EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0629(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ġunju 2013 li taħtar membru tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

ĠU C 187, 29.6.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2014

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2013

li taħtar membru tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

2013/C 187/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli.

(2)

Is-Sinjura Diána BÁNÁTI irriżenjat u għandha tiġi sostitwita sa tmiem il-mandat tagħha.

(3)

Il-lista ppreżentata mill-Kummissjoni ġiet eżaminata bil-ħsieb li jinħatar membru wieħed ġdid tal-Bord ta’ Ġestjoni abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert rilevanti, pereżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, erba' membri tal-Bord ta' Ġestjoni għandu jkollhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina alimentari. Fil-preżent, tliet membri tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom tali esperjenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja għandha tinħatar bħala membru ġdid tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014:

Is-Sur Raymond O'ROURKE (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Għandu esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi.


Top