EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0213

2013/213/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f’ċerti żoni tal-Irlanda u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2013) 2381) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 120, 1.5.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0260

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/213/oj

1.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ April 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f’ċerti żoni tal-Irlanda u r-Renju Unit

(notifikata bid-dokument C(2013) 2381)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/213/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq konsenji tal-annimali akkwatiċi li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu importati, sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta’ ċertu mard fit-territorju tagħhom.

(2)

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn ir-restrizzjonijiet jekk ikunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma liberi minn dan il-mard jew li dawn stabilixxew programm ta’ qerda biex jiksbu din il-libertà.

(3)

Ir-restrizzjonijiet relatati mal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) previsti fid-Deċiżjoni 2010/221/UE huma maħsuba biex japplikaw biss sat-30 ta’ April 2013. L-OsHV-1 μνar hija marda emerġenti b’ħafna inċertezzi u l-programmi ta’ sorveljanza approvati b’din id-Deċiżjoni għadhom ma ġewx evalwati bis-sħiħ. Għalhekk, il-perjodu ta’ żmien li fih l-Istati Membri jistgħu japplikaw restrizzjonijiet relatati ma’ din il-marda għandu jiġi estiż b’sena.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3a(2), tad-Deċiżjoni 2010/221/UE, id-data “30 ta’ April 2013” għandha tiġi sostitwita bid-data “30 ta’ April 2014”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.


Top