This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0517(02)
Council Decision of 13 May 2013 appointing 12 members of the Management Board of the European Chemicals Agency
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Mejju 2013 li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Mejju 2013 li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
ĠU C 138, 17.5.2013, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2017
17.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Mejju 2013
li taħtar tnax-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
2013/C 138/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. |
(2) |
Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta' sustanzi kimiċi filwaqt li jkun żgurat ukoll li l-kompetenza rilevanti tkun disponibbli fost il-membri tal-bord fl-oqsma ta' affarijiet ġenerali, finanzjarji u dawk legali. |
(3) |
It-tul ta' żmien tal-mandat għandu jkun ta' erba' snin. Għandu jkun possibbli li l-mandat jiġġedded darba. |
(4) |
B’Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija. |
(5) |
Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija maħturin mir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja nħatru kollha għal perijodu li jispiċċa fil-31 ta' Mejju 2013. Għalhekk, Membri tal-Bord ta' Tmexxija minn dawn l-Istati Membri għandhom jiġu nominati u maħturin għal perijodu li jibda fl-1 ta' Ġunju 2013 u jibqa' għaddej sal-31 ta' Mejju 2017. |
(6) |
Mid-Deċiżjoni tad-7 ta' Ġunju 'l hawn, mill-membri maħtura għall-perijodu li jtemm fil-31 ta’ Mejju 2013, il-membri Franċiżi (3), Ungeriżi (4), Olandiżi (5), Sloveni (6), Finlandiżi (7), u Svediżi (8) tal-Bord ta’ Tmexxija ġew sostitwiti. |
(7) |
Il-Kunsill irċieva n-nominazzjonjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-persuni segwenti, għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2017 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):
— |
Is-Sur Karel BLÁHA, Ċek, 20 ta’ Diċembru 1953, |
— |
Is-Sinjura Ana FRESNO RUIZ, Spanjola, 31 ta’ Jannar 1952, |
— |
Is-Sur Martin LYNCH, Irlandiż, 13 ta’ Awwissu 1946, |
— |
Is-Sinjura Catherine MIR, Franċiża, 20 ta’ Frar 1955, |
— |
Is-Sur Antonello LAPALORCIA, Taljan, 13 ta’ Ġunju 1952, |
— |
Is-Sur Johannes Karel Barend Henri KWISTHOUT, Olandiż, 6 ta’ Ġunju 1964, |
— |
Is-Sur Thomas JAKL, Awstrijak, 13 ta’ Ġunju 1965, |
— |
Is-Sinjura Simona FAJFAR, Slovena, 17 ta’ Novembru 1970, |
— |
Is-Sinjura Pirkko Liisa KIVELÄ, Finlandiża, 23 ta’ Ottubru 1953, |
— |
Is-Sinjura Nina CROMNIER, Svediża, 14 ta’ Ottubru 1966. |
Artikolu 2
Il-persuni segwenti għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2017 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):
— |
Is-Sur Paul RASQUÉ, Lussemburgiż, 8 ta’ Lulju 1981, |
— |
Is-Sinjura Ms Krisztina BIRÓ, Ungeriż, 5 ta’ April 1971. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.
(3) ĠU C 178, 31.7.2009, p. 12.
(4) ĠU C 288, 25.9.2012, p. 4.
(5) ĠU C 178, 31.7.2009, p. 13.
(6) ĠU C 326, 3.12.2010, p. 4.
(7) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 4.
(8) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6.