Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0629(02)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Ġunju 2013 li taħtar il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-kliniċisti u lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 187, 29.6.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2016

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta’ Ġunju 2013

    li taħtar il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-kliniċisti u lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 187/08

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 jistabbilixxi regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni, is-sorveljanza u l-farmakoviġilanza ta’ prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata. L-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi li għandu jitwaqqaf Kumitat għal Terapiji Avvanzati fi ħdan l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

    (2)

    Is-subparagrafu (c) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 jistabbilixxi li l-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu jinkludi żewġ membri u żewġ sostituti maħtura mill-Kummissjoni, fuq bażi ta' sejħa pubblika għal espressjonijiet ta' interess u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, u dan sabiex jirrappreżentaw lill-kliniċisti.

    (3)

    Is-subparagrafu (d) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 jistabbilixxi li l-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu jinkludi żewġ membri u żewġ sostituti maħtura mill-Kummissjoni, fuq bażi ta' sejħa pubblika għal espressjonijiet ta' interess u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, u dan sabiex jirrappreżentaw lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti.

    (4)

    Skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007, il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin. Il-mandat tal-membri u s-sostituti maħtura fl-2009 skada u għalhekk saret sejħa ġdida fl-2012.

    (5)

    Skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007, saret sejħa pubblika għal espressjonijiet ta' interess mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat ukoll dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet li waslu.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b’hekk maħtura membri u sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-kliniċisti għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2013:

    Pieter DOEVENDANS (Membru) u Esteve TRIAS (Sostitut);

    Bernd GÄNSBACHER (Membru) u Ramadan JASHARI (Sostitut).

    Artikolu 2

    Dawn li ġejjin huma b’hekk maħtura membri u sostituti tal-Kumitat għal Terapiji Avvanzati biex jirrappreżentaw lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mit-1 ta’ Lulju 2013:

    Michele LIPUCCI DI PAOLA (Membru) u Monica ENSINI (Sostitut);

    Kieran BREEN (Membru) u Mariette DRIESSENS (Sostitut).

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


    Top