Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0225

    2013/225/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, fir-rigward tal-estensjoni skadenza għal dawk il-programmi tal-Istati Membri dwar dawk l-istudji (notifikata bid-dokument C(2013) 2785)

    ĠU L 135, 22.5.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/225/oj

    22.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 135/22


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Mejju 2013

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, fir-rigward tal-estensjoni skadenza għal dawk il-programmi tal-Istati Membri dwar dawk l-istudji

    (notifikata bid-dokument C(2013) 2785)

    (It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

    (2013/225/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE (2), tipprevedi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lil il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja,Franza, l-Isvezja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, Spanja, is-Slovakkja, r-Renju Unit, u l-Ungerija, għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza tagħhom dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel għall-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

    (2)

    Il-linji gwida għal proġett pilota ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (3) tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel jipprovdu gwida lill-Istati Membri dwar programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel. Dan jistipula li għandom jitwettqu tlett kontrolli f’mġiebaħ magħżula u li l-aħħar kontroll għandu jitwettaq matul l-istaġun ta’ produzzjoni tal-għasel sabiex jiġi stmat oġġettivament l-għadd ta’ kolonji mitlufa jew imdgħajfa. Il-perjodu għandu jiġi magħżul mill-Istat Membru skont il-karatteristiċi klimatiċi speċifiċi tagħha.

    (3)

    Ċerti Stati Membri talbu li l-perjodu tal-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, previst fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE, jiġi estiż wara t-30 ta’ Ġunju 2013, billi jekk titqies il-pożizzjoni ġeografika ta’ dawk l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet staġonali, jidher li se jkun impossibbli li jispiċċaw il-programmi tagħhom qabel dik id-data.

    (4)

    Sabiex ikun possibbli li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem fi programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel li tikkonkludi t-tielet rawnd ta’ żjarat fis-sajf, huwa meħtieġ li jiġu emendati data tat-tmiem prevista fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE mit-30 ta’ Ġunju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2013.

    (5)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2013” għandha tinbidel bid-data “30 ta’ Settembru 2013”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Renju ta’ Spanja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 176, 6.7.2012, p. 65.

    (3)  http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/docs/annex_i_pilot_project_en.pdf


    Top