti lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE qabel ma jibdew il-kompitu tagħhom. Il-proċess ta’ hawn fuq għandu jiġi ġestit mill-Istat Membru mittenti. |
Rekords ta’ ASP
19. |
Is-SEAE għandu jamministra database fuq l-istatus tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-persunal kollu mqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-persunal tal-kuntratturi tas-SEAE. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-livell ta’ IKUE li għaliha individwu jista’ jingħata aċċess (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data meta ngħatat l-ASP u l-perjodu tal-validità tagħha. |
20. |
Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ koordinazjoni mal-Istati Membri u ma’ Istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE li jiżguraw li s-SEAE jkollu rekord eżatt u komprensiv tal-istatus tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-Persunal kollu mqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-persunal tal-kuntratturi tas-SEAE. |
21. |
L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tista’ toħroġ Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (ĊASP) li juri l-livell ta’ IKUE li għaliha individwu jista’ jingħata aċċess (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data tal-validità tal-ASP rilevanti u d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat innifsu. |
Eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-ASP
22. |
Individwi debitament awtorizzati li jaċċessaw IKUE bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali għandhom jiġu infurmati, kif xieraq, mid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE dwar l-obbligi tagħhom ta’ sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-IKUE. |
III. EDUKAZZJONI U GĦARFIEN DWAR IS-SIGURTÀ
23. |
Qabel ma jiġu awtorizzati li jaċċessaw IKUE, l-individwi kollha għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-IKUE u l-konsegwenzi jekk l-IKUE tiġi kompromessa. Għandu jinżamm rekord mis-SEAE ta’ tali rikonoxximent bil-miktub. |
24. |
L-individwi kollha awtorizzati li jkollhom aċċess għal IKUE, jew li jkunu meħtieġa jittrattawha, għandhom l-ewwel jiġu mgħarrfa, u perjodikament jingħataw informazzjoni, dwar it-theddid għas-sigurtà u għandhom jirrappurtaw immedjatament lill-awtoritajiet adatti tas-sigurtà dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw bħala suspettuża jew mhux tas-soltu. |
25. |
L-individwi kollha li jingħataw aċċess għal IKUE għandhom ikunu soġġetti għal miżuri kontinwi ta’ sigurtà tal-persunal (jiġifieri teħid ta’ ħsieb wara) għall-perjodu kollu li jdumu jittrattaw IKUE. Is-sigurtà kontinwa tal-persunal hija r-responsabbiltà ta’:
|
26. |
L-individwi kollha li ma jibqgħux impenjati f'doveri li jeħtieġu aċċess għal IKUE għandhom jiġu mgħarrfa, u fejn xieraq jirrikonoxxu bil-miktub, l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni kontinwa ta’ IKUE. |
IV. ĊIRKUSTANZI EĊĊEZZJONALI
27. |
Għal raġunijiet ta’ urġenza, fejn ikun debitament iġġustifikat fl-interessi tas-SEAE u sakemm tintemm investigazzjoni sħiħa tas-sigurtà, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, wara konsultazzjoni mal-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu jkun ċittadin u soġġett għall-eżitu ta’ kontrolli preliminari biex jiġi vverifikat li ma tkun magħrufa l-ebda informazzjoni avversa, tista’ tagħti awtorizzazzjoni temporanja lill-uffiċjali tas-SEAE u impjegati oħra biex ikollhom aċċess għal IKUE għal funzjoni speċifika. Investigazzjoni sħiħa tas-sigurtà għandha titlesta mill-aktar fis possibbli. Tali awtorizzazzjonijiet temporanji għandhom ikunu validi għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur u ma għandhomx jippermettu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. L-individwi kollha li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni temporanja għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-IKUE u l-konsegwenzi jekk l-IKUE tiġi kompromessa. Għandu jinżamm rekord mis-SEAE ta’ tali rikonoxximent bil-miktub. |
28. |
Meta individwu jkun ser jiġi assenjat f’kariga li teħtieġ ASP f’livell wieħed ogħla minn dak li l-individwu jkollu f’dak il-mument, l-inkarigu jista’ jsir fuq bażi provviżorja, bil-kundizzjoni li:
|
29. |
Il-proċedura ta’ hawn fuq għandha tintuża għall-aċċess ta’ darba għal IKUE ta’ livell wieħed ogħla minn dak li l-individwu jkun ngħata approvazzjoni tas-sigurtà għalih. Din il-proċedura ma għandhiex tintuża fuq bażi rikorrenti. |
30. |
F'ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, bħal f’missjonijiet f'ambjenti ostili jew matul perjodi ta’ tensjoni internazzjonali dejjem tikber meta l-miżuri ta’ emerġenza jitolbu hekk, b'mod partikolari għall-finijiet li jiġu salvati ħajjiet, ir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv jew l-Uffiċjal Operattiv Ewlieni jistgħu jagħtu, fejn possibbli bil-miktub, aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lil individwi li ma jkollhomx l-ASP meħtieġa, sakemm tali permess ikun assolutament meħtieġ u ma jkun hemm ebda dubji raġonevoli dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-kredibbiltà tal-individwu kkonċernat. Għandu jinżamm rekord ta’ dan il-permess li jiddeskrivi l-informazzjoni li għaliha jkun ġie approvat l-aċċess. |
31. |
Fil-każ ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET, dan l-aċċess ta’ emerġenza għandu jkun ristrett għal ċittadini tal-UE li jkunu ġew awtorizzati aċċess għall-ekwivalenti nazzjonali ta’ TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET. |
32. |
Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jiġi infurmat bil-każijiet meta tintuża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 29 u 30. |
33. |
Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jirċievi rapport annwali dwar l-użu tal-proċeduri stabbiliti f’din it-taqsima. |
V. ATTENDENZA F’LAQGĦAT FIL-KWARTIERI ĠENERALI TAS-SEAE U F’DELEGAZZJONIJIET TAL-UNJONI
34. |
Individwi assenjati biex jipparteċipaw f’laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u f’Delegazzjonijiet tal-Unjoni li fihom tiġi diskussa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jistgħu jagħmlu dan biss wara konferma tal-istatus tal-ASP tal-individwu. Fil-każ ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri, uffiċjali mis-SĠK u l-Kummissjoni, għandu jintbagħat ĊAPS jew xi prova oħra ta’ ASP mill-awtoritajiet xierqa lid-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, il-Koordinatur tas-Sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni, jew eċċezzjonalment jiġu ppreżentati mill-persuna kkonċernata. Fejn japplika, tista’ tintuża lista konsolidata ta’ ismijiet, li tagħti l-prova rilevanti ta’ ASP. |
35. |
Meta l-ASP għall-aċċess għal IKUE tiġi irtirata lil individwu li d-doveri tiegħu jirrikjedu li huwa jattendi laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE jew f’Delegazzjoni tal-Unjoni li fihom tiġi diskussa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, is-SEAE għandu jiġi infurmat b’dan mill-awtorità kompetenti. |
VI. AĊĊESS POTENZJALI GĦAL IKUE
36. |
Meta individwi jkunu se jiġu impjegati f’ċirkustanzi li fihom jista’ potenzjalment ikollhom aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, huma għandhom jingħataw l-approvazzjoni tas-sigurtà kif xieraq u jiġu skortati l-ħin kollu. |
37. |
Il-kurrieri, l-għassiesa u l-iskorti għandhom jingħataw approvazzjoni tas-sigurtà fil-livell rilevanti jew inkella jkunu investigati kif xieraq skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jiġu informati f’intervalli regolari dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE u dwar id-doveri tagħhom li jipproteġu l-informazzjoni fdata lilhom jew li għaliha jista’ jkollhom aċċess involontarju. |
ANNESS A II
SIGURTÀ FIŻIKA TAL-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA TAL-UE
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-protezzjoni fiżika ta’ edifiċji, bini, uffiċċji, kmamar u żoni oħra fejn tiġi ttrattata u maħżuna IKUE, inklużi żoni fejn jinżammu SKI. |
2. |
Għandhom jitfasslu miżuri fiżiċi tas-sigurtà biex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għal IKUE billi:
|
II. REKWIŻITI U MIŻURI FIŻIĊI TA’ SIGURTÀ
3. |
Is-SEAE għandu japplika proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għall-protezzjoni tal-IKUE fis-siti tiegħu biex jiżgura li jingħata livell xieraq ta’ protezzjoni fiżika kontra r-riskju vvalutat. Il-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għandu jqis il-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikulari:
|
4. |
L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ difiża fil-fond, għandha tiddetermina l-kombinazzjoni xierqa ta’ miżuri fiżiċi ta’ sigurtà li għandhom jiġu implimentati. Dawn jistgħu jinkludu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
5. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jista’ jwettaq tiftix mad-dħul u l-ħruġ bħala deterrent għall-introduzzjoni mhux awtorizzata ta’ materjal jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta’ IKUE minn sit jew bini. |
6. |
Meta IKUE tkun f’riskju li tiġi osservata bil-moħbi, anki b’mod aċċidentali, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jilqgħu għal dan ir-riskju. |
7. |
Fil-każ ta’ faċilitajiet ġodda, ir-rekwiżiti fiżiċi tas-sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tagħhom għandhom jiġu ddefiniti bħala parti mill-ippjanar u t-tifsil tal-faċilitajiet. Fil-każ ta’ faċilitajiet eżistenti, ir-rekwiżiti fiżiċi tas-sigurtà għandhom jiġu implimentati safejn hu l-aktar possibbli. |
III. TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI FIŻIKA TA’ IKUE
8. |
Meta jiġi akkwistat tagħmir (bħal kontenituri tas-sigurtà, magni għat-tqattigħ tal-karti f'biċċiet żgħar, serraturi tal-bibien, sistemi elettroniċi għall-kontroll tal-aċċess, SSI, sistemi ta’ allarm) għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiżgura li t-tagħmir jissodisfa l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti minimi approvati. |
9. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li għandu jintuża għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida dwar is-sigurtà li għandhom jiġu approvati mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. |
10. |
Is-sistemi tas-sigurtà għandhom jiġu spezzjonati f’intervalli regolari u t-tagħmir għandha ssirlu manutenzjoni regolari. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni għandu jqis l-eżitu tal-ispezzjonijiet biex jiġi żgurat li t-tagħmir jibqa’ jopera bl-aqwa prestazzjoni. |
11. |
L-effettività ta’ miżuri individwali tas-sigurtà u tas-sistema ġenerali tas-sigurtà għandha tkun evalwata mill-ġdid matul kull spezzjoni. |
IV. ŻONI FIŻIKAMENT PROTETTI
12. |
Għandhom jiġu stabbiliti żewġ tipi ta’ żoni fiżikament protetti, jew l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom, għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE:
|
13. |
L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tistabbilixxi li żona tissodisfa r-rekwiżiti biex tiġi indikata bħala Żona Amministrattiva, Żona ta’ Sigurtà jew Żona ta’ Sigurtà teknika. |
14. |
Għal Żoni Amministrattivi:
|
15. |
Għal Żoni ta’ Sigurtà:
|
16. |
Fejn id-dħul f’Żona ta’ Sigurtà jikkostitwixxi, għall-finijiet prattiċi kollha, aċċess dirett għall-informazzjoni klassifikata li tinsab fiha, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
|
17. |
Żoni ta’ sigurtà protetti kontra s-smigħ bil-moħbi għandhom jiġu indikati bħala Żoni ta’ Sigurtà teknika. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
|
18. |
Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 17, qabel ma jintuża f'żoni fejn isiru laqgħat jew fejn tkun qed titwettaq ħidma li tinvolvi informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla, u fejn it-theddida għal IKUE tkun ivvalutata bħala waħda għolja, kwalunkwe apparat ta’ komunikazzjoni u tagħmir elettriku jew elettroniku għandu l-ewwel jiġi eżaminat mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE sabiex ikun żgurat li ebda informazzjoni intelliġibbli ma tkun tista' tiġi trasmessa b’mod involontarju jew illeċitu minn tali tagħmir lil hinn mill-perimetru taż-Żona ta’ Sigurtà. |
19. |
Iż-Żoni ta’ Sigurtà li ma jkunux okkupati mill-persunal fuq xogħol fuq bażi ta’ 24 siegħa għandhom, fejn xieraq, jiġu spezzjonati wara s-sigħat normali tax-xogħol u f’intervalli sporadiċi barra l-ħinijiet normali tax-xogħol, sakemm ma jkunx hemm SSI installata. |
20. |
Jistgħu jiġu stabbiliti Żoni ta’ Sigurtà u Żoni ta’ Sigurtà teknika b’mod temporanju f’Żona Amministrattiva għal laqgħa klassifikata jew għal kwalunkwe għan simili ieħor. |
21. |
Għandhom jitfasslu proċeduri operattivi tas-sigurtà għal kull Żona ta’ Sigurtà li jistipulaw:
|
22. |
Għandhom jinbnew kmamar tas-sigurtà fiż-Żoni ta’ Sigurtà. Il-ħitan, l-art, is-soqfa, it-twieqi u l-bibien li jissakkru għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE u jagħtu protezzjoni ekwivalenti għal kontenitur tas-sigurtà approvat għall-ħżin ta’ IKUE tal-istess livell ta’ klassifikazzjoni. |
V. MIŻURI FIŻIĊI TA’ PROTEZZJONI GĦAT-TRATTAMENT U L-ĦŻIN TA’ IKUE
23. |
IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ tiġi ttrattata:
|
24. |
IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tinħażen f’għamara adatta u msakkra tal-uffiċċju f’Żona Amministrattiva jew Żona ta’ Sigurtà. Tista’ tinħażen temporanjament barra Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva bil-kundizzjoni li d-detentur ikun intrabat li jikkonforma mal-miżuri kumpensatorji stabbiliti fl-istruzzjonijiet tas-sigurtà maħruġa mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. |
25. |
IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista’ tiġi ttrattata:
|
26. |
IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà, f’kontenitur tas-sigurtà jew f’kamra tas-sigurtà. |
27. |
IKUE klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi ttrattata f’Żona ta’ Sigurtà. |
28. |
IKUE klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà fil-Kwartieri Ġenerali taħt waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
29. |
Ir-regoli għall-ġarr ta’ IKUE barra żoni fiżikament protetti huma stabbiliti fl-Anness A III. |
VI. KONTROLL TA’ ĊWIEVET U KOMBINAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-PROTEZZJONI TA’ IKUE
30. |
L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiddefinixxi proċeduri għall-ġestjoni taċ-ċwievet u l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għal uffiċċji, kmamar, kmamar tas-sigurtà u kontenituri tas-sigurtà. Tali proċeduri għandhom jipproteġu kontra aċċess mhux awtorizzat. |
31. |
L-issettjar tal-kombinazzjonijiet għandu jkun memorizzat mill-iżgħar numru possibbli ta’ individwi li jkunu jeħtiġuh. L-issettjar tal-kombinazzjonijiet għall-kontenituri tas-sigurtà u l-kmamar ta’ sigurtà li fihom tinħażen l-IKUE għandu jinbidel:
|
ANNESS A III
ĠESTJONI TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi l-miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha bil-għan li jgħinu biex jiskoraġġixxu, jikxfu u jirkupraw mill-kompromess jew mit-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni. |
II. ĠESTJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONI
Klassifikazzjonijiet u mmarkar
2. |
L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata meta tkun teħtieġ protezzjoni fir-rigward tal-kunfidenzjalità tagħha. |
3. |
L-oriġinatur ta’ IKUE għandu jkun responsabbli biex jiddetermina l-livell ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà, f’konformità mal-linji gwida rilevanti dwar il-klassifikazzjoni, u għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni. |
4. |
Il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(2) tal-Anness A u b’referenza għall-politika tas-sigurtà li għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 3(3) tal-Anness A. |
5. |
L-informazzjoni klassifikata tal-Istati Membri skambjata mas-SEAE għandha tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni daqs IKUE mmarkata bi klassifikazzjoni ekwivalenti. Tabella ta’ ekwivalenza tista’ tinstab fl-Appendiċi B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE. |
6. |
Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà u, fejn applikabbli, id-data jew l-avveniment speċifiku li warajh tkun tista’ tonqos fil-grad jew tiġi deklassifikata, għandhom ikunu indikati b'mod ċar u korrett, tkun kif tkun l-IKUE, sew fuq il-karta, sew orali, elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra. |
7. |
Partijiet individwali ta’ dokument partikolari (jiġifieri paġni, paragrafi, taqsimiet, annessi, appendiċijiet, u dokumenti mehmużin u allegati) jistgħu jeħtieġu klassifikazzjonijiet differenti u għandhom jiġu mmarkati kif meħtieġ, inkluż meta jinħażnu f'forma elettronika. |
8. |
Safejn ikun possibbli, dokumenti li jkun fihom partijiet b’livelli differenti ta’ klassifikazzjoni għandhom ikunu strutturati b’mod li l-partijiet b’livell differenti ta’ klassifikazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati u mwarrba faċilment, jekk ikun meħtieġ. |
9. |
Il-livell ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ dokument jew fajl għandu jkun għoli mill-inqas daqs dak tal-komponent tiegħu li jkollu l-ogħla klassifikazzjoni. Meta tinġabar informazzjoni minn diversi sorsi, il-prodott finali għandu jiġi rivedut biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista' jkun jeħtieġ klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu. |
10. |
Il-klassifikazzjoni ta’ ittra jew nota li tkopri xi allegati għandha tkun għolja daqs l-ogħla klassifikazzjoni tal-allegati tagħha. L-oriġinatur għandu jindika b’mod ċar f’liema livell hija kklassifikata meta jiddistakkaha mill-allegati tagħha permezz ta’ mmarkar xieraq, pereżempju: CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL Mingħajr parti(jiet) mehmuża RESTREINT UE/EU RESTRICTED |
Marki
11. |
Minbarra waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tal-Anness A, IKUE jista’ jkollha marki addizzjonali, bħal:
|
12. |
Wara deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE lil Stat terz jew Organizzazzjoni Internazzjonali, id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jibgħat l-informazzjoni klassifikata kkonċernata, li għandu jkollha marka ta’ rilaxx li tindika l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun se tiġi rilaxxata. |
13. |
Lista ta’ marki awtorizzati għandha tiġi adottata mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. |
Marki ta’ klassifikazzjoni abbrevjati
14. |
Jistgħu jintużaw marki ta’ klassifikazzjoni abbrevjati standardizzati biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ paragrafi individwali f’test. L-abbrevjazzjonijiet ma għandhomx jieħdu post il-marki sħaħ tal-klassifikazzjoni. |
15. |
L-abbrevjazzjonijiet standard li ġejjin jistgħu jintużaw f'dokumenti klassifikati tal-UE biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ taqsimiet jew blokok ta’ test li fihom inqas minn paġna waħda:
|
Ħolqien ta’ IKUE
16. |
Meta jinħoloq dokument klassifikat tal-UE:
|
17. |
Fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat il-paragrafu 15 għal IKUE, għandhom jittieħdu miżuri adatti oħra f'konformità ma’ linji gwida dwar is-sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti skont din id-Deċiżjoni. |
Tnaqqis fil-grad u deklassifikazzjoni ta’ IKUE
18. |
Fil-mument tal-ħolqien ta’ IKUE, l-oriġinatur għandu jindika, fejn possibbli, u b'mod partikolari għall-informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f'data partikolari jew wara avveniment speċifiku. |
19. |
Is-SEAE għandu jirrevedi regolarment l-IKUE fil-pussess tiegħu biex jaċċerta jekk il-livell ta’ klassifikazzjoni jkunx għadu japplika. Is-SEAE għandu jistabbilixxi sistema ta’ reviżjoni tal-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE reġistrata li huwa jkun oriġina, mhux inqas minn darba kull ħames snin. Tali reviżjoni m għandhiex tkun meħtieġa fejn l-oriġinatur ikun indika mill-ewwel żmien speċifiku meta l-informazzjoni awtomatikament jitnaqqsilha l-grad jew tiġi deklassifikata, u l-informazzjoni tkun ġiet immarkata kif imiss. |
III. REĠISTRAZZJONI TA’ IKUE GĦAL FINIJIET TA’ SIGURTÀ
20. |
Għandu jiġi stabbilit reġistru ċentrali fil-Kwartieri Ġenerali. Għal kull entità organizzattiva fis-SEAE li fiha tiġi ttrattata l-IKUE, għandu jiġi stabbilit reġistru responsabbli, subordinat għar-reġistru ċentrali, biex ikun żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata f'konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-reġistri għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà kif definit fl-Anness A. Kull Delegazzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi r-reġistru tagħha tal-IKUE. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha taħtar Uffiċjal Ewlieni tar-Reġistru għal dawn ir-reġistri. |
21. |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, reġistrazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-reġistrazzjoni”) tfisser l-applikazzjoni tal-proċeduri li jżommu rekord taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ informazzjoni, inklużi d-disseminazzjoni u l-qerda tagħha. Fil-każ ta’ SKI, il-proċeduri tar-reġistrazzjoni jistgħu jitwettqu bi proċessi fis-SKI nnifisha. |
22. |
Il-materjal kollu klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla għandu jiġi rreġistrat meta jasal f’entità organizzattiva, inklużi d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, u meta jitlaq. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi rreġistrata f’reġistri magħżula. |
23. |
Ir-Reġistru Ċentrali fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE għandu jkun il-punt ewlieni tad-dħul u l-ħruġ għall-iskambji ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Huwa għandu jżomm rekord ta’ dawn l-iskambji kollha. |
24. |
Ir-Rappreżentant Għoli għandu japprova politika tas-sigurtà dwar ir-reġistrazzjoni ta’ IKUE għal finijiet ta’ sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ din id-Deċiżjoni. |
Reġistri Tres secret UE/EU top secret
25. |
Ir-Reġistru Ċentrali fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE għandu jkun magħżul biex jaġixxi bħala l-awtorità ċentrali li tirċievi u li tibgħat informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. Fejn meħtieġ, jistgħu jintgħażlu reġistri sekondarji biex jittrattaw tali informazzjoni għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni. |
26. |
Tali reġistri sekondarji ma jistgħux jittrasmettu dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET direttament lil reġistri sekondarji oħra tal-istess reġistru ċentrali TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew esternament mingħajr l-approvazzjoni espliċita bil-miktub ta’ dan tal-aħħar. |
IV. IKKUPJAR U TRADUZZJONI TA’ DOKUMENTI KLASSIFIKATI TAL-UE
27. |
Dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET ma għandhomx jiġu kkupjati jew tradotti mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur. |
28. |
Fejn l-oriġinatur ta’ dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET u anqas ma jkunx impona restrizzjonijiet dwar l-ikkupjar jew it-traduzzjoni tagħhom, tali dokumenti jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti fuq istruzzjoni tad-detentur. |
29. |
Il-miżuri tas-sigurtà applikabbli għad-dokument oriġinali għandhom japplikaw għall-kopji u għat-traduzzjoni tiegħu. Il-kopji ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jinħolqu biss mir-reġistru (jew mir-reġistru sekondarju) rilevanti b’fotokopijer taħt sigurtà. Il-kopji għandhom jiġu rreġistrati. |
V. ĠARR TA’ IKUE
30. |
Il-ġarr ta’ IKUE għandu jkun soġġett għall-miżuri protettivi stabbiliti fil-paragrafi minn 31 sa 41. Meta IKUE tinġarr b'mezzi elettroniċi, u irrispettivament mill-Artikolu 7(4) tal-Anness A, il-miżuri protettivi stabbiliti hawn taħt jistgħu jiġu ssupplimentati b'kontromiżuri tekniċi adatti preskritti mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ telf jew kompromess. |
31. |
L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha toħroġ istruzzjonijiet dwar il-ġarr ta’ IKUE skont din id-Deċiżjoni. |
F’bini jew fi grupp ta’ bini awtosuffiċjenti
32. |
IKUE li tinġarr f’bini jew fi grupp ta’ bini awtosuffiċjenti għandha tkun mgħottija sabiex tiġi evitata l-osservazzjoni tal-kontenut tagħha. |
33. |
F’bini jew fi grupp ta’ bini awtosuffiċjenti, l-informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinġarr minn individwi mogħtija b’mod xieraq approvazzjoni tas-sigurtà, f’envelopp issiġillat li jġib biss l-isem tad-destinatarju. |
Fl-UE
34. |
IKUE li tinġarr bejn binjiet jew edifiċji fl-UE għandha tiġi mballata sabiex tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat. |
35. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa SECRET UE/EU SECRET fl-UE għandu jsir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:
Fil-każ ta’ ġarr minn Stat Membru wieħed għal ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-punt (c) għandhom ikunu limitati għal informazzjoni klassifikata sa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL. |
36. |
Materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET (pereżempju tagħmir jew makkinarju) li ma jistax jinġarr bil-mezzi msemmijin fil-paragrafu 34, għandu jiġi trasportat bħala merkanzija minn kumpaniji tal-ġarr kummerċjali skont l-Anness A V. |
37. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET bejn binjiet jew edifiċji fl-UE għandu jsir permezz ta’ kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, kif adatt. |
Minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, jew bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi
38. |
L-IKUE li tkun qed tinġarr minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, jew bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi, għandha tiġi imballata b'tali mod li tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat. |
39. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, u l-ġarr ta’ kull IKUE klassifikata sa SECRET UE/EU SECRET bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi, għandu jsir b'wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
40. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET rilaxxata mill-UE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti skont Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv skont l-Artikolu 10(2) tal-Anness A. |
41. |
Informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista' tinġarr ukoll minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz permezz ta’ servizzi postali jew servizzi ta’ kurrier kummerċjali. |
42. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, jew bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi, għandu jsir permezz ta’ kurrier militari jew diplomatiku. |
VI. QERDA TA’ IKUE
43. |
Dokumenti klassifikati tal-UE li ma jibqgħux iżjed meħtieġa jistgħu jinqerdu, mingħajr preġudizzju għar-regoli u r-regolamenti rilevanti dwar l-arkivjar. |
44. |
Dokumenti soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tal-Anness A għandhom jinqerdu mir-reġistru responsabbli fuq struzzjoni mid-detentur jew minn awtorità kompetenti. Il-logbooks u informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ. |
45. |
Dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET jew TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandhom jinqerdu fil-preżenza ta’ xhud li għandu jkun approvat mill-inqas sal-livell ta’ klassifikazzjoni tad-dokument li jkun qed jinqered. |
46. |
Ir-reġistratur u x-xhud, fejn tkun meħtieġa l-preżenza ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiffirmaw ċertifikat ta’ qerda, li għandu jiddaħħal fir-reġistru. Ir-reġistru għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ qerda tad-dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għal perjodu ta’ mill-anqas għaxar snin u tad-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin. |
47. |
Dokumenti klassifikati, inklużi dawk klassifikati RESTREINT UE/EU RESTRICTED, għandhom jinqerdu b'metodi li jissodisfaw l-istandards rilevanti tal-UE jew standards ekwivalenti jew li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri skont standards tekniċi nazzjonali sabiex tiġi impeduta r-rikostruzzjoni sħiħa jew parzjali. |
48. |
Il-qerda ta’ mezzi ta’ ħażna elettronika użati għall-IKUE għandha ssir f'konformità mal-paragrafu 36 tal-Anness A IV. |
VII. SPEZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ
Spezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE
49. |
F’konformità mal-Artikolu 15 ta’ din id-Deċiżjoni, l-ispezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE jkopru:
|
Twettiq ta’ spezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE u rapporti dwarhom
50. |
Għandhom isiru spezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE minn grupp ta’ spezzjoni tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE u, fejn meħtieġ, bl-appoġġ ta’ esperti tas-sigurtà ta’ Istituzzjonijiet jew Stati Membri oħra tal-UE. Il-grupp ta’ spezzjoni għandu jkollu aċċess għal kull post fejn tiġi ttrattata l-IKUE, b’mod partikolari għar-reġistri u għall-punti ta’ preżenza ta’ SKI. |
51. |
L-ispezzjonijiet tas-Sigurtà tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jsiru, kull meta jkun meħtieġ, bl-appoġġ tal-Uffiċjali tas-Sigurtà tal-ambaxxati tal-Istati Membri li jinsabu fil-pajjiżi terzi. |
52. |
Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tadotta programm ta’ spezzjoni tas-sigurtà għas-SEAE għas-sena ta’ wara. |
53. |
Meta jkun meħtieġ, spezzjonijiet tas-sigurtà li ma jkunux previsti fil-programm imsemmi hawn fuq jistgħu jiġu organizzati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. |
54. |
Fit-tmiem tal-ispezzjoni tas-sigurtà, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin għandhom jiġu ppreżentati lill-entità li tkun ġiet spezzjonata. Wara dan, għandu jitfassal rapport mill-grupp ta’ spezzjoni dwar l-ispezzjoni. Fejn ikunu ġew proposti azzjonijiet korrettivi u rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu inklużi biżżejjed dettalji fir-rapport biex isostnu l-konklużjonijiet milħuqa. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE u lill-kap tal-entità spezzjonata. Għandu jitħejja rapport regolari taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE li jissottolinja l-lezzjonijiet miksuba mill-ispezzjonijiet li jkunu twettqu matul perjodu speċifikat, u jiġi eżaminat mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. |
It-twettiq ta’ spezzjonijiet tas-sigurtà f’aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE u r-rappurtar dwarhom
55. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE jista’, fejn ikun xieraq, jaħtar esperti kontributuri biex jipparteċipaw fi gruppi ta’ spezzjoni konġunti tal-UE li jwettqu spezzjonijiet f’aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, il-Kapitolu 2 tat-TUE. |
Lista ta’ kontroll dwar l-ispezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE
56. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jfassal u jaġġorna lista ta’ kontroll dwar l-ispezzjonijiet tas-sigurtà tal-punti li għandhom jiġu verifikati waqt spezzjoni tas-sigurtà tas-SEAE. Din il-lista ta’ kontroll għandha tintbagħat lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. |
57. |
L-informazzjoni għall-mili tal-lista ta’ kontroll għandha tinkiseb b’mod partikulari matul l-ispezzjoni, mill-persunal ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-entità li tkun qed tiġi spezzjonata. Ladarba tkun mimlija bit-tweġibiet dettaljati, il-lista ta’ kontroll għandha tiġi kklassifikata bi qbil mal-entità spezzjonata. Hija ma għandhiex tifforma parti mir-rapport dwar l-ispezzjoni. |
ANNESS A IV
PROTEZZJONI TA’ IKUE TTRATTATA F’SKI
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Anness A. |
2. |
Il-kwalitajiet u l-kunċetti ta’ Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AI) li ġejjin huma essenzjali għas-sigurtà u l-funzjonament korrett tal-operazzjonijiet dwar is-Sistemi tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni (SKI):
|
II. PRINĊIPJI DWAR L-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI
3. |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt għandhom jiffurmaw il-pedament għas-sigurtà ta’ kwalunkwe SKI li tittratta IKUE. Ir-rekwiżiti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu definiti fil-politiki dwar is-sigurtà tal-AI u l-linji gwida dwar is-sigurtà. |
Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà
4. |
Il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà għandha tkun parti integrali mid-definizzjoni, l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tas-SKI. Il-ġestjoni tar-riskju (valutazzjoni, trattament, aċċettazzjoni u komunikazzjoni) għandha titwettaq bħala proċess interattiv, b’mod konġunt mir-rappreżentanti tal-proprjetarji tas-sistema, l-awtoritajiet tal-proġett, l-awtoritajiet operattivi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tas-sigurtà, bl-użu ta’ proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju li jkun ippruvat, trasparenti u kompletament ċar. L-ambitu tas-SKI u l-assi tagħha għandhom jiġu definiti b’mod ċar fil-bidu tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju. |
5. |
L-awtoritajiet kompetenti tas-SEAE għandhom jirrevedu t-theddid potenzjali għas-SKI u għandhom iżommu valutazzjonijiet aġġornati u eżatti tat-theddid li jirriflettu l-ambjent operattiv attwali. Huma għandhom jaġġornaw kontinwament l-għarfien tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ vulnerabbiltà u jirrevedu perjodikament il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà biex iżommu l-pass mat-tibdil fl-ambjent tat-teknoloġija tal-informatika (TI). |
6. |
L-għan tal-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun li japplika sett ta’ miżuri tas-sigurtà li joħolqu bilanċ sodisfaċenti bejn ir-rekwiżiti tal-utent u r-riskju residwu għas-sigurtà. |
7. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi, l-iskala u l-grad ta’ dettall determinati mill-Awtorità ta’ Akkreditament tas-Sigurtà (AAS) rilevanti għall-akkreditament ta’ SKI għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju vvalutat, waqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, inkluż il-livell ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE ttrattata f’SKI. L-akkreditament għandu jinkludi dikjarazzjoni formali dwar ir-riskju residwu u l-aċċettazzjoni tar-riskju residwu minn awtorità responsabbli. |
Sigurtà tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-SKI
8. |
L-assigurazzjoni tas-sigurtà għandha tkun rekwiżit matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tas-SKI mill-bidu sal-irtirar mis-servizz. |
9. |
Ir-rwol u l-interazzjoni ta’ kull attur involut f’SKI fir-rigward tas-sigurtà tagħha għandhom jiġu identifikati għal kull fażi taċ-ċiklu tal-ħajja. |
10. |
Kwalunkwe SKI, inklużi l-miżuri tas-sigurtà tekniċi u mhux tekniċi tagħha, għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar tas-sigurtà waqt il-proċess ta’ akkreditament biex jiġi żgurat li jinkiseb il-livell xieraq ta’ assigurazzjoni u biex jiġi vverifikat li dawn ikunu implimentati, integrati u konfigurati sew. |
11. |
Għandhom isiru valutazzjonijiet, spezzjonijiet u reviżjonijiet perjodiċi tas-sigurtà waqt l-operat u l-manutenzjoni ta’ SKI u meta jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali. |
12. |
Id-dokumentazzjoni dwar is-sigurtà għal SKI għandha tevolvi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha bħala parti integrali mill-proċess ta’ ġestjoni tal-bidla u l-konfigurazzjoni. |
L-aħjar prattika
13. |
Is-SEAE għandu jikkoopera mas-SĠK, mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri biex tiġi żviluppata l-aħjar prattika għall-protezzjoni tal-IKUE ttrattata fis-SKI. Il-linji gwida għall-aħjar prattika għandhom jistabbilixxu miżuri tas-sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali għas-SKI li l-effikaċja tagħhom biex jaffrontaw theddid u vulnerabbiltajiet partikolari tkun ġiet ippruvata. |
14. |
Il-protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f’SKI għandha tibbenefika mil-lezzjonijiet li tgħallmu dawk l-entitajiet involuti fl-AI, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha. |
15. |
Id-disseminazzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-aħjar prattika għandhom jgħinu biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta’ assigurazzjoni għad-diversi SKI mħaddma mis-SEAE li jittrattaw IKUE. |
Difiża fil-fond
16. |
Biex jitnaqqas ir-riskju għal SKI, għandhom jiġu implimentati firxa ta’ miżuri tas-sigurtà tekniċi u mhux tekniċi, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża. Dawn is-saffi għandhom jinkludu: (a) Deterrent: miżuri tas-sigurtà maħsuba jiskoraġġixxu kwalunkwe avversarju li jkun qed jippjana li jattakka s-SKI; (b) Prevenzjoni: miżuri tas-sigurtà maħsuba biex jimpedixxu u jimblokkaw attakk fuq is-SKI; (c) Żvelar: miżuri tas-sigurtà maħsuba biex jiskopru l-okkorrenza ta’ attakk fuq is-SKI; (d) Kapaċità ta’ reżistenza: miżuri tas-sigurtà maħsuba biex jillimitaw l-impatt ta’ attakk għal sett minimu ta’ informazzjoni jew assi tas-SKI u li jevitaw aktar ħsara; u (e) Irkupru: miżuri tas-sigurtà maħsuba biex jirkupraw sitwazzjoni sigura għas-SKI. Il-livell ta’ strettezza u l-applikabbiltà ta’ tali miżuri tas-sigurtà għandhom jiġu ddeterminati wara li tkun saret valutazzjoni tar-riskju. |
17. |
L-awtoritajiet kompetenti tas-SEAE għandhom jiżguraw li huma kapaċi jirrispondu għal inċidenti li jistgħu jmorru lil hinn mil-limiti organizzattivi u nazzjonali biex jikkoordinaw rispons u jikkondividu informazzjoni dwar dawn l-inċidenti u r-riskju relatat (kapaċitajiet ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza tal-kompjuters). |
Prinċipju ta’ minimalità u l-inqas privileġġ
18. |
Sabiex jiġi evitat riskju mhux neċessarju, għandhom jiġu implimentati biss il-funzjonalitajiet, it-tagħmir u s-servizzi essenzjali sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti operattivi. |
19. |
L-utenti tas-SKI u l-proċessi awtomatizzati għandhom jingħataw biss l-aċċess, il-privileġġi jew l-awtorizzazzjonijiet li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom sabiex ikun limitat kwalunkwe dannu li jirriżulta minn inċidenti, żbalji, jew użu mhux awtorizzat ta’ riżorsi tas-SKI. |
20. |
Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni imwettqa minn SKI, fejn meħtieġ, għandhom jiġu vverifikati bħala parti mill-proċess ta’ akkreditament. |
Konoxxenza tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni
21. |
Il-konoxxenza tar-riskji u tal-miżuri ta’ sigurtà disponibbli hija l-ewwel linja ta’ difiża għas-sigurtà tas-SKI. B’mod partikolari, il-membri kollha tal-persunal involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ SKI, inklużi l-utenti, għandhom jifhmu:
|
22. |
Sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet għas-sigurtà jkunu ċari, l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-għarfien dwar l-AI għandhom ikunu obbligatorji għall-persunal kollu involut, inklużi l-maniġment superjuri u l-utenti tas-SKI. |
Evalwazzjoni u approvazzjoni ta’ prodotti għas-sigurtà tal-informatika
23. |
Il-livell meħtieġ ta’ fiduċja fil-miżuri tas-sigurtà, definit bħala livell ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi ddeterminat skont l-eżitu tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u f’konformità mal-politiki u l-linji gwida rilevanti dwar is-sigurtà. |
24. |
Il-livell ta’ assigurazzjoni għandu jiġi vverifikat bl-użu ta’ proċessi u metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment jew approvati nazzjonalment. Dan jinkludi prinċipalment evalwazzjoni, kontrolli u awditjar. |
25. |
Prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE għandhom jiġu evalwati u approvati minn Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK) nazzjonali ta’ Stat Membru. |
26. |
Qabel ma jiġu rrakkomandati għall-approvazzjoni mill-AAK tas-SEAE skont l-Artikolu 7(5) ta’ din id-Deċiżjoni, tali prodotti kriptografiċi għandhom ikunu għaddew b’suċċess minn evalwazzjoni tat-tieni parti minn Awtorità ta’ Evalwazzjoni Kwalifikata (AQUA) ta’ Stat Membru mhux involut fit-tfassil jew fil-manifattura tat-tagħmir. Il-grad ta’ dettall meħtieġ f’evalwazzjoni tat-tieni parti għandu jiddependi fuq il-livell massimu previst ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li dawn il-prodotti għandhom jipproteġu. |
27. |
Fejn ikun meħtieġ minħabba raġunijiet operattivi speċifiċi, l-AAK tas-SEAE jista’, fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill, ineħħi r-rekwiżiti skont il-paragrafi 25 u 26 u jagħti approvazzjoni interim għal perjodu speċifiku skont l-Artikolu 7(5) ta’ din id-Deċiżjoni. |
28. |
AQUA għandha tkun AAK ta’ Stat Membru li tkun ġiet akkreditata fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Kunsill biex twettaq it-tieni evalwazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE. |
29. |
Ir-Rappreżentant Għoli għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar il-kwalifiki u l-approvazzjoni ta’ prodotti mhux kriptografiċi għas-sigurtà tal-informatika. |
Trasmissjoni f’Żoni ta’ Sigurtà
30. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, meta t-trasmissjoni ta’ IKUE tkun konfinata f’Żoni ta’ Sigurta, id-distribuzzjoni mhux kodifikata jew l-ikkodifikar f’livell aktar baxx jistgħu jintużaw abbażi tal-eżitu ta’ proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u soġġetti għall-approvazzjoni tal-AAS. |
Interkonnessjoni sigura tas-SKI
31. |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, interkonnessjoni għandha tfisser il-konnessjoni diretta ta’ żewġ sistemi tal-informatika jew aktar bil-għan ta’ kondiviżjoni tad-dejta u riżorsi oħra ta’ informazzjoni (pereż. komunikazzjoni) b’mod unidirezzjonali jew multidirezzjonali. |
32. |
SKI għandha tittratta kwalunkwe sistema tal-informatika interkonnessa bħala li ma tistax tiġi fdata u għandha timplimenta miżuri protettivi għall-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. |
33. |
Għall-interkonnessjonijiet kollha ta’ SKI ma’ sistema oħra tal-informatika, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti bażiċi li ġejjin:
|
34. |
Ma għandu jkun hemm ebda interkonnessjoni bejn SKI akkreditata u netwerk pubbliku jew mhux protett, ħlief fejn is-SKI tkun approvat SPK installati għal dan il-għan bejn is-SKI u n-netwerk pubbliku jew mhux protett. Il-miżuri tas-sigurtà għal tali interkonnessjonijiet għandhom jiġu riveduti mill-Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AAI) kompetenti u approvati mill-AAS kompetenti. Meta n-netwerk pubbliku jew mhux protett jintuża biss bħala kurrier u d-dejta tkun kodifikata bi prodott kriptografiku approvat skont l-Artikolu 7(5) ta’ din id-Deċiżjoni, tali konnessjoni ma għandhiex titqies li hija interkonnessjoni. |
35. |
L-interkonnessjoni diretta jew cascaded ma’ netwerk pubbliku jew mhux protett ta’ SKI akkreditata biex tittratta TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tkun ipprojbita. |
Mezzi ta’ ħażna elettronika
36. |
Mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jinqerdu skont il-proċeduri approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. |
37. |
Il-mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jiġu użati mill-ġdid, imniżżla fil-grad jew deklassifikati f’konformità ma’ politika dwar is-sigurtà li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 7(2) ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ċirkustanzi ta’ emerġenza
38. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-proċeduri speċifiċi deskritti hawn taħt jistgħu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat f’xi emerġenza, pereżempju waqt kriżi imminenti jew reali, kunflitt, sitwazzjonijiet ta’ gwerra jew f’ċirkostanzi operattivi eċċezzjonali. |
39. |
IKUE tista’ tiġi trasmessa bl-użu ta’ prodotti kriptografiċi li jkunu ġew approvati għal livell ta’ klassifikazzjoni aktar baxx jew mingħajr ikkodifikar bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jekk kwalunkwe dewmien ikun se jikkawża dannu li jegħleb b’mod ċar id-dannu li jirriżulta minn kwalunkwe żvelar tal-materjal klassifikat u jekk:
|
40. |
L-informazzjoni klassifikata trasmessa fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 39 ma għandu jkollha ebda marka jew indikazzjoni li tiddistingwiha minn informazzjoni li mhix klassifikata jew li tista’ tiġi protetta bi prodott kriptografiku disponibbli. Dawk li jirċevuha għandhom jiġu notifikati dwar il-livell ta’ klassifikazzjoni, mingħajr dewmien, permezz ta’ mezzi oħrajn. |
41. |
Jekk jintuża l-paragrafu 39, għandu jsir rapport sussegwenti lid-Direttorat tas-Sigurà tas-SEAE u, permezz tiegħu, lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. Dan ir-rapport għandu mill-inqas jiddikjara l-ispeditur, ir-riċevitur u l-oriġinatur ta’ kull biċċa IKUE. |
III. FUNZJONIJIET U AWTORITAJIET TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI
42. |
Il-funzjonijiet tal-AI li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fis-SEAE. Dawn il-funzjonijiet ma jeħtiġux entitajiet organizzattivi uniċi. Huma għandu jkollhom mandati separati. Madankollu, dawn il-funzjonijiet, u r-responsabbiltajiet li jmorru magħhom, jistgħu jingħaqdu jew jiġu integrati fl-istess entità organizzattiva jew mifrudin f’entitajiet organizzattivi differenti, bil-kundizzjoni li jiġu evitati konflitti interni tal-interessi jew tal-kompiti. |
Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AAI)
43. |
L-AAI għandha tkun responsabbli għal:
|
L-Awtorità TEMPEST
44. |
L-Awtorità TEMPEST (AT) għandha tkun responsabbli mill-iżgurar tal-konformità tas-SKI mal-politiki u l-linji gwida dwar TEMPEST. Hija għandha tapprova l-kontromiżuri TEMPEST għall-installazzjonijiet u l-prodotti għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha. |
Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK)
45. |
L-AAK għandha tkun responsabbli li tiżgura li l-prodotti kriptografiċi jkunu konformi mal-politika kriptografika rispettiva. Hija għandha tapprova prodott kriptografiku għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha. |
Awtorità tad-Distribuzzjoni Kriptografika (ADK)
46. |
L-ADK għandha tkun responsabbli għal:
|
Awtorità tal-Akkreditament tas-Sigurtà (AAS)
47. |
L-AAS għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:
|
48. |
L-AAS tas-SEAE għandha tkun responsabbli għall-akkreditament tas-SKI kollha li joperaw taħt ir-reponsabbiltà tas-SEAE. |
Bord tal-Akkreditament tas-Sigurtà (BAS)
49. |
BAS konġunt għandu jkun responsabbli għall-akkreditament ta’ SKI taħt ir-responsabbiltà kemm tal-AAS tas-SEAE kif ukoll tal-AASs tal-Istati Membri. Huwa għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-AAS minn kull Stat Membru u għandu jattendih rappreżentant tal-AAS tas-SĠK u tal-Kummissjoni. Entitajiet oħra b’punti fuq SKI għandhom ikunu mistiedna jattendu meta tkun qed tiġi diskussa dik is-sistema. Il-BAS għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-AAS tas-SEAE. Huwa għandu jaġixxi bil-kunsens tar-rappreżentanti tal-AAS tal-istituzzjonijiet, l-Istati Membri u entitajiet oħra b’punti fuq is-SKI. Huwa għandu jirrapporta perjodikament dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE u għandu jinnotifikah bid-dikjarazzjonijiet kollha ta’ akkreditament. |
Awtorità Operattiva tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni
50. |
L-Awtorità Operattiva tal-AI għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:
|
ANNESS A V
SIGURTÀ INDUSTRIJALI
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sigurtà applikabbli għal entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn fin-negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ kuntratti klassifikati mogħtija mis-SEAE. |
2. |
Ir-Rappreżentant Għoli għandu japprova politika dwar is-sigurtà industrijali li tistabbilixxi b'mod partikolari rekwiżiti dettaljati rigward l-Approvazzjonijiet tas-Sigurtà għal Faċilità (ASFs), l-Ittri dwar Aspetti tas-Sigurtà (SALs), iż-żjarat, it-trasmissjoni u l-ġarr ta’ IKUE. |
II. ELEMENTI TA’ SIGURTÀ F’KUNTRATT KLASSIFIKAT
Gwida għall-klassifikazzjoni tas-sigurtà (GKS)
3. |
Qabel it-tnedija ta’ sejħa għall-offerti jew l-għoti ta’ kuntratt klassifikat, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiddetermina l-klassifikazzjoni tas-sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tingħata lill-offerenti u lill-kuntratturi, kif ukoll il-klassifikazzjoni tas-sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tinħoloq mill-kuntrattur. Għal dak il-għan, is-SEAE għandu jipprepara GKS li għandha tintuża għat-twettiq tal-kuntratt. |
4. |
Sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tas-sigurtà tad-diversi elementi ta’ kuntratt klassifikat, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
|
Ittra dwar aspetti tas-sigurtà (SAL)
5. |
Ir-rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi għal kuntratt għandhom jiġu deskritti f’SAL. Is-SAL għandu jkun fiha, fejn xieraq, il-GKS u għandha tkun parti integrali minn kuntratt jew subkuntratt klassifikat. |
6. |
Is-SAL għandu jkun fiha dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-kuntrattur u/jew is-subkuntrattur jikkonforma mal-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-istandards minimi jista' jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-kuntratt jiġi terminat. |
Istruzzjonijiet dwar is-sigurtà ta’ programm/proġett (ISP)
7. |
Skont l-ambitu tal-programmi jew proġetti li jinvolvu aċċess għal IKUE jew it-trattament jew il-ħżin tagħha, jistgħu jitħejjew Istruzzjonijiet dwar is-Sigurtà ta’ Programm/Proġett (ISP) speċifiċi mill-awtorità kontraenti magħżula għall-ġestjoni tal-programm jew proġett. L-ISP għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni tal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra parteċipanti fil-programm/proġett, u jista' jkun fihom rekwiżiti tas-sigurtà addizzjonali. |
III. APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ (ASF)
8. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jesiġi li l-ASN jew l-ASM jew awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru kkonċernat tagħti ASF biex tindika, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, li entità industrijali jew entità oħra tista' tipproteġi IKUE fil-livell xieraq ta’ klassifikazzjoni (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET) fil-faċilitajiet tagħha. Kuntrattur, subkuntrattur, jew kuntrattur jew subkuntrattur potenzjali ma għandux jiġi pprovdut IKUE jew jingħata aċċess għaliha qabel ma tkun ġiet trasmessa prova ta’ ASF lill-EEAS. |
9. |
Fejn ikun rilevanti, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM adatta jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra li tenħtieġ ASF fl-istadju prekuntrattwali jew għat-twettiq tal-kuntratt. Għandha tintalab ASF jew ASP fl-istadju prekuntrattwali fejn IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tkun trid tiġi pprovduta matul il-proċess tat-tfigħ tal-offerti. |
10. |
Is-SEAE bħala l-awtorità kontraenti ma għandux jagħti kuntratt klassifikat lill-offerent preferut qabel ma jkun irċieva konferma mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikkonċernat, li, fejn meħtieġ, tkun inħarġet ASF adatta. |
11. |
Is-SEAE bħala l-awtorità kontraenti għandu jitlob lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra li tkun ħarġet ASF biex tinnotifikah dwar kwalunkwe informazzjoni avversa li tolqot l-ASF. Fil-każ ta’ subkuntratt, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi informata kif adatt. |
12. |
L-irtirar ta’ ASF mill-ASN/ASM rilevanti jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra għandu jikkostitwixxi raġuni biżżejjed biex is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, itemm kuntratt klassifikat jew jeskludi offerent mill-kompetizzjoni. |
IV. APPROVAZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ TA’ PERSUNAL (ASP) GĦALL-PERSUNAL TAL-KUNTRATTURI
13. |
Il-persunal kollu impjegat ma’ kuntratturi li jkun jeħtieġ aċċess għal IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla jrid ikun ingħata l-approvazzjoni xierqa tas-sigurtà u jkollu ħtieġa ta’ għarfien biex jaċċessa l-informazzjoni. Għalkemm mhix meħtieġa ASP għall-aċċess għal IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED, irid ikun hemm il-ħtieġa ta’ għarfien għal tali aċċess. |
14. |
L-applikazzjonijiet għall-ASP għall-persunal ta’ kuntrattur għandhom isiru għand l-ASN/ASM responsabbli mill-entità. |
15. |
Is-SEAE għandu jiġbed l-attenzjoni tal-kuntratturi li jkunu jixtiequ jimpjegaw ċittadin ta’ Stat terz f’pożizzjoni li tirrikjedi aċċess għal IKUE li hija r-reponsabbiltà tal-ASN/ASM tal-Istat Membru, li fih tkun tinsab u inkorporata l-entità mikrija, li tiddetermina jekk individwu jistax jingħata aċċess għal tali informazzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u li tikkonferma li l-kunsens tal-oriġinatur irid ikun ġie pprovdut qabel ma jingħata tali aċċess. |
V. KUNTRATTI U SOTTOKUNTRATTI KLASSIFIKATI
16. |
Meta tingħata IKUE lil offerent fl-istadju prekuntrattwali, is-sejħa għall-offerti għandu jkun fiha dispożizzjoni li tobbliga lill-offerent li jonqos milli jitfa’ offerta jew li ma jintgħażilx, li jirritorna d-dokumenti klassifikati kollha f'perjodu taż-żmien speċifikat. |
17. |
Ladarba kuntratt jew sottokuntratt klassifikat ikun ingħata, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra tal-kuntrattur jew tas-sottokuntrattur dwar id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-kuntratt klassifikat. |
18. |
Meta tali kuntratti jiġu terminati jew jintemmu, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti (u/jew l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra, kif adatt, fil-każ ta’ sottokuntratt), għandu jinnotifika minnufih lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur. |
19. |
Bħala regola ġenerali, il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur għandu jkun meħtieġ jirritorna kwalunkwe IKUE fil-pussess tiegħu lill-awtorità kontraenti, malli jiġi tterminat jew jintemm il-kuntratt jew is-sottokuntratt klassifikat. |
20. |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fis-SAL għall-qerda ta’ IKUE matul it-twettiq tal-kuntratt jew malli jiġi terminat jew jintemm. |
21. |
Fejn il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ikun awtorizzat iżomm IKUE wara li kuntratt jiġi terminat jew jintemm, huwa għandu jibqa' konformi mal-istandards minimi li jinsabu f'din id-Deċiżjoni u jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-IKUE. |
22. |
Il-kundizzjonijiet li fihom il-kuntrattur jista' jagħmel sottokuntratt għandhom ikunu definiti fis-sejħa għall-offerti u fil-kuntratt. |
23. |
Kuntrattur għandu jikseb permess mis-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, qabel ma jissottokuntratta xi partijiet ta’ kuntratt klassifikat. L-ebda sottokuntratt ma jista' jingħata lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħra reġistrati fi Stat mhux membru tal-UE li ma jkunx ikkonkluda Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni mal-UE. |
24. |
Il-kuntrattur għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-attivitajiet kollha ta’ sottokuntrattar jitwettqu skont l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u ma għandux jipprovdi IKUE lil sottokuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub u minn qabel tal-awtorità kontraenti. |
25. |
Fir-rigward ta’ IKUE maħluqa jew ittrattata mill-kuntrattur jew mis-sottokuntrattur, id-drittijiet tal-oriġinatur għandhom jiġu eżerċitati mill-awtorità kontraenti. |
VI. ŻJARAT KONNESSI MA’ KUNTRATTI KLASSIFIKATI
26. |
Meta s-SEAE, il-kuntratturi jew is-sottokuntratturi jkunu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-bini ta’ xulxin għat-twettiq ta’ kuntratt klassifikat, iż-żjarat għandhom isiru b’kollegament mal-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra kkonċernata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prerogattiva tal-ASN/ASM, fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi, li jaqblu fuq proċedura li biha tali żjarat ikunu jistgħu jiġu organizzati direttament. |
27. |
Il-viżitaturi kollha għandu jkollhom ASP xierqa u jkollhom "ħtieġa ta’ għarfien" għal aċċess għall-IKUE relatata mal-kuntratt tas-SEAE. |
28. |
Il-viżitaturi għandhom jingħataw aċċess biss għal IKUE relatata mal-iskop taż-żjara. |
VII. TRASMISSJONI U ĠARR TA’ IKUE
29. |
Fir-rigward tat-trasmissjoni ta’ IKUE b'mezzi elettroniċi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 8 tal-Anness A, u tal-Anness A IV. |
30. |
Fir-rigward tal-ġarr ta’ IKUE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness A III, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
31. |
Għat-trasport ta’ materjal klassifikat bħala merkanzija, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin waqt id-determinazzjoni tal-arranġamenti tas-sigurtà:
|
VIII. TRASFERIMENT TA’ IKUE LIL KUNTRATTURI LI JINSABU FI STATI TERZI
32. |
IKUE għandha tiġi trasmessa lil kuntratturi u sottokuntratturi li jinsabu fi Stati terzi li għandhom ftehim validu ta’ sigurtà mal-UE skont il-miżuri tas-sigurtà maqbulin bejn is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, u l-ASN/ASM tal-Istat terz ikkonċernat fejn ikun ireġistrat il-kuntrattur. |
IX. TRATTAMENT U ĦŻIN TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA RESTREINT UE/EU RESTRICTED
33. |
Flimkien mal-ASN/ASM tal-Istat Membru, kif adatt, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jkun intitolat jagħmel żjarat fil-faċilitajiet tal-kuntratturi/tas-sottokuntratturi abbażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali sabiex jivverifika li l-miżuri tas-sigurtà rilevanti għall-protezzjoni ta’ IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED, kif rikjesti fil-kuntratt, ikunu ġew stabbiliti. |
34. |
Safejn ikun meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi notifikata mis-SEAE bħala l-awtorità kontraenti ta’ kuntratti jew sottokuntratti li jkun fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED. |
35. |
ASF jew ASP għall-kuntratturi jew is-sottokuntratturi u l-persunal tagħhom ma għandhomx ikunu meħtieġa għal kuntratti mogħtija mis-SEAE li jkun fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED. |
36. |
Is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jeżamina t-tweġibiet għas-sejħiet għall-offerti għal kuntratti li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, minkejja kwalunkwe rekwiżit relatat ma’ ASF jew ASP li jista’ jeżisti taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
37. |
Il-kundizzjonijiet li fihom il-kuntrattur jista' jagħmel sottokuntratt għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 22-24. |
38. |
Fejn kuntratt ikun jinvolvi t-trattament ta’ informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED f'SKI operata minn kuntrattur, is-SEAE bħala l-awtorità kontraenti għandu jiżgura li l-kuntratt jew kwalunkwe sottokuntratt jispeċifika r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi meħtieġa rigward l-akkreditament tas-SKI fi proporzjon mar-riskju vvalutat, waqt li jqis il-fatturi rilevanti kollha. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament ta’ tali SKI għandu jiġi miftiehem bejn l-awtorità kontraenti u l-ASN/ASM rilevanti. |
ANNESS A VI
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA MA’ STATI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness A. |
II. OQFSA LI JIRREGOLAW L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA
2. |
Is-SEAE jista’ jiskambja IKUE ma’ Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Anness A. Biex jappoġġaw ir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tar-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 218 TFUE:
|
3. |
Fejn il-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jipprovdu li jkun hemm ftehim dwar arranġamenti implimentattivi tekniċi bejn id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE – f’koordinazzjoni mad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill – u l-awtorità kompetenti tas-sigurtà tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, arranġamenti bħal dawn għandhom iqisu l-livell ta’ protezzjoni pprovdut mir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri tas-sigurtà li jkun hemm fis-seħħ fl-Istat membru jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati. |
4. |
Fejn ikun hemm ħtieġa fit-tul li s-SEAE jiskambja informazzjoni klassifikata mhux ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, u fejn ikun ġie stabbilit li l-parti inkwistjoni ma għandhiex sistema tas-sigurtà żviluppata biżżejjed li tagħmilhielha possibbli li tidħol fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli jista’, wara li jkun kiseb l-opinjoni unanimament favur tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE skont l-Artikolu 14(5) ta’ din id-Deċiżjoni, jidħol f’arranġament amministrattiv mal-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. |
5. |
L-ebda IKUE ma għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali sakemm dan ma jkunx previst espliċitament fil-ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew fl-arranġament amministrattiv. |
6. |
Taħt arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, is-SEAE u l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali għandhom jaħtru reġistru bħala l-punt ewlieni tad-dħul u l-ħruġ tal-informazzjoni klassifikata skambjata. Għas-SEAE, dan għandu jkun ir-reġistru ċentrali tas-SEAE. |
7. |
L-arranġamenti amministrattivi għandhom bħala regola ġenerali jieħdu l-forma ta’ skambju ta’ ittri. |
III. ŻJARAT TA’ VALUTAZZJONI
8. |
Iż-żjarat ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu bi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati, u għandhom jevalwaw:
|
9. |
L-ebda IKUE ma għandha tiġi skambjata qabel ma tkun twettqet żjara ta’ valutazzjoni u jkun ġie determinat f’liema livell l-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi skambjata bejn il-partijiet, fuq il-bażi tal-ekwivalenza tal-livell ta’ protezzjoni li jingħatalha. Jekk, sakemm issir iż-żjara ta’ valutazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli jsir jaf bi kwalunkwe raġuni eċċezzjonali jew urġenti għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, is-SEAE għandu:
Jekk is-SEAE ma jkunx jista’ jistabbilixxi l-oriġinatur, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tassumi r-responsabbiltà tal-oriġinatur wara li tkun kisbet l-opinjoni unanimament favur tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. |
IV. AWTORITÀ GĦAL RILAXX TA’ IKUE LIL STATI TERZI JEW ORGANIZZAZZJONIJET INTERNAZZJONALI.
10. |
Fejn jeżisti qafas skont l-Artikolu 10(1) tal-Anness A għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, id-deċiżjoni għar-rilaxx ta’ IKUE mis-SEAE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tittieħed mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, li tista’ tiddelega tali awtorizzazzjoni lil uffiċjali anzjani tas-SEAE jew persuni oħra taħt l-awtorità tagħha. |
11. |
Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li għandha tiġi rilaxxata, inklużi l-oriġinaturi tal-materja tas-sors li jista’ jkun fiha, ma jkunx is-SEAE, is-SEAE għandu jfittex l-ewwel il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur biex jistabbilixxi li ma hemmx oġġezzjonijiet għar-rilaxx. Jekk is-SEAE ma jkunx jista’ jistabbilixxi l-oriġinatur, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tassumi r-responsabbiltà tal-oriġinatur wara li tkun kisbet l-opinjoni unanimament favur tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. |
V. RILAXX EĊĊEZZJONALI AD HOC TA’ IKUE
12. |
Fl-assenza ta’ wieħed mill-oqfsa msemmija fl-Artiklu 10(1) tal-Anness A, u meta l-interessi tal-UE jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jirrikjedu r-rilaxx ta’ IKUE għal raġunijiet politiċi, operattivi jew urġenti, l-IKUE tista’ tiġi rilaxxata b’mod eċċezzjonali lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali ladarba jkunu ttieħdu l-azzjonijiet li ġejjin. Id-Direttorat tas-Sigurtà tas-SEAE, wara li jiżgura li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 11 hawn fuq, għandu:
|
13. |
Fl-assenza ta’ wieħed minn dawn l-oqfsa msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-Anness A, il-parti terza inkwistjoni għandha tintrabat bil-miktub li tipproteġi l-IKUE kif jixraq. |
APPENDIĊI A
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
“Akkreditament” tfisser il-proċess li jwassal għal dikjarazzjoni formali mill-Awtorità tal-Akkreditament tas-Sigurtà (AAS) li sistema hija approvata biex topera b’livell definit ta’ klassifikazzjoni, f’mod partikolari ta’ sigurtà fl-ambjent operattiv tagħha u f’livell aċċettabbli ta’ riskju, abbażi tal-premessa li jkun ġie implimentat sett approvat ta’ miżuri tas-sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali; |
|
“Assi” tfisser kwalunkwe ħaġa ta’ valur għal organizzazzjoni, l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-kontinwità tagħhom, inklużi r-riżorsi ta’ informazzjoni li jappoġġaw il-missjoni tal-organizzazzjoni; |
|
L-“Awtorizzazzjoni tal-aċċess għal IKUE” tfisser awtorizzazzjoni mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE li tittieħed skont din id-Deċiżjoni wara li tkun inħarġet ASP mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, u li tiċċertifika li individwu jista’, sakemm “il-ħtieġa ta’ għarfien” tiegħu tkun ġiet iddeterminata, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata – ara l-Artikolu 2 tal-Anness A I; |
|
“Ksur tas-sigurtà” huwa att jew ommissjoni minn individwu li jkun kontra r-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u/jew li jkun kontra l-politiki u l-linji gwida dwar is-sigurtà li jistabbilixxu kwalunkwe miżura neċessarja għall-implimentazzjoni tagħha; |
|
“Ċiklu tal-ħajja ta’ SKI” tfisser it-tul sħiħ tal-eżistenza ta’ SKI, li jinkludi l-inizjazzjoni, il-konċezzjoni, l-ippjanar, l-analiżi tar-rekwiżiti, id-disinn, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-implimentazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżmantellament; |
|
“Kuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir mis-SEAE ma’ kuntrattur għall-provvista ta’ oġġetti, twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li t-twettiq tiegħu jeħtieġ jew jinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha; |
|
“Sottokuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir minn kuntrattur tas-SEAE ma’ kuntrattur ieħor (jiġifieri s-sottokuntrattur) għall-provista ta’ oġġetti, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li t-twettiq tiegħu jeħtieġ jew jinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha; |
|
“Sistemi tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni” (SKI) tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament ta’ informazzjoni f’forma elettronika. Sistema tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni għandha tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inklużi l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta’ informazzjoni; – ara l-Artikolu 8(2) tal-Anness A; |
|
“Kompromess ta’ IKUE” tfisser l-iżvelar totali jew parzjali ta’ IKUE lil persuni jew entitajiet mhux awtorizzati – ara l-Artikolu 8(2); |
|
“Kuntrattur” tfisser individwu jew entità ġuridika li jkollha l-kapaċità ġuridika li tassumi kuntratti; |
|
“Materjal kriptografiku (Kripto)” tfisser algoritmi kriptografiċi, hardware kriptografiku u moduli tas-software, u prodotti li jkollhom id-dettalji tal-implimentazzjoni u dokumenti assoċjati u materjal li jaġixxi ta’ ċavetta (keying material); |
|
“Operazzjoni PSDK” tfisser operazzjoni militari jew ċivili ta’ maniġġar tal-kriżijiet taħt it-Titolu V, Kapitolu 2, tat-TUE; |
|
“Deklassifikazzjoni” tfisser it-tneħħija ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni tas-sigurtà; |
|
“Difiża fil-fond” tfisser l-applikazzjoni ta’ firxa ta’ miżuri tas-sigurtà, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża; |
|
“Awtorità tas-Sigurtà Magħżula” (ASM) tfisser awtorità responsabbli għall-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) ta’ Stat Membru li hija responsabbli biex tikkomunika lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħra l-politika nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà industrijali u biex tipprovdi direzzjoni u assistenza fl-implimentazzjoni tagħha. Il-funzjoni ta’ ASM tista’ titwettaq mill-ASN jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra; |
|
“Dokument” tfisser kwalunkwe informazzjoni reġistrata tkun xi tkun il-forma fiżika jew il-karatteristiċi tagħha; |
|
“Tnaqqis fil-grad” tfisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà; |
|
“Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, magħżula minn klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE – ara l-Artikolu 2(f); |
|
“Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità” (ASF) tfisser determinazzjoni amministrattiva minn ASN jew ASM li, mill-perspettiva tas-sigurtà, faċilità tista’ tippermetti livell adegwat ta’ protezzjoni lil IKUE ta’ livell speċifiku ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà u l-persunal tagħha li jeħtieġ aċċess għal IKUE, ikun ingħata approvazzjoni tas-sigurtà adatta u jkun ġie infurmat dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà rilevanti meħtieġa għall-aċċess u l-protezzjoni ta’ IKUE; |
|
“Trattament” ta’ IKUE tfisser l-azzjonijiet possibbli kollha li għalihom tista’ tkun soġġetta IKUE matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Huwa jkopri l-ħolqien, l-ipproċessar, il-ġarr, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni u l-qerda tagħha. Fir-rigward ta’ SKI huwa jkopri wkoll il-ġbir, il-wiri, it-trasmissjoni u l-ħżin tagħha; |
|
“Detentur” tfisser individwu debitament awtorizzat bi ħtieġa ta’ għarfien stabbilit li jkun fil-pussess ta’ oġġett ta’ IKUE u huwa għaldaqstant responsabbli li jipproteġih; |
|
“Entità industrijali jew entità oħra” tfisser entità involuta fil-provvista ta’ oġġetti, fit-twettiq ta’ xogħlijiet jew fil-forniment ta’ servizzi; din tista’ tkun entità industrijali, kummerċjali, tas-servizzi, xjentifika, tar-riċerka, edukattiva jew tal-i¿vilupp jew individwu li jaħdem għal rasu; |
|
“Sigurtà industrijali” hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ IKUE minn kuntratturi jew sottokuntratturi f’negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ kuntratti klassifikati. – ara l-Artikolu 9(1) tal-Anness A; |
|
“Assigurazzjoni tal-Informazzjoni” fil-qasam tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li jittrattaw, u li jiffunzjonaw kif meħtieġ u meta meħtieġ taħt il-kontroll ta’ utenti leġittimi. AI effettiva għandha tiżgura livelli xierqa ta’ fiduċja, integrità, disponibbiltà, non-rifjut u awtentiċità. L-AI għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskju – ara l-Artikolu 8(1) tal-Anness A; |
|
“Interkonnessjoni”, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tfisser il-konnessjoni diretta ta’ żewġ sistemi tal-informatika jew aktar, bil-għan tal-kondiviżjoni ta’ dejta u riżorsi oħra ta’ informazzjoni (pereż. komunikazzjoni) b’mod unidirezzjonali jew multidirezzjonali – ara l-Anness A IV, paragrafu 31; |
|
“Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata” hija l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha sabiex jiġu ssupplimentati l-miżuri previsti fl-Artikoli 5, 6 u 8 u b’hekk jgħinu biex il-kompromess jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni jiġi skoraġġit, innotat u rkuprat. Dawn il-miżuri huma relatati b’mod partikulari mal-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ikkupjar, it-traduzzjoni, it-trattament, il-ġarr u l-qerda ta’ IKUE – ara l-Artikolu 7(1) tal-Anness A; |
|
“Materjal” tfisser kwalunkwe dokument jew oġġett ta’ makkinarju jew tagħmir, kemm jekk manifatturat kif ukoll jekk fil-proċess ta’ manifattura; |
|
“Oriġinatur” tfisser l-istituzzjoni, l-aġenzija jew il-korp tal-UE, l-Istat Membru, l-istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li bl-awtorità tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-UE; |
|
“Sigurtà tal-persunal” hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-aċċess għal IKUE jingħata biss lil individwi li jkunu:
ara l-Artikolu 5(1) tal-Anness A; |
|
“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (ASP) għall-aċċess għal IKUE tfisser dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssir wara t-tlestija ta’ investigazzjoni tas-sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista’, sakemm “il-ħtieġa ta’ għarfien” tiegħu tkun ġiet iddeterminata, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu hekk deskritt jingħad li jkun “ingħata approvazzjoni tas-sigurtà”; |
|
“Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (ĊASP) tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti li jistabbilixxi li individwu jkun awtorizzat b’sigurtà u jkollu ASP valida, u li juri l-livell ta’ IKUE li dak l-individwu jista’ jingħata aċċess għalih (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data tal-validità tal-ASP rilevanti u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu; |
|
“Sigurtà fiżika” tfisser l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi biex jiġi skoraġġit aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE – ara l-Artikolu 6 tal-Anness A; |
|
“Istruzzjoni dwar is-Sigurtà ta’ Programm/Proġett” (ISP) tfisser lista ta’ proċeduri tas-sigurtà li huma applikati għal programm/proġett speċifiku sabiex ikunu standardizzati l-proċeduri tas-sigurtà. Din tista’ tiġi riveduta matul il-programm/proġett kollu; |
|
“Reġistrazzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta’ proċeduri li jżommu rekord taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ informazzjoni, inkluż id-disseminazzjoni u l-qerda tagħha – ara l-Anness A III, il-paragrafu 21; |
|
“Riskju residwu” tfisser ir-riskju li jibqa’ wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri tas-sigurtà, peress li mhux it-theddid kollu jista’ jiġi affrontat u mhux il-vulnerabbiltajiet kollha jistgħu jiġu eliminati; |
|
“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta vulnerabbiltajiet interni jew esterni ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża u għalhekk tikkawża dannu lill-organizzazzjoni u lill-assi tanġibbli jew intanġibbli tagħha. Dan jitkejjel bħala t-total tal-probabbiltà tat-theddid li jseħħ u l-impatt tiegħu. |
|
“Aċċettazzjoni tar-riskju” tfisser id-deċiżjoni li jkun hemm qbil dwar l-eżistenza ulterjuri ta’ riskju residwu wara t-trattament tar-riskju; |
|
“Valutazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ theddid u vulnerabbiltajiet u t-twettiq tal-analiżi tar-riskju relatata, jiġifieri l-analiżi tal-probabbiltà u l-impatt; |
|
“Komunikazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji fost il-komunitajiet tal-utenti tas-SKI, l-infurmar tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u r-rapportar lill-awtoritajiet operattivi; |
|
“Proċess ta’ ġestjoni tar-riskju” tfisser il-proċess sħiħ tal-identifikazzjoni, il-kontroll u l-imminimizzar ta’ avvenimenti inċerti li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża. Dan ikopri t-totalità tal-attivitajiet relatati mar-riskju, inklużi l-valutazzjoni, it-trattament, l-aċċettazzjoni u l-komunikazzjoni; |
|
“Trattament tar-riskju” jikkonsisti fil-mitigazzjoni, it-tneħħija, it-tnaqqis (permezz ta’ taħlita adatta ta’ miżuri tekniċi, fiżiċi, organizzattivi jew proċedurali), it-trasferiment jew il-monitoraġġ tar-riskju; |
|
“Ittra dwar Aspetti tas-Sigurtà” (SAL) tfisser sett ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali speċjali maħruġ mill-awtorità kontraenti li jifforma parti integrali minn kwalunkwe kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha, li jidentifika r-rekwiżiti tas-sigurtà jew dawk l-elementi tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu protezzjoni tas-sigurtà – ara l-Anness A V, it-Taqsima II; |
|
“Gwida dwar il-Klassifikazzjoni tas-Sigurtà” (GKS) tfisser dokument li jiddeskrivi l-elementi ta’ programm jew kuntratt li huma klassifikati, waqt li jispeċifika l-livelli ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà applikabbli. Il-GKS tista’ titwessa’ matul il-ħajja tal-programm jew tal-kuntratt u l-elementi ta’ informazzjoni jistgħu jiġu riklassifikati jew imnaqqsa fil-grad; fejn ikun hemm GKS, hija għandha tkun parti mis-SAL – ara l-Anness A V, it-Taqsima II; |
|
“Investigazzjoni tas-sigurtà” tfisser il-proċeduri investigattivi mwettqa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu sabiex tinkiseb assigurazzjoni li ma hemm xejn negattiv magħruf li jista’ jipprevjeni individwu milli jingħata ASP nazzjonali jew tal-UE għal aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla); |
|
“Proċeduri Operattivi tas-Sigurtà” (SecOPs) tfisser deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sigurtà li għandha tiġi adottata, tal-proċeduri tal-operat li għandhom jiġu segwiti u tar-responsabbiltajiet tal-persunal; |
|
“Dikjarazzjoni dwar ir-Rekwiżiti tas-Sigurtà Speċifiċi għal Sistema” (DRSS) tfisser sett vinkolanti ta’ prinċipji tas-sigurtà li għandu jiġi osservat u ta’ rekwiżiti dettaljati tas-sigurtà li għandhom jiġu implimentati, li jiffurmaw il-pedament tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u akkreditament ta’ SKI; |
|
“TEMPEST” tfisser l-investigazzjoni, l-istudju u l-kontroll ta’ emanazzjonijiet elettromanjetiċi kompromettenti u l-miżuri biex jiġu mrażżna; |
|
“Theddida” tfisser kawża potenzjali ta’ aċċident mhux mixtieq li jista’ jirriżulta f’dannu lil organizzazzjoni jew lil waħda mis-sistemi li hija tuża; tali theddid jista’ jkun aċċidentali jew intenzjonat (malizzjuż) u huwa kkaratterizzat minn elementi ta’ theddid, miri potenzjali u metodi ta’ attakk; |
|
“Vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta’ kwalunkwe natura li tista’ tiġi sfruttata minn theddida waħda jew aktar. Vulnerabbiltà tista’ tkun ommissjoni jew tista’ tkun relatata ma’ dgħufija fil-kontrolli f’termini tas-saħħa, il-kompletezza jew il-konsistenza tagħhom u tista’ tkun ta’ natura teknika, proċedurali, fi¿ika jew operattiva. |