EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0107

2013/107/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 63, 6.3.2013, p. 5–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/107(1)/oj

Related international agreement

6.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2012

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/107/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 194 u 207, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati għal Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim).

(2)

F’konformità mal-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Enerġija tal-Kunsill ġie kkonsultat u għen lill-Kummissjoni fin-negozjati.

(3)

In-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim ġie inizjalat fid-29 ta’ Novembru 2011.

(4)

Il-proċeduri interni adatti tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim.

(5)

It-tagħmir tal-uffiċċju ser jirrappreżenta sehem dejjem akbar tal-konsum tal-enerġija fil-futur hekk kif jitfaċċaw applikazzjonijiet u funzjonalitajiet ġodda. Sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li jitnaqqas 20 % mill-konsum tal-enerġija tagħha meta mqabbel mal-projezzjonijiet għall-2020, kif approvat mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007, il-prestazzjoni fl-enerġija tat-tagħmir tal-uffiċċju għandha tittejjeb aktar.

(6)

Ladarba t-tagħmir tal-uffiċċju huwa suq li qed jevoli malajr, huwa essenzjali li ta’ spiss jiġi vvalutat mill-ġdid il-potenzjal biex jiġu massimizzati t-tnaqqis fl-enerġija u l-benefiċċji ambjentali bl-istimolu tal-provvista ta’ prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija u d-domanda għalihom. Huwa għalhekk neċessarju li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, assistita mill-bord konsultattiv tal-Unjoni magħmul minn rappreżentati nazzjonali u mill-partijiet interessati kollha, sabiex tivvaluta mill-ġdid u taġġorna regolarment l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni tat-tagħmir tal-uffiċċju stabbiliti fil-Ftehim.

(7)

Peress li l-manifatturi li qed jipparteċipaw fil-Programm ENERGY STAR tal-UE huma mill-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju, ir-reġistrazzjoni tal-prodott fl-Unjoni għandha tkompli tkun bla piż u bbażata fuq l-awtoċertifikazzjoni. Dan għandu jsir flimkien ma’ infurzar aktar b’saħħtu tal-Programm ENERGY STAR tal-UE mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

(8)

Il-Kummissjoni Teknika stabbilita bil-Ftehim għandha tkun responsabbli għar-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(9)

Skont il-Ftehim, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni għandhom, it-tnejn li huma, jinnominaw entità ta’ ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. Għal dak il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tinnomina lill-Kummissjoni bħala entità ta’ ġestjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, inklużi l-Annessi tiegħu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim u l-Annessi tiegħu huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni bid-dritt li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità, jagħti n-notifika bil-miktub prevista fl-Artikolu XIV(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Unjoni fil-Kummissjoni Teknika prevista fl-Artikolu VII tal-Ftehim, wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-membri tal-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (1). Wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tipproċedi għall-komunikazzjonijiet, il-koperazzjoni, ir-rieżami tal-implimentazzjoni u n-notifiki msemmija fl-Artikolu VI(4), l-Artikolu VII(1) u (2), u l-Artikolu IX(4) tal-Ftehim.

Bil-ħsieb li titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-emendi tal-lista tat-tagħmir tal-uffiċċju fl-Anness C tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-entitajiet ta’ tmexxija għandha tkun determinata, fir-rigward tal-emendi għall-Anness A (isem u logo komuni tal-ENERGY STAR), l-Anness B (Linji gwida għall-użu adatt tal-isem u l-logo komuni tal-ENERGY STAR) u l-Anness C (Speċifikazzjonijiet Komuni) tal-Ftehim, mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal- Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Partijiet għall-Ftehim għandha tkun determinata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju

Il-Gvern tal-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA u l-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet”;

FILWAQT LI JIXTIEQU jimmassimizzaw l-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji ambjentali billi jistimolaw il-provvista ta’ u d-domanda għal prodotti li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

FILWAQT LI JQISU L-FTEHIM bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea dwar il-Koordinazzjoni tal-Programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, magħmul fl-20 ta’ Diċembru 2006, u l-annessi tiegħu, kif emendat (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tal-2006”);

SODISFATTI bil-progress li sar taħt il-Ftehim tal-2006;

KONVINTI li ser jinkisbu benefiċċji addizzjonali jekk jitkomplew l-isforzi reċiproċi fuq l-ENERGY STAR;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Prinċipji Ġenerali

1.   Sensiela komuni ta’ speċifikazzjonijiet ta’ ffrankar ta’ enerġija u logo komuni għandhom jintużaw mill-Partijiet għall-fini li jiġu stabbiliti miri konsistenti għall-manifatturi, u b’hekk jimmassimizzaw l-effett tal-isforzi individwali tagħhom fuq il-provvista u t-talba għal tali tipi ta’ prodotti.

2.   Il-Partijiet għandhom jużaw il-Logo Komuni għall-finijiet tal-identifikazzjoni tat-tipi ta’ prodotti kwalifikati ta’ iffrankar ta’ enerġija elenkati fl-Anness C.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet komuni jħajru titjib li jitkompla fl-effiċjenza, waqt li jagħtu kont tal-prattiċi tekniċi l-aktar avvanzati fis-suq.

4.   L-Ispeċifikazzjonijiet Komuni jipprovaw jirrappreżentaw mhux aktar minn 25 fil-mija tal-mudelli li għalihom id-dejta hija disponibbli, waqt li l-ispeċifikazzjonijiet huma stabbiliti filwaqt li jitqiesu wkoll fatturi oħrajn.

5.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom l-opportunità jidentifikaw prodotti effiċjenti billi jsibu t-tikketta fis-suq.

Artikolu II

Ir-Relazzjoni mal-Ftehim tal-2006

Dan il-Ftehim jissostitwixxi l-Ftehim tal-2006 fl-intier tiegħu.

Artikolu III

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

’ENERGY STAR’ tfisser il-marka tas-servizz indikatat fl-Anness A u li hija l-proprjetà tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Protezzjoni tal-Ambjent (’U.SEPA’)

(b)

’Logo Komuni’ tfisser il-marka ta’ ċertifikazzjoni indikata fl-Anness A u li hija l-proprjetà tal-Istati Uniti. EPA;

(c)

“Marki tal-ENERGY STAR” tfisser il-marka tas-servizz u l-Logo Komuni tal-“ENERGY STAR”, flimkien ma’ kwalunkwe verżjoni ta’ dawn il-marki li jistgħu jkunu żviluppati jew modifikati mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni jew il-Parteċipanti tal-Programm, kif definit hawn, inkluż is-sinjal jew il-marka li tinsab fl-Anness A ta’ dan il-Ftehim;

(d)

Il-’Programm tat-tikkettar ENERGY STAR’ huwa programm amministrat minn Entità ta’ Ġestjoni li juża speċifikazzjonijiet komuni dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija, il-marki u l-linji gwida li għandhom jiġu applikati għal tipi tal-prodott indikati;

(e)

“Il-Parteċipanti fil-Programm” tfisser il-manifatturi, il-bejjiegħa jew l-aġenti tal-bejgħ mill-ġdid li jbiegħu prodotti indikati li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ u li għażlu li jipparteċipaw fil-programm tat-tikkettar tal-ENERGY STAR billi jirreġistraw jew jidħlu fi ftehim mal-Entità ta’ Ġestjoni ta’ kull waħda mill-Partijiet;

(f)

“L-Ispeċifikazzjonijiet Komuni” huma r-rekwiżiti tal-użu effiċjenti u tar-rendiment tal-enerġija, inklużi l-metodi ta’ ittestjar elenkati fl-Anness C, użati mill-Entità ta’ Ġestjoni u mill-Parteċipanti fil-Programm biex jiddeterminaw jekk il-prodotti li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija jikkwalifikawx għal-Logo Komuni.

(g)

’Ċertifikazzjoni tal-partijiet terzi tfisser sett ta’ proċeduri taħt l-Istati Uniti. Il-programm ENERGY STAR li tamministra organizzazzjoni indipendenti sabiex tiżgura li l-prodotti jilħqu r-rekwiżiti tal-ENERGY STAR. Dawn il-proċeduri jinkludu testijiet fil-laboratorju li jilħqu l-istandards internazzjonali għall-kwalità u l-kompetenza. Dawn il-proċeduri jinkludu wkoll reviżjoni tad-dokumentazzjoni sabiex tkun iddetermina l-eleġibbiltà tal-ENERGY STAR u l-verifika li għadha għaddejja sabiex tiżgura l-konformità

(h)

L-’Awtoċertifikazzjoni’ tfisser sensiela ta’ proċeduri għal prodotti li jikkwalifikaw għall-Programm ENERGY STAR tal-UE fejn il-Parteċipant fil-Programm jiżgura u jiddikkjara li l-prodott reġistrat huwa konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti kollha tal-Ispeċifikazzjonijiet Komuni applikabbli.

Artikolu IV

Entitajiet ta’ Ġestjoni

Kull Parti b’dan taħtar entità ta’ ġestjoni li hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim (“l-Entitajiet ta’ Ġestjoni”). Il-Komunità Ewropea taħtar lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (’Kummissjoni’) bħala l-Entità ta’ Ġestjoni tagħha. L-Istati Uniti tal-Amerka taħtar lill-EPA tal-Istati Uniti bħala l-Entità ta’ Ġestjoni tagħha.

Artikolu V

L-amministrazzjoni tal-Programm tat-Tikkettar tal-ENERGY STAR

1.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tamministra l-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR għat-tipi ta’ prodotti elenkati fl-Anness C li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim. L-amministrazzjoni tal-Programm tinkludi r-reġistrazzjoni tal-Parteċipanti fil-Programm fuq bażi volontarja, iż-żamma tal-listi tal-Parteċipanti fil-Programm u tal-prodotti konformi, u l-infurzar tat-termini tal-Linji Gwida għall-Użu Xieraq tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR stabbiliti fl-Anness B.

2.   Il-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR għandu juża l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni elenkati fl-Anness C.

3.   Sa fejn kull Entità ta’ Ġestjoni tieħu miżuri effettivi biex teduka lill-konsumaturi dwar il-Marki tal-ENERGY STAR, għandha tagħmel dan skont il-Linji Gwida għall-Użu Xieraq tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR stabbiliti fl-Anness B.

4.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż għall-attivitajiet kollha tagħha taħt dan il-Ftehim.

Artikolu VI

Il-Parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR

1.   L-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jippermettu kwalunkwe manifattur, bejjiegħ jew aġent ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex ikun parti mill-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR billi jirreġistra bħala Parteċipant tal-Programm.

2.   L-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jippermettu l-Parteċipanti tal-Programm li jużaw il-Logo Komuni sabiex jidentifikaw prodotti li ġew ittestjati fil-faċilitajiet tagħhom stess jew f’laboratorju tat-test u li jilħqu l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni indikati f’Anness C. Għal prodotti mqiegħda biss fis-suq tal-UE, l-Entità ta’ Ġestjoni tippermetti l-Parteċipanti tal-Programm li jiċċertifikaw huma stess il-prodotti kwalifikati. Għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Istati Uniti l-Entità ta’ Ġestjoni teħtieġ li l-Parteċipanti tal-Programm jilħqu r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tal-partijiet terzi stabbiliti fl-Impenji tal-Imsieħba rivedut.

3.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha żżomm u taqsam mal-listi l-oħra tal-Parteċipanti tal-Programm kollha u l-prodotti li jikkwalifikaw għal-Logo Komuni fit-territorju rispettiv tagħhom.

4.   Minkejja l-proċeduri speċfikati fil-Paragrafu 2 (l-awtoċertifikazzjoni għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE u ċ-ċertifikazzjoni għal parti terza għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Istati Uniti), kull Entità ta’ Ġestjoni tirriserva d-dritt li tittestja jew inkella li teżamina l-prodotti li nbiegħu jew li ġew mibjugħa fit-territorji tagħha (fit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fil-każ tal-Kummissjoni) sabiex tiddetermina jekk il-prodotti humiex ċertifikati skont l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C. L-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jikkomunikaw u jikkooperaw għal kollox ma’ xulxin biex jiżguraw li l-prodotti kollha li għandhom il-Logo Komuni jissodisfaw l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C.

Artikolu VII

Koordinazzjoni tal-Programm bejn il-Partijiet

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kummissjoni Teknika biex tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kompost minn rappreżentanti tal-Entitajiet Amministrattivi tagħhom.

2.   Bi prinċipju, il-Kummissjoni Teknika għandha tiltaqa’ kull sena u għandha tikkonsulta fuq talba ta’ waħda mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni biex teżamina l-ħidma u l-amministrazzjoni tal-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR, l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C, il-kopertura tal-prodotti, u l-progress fil-kisba tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

3.   Non-partijiet (inklużi gvernijiet oħra u rappreżentanti tal-industrija) jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika bħala osservaturi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor miż-żewġ Entitajiet ta’ Ġestjoni.

Artikolu VIII

Ir-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-ENERGY STAR

1.   L-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerka, bħala proprjetarja tal-marki tal-ENERGY STAR, irreġistrat il-marki fl-Unjoni Ewropea bħala Trade Marks Komunitarji. Il-Kummissjoni ma għandhiex titlob jew tikseb reġistrazzjoni tal-marki tal-ENERGY STAR jew ta’ varjazzjoni tal-marki fi kwalunkwe pajjiż.

2.   L-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerka tintrabat li ma tqisx bħala ksur ta’ dawn il-marki l-użu mill-Kummissjoni, jew l-użu awtorizzat minn kwalunkwe Parteċipant fil-Programm irreġistrat mill-Kummissjoni, tal-marki tal-ENERGY STAR skont it-termini ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu IX

Infurzar u nuqqas ta’konformità

1.   Sabiex jitħarsu l-marki tal-ENERGY STAR, kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura l-użu xieraq tal-marki tal-ENERGY STAR fit-territorju tagħha (fit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fil-każ tal-Kummissjoni). Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li l-marki tal-ENERGY STAR jintużaw biss fil-forma li tidher fl-Anness A u fuq prodotti li jikkwalifikaw biss. Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li l-marki tal-ENERGY STAR jintużaw biss bil-mod kif speċifikat fil-Linji Gwida għall-Użu Xieraq tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR stabbiliti fl-Anness B.

2.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li tittieħed azzjoni minnufih u xierqa kontra kwalunkwe Parteċipant fil-Programm, meta ssir taf li Parteċipant fil-Programm uża marka bi ksur jew ikun waħħal il-marki tal-ENERGY STAR fuq prodott li mhuwiex konformi mal-Ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness C. Dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

li jiġi mgħarraf il-Parteċipant fil-Programm bil-miktub dwar in-nuqqas ta’ ħarsien tiegħu tat-termini tal-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR;

(b)

permezz ta’ konsultazzjonijiet jiġi żviluppat pjan biex tinkiseb il-konformità; u

(c)

jekk il-konformità ma tistax tinkiseb, it-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-Parteċipant fil-Programm, kif xieraq.

3.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet raġonevoli kollha sabiex jintemm l-użu mhux awtorizzat tal-marki tal-ENERGY STAR jew l-użu ta’ marka mhux konformi minn entità li mhijiex Parteċipant fil-Programm. Tali azzjonijiet għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

(a)

li tkun infurmata l-entità li tuża l-marki tar-rekwiżiti tal-Programm ta’ Tikkettar tal-ENERGY STAR dwar Ir-rekwiżiti u l-Linji Gwida għall-Użu Xieraq tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR; u

(b)

dik l-entità tiġi nkoraġġita biex issir Parteċipant fil-Programm u jekk ikun xieraq, tirreġistra prodotti kwalifikati;

4.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha minnufih tgħarraf lill-Entità ta’ Ġestjoni tal-Parti l-oħra dwar kwalunkwe ksur tal-marki tal-ENERGY STAR li tkun taf dwarhom kif ukoll dwar l-azzjoni meħuda biex jintemm dan il-ksur.

5.   Jekk ma tkunx tista’ tinkiseb konformità b’segwitu tal-azzjonijiet imniżżla f’punti 2 u 3 hawn fuq, l-UE tkun teħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ u jikkonsultaw mal-Entità ta’ Ġestjoni u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha, inkluż l-azzjoni legali, sabiex itemmu kwalunkwe użu tal-marki tal-ENERGY STAR li mhux konformi, u għalhekk mhux awtorizzat

Artikolu X

Il-proċeduri biex jiġi emendat il-Ftehim u biex jiżdiedu Annessi ġodda

1.   Kwalunkwe Entità ta’ Ġestjoni tista’ tipproponi emenda għal dan il-Ftehim u tipproponi annessi ġodda għall-Ftehim.

2.   Emenda proposta għandha ssir bil-miktub u għandha tiġi diskussa fil-laqgħa li jkun imiss tal-Kummissjoni Teknika, kemm-il darba tkun ġiet ikkomunikata lill-Entità Amministrattiva l-oħra tal-anqas sittin jum bil-quddiem ta’ dik il-laqgħa.

3.   L-emendi għal dan il-Ftehim u d-deċiżjonijiet sabiex jiżdiedu annessi l-ġodda għandhom isiru bi qbil reċiproku tal-Partijiet. L-emendi għall-Annessi A, B, u C għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli XI u XII.

Artikolu XI

Il-proċeduri għall-emenda tal-Annessi A u B

1.   Entità ta’ Ġestjoni li tixtieq temenda l-Anness A jew l-Anness B għandha ssegwi l-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu X.

2.   L-emendi għall-Annessi A u B għandhom isiru bi qbil reċiproku tal-Entitajiet ta’ Ġestjoni.

Artikolu XII

Proċeduri biex jiġi emendat l-Anness C

1.   Entità ta’ Ġestjoni li tixtieq temenda l-Anness C biex tirrevedi l-Ispeċifikazzjonijiet eżistenti, jew iżżid tip ta’ prodott ġdid (’L-Entità ta’ Ġestjoni li Tipproponi”) għandha ssegwi l-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu X, u għandha tinkludi fil-proposta tagħha:

(a)

prova ta’ ffrankar sinifikanti ta’ enerġija għandu jirriżulta mir-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet jew biż-żieda tat-tip ta’ prodott ġdid;

(b)

kif xieraq, rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għal modalitajiet differenti tal-konsum tal-enerġija;

(c)

informazzjoni dwar il-protokolli standardizzati tal-ittestjar li għandhom jintużaw fl-evalwazzjoni tal-prodott;

(d)

evidenza ta’ teknoloġija eżistenti li mhi proprjetà ta’ ħadd li tagħmel possibbli l-iffrankar tal-enerġija li huwa effettiv f’termini tal-infiq mingħajr ma jkun affettwat ir-rendiment tal-prodott b’mod negattiv; informazzjoni dwar in-numru stmat ta’ mudelli tal-prodott li jkunu jhuma konformi mal-ispeċifikazzjoni proposta u s-sehem bejn wieħed u ieħor tas-suq rappreżentat;

(e)

informazzjoni dwar l-ideat tal-gruppi tal-industrija potenzjalment affettwati bl-emendi proposti; u

(f)

data effettiva proposta għall-Ispeċifikazzjonijiet il-ġodda, waqt li tingħata konsiderazzjoni taċ-ċikli tal-ħajja tal-prodott u l-iskedi ta’ produzzjoni.

2.   L-emendi proposti għall-Anness C li huma aċċettati miż-żewġ Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jidħlu fis-seħħ f’data miftiehma b’mod konġunt mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni.

3.   Jekk, wara l-wasla ta’ proposta magħmula skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu X, l-Entità ta’ Ġestjoni l-oħra (’l-Entità ta’ Ġestjoni li Toġġezzjona’) hija tal-fehma li l-proposta ma tissodisfax Ir-rekwiżiti speċifikati fil-Paragrafu 1 hawn fuq jew toġġezzjona mod ieħor għall-proposta, għandha minnufih (normalment sal-Laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni Teknika) tgħarraf lill-Entità ta’ Ġestjoni li Tipproponi bil-miktub dwar l-oġġezzjoni tagħha u għandha tinkludi kwalunkwe informazzjoni disponibbli biex tappoġġja l-oġġezzjoni tagħha; pereżempju, informazzjoni li tagħti prova li l-proposta, jekk tiġi adottata, x’aktarx li:

(a)

b’mod disproporzjonat u inġust tagħti setgħa fis-suq lil kumpanija waħda jew grupp industrijali;

(b)

timmina l-parteċipazzjoni ġenerali tal-industrija fil-programm ta’ tikkettar ENERGY STAR;

(c)

tkun ta’ konflitt mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha; jew

(d)

timponi rekwiżiti tekniċi ta’ piż.

4.   L-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jilħqu ftehim dwar l-emenda proposta fl-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Teknika wara l-proposta. Jekk l-Entitajiet ta’ Ġestjoni ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar l-emenda proposta f’din il-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika, huma għandhom ifittxu li jilħqu ftehim bil-miktub qabel il-laqgħa sussegwenti tal-Kummissjoni Teknika.

5.   Jekk, sal-aħħar tal-laqgħa sussegwenti tal-Kummissjoni Teknika, il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, l-Entità ta’ Ġestjoni li Tipproponi għandha tirtira l-proposta tagħha; u fir-rigward ta’ proposti għar-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet eżistenti, it-tip ta’ prodott li jikkorrispondi għandu jitneħħa mill-Anness C sa d-data miftiehma bil-miktub mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni. Il-Parteċipanti kollha fil-Programm għandhom ikunu informati b’din il-bidla u bil-proċeduri kollha li għandhom jiġu segwiti biex tiġi implimentata din il-bidla.

6.   Meta jippreparaw l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni jew jirrevedu l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni eżistenti, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni effettiva bejniethom u mal-partijiet interessati rispettivi tagħhom, b’mod partikolari rigward il-kontenut tad-dokumenti ta’ ħidma u l-iskedi.

Artikolu XIII

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Programmi oħra ambjentali ta’ tikkettar ma humiex koperti b’dan il-Ftehim u jistgħu jiġu żviluppati u adottati minn kull waħda mill-Partijiet.

2.   L-attivitajiet kollha mwettqa taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli ta’ kull Parti u għad-disponibbiltà ta’ fondi xierqa u r-riżorsi.

3.   Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ xi Parti li ġejjin minn xi ftehim bilaterali, reġjonali jew multilaterali li tkun daħlet fih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe Entità ta’ Ġestjoni tista’ twettaq programmi ta’ tikkettar fir-rigward tat-tip ta’ prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness C. Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, l-ebda Parti ma għandha tostakola l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta’ kwalunkwe prodott għaliex ikun fih il-marki tal-użu effiċjenti tal-enerġija tal-Entità ta’ Ġestjoni tal-Parti l-oħra.

Artikolu XIV

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ validità

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha kull Parti tkun innotifikat lill-parti l-oħra bil-miktub li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħha meħtieġa biex dan jidħol fis-seħħ.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ ħames snin. Għall-inqas sena qabel tmiem dan il-perjodu, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu sabiex jiddiskutu t-tiġdid ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu XV

Terminazzjoni

1.   Kwalunkwe Parti tista’ ittemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin billi tliet xhur qabel tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra.

2.   Fil-każ ta’ terminazzjoni jew nuqqas ta’ tiġdid ta’ dan il-Ftehim, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jinformaw lill-Parteċipanti fil-Programm kollha li huma jkunu rreġistraw, bit-terminazzjoni tal-programm konġunt. Barra minn hekk, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jgħarrfu lill-Parteċipanti fil-Programm li jkunu rreġistraw li kull Entità ta’ Ġestjoni tista’ tkompli l-attivitajiet ta’ tikkettar taħt żewġ programmi individwali separati. F’dan il-każ il-programm ta’ tikkettar tal-Unjoni Ewropea ma jużax il-marki tal-ENERGY STAR. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hija, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u kwalunkwe Parteċipant fil-Programm li hi tkun irreġistrat jieqfu milli jużaw il-marki tal-ENERGY STAR sad-data miftiehma bil-miktub mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni. L-obbligi li jinsabu f’dan l-Artikolu XV(2) għandhom jgħoddu wara t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fl-għaxra ta’ Diċembru fis-sena elfejn u tnax u f’Washington, fit-tmintax ta’ Jannar fis-sena elfejn u tlettax, it-tnejn oriġinali.

Skont il-liġi tal-UE, dan il-Ftehim għandu jitfassal ukoll mill-UE fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża.

Għall-Unjoni Ewropea

Image

Għall-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

Image

ANNESS A

L-Isem u l-Logo Komuni tal-Energy Star

Isem: ENERGY STAR

Image

ANNESS B

Il-Linji Gwida għall-użu xieraq tal-isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR

L-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR huma marki tal-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerka. Għalhekk, l-isem u l-Logo Komuni jistgħu jintużaw biss skont dawn il-linji gwida li ġejjin u l-Ftehim ta’ Sħubija jew il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ffirmata mill-Parteċipanti fil-Programm ta’ tikkettar tal-ENERGY STAR. Jekk jogħġbok qassam dawn il-linji gwida lil dawk li f’ismek se jkunu responsabbli mill-preparazzjoni tal-materjali tal-ENERGY STAR.

approvat mill-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerika, u l-Kummissjoni Ewropea, fit-Territorju tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, jissorveljaw l-użu xieraq tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR. Dan jinkludi il-monitoraġġ tal-użu tal-marki fis-suq, u l-kuntatt dirett ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu qed jużawhom ħażin jew mingħajr awtorizzazzjoni. Il-konsegwenzi tal-użu ħażin tal-marki jistgħu jinkludu t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fil-Programm tat-tikkettar tal-ENERGY STAR, u, għall-prodotti importati fl-Istati Uniti. bl-użu ħażin tal-marki, il-possibbiltà ta’ konfiska ta’ dawk il-prodotti mis-Servizz tad-Dwana tal-Istati Uniti. ta’ dawn l-oġġetti.

Linji Gwida Ġenerali

Il-Programm ENERGY STAR huwa sħubija bejn in-negozji u l-organizzazzjonijiet fuq naħa waħda u l-Gvern Federali tal-Istati Uniti jew l-Unjoni Ewropea fuq in-naħa l-oħra. Bħala parti minn din is-sħubija, in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw l-isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom għall-użu effiċjenti tal-enerġija u tal-ambjent.

L-organizzazzjonijiet għandhom jagħmlu ftehim ma’ Entità ta’ Ġestjoni – l-Aġenzja għall-Protezzjoni tal-Ambjent għall-Istati Uniti jew il-Kummissjoni Ewropea għall-UE – biex jużaw il-marki kif ipprovdut f’dan id-dokument. L-alterazzjonijiet għal dawn il-marki mhumiex permessi għaliex iħawdu lin-negozji u lill-konsumaturi dwar l-għan tal-programm ENERGY STAR u jnaqqsu l-valur tiegħu għal kulħadd.

L-organizzazzjonijiet li jużaw dawn il-marki għandhom iħarsu dawn il-linji gwida ġenerali li ġejjin:

1.

L-isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR qatt ma jistgħu jintużaw b’xi mod li jimplika l-approvazzjoni ta’ kumpanija, il-prodotti tagħha jew is-servizzi tagħha. Lanqas ma jistgħu jintużaw il-Logo Komuni jew l-isem tal-ENERGY STAR fi kwalunkwe isem jew logo ieħor tal-kumpanija, l-isem tal-prodott, l-isem ta’ servizz, l-isem tad-dominju, jew it-titlu tal-Websajt, u lanqas ma tista’ ssir applikazzjoni biex il-Logo Komuni jew l-isem tal-ENERGY STAR jew marka simili tkun marka kummerċjali, jew parti minn marka kummerċjali minn kwalunkwe entità minbarra l-l-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerka.

2.

L-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR ma jistgħu qatt jintużaw f’mod li jiddisprezza lill-ENERGY STAR, l-EPA, id-Dipartiment tal-Enerġija, l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe entità governativva oħra.

3.

Il-Logo Komuni ma jista’ qatt ikun assoċjat ma’ prodotti li ma jikkwalifikawx bħala ENERGY STAR.

4.

L-imsieħba u l-organizzazzjonijiet l-oħrajn awtorizzati huma responsabbli għall-użu li jsir minnhom stess tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR, kif ukoll għall-użu mir-rappreżentanti tagħhom, bħall-aġenziji tar-reklamar u l-kuntratturi tal-implimentazzjoni.

L-użu tal-Isem ENERGY STAR

L-isem ENERGY STAR għandu dejjem jidher f’ittri kbar;

Is-simbolu tar-reġistrazzjoni ® għandu jintuża mal-ewwel darba li l-kliem “ENERGY STAR” jidher fil-materjal għas-suq tal-Istati Uniti u:

Kif ukoll

Is-simbolu ® għandu dejjem ikun stampat ’il fuq mill-vers (superscript);

Ma għandu jkun hemm l-ebda spazju bejn il-kliem “ENERGY STAR” u s-simbolu ®;

Is-simbolu ® għandu jkun ripetut f’dokument għal kull titolu tal-kapitolu jew tal-Websajt.

L-użu tal-Logo Komuni

Il-Logo Komuni huwa marka li għandha tintuża bħala tikketta biss fuq dawk il-prodotti li jissodisfaw jew jeċċedu l-linji gwida tar-rendiment tal-ENERGY STAR.

— L-użu tal-Logo Komuni jinkludi:

Fuq prodott li jikkwalifika u li huwa rreġistrat;

Fil-letteratura dwar il-prodott għal prodott li jikkwalifika;

Fuq l-Internet biex ikun identifikat prodott li jikkwalifika;

Fir-reklamar, fejn jintuża qrib ta’ prodott li jikkwalifika jew fuqu;

Fil-materjali tal-Punt tax-Xiri;

Fuq l-imballaġġ tal-prodott li jikkwalifika.

Id-dehra tal-Logo Komuni

L-EPA tal-Istati Uniti ħolqot din il-marka biex issaħħaħ l-impressjoni viżiva tal-marka u għal skopijiet ta’ kuntrast u leġibiltà. Il-marka tinkludi s-simbolu tal-ENERGY STAR f’kaxxa bl-isem ENERGY STAR f’kaxxa direttament taħt biex tissaħħaħ il-leġibiltà tas-simbolu. Iż-żewġ blokok huma separati minn rig abjad li huwa oħxon daqs l-ark ġewwa s-simbolu. Il-marka għandha wkoll linja bajda ewlenija li hija wkoll ħoxna daqs l-ark ġewwa s-simbolu.

Spazju Vojt

L-EPA tal-Istati Uniti u l-Kummissjoni tal-UE jeħtieġu li jkun hemm spazju vojt ta’ 333 (1/3) tal-għoli tal-kaxxa grafika ġewwa l-marka, madwar il-marka f’kull ħin. Ebda element grafiku ieħor, bħal test jew immaġini, ma jista’ jidher f’din il-parti. Ll-EPA tal-Istati Uniti u l-Kummissjoni tal-UE jitolbu li dan l-ispazju jkun vojt għaliex il-Logo Komuni ta’ spiss jidher fuq materjali li jużaw immaġini kumplessi bħal marki oħrajn, mezzi grafiċi, u kitba.

Id-Daqs Minimu

Il-marka tista’ tingħata daqs ieħor, iżda l-proporzjonijiet għandhom jinżammu. Għal-leġibilità, nirrakkomandaw li l-marka ma tkunx riprodotta b’wisa’ ta’ inqas minn.375 ta’ pulzier (3/8″; 9.5 mm) għalL-istampar. Il-leġibilità tal-ittri ġewwa l-marka għandha tinżamm fuq l-Internet.

Il-Kulur preferut

Il-kulur preferut għall-marka huwa 100 % Cyan. Huma permessi verżjonijiet oħrajn bl-iswed jew irriversjat għall-abjad. L-ekwivalenti fuq l-Internet għall-kulur 100 % Cyan huwa l-kulur hex #0099FF. Jekk ikun disponibbli L-istampar f’bosta kuluri għar-reklamar, għal-letteratura tal-prodotti jew għall-materjali fil-punt tax-xiri il-marka għandha tkun stampata f’100 % Cyan. Jekk dan il-kulur mhuwiex disponibbli, jista’ jintuża l-iswed minflok.

L-Użi skorretti tal-Marka

Jekk jogħġbok:

Tużax il-marka fuq prodotti li ma jikkwalifikawx.

Tibdilx il-marka billi tuża l-kaxxa tas-simbolu tal-ENERGY STAR mingħajr il-kaxxa li fiha l-isem “ENERGY STAR”.

Meta tirriproduċi l-marka jekk jogħġbok:

Tagħmilx il-marka bħala kontorn.

Tużax marka bajda fuq sfond abjad.

Tibdilx il-kuluri tal-marka.

Tgħawwiġx il-marka fi kwalunkwe mod.

Tibdilx il-lock up tal-marka.

Tqiegħedx il-marka fuq immaġini fejn hemm ħafna marki oħrajn.

Iddawwarx il-marka.

Tissepara l-ebda wieħed mill-elementi tal-marka.

Tissostitwixxix l-ebda parti mill-marka.

Tużax l-ebda tipa oħra biex tissostitwixxi parti mill-marka.

Tivvjolax l-ispazju vojt tal-marka.

Ixxengilx il-marka.

Tibdilx id-daqs tal-lock up tal-marka.

Tissostitwixxix il-kliem approvat.

Tużax il-Logo Komuni f’kulur mhux approvat.

Tħallix it-test ikompli għaddej fuq il-marka.

Tużax il-kaxxa tas-simbolu waħedha. L-isem ENERGY STAR għandu jidher ukoll.

Tħassarx il-kaxxa tas-simbolu mill-marka.

Meta tikteb jew titkellem dwar ENERGY STAR

Biex jinżamm u jinbena l-valur tal-ENERGY STAR, l-EPA tal-Istati Uniti u l-Kummissjoni tal-UE jirrakkomandaw t-terminoloġija li għandha tintuża meta xi ħadd jikteb jew jitkellem dwar l-elementi tal-programm.

KORRETT

SKORRETT

Kompjuter li jikkwalifika għall-ENERGY STAR

Kompjuter li huwa konformi mal-ENERGY STAR

Kompjuter li huwa ċċertifikat ENERGY STAR

Kompjuter ikklassifikat ENERGY STAR

Kompjuter li kiseb l-ENERGY STAR

 

Prodotti li kisbu l-ENERGY STAR

Prodott ENERGY STAR

Prodotti ENERGY STAR (b’referenza għal firxa ta’ prodotti)

Tagħmir ENERGY STAR

Approvat mill-EPA tal-Istati Uniti

Li jissodisfa l-istandards ENERGY STAR

L-IMSIEĦBA/IL-PARTEĊIPANTI FIL-PROGRAMM

IMSIEĦBA fl-ENERGY STAR

Kumpanija ENERGY STAR

Il-Kumpanija X, Imsieħba fl-ENERGY STAR

Il-Kumpanija X, kumpanija approvata mill-EPA tal-Istati Uniti

Kumpanija li tipparteċipa fl-ENERGY STAR

Bejjiegħ tat-tagħmir ENERGY STAR approvat mill-EPA tal-Istati Uniti

Kumpanija li tippromwovi l-ENERGY STAR

Approvat mill-EPA tal-Istati Uniti

Monitors li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR

Il-Programm ta’ Monitoraġġ ENERGY STAR

IS-SORS TAL-AWTORITÀ TAL-GVERN

Prodotti li kisbu l-ENERGY STAR jipprevjenu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra billi jissodisfaw linji gwida stretti dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija stabbiliti mill-EPA tal-Istati Uniti u l-Kummissjoni tal-UE L-EPA u l-Kummissjoni tal-UE

 

L-ENERGY STAR u l-marka ENERGY STAR huma marki reġistrati tal-Istati Uniti

 

L-ENERGY STAR hija marka reġistrata proprjetà tal-Gvern tal-Istati Uniti

 

IL-LINJI GWIDA DWAR IR-RENDIMENT

 

Il-Linji gwida tal-ENERGY STAR

L-istandards tal-ENERGY STAR

L-ispeċifikazzjonijiet tal-ENERGY STAR

approvat mill-EPA tal-Istati Uniti

Il-livelli tar-rendiment tal-ENERGY STAR

approvat mill-EPA tal-Istati Uniti

Programmi volontarji

Irċieva approvazzjoni mill-EPA tal-Istati Uniti

Mistoqsijiet dwar l-użu tal-Isem u l-Logo Komuni tal-ENERGY STAR

Linja diretta tal-ENERGY STAR

Fl-Istati Uniti. ċempel mingħajr ħlas fuq:1-888-STAR-YES (1-888-782-7937)

Barra l-Istati Uniti. Ċempel: 202-775–6650

Numru tal-feks: 202-775–6680

www.energystar.gov

Il-KUMMISSJONI EWROPEA

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija

Numru tat-telefown: +32 2 2972136

www.eu-energystar.org

ANNESS C

SPEĊIFIKAZZJONIJIET KOMUNI

I.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOMPJUTER

1.   Definizzjonijiet

A.   Kompjuter: Apparat li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u jipproċessa d-dejta. Il-kompjuters huma magħmulin minn tal-anqas: (1) unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU) biex jitwettqu l-operazzjonijiet; (2) apparat li bih l-utent idaħħal id-dejta bħalma huma tastiera, maws, diġitizzatur jew kontrollur tal-logħob; u (3) unità tal-wiri (display) għall-kompjuter fejn tidher l-informazzjoni. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-kompjuters jinkludu kemm unitajiet weqfin f’post wieħed kif ukoll dawk li jinġarru, inklużi kompjuters tal-mejda (desktops), kompjuters tal-mejda integrati, kompjuters notebook, servers fuq skala żgħira, terminals dipendenti u stazzjonijiet tax-xogħol. Għalkemm il-kompjuters għandhom ikunu kapaċi jużaw apparat li jdaħħal id-dejta kif ukoll l-unitajiet tal-wiri tal-kompjuter, kif innotat fin-numri 2 u 3 hawn fuq, is-sistemi tal-kompjuter ma jinħtiġilhomx jinkludu dan l-apparat waqt it-trasport sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni.

Komponenti

B.   Display tal-Kompjuter: Skrin tal-kompjuter u l-elettronika assoċjata tiegħu integrati fi struttura unika separata jew fi ħdan l-istruttura tal-kompjuter innifsu (kompjuter notebook jew kompjuter tal-mejda integrat), li jista’ juri l-informazzjoni prodotta minn kompjuter permezz ta’ mezz ta’ dħul tad-dejta wieħed jew aktar, bħalma huma VGA, VNI, Display port u/jew IEEE 1394. Eżempji ta’ teknoloġiji ta’ display tal-kompjuter huma t-tubu tar-raġġi katodiċi (cathode-ray tube, CRT) u d-display tal-kristalli likwidi (liquid crystal display, LCD).

C.   Unità tal-Ipproċessar ta’ Grafika Distinta (Graphics Processing Unit, GPU): Proċessur tal-grafika b’interface ta’ kontrollur ta’ memorja lokali u memorja lokali, speċifika għall-grafika.

D.   Provvista Esterna tal-Enerġija: Komponent li qiegħed fiżikament magħluq b’mod separat fuq barra tal-kaxxa tal-kompjuter u ddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ tal-input ta’ kurrent alternanti (AC) mill-mejn għal vultaġġ(i) aktar baxx(i) ta’ kurrent dirett (DC) sabiex jitħaddem il-kompjuter. Provvista tal-enerġija esterna għandha titqabbad mal-kompjuter permezz ta’ konnessjoni elettrika, kejbil, kord male/female li tista’ titneħħa/jista’ jitneħħa jew b’wajer iebes jew permezz ta’ tip ta’ wajering ieħor.

E.   Provvista Interna tal-Kurrent Elettriku: Komponent intern għall-kaxxa tal-kompjuter u ddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ AC mill-mejn għal vultaġġ(i) DC sabiex jitħaddmu l-komponenti tal-kompjuter. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, provvista interna tal-kurrent elettriku għandha tkun fil-kaxxa tal-kompjuter iżda separata mill-bord prinċipali tal-kompjuter. Il-provvista tal-enerġija għandha tikkonnettja mal-mejn permezz ta’ kejbil uniku mingħajr ċirkwiterija intermedja bejn il-provvista tal-enerġija u l-enerġija mill-mejn. Barra minn hekk, il-konnessjonijiet tal-enerġija kollha mill-provvista tal-enerġija għall-komponenti tal-kompjuter, bl-eċċezzjoni ta’ konnessjoni DC għal display ta’ kompjuter f’Kompjuter Desktop Integrat, għandhom ikunu ġewwa l-istruttura li tintegra l-kompjuter (jiġifieri ma jkun hemm l-ebda kejbil estern mill-provvista tal-enerġija għall-kompjuter jew komponenti individwali). Konvertituri Interni DC għal DC użati biex jibdlu vultaġġ uniku DC minn provvista tal-enerġija esterna f’vultaġġi multipli għall-użu mill-kompjuter mhumiex ikkunsidrati bħala provvisti interni tal-enerġija.

Tipi ta’ Kompjuters

F.   Kompjuter tal-Mejda (desktop): Kompjuter fejn l-unità prinċipali hija maħsuba li tkun f’post permanenti, spiss fuq skrivanija jew mal-art. Id-desktops mhumiex imfasslin biex jinġarru u jużaw id-display tal-kompjuter estern, it-tastiera u l-maws. Id-desktops huma ddisinjati għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet fid-dar u fl-uffiċċju.

G.   Server fuq Skala Żgħira: Kompjuter li juża tipikament komponenti tad-desktop fil-għamla ta’ kompjuter tal-mejda iżda li prinċiparjament ikun iddisinjat biex jaħżen id-dejta ta’ kompjuters oħrajn. Kompjuter għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin sabiex jitqies bħala Server fuq Skala Żgħira:

(a)

Ikun iddisinjat f’għamla ta’ pedestall, torri, jew għamla oħra simili għal dik tal-kompjuter tal-mejda b’tali mod li l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħażna, u l-interfacing tan-netwerk ikunu f’kaxxa waħda/prodott wieħed;

(b)

Ikun maħsub biex jaħdem 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa u l-perjodi mhux skedati fejn ma jkunx disponibbli jkunu qosra ħafna (fl-ordni ta’ sigħat fis-sena);

(c)

Ikun kapaċi jopera f’ambjent multi-utenti simultanju filwaqt li jservi diversi utenti permezz ta’ unitajiet ta’ klijenti f’netwerk; u

(d)

Ikun iddisinjat għal sistema operattiva aċċettata mill-professjonisti tas-settur għal applikazzjonijiet ta’ servers domestiċi jew low-end (eż. Windows Home Server, Linux, UNIX, Solaris).

(e)

Servers fuq Skala Żgħira huma ddisinjati biex iwettqu funzjonijiet bħalma huma l-għoti tas-servizzi fi ħdan l-infrastruttura tan-netwerk (eż. l-arkivjar) u l-ilqugħ ta’ dejta/midja. Dawn il-prodotti mhumiex iddisinjati biex jipproċessaw l-informazzjoni għal sistemi oħra jew biex iħaddmu s-servers elettroniċi bħala funzjoni primarja.

(f)

Din l-ispeċifikazzjoni ma tkoprix is-Servers tal-Kompjuter kif inhu definit fil-verżjoni 1.0 tal-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR li tirrigwarda s-Servers tal-Kompjuter. Servers fuq Skala Żgħira li huma koperti minn din l-ispeċifikazzjoni huma limitati għal kompjuters ikkummerċjalizzati għal finijiet oħra li mhumiex it-tħaddim ta’ ċentri tad-dejta (eż. l-użu domestiku, uffiċċji żgħar).

H.   Kompjuter tal-Mejda Integrat: Sistema desktop li fiha l-kompjuter u d-display jaħdmu bħala unità waħda li tieħu l-kurrent alternanti tagħha minn kejbil uniku. Kompjuters tal-mejda integrati jiġu f’waħda minn żewġ forom possibbli: (1) sistema fejn il-kompjuter u d-display huma fiżikament magħqudin f’unità waħda; jew (2) sistema li tiġi ppakkjata bħala sistema unika fejn id-display tal-kompjuter ikun seperat iżda mqabbad max-xażi ewlieni permezz ta’ kord tal-elettriku DC u kemm il-kompjuter kif ukoll id-display tal-kompjuter jieħdu l-enerġija minn provvista tal-enerġija unika. Bħala subsett ta’ kompjuters tal-mejda, kompjuters tal-mejda integrati huma normalment iddisinjati biex jipprovdu funzjonalità simili bħas-sistemi tal-mejda.

I.   Terminal dipendenti (thin client): Kompjuter li għandu provvista ta’ kurrent elettriku indipendenti u li jistrieħ fuq konnessjoni ma’ riżorsi informatiċi mbiegħda biex jikseb il-funzjonijiet fundamentali. L-informatika ewlenija (eż., eżekuzzjoni ta’ programm, ħażna ta’ dejta, interazzjoni ma’ riżorsi oħra tal-Internet, eċċ.) isseħħ bl-użu ta’ riżorsi remoti ta’ informatika. Fid-dawl ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet it-Terminals Dipendenti huma limitati għal apparat li m’għandux mezz ta’ ħżin b’rotazzjoni integrata. L-unità prinċipali ta’ Terminal Dipendenti koperta minn din l-ispeċifikazzjoni trid tkun maħsuba biex titqiegħed f’post permanenti (eż. fuq skrivanija) u mhux biex tinġarr.

J.   Kompjuters notebook: Kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jitħaddem għal perjodi twal bi jew mingħajr konnessjoni diretta ma’ sors ta’ kurrent alternanti. Il-kompjuters notebook għandhom jużaw unità tal-wiri integrata u jkunu kapaċi jaħdmu fuq batterija integrata jew sors ieħor portabbli ta’ kurrent. Barra minn hekk, ħafna kompjuters notebook jużaw provvista esterna tal-kurrent elettriku u għandhom tastiera integrata kif ukoll apparat għall-ippuntar. Il-kompjuters notebook huma ddisinjati tipikament biex ikollhom funzjoni simili għall-kompjuters tal-mejda inkluż it-tħaddim tas-softwer li għandu funzjoni simili bħal tal-kompjuters tal-mejda. Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, docking stations (unitajiet ta’ konnessjoni) huma kkunsidrati bħala aċċessorji u għalhekk, il-livelli ta’ prestazzjoni assoċjati man-notebooks mogħtija f’Taqsima 3, hawn isfel, ma jinkluduhomx. Tablet PCs li jista’ jkollhom skrins sensittivi għall-mess flimkien jew minflok apparati oħra għad-dħul tad-dejta, huma meqjusa bħala Kompjuters Notebook f’din l-ispeċifikazzjoni.

K.   Stazzjon tax-xogħol: Kompjuter bi prestazzjoni għolja u maħsub għal utent wieħed li jintuża tipikament għall-grafika, CAD, l-iżvilupp tas-softwer, applikazzjonjiet finanzjarji u xjentifiċi fost ħidmiet oħra li jeħtieġu komputazzjoni intensiva. Biex jiġi meqjus bħala stazzjon tax-xogħol, kompjuter għandu:

(a)

Jiġi kummerċjalizzat bħala stazzjon tax-xogħol;

(b)

Ikollu ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta’ mill-anqas 15 000 siegħa ibbażat jew fuq Bellcore TR-NWT-000332, il-ħarġa 6, 12/97 jew fuq dejta miġbura fuq il-post; u

(c)

Ikun kapaċi jieħu l-kodiċi ta’ korrezzjoni tal-iżbalji (ECC) u/jew memorja buffer.

(d)

Barra minn hekk, stazzjon tax-xogħol għandu jissodisfa tlieta mis-sitt karatteristiċi fakultattivi li ġejjin:

(e)

Ikollu kapaċità li jieħu kurrent supplimentari għall-grafika avvanzata (jiġifieri sors ta’ kurrent supplimentari PCI-E 6-pin 12 V);

(f)

Is-sistema hija wwajerjata għal sistema b’aktar minn x4 PCI-E fuq il-motherboard barra mill-islott(ijiet) tal-grafika u/jew il-kapaċità għall-PCI-X;

(g)

Ma jiħux il-grafika tal-Uniform Memory Access (UMA);

(h)

Ikun jinkludi ħames slottijiet jew aktar PCI, PCIe jew PCI-X;

(i)

Ikun jiflaħ jipprovdi sostenn ta’ multi-proċessuri sa żewġ proċessuri jew aktar (għandu jieħu pakketti/sokits tal-proċessur fiżikament separati, jiġifieri, mingħajr appoġġ għal proċessur uniku multi-core); u/jew

(j)

Ikun ikkwalifika għal tal-anqas żewġ ċertifikazzjonijiet tal-prodott minn Bejjiegħa Indipendenti tas-Softwer (ISV); dawn iċ-ċertifikazzjonijiet jistgħu jkunu għadhom fil-proċess, iżda għandhom jitlestew fi żmien 3 xhur mill-kwalifika.

Modalitajiet funzjonali

L.   Modalità Mitfi: Il-livell ta’ konsum tal-elettriku fl-istat l-aktar baxx li ma jistax jintefa (jiġi influwenzat) mill-utent u li jista’ jdum għal żmien indefinit meta l-apparat ikun imqabbad mal-provvista ewlenija tal-kurrent elettriku u jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Għal sistemi fejn japplikaw l-istandards ACPI il-modalità Mitfija tikkorrispondi mal-istat tas-Sistema ACPI Livell S5.

M.   Modalità Stennija: Stat ta’ qawwa elettrika baxxa li l-kompjuter ikun kapaċi jidħol fih awtomatikament wara perjodu inattiv jew permezz ta’ selezzjoni manwali. Kompjuter b’kapaċità ta’ stennija ikun jista’ “jqum” malajr biex jirrispondi għall-konnessjonijiet tan-netwerk jew għall-apparat tal-interface tal-utent b’dewmien ta’ ≤ 5 sekondi mill-mument li fih il-kompjuter jirriattiva ruħu sakemm is-sistema tibda taħdem sew, inkluż ir-riżoluzzjoni tad-display. Għal sistemi fejn japplikaw l-istandards ACPI, il-modalità Stennija l-iktar li tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell S3 (sospensjoni għal RAM).

N.   Stat Inattiv: L-istat li fih is-sistema operattiva u softwer ieħor ikunu lestew il-loading, ikun inħoloq il-profil tal-utent, il-kompjuter mhuwiex fi Stennija u l-attività tkun limitata għal dawk l-applikazzjonijiet bażiċi li s-sistema tagħti bidu għalihom skont kif ġie programmat.

O.   Stat Attiv: L-istat li fih il-kompjuter iwettaq xogħol utli bħala rispons għal a) dħul ta’ dejta preċedenti jew simultanju mill-utent jew b) struzzjoni preċedenti jew simultanja trażmessa bin-netwerk. Dan l-istat jinkludi proċessar attiv, it-tiftix tad-dejta maħżuna, mill-memorja jew cache, inkluż il-ħin tal-istat inattiv waqt l-istennija għal iktar dħul ta’ dejta mill-utent u qabel id-dħul fil-modalitajiet ta’ kurrent baxx.

P.   Il-Konsum Tipiku tal-Enerġija (TEC): Metodu tal-ittestjar u t-tqabbil tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-kompjuters, li jiffoka fuq l-elettriku tipiku kkunsmat minn prodott meta jkun qed jaħdem tul perjodu rappreżentattiv. Għall-kompjuters tal-mejda u notebook, il-kriterju tal-qofol tal-approċċ tal-TEC huwa l-valur għall-użu tipiku annwali tal-elettriku, imkejjel f’sigħat kilowatt (kWh), b’kejl ta’ livelli medji ta’ kurrent f’modalità funzjonali li jikkorrispondi għall-użu meqjus bħala tipiku (ċiklu ta’ħidma). Fir-rigward tal-istazzjonijiet tax-xogħol Ir-rekwiżiti huma bbażati fuq il-valur tal-TEC ikkalkulat minn livelli ta’ modalitajiet funzjonali, mill-kurrent massimu u mill-perjodu meqjus bħala ċ-ċiklu ta’ ħidma.

Netwerking u Ġestjoni tal-Kurrent Elettriku

Q.   L-Interface tan-Netwerk: Il-komponenti (ħardwer u softwer) li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jagħmlu l-kompjuter kapaċi jikkomunika fuq teknoloġija waħda jew aktar tan-netwerk. Eżempji tal-Interfaces tan-Netwerk huma IEEE 802.3 (Ethernet) u IEEE 802.11 (Wi-Fi).

R.   Avveniment ta’ Riattivazzjoni: Avveniment programmat mill-utent, estern jew stimolu li jġiegħel lill-kompjuter jaqleb mill-modalità Stennija jew Mitfi għal dik attiva. Eżempji ta’ avvenimenti ta’ riattivazzjoni jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: ċaqliq tal-maws, attività tat-tastiera, l-intervent ta’ apparat ta’ kontroll, avveniment tal-arloġġ f’ħin reali, jew l-għafsa ta’ buttuna fuq il-qafas u, fil-każ ta’ avvenimenti esterni, stimolu li jitwassal permezz ta’ kontroll remot, ta’ netwerk, ta’ modem, eċċ.

S.   Wake On LAN (WOL): Funzjonalità li tippermetti li kompjuter jirriattiva ruħu mill-istat Stennija jew Mitfi meta jiġi mitlub jagħmel hekk min-netwerk permezz tal-Ethernet.

T.   Konnettività Sħiħa tan-Netwerk: Il-kapaċità tal-kompjuter li jżomm preżenza tan-netwerk waqt li jkun fil-modalità Stennija u jirriattiva ruħu b’mod intelliġenti meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ iktar ipproċessar (inkluż l-ipproċessar okkażjonali mitlub għaż-żamma tal-preżenza tan-netwerk). Iż-żamma tal-preżenza tan-netwerk tista’ tinkludi, waqt li s-sistema tinsab f’modalità Stennija, il-ksib u/jew iż-żamma ta’ interface assenjat jew indirizz tan-netwerk, ir-rispons għal talbiet minn nodi oħra fin-netwerk, jew iż-żamma ta’ konnessjonijiet eżistenti tan-netwerk. B’dan il-mod, għalkemm il-kompjuter ikun jinsab f’modalità Stennija, jinżammu l-preżenza, is-servizzi u l-applikazzjonijiet tan-netwerk tiegħu. Min-naħa tan-netwerk, kompjuter fi Stennija li għandu l-konnettività sħiħa tan-netwerk jiffunzjona daqs kompjuter inattiv fir-rigward tal-applikazzjonijiet komuni u l-mudelli ta’ użu. Il-konnettività sħiħa tan-netwerk waqt il-modalità Stennija mhix limitata għal sensiela speċifika ta’ protokolli iżda tista’ tkopri l-applikazzjonijiet installati wara l-installazzjoni inizjali.

Kanali ta’ kummerċjalizzazzjoni u distribuzzjoni

U.   Kanali tal-impriżi: Il-kanali tal-bejgħ użati normalment minn impriżi kbar jew ta’ daqs medju, organizzazzjonijiet governattivi, istituzzjonijiet edukattivi, jew organizzazzjonijiet oħra li jixtru l-kompjuters li jintużaw f’ambjenti ġestiti ta’ klijent/server.

V.   In-Numru tal-Mudell: Isem kummerċjali uniku li japplika għall-konfigurazzjoni speċifika tal-ħardwer/softwer (jiġifieri sistema li topera, tipi u proċessuri, memorja, GPU eċċ.) li jkun jew definit minn qabel jew ikun konfigurazzjoni magħżula mill-klijent.

W.   Isem tal-Mudell: Isem kummerċjali li jinkludi referenza għan-numru tal-familja tal-mudell tal-kompjuter, deskrizzjoni qasira tal-prodott jew referenzi għad-ditti.

X.   Familja ta’ prodotti: Deskrizzjoni ta’ livell għoli li tirreferi għal grupp ta’ kompjuters li bejniethom jużaw kombinazzjoni ta’ qafas/motherboard wieħed li spiss ikollu mijiet ta’ konfigurazzjonijiet possibbli ta’ ħardwer u softwer.

2.   Il-prodotti li jikkwalifikaw

Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-kompjuters għandhom jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kompjuter kif ukoll waħda mid-definizzjonijiet tat-tip ta’ prodott imniżżlin fit-Taqsima 1, hawn fuq. It-tabella li ġejja tagħti lista tat-tipi ta’ kompjuters li huma (u li ma humiex) eliġibbli għal ENERGY STAR.

Prodotti koperti minn din il-verżjoni 5.0 tal-Ispeċifikazzjoni

Prodotti li ma humiex koperti minn din il-verżjoni 5.0 tal-Ispeċifikazzjoni

Kompjuters desktop

Kompjuters desktop integrati

Notebooks

Stazzjonijiet tax-xogħol

Servers fuq skala żgħira

Terminals dipendenti

Servers tal-kompjuter (kif inhu definit fil-Verżjoni 1.0 tal-ispeċifikazzjoni għas-server tal-kompjuter)

Kompjuters li jinġarru (handhelds), PDAs u Smartphones

3.   Kriterji fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija u l-ġestjoni tal-kurrent elettriku

Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-kompjuters għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ hawn taħt. Id-data tal-implimentazzjoni tal-Verżjoni 5.0 hija koperta f’Taqsima 5 ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

A.   Rekwiżiti tal-Effiċjenza għall-provvista tal-kurrent elettriku

Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-kompjuters għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ hawn taħt. Id-data tal-implimentazzjoni tal-Verżjoni 5.0 hija koperta f’Taqsima 5 ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

(a)

Kompjuters li Jużaw Provvista Interna ta’ Kurrent Elettriku: Mill-inqas 85 % tal-effiċjenza b’50 % tal-output nominali u minimu ta’ 82 % tal-effiċjenza b’20 % u 100 % tal-output nominali, b’fattur ta’ qawwa > 0.9 b’100 % tal-qawwa nominali.

(b)

Kompjuters li jużaw Provvista Esterna ta’ Kurrent Elettriku: Provvisti esterni ta’ kurrent elettriku mibjugħin mal-kompjuters ENERGY STAR għandhom ikunu kkwalifikati bħala ENERGY STAR jew jissodisfaw il-livelli ta’ effiċjenza tal-modalità attiva u ‘bla tagħbija’ stabbiliti fil-verżjoni 2.0 tal-programm ENERGY STAR għall-provvisti esterni tal-kurrent elettriku b’vultaġġ wieħed AC-AC u AC-DC. L-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR u l-lista ta’ prodotti kkwalifikati hija disponibbli fuq is-sit www.energystar.gov/powersupplies. Nota: Din il-ħtieġa ta’ prestazzjoni tapplika wkoll għal provvisti esterni ta’ kurrent elettriku b’output ta’ vultaġġ multiplu kif ittestjat skont il-metodu ta’ ittestjar tal-Provvista Interna ta’ Kurrent Elettriku kif imsemmi fit-Taqsima 4, hawn taħt.

B.   Rekwiżiti ta’ effiċjenza u prestazzjoni

(1)   Il-livelli tal-Kompjuters Desktop, Kompjuters Desktop Integrati u Notebooks:

Kategoriji tal-Kompjuters desktop għall-Kriterji TEC:

Għall-finijiet biex jiġu ddeterminati l-livelli TEC, il-kompjuters desktop u k-kompjuters desktop integrati għandhom jikkwalifikaw fil-Kategoriji A, B, C jew D kif iddefinit hawn taħt:

(a)

Il-kategorija A: il-kompjuters desktop kollha li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B, C jew D hawn taħt ikunu kkunsidrati fil-Kategorija A għall-kwalifika ta’ ENERGY STAR.

(b)

Il-kategorija B: biex jikkwalifikaw fil-Kategorija B il-kompjuters desktop għandu jkollhom:

ekwivalenti ta’ żewġ nukleji fiżiċi; u

żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema.

(c)

Kategorija C: Biex jikkwalifikaw fil-Kategorija C il-kompjuters desktop għandu jkollhom:

iktar minn żewġ nukleji fiżiċi.

Flimkien mar-rekwiżit ta’ hawn fuq, il-mudelli li jikkwalifikaw fil-Kategorija C għandhom ikunu kkonfigurati b’tal-anqas waħda miż-żewġ karatterisitiċi li ġejjin:

tal-anqas żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew

GPU diskret.

(d)

Kategorija D: biex jikkwalifikaw fil-Kategorija D il-kompjuters desktop għandu jkollhom:

tal-anqas erba’ nukleji fiżiċi.

Flimkien mar-rekwiżit ta’ hawn fuq, il-mudelli li jikkwalifikaw fil-Kategorija D għandhom ikunu kkonfigurati b’tal-anqas waħda miż-żewġ karatterisitiċi li ġejjin:

tal-anqas erba’ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew

GPU diskret bil-wisa’ tal-frame buffer li tkun akbar minn 128-bit.

Kategoriji tal-Kompjuters Notebook għall-Kriterji TEC:

Għall-finijiet biex jiġu ddeterminati l-livelli TEC, il-notebooks għandhom jikkwalifikaw fil-Kategoriji A, B jew C kif iddefinit hawn taħt:

(a)

Il-kategorija A: In-notebooks kollha li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B jew tal-Kategorija C hawn taħt ikunu kkunsidrati taħt il-Kategorija A għall-kwalifika ta’ ENERGY STAR.

(b)

Il-kategorija B: Biex jikkwalifikaw fil-Kategorija B in-notebooks għandu jkollhom:

GPU diskret.

(c)

Kategorija C: Biex jikkwalifikaw fil-Kategorija C, in-notebooks għandu jkollhom:

ekwivalenti jew akbar minn 2 nukleji fiżiċi;

ekwivalenti jew akbar minn 2 gigabytes (GB) tal-memorja tas-sistema; u

GPU diskret bil-wisa’ tal-frame buffer li tkun akbar minn 128-bit.

TEC (għall-kategoriji ta’ kompjuters desktop u notebooks):

It-tabelli li ġejjin jindikaw il-livelli meħtieġa TEC għall-ispeċifikazzjoni 5.0. It-tabella 1 hawn taħt telenka Ir-rekwiżiti TEC għall-Verżjoni 5.0 filwaqt li Tabella 2, skont it-tip ta’ prodott, tagħti l-koeffiċjenti għal kull modalità funzjonali. TEC jiġi definit permezz tal-formola hawn taħt:

Formula, fejn il-Px kollha jirrappreżentaw is-saħħa f’watts, it-Tx kollha jirrappreżentaw iż-żmien f’% tas-sena, u TEC ETEC qiegħed f’unitajiet ta’ kWh u jirrappreżenta l-konsum annwali tal-enerġija bbażat fuq koeffiċjenti ta’ modalità f’Tabella 2.

Tabella 1:   Rekwiżit ETEC – Kompjuters desktop u Notebooks

 

Kompjuters desktop u kompjuters integrati (kWh)

Notebooks (kWh)

TEC (kWh)

Kategorija A: ≤ 148.0

Kategorija A: ≤ 40.0

Kategorija B: ≤ 175.0

Kategorija B: ≤ 53.0

Kategorija C: ≤ 209.0

Kategorija C: ≤ 88.5

Kategorija D: ≤ 234.0

 

Aġġustamenti Funzjonali

Memorja

1 kWh (għal kull GB ’il fuq mill-memorja bażi)

Memorja Bażi:

Kategoriji A, B u C:

2GB

Kategorija D:

4 GB

0.4 kWh (għal kull GB ’il fuq minn 4)

Grafiċi primjum (għal GPUs diskreti bi frame buffer ta’ wisa’ speċifika)

Kategoriji A, B:

35 kWh (Wisa’ tal-FB ≤ 128-bit)

50 kWh (Wisa’ tal-FB ≤ 128-bit)

Kategoriji C, D:

50 kWh (Wisa’ tal-FB ≤ 128-bit)

Kategorija B:

3 kWh (Wisa’ tal-FB ≤ 64-bit)

Memorja Interna Addizzjonali

25  kWh

3  kWh


Tabella 2:   Koeffiċjenti tal-modalitajiet funzjonali – Kompjuters desktop u notebooks

 

Kompjuter desktop

Notebook

Konvenzjonali

Funzjoni proxy*

Konvenzjonali

Funzjoni proxy*

Tmitfi

55  %

40  %

60  %

45  %

TStennija

5  %

30  %

10  %

30  %

Tinattiv

40  %

30  %

30  %

25  %

Nota:

Il-funzjoni proxy tirreferi għal kompjuter li jżomm Konnessjoni Sħiħa man-Netwerk kif inhu definit f’Taqsima 1 ta’ din l-ispeċifikazzjoni. Biex is-sistema tikkwalifika taħt il-koeffiċjenti tal-funzjoni proxy imsemmija hawn fuq, għandha tissodisfa standard mhux speċjalizzat li ġie approvat bħala konformi mal-għanijiet ta’ ENERGY STAR mill-EPA u mill-Kummissjoni Ewropea. Din l-approvazzjoni trid tinkiseb qabel ma titressaq id-dejta tal-prodott għall-kwalifika. Ara Taqsima 3.C, “Il-kwalifika tal-Kompjuters b’funzjonijiet għall-Ġestjoni tal-Kurrent Elettriku”, għal iktar tagħrif u rekwiżiti għall-ittestjar.

(2)   Livelli tal-Istazzjon tax-Xogħol:

PTEC (Kategorija tal-Istazzjon tax-xogħol):

It-tabelli li ġejjin jindikaw il-livelli meħtieġa PTEC għall-ispeċifikazzjoni 5.0. It-tabella 3 hawn taħt telenka Ir-rekwiżiti PTEC għall-Verżjoni 5.0 filwaqt li Tabella 4 tagħti l-koeffiċjenti għal kull modalità funzjonali. PTEC jiġi definit permezz tal-formola hawn taħt:

Formula

fejn il-Px kollu jirrappreżenta s-saħħa f’watts.

Tabella 3:   Rekwiżit tal-PTEC – Stazzjonijiet tax-xogħol

Formula

Tabella 4:   Koeffiċjenti tal-modalità funonzjonali – Stazzjonijiet tax-xogħol

Tmitfi

35  %

Tstennija

10  %

Tinattiv

55  %

Nota:

Il-koeffiċjenti huma inklużi fil-formula PTEC hawn fuq.

Bosta apparati grafiċi (Stazzjonijiet tax-xogħol):

Stazzjonijiet tax-xogħol li jissodosfaw Ir-rekwiżiti tal-ENERGY STAR b’apparat grafiku wieħed jistgħu jikkwalifikaw għall-konfigurazzjoni b’apparat grafiku wieħed jew iktar, ladarba l-konfigurazzjoni tal-ħardwer addizzjonali tkun identika ħlief għal apparat(i) grafiku/ċi addizzjonali. L-użu ta’ grafiċi multipli jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, unitajiet tal-wiri multipli u konċentrazzjoni biex tinkiseb prestazzjoni għolja jew konfigurazzjonijiet multi-GPU (eż. ATI Crossfire, NVIDIA SLI). F’tali każijiet, u sakemm SPECviewperf® jilqa’ bosta apparati grafiċi, il-manifatturi jistgħu jressqu r-riżultati tat-testijiet miksuba għall-istazzjonijiet tax-xogħol mgħammra b’apparat grafiku wieħed għaż-żewġ konfigurazzjonijiet mingħajr l-ittestjar mill-ġdid tas-sistema.

(3)   Livelli tas-server fuq skala żgħira:

Għall-finijiet biex jiġu ddeterminati l-livelli tal-istat Inattiv, is-servers fuq skala żgħira għandhom jikkwalifikaw fil-Kategoriji A jew B kif iddefinit hawn taħt:

(a)

Il-Kategorija A: Is-Servers kollha fuq skala żgħira li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B ikunu kkunsidrati fil-Kategorija A għall-kwalifika ta’ ENERGY STAR.

(b)

Il-Kategorija B: Biex jikkwalifikaw fil-Kategorija B is-servers fuq skala żgħira jrid ikollhom:

proċessur(i) li jkollu iktar minn nukleju fiżiku wieħed (1) jew iktar minn proċessur diskret wieħed (1); u

minimu ta’ 1 gigabyte ta’ memorja tas-sistema.

Tabella 6:   Rekwiżiti għall-Effiċjenza tas-servers fuq skala żgħira

Rekwiżiti għas-servers fuq skala żgħira għal kull modalità funzjonali

Modalità Mitfi: ≤ 2.0 W

Stat Inattiv:

 

Kategorija A: ≤ 50.0 W

 

Kategorija B: ≤ 65.0 W

Kapaċità

Tolleranza addizzjonali tal-Kurrent

Riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL)

(Tapplika biss jekk il-kompjuter jasal mill-fabbrika bil-WOL attivat)

+ 0.7 W fil-Modalità Mitfi

(4)   Il-livelli tat-terminals dipendenti

Kategoriji tat-terminals dipendenti għall-Kriterji tal-Istat Inattiv: Għall-finijiet biex jiġu ddeterminati l-livelli tal-istat Inattiv, it-terminals dipendenti għandhom jikkwalifikaw fil-Kategoriji A jew B kif iddefinit hawn taħt:

(a)

Kategorija A: It-terminals dipendenti kollha li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B hawn taħt ikunu kkunsidrati fil-Kategorija A għall-kwalifika ta’ ENERGY STAR.

(b)

Kategorija B: Biex jikkwalifikaw fil-Kategorija B it-terminals dipendenti għandhom:

Jippermettu l-kodifikazzjoni/dekodifikazzjoni tal-multimedja lokali.

Tabella 7:   Rekwiżiti għall-Effiċjenza tat-terminals dipendenti

Rekwiżiti għat-terminals indipendenti għal kull modalità funzjonali

Modalità Mitfi: ≤ 2 W

Modalità Stennija (jekk ikun il-każ): ≤ 2 W

Stat Inattiv:

 

Kategorija A: ≤ 12.0 W

 

Kategorija B: ≤ 15.0 W

Kapaċità

Tolleranza addizzjonali tal-kurrent

Riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL)

(Tapplika biss jekk il-kompjuter jasal mill-fabbrika bil-WOL attivat)

+ 0.7 W fil-modalità Stennija

+ 0.7 W fil-modalità Mitfi

C.   Rekwiżiti għall-ġestjoni tal-enerġija

Il-prodotti jridu jissodisfaw Ir-rekwiżiti għall-ġestjoni tal-kurrent elettriku dettaljati fit-Tabella 8 u jridu jiġu ttestjati kif jaslu.

Tabella 8:   Rekwiżiti għall-ġestjoni tal-enerġija

Rekwiżit tal-ispeċifikazzjoni

 

Applikabbli għal

Rekwiżiti għat-trasport

Modalità Stennija

Jasal f’modalità Stennija li tkun issettjata biex tattiva ruħha fi żmien 30 minuta li fihom l-utent ma jkunx attiv. Il-kompjuters għandhom inaqqsu l-veloċità ta’ kwalunkwe kollegament attiv fuq in-netwerk bl-Ethernet ta1 Gb/s meta jgħaddi għall-istat Stennija jew Mitfi.

Kompjuters desktop

Kompjuters desktop integrati

Notebooks

Stazzjonijiet tax-xogħol

 

 

Servers fuq skala żgħira

 

Terminals dipendenti

 

Modalità Stennija tad-display

Jasal bil-modalità Stennija tal-moniter issettjata biex tattiva ruħha fi żmien 15-il minuta li fihom l-utent ma jkunx attiv.

Kompjuters desktop

Kompjuters desktop integrati

Notebooks

Stazzjonijiet tax-xogħol

 

 

Servers fuq skala żgħira (jekk ikun hemm il-moniter tal-kompjuter)

Terminals dipendenti

Rekwiżiti tan-netwerk għall-ġestjoni tal-enerġija

Riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL)

Il-kompjuters li għandhom il-funzjoni Ethernet għandu jkollhom il-kapaċità li jattivaw u jiddiżattivaw il-mekkaniżmu ta’ riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL) għall-modalità Stennija.

Kompjuters desktop

Kompjuters desktop integrati

Notebooks

Stazzjonijiet tax-xogħol

 

 

Servers fuq skala żgħira

Terminals dipendenti (japplikaw biss jekk l-aġġornamenti tas-softwer min-netwerk ġestita ċentralment isiru waqt li l-unità tkun f’modalità Stennija jew Mitfi. It-terminal dipendenti li l-qafas standard tagħhom li jaġġorna s-softwer tal-klijent ma jeħtieġx programmazzjoni barra mill-ħin tax-xogħol ma għandhomx għalfejn isegwu r-rekwiżit.)

Riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL)

Japplikaw għall-kompjuters li jaslu permezz ta’ Kanali ta’ Intrapriża biss:

Kompjuters li għandhom il-funzjoni Ethernet għandhom jissodisfaw wieħed mIr-rekwiżiti li ġejjin:

għandhom jaslu bil-funzjoni ta’ riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL) li tiġi attivata mill-modalità Stennija meta topera fuq kurrent alternanti (AC) (jiġifieri l-kompjuters notebook jistgħu jiddiżattivaw din il-funzjoni meta ma jibqgħux imqabbdin mal-mejn); jew

għandhom jipprovdu kmand għall-attivazzjoni tal-WOL li jkun aċċessibbli biżżejjed kemm mill-interface tal-utent tas-sistema operazzjonali tal-klijent kif ukoll min-netwerk jekk il-kompjuter jasal għand l-intrapriża mingħajr il-WOL attivat.

Kompjuters desktop

Kompjuters desktop integrati

Notebooks

Stazzjonijiet tax-xogħol

 

 

Servers fuq skala żgħira

Terminals dipendenti (japplikaw biss jekk l-aġġornamenti tas-softwer min-netwerk ġestita ċentralment isiru waqt li l-unità tkun f’modalità Stennija jew Mitfi. It-terminals dipendentili l-qafas standard tagħhom li jaġġorna s-softwer tal-Klijent ma jeħtieġx programmazzjoni barra mill-ħin tax-xogħol ma għandhomx għalfejn isegwu r-rekwiżit.)

 

Ġestjoni tar-riattivazzjoni

Japplikaw għall-kompjuters li jaslu permezz ta’ Kanali ta’ Intrapriża biss:

Kompjuters bil-funzjoni Ethernet, mill-modalità Stennija, għandu jkollhom kemm il-funzjoni ta’ riattivazzjoni b’distanza (permezz tan-netwerk) kif ukoll bi programmazzjoni (eż. Arloġġ tal-Ħin Reali).

Il-manifatturi għandhom jiżguraw, fejn il-manifatturmanifattur għandu kontroll (jiġifieri, b’konfigurazzjoni permezz tal-konfigurazzjonijiet tal-ħardwer aktar milli tas-softwer), li dawn il-konfigurazzjonijiet jistgħu jiġi ġestit ċentralment, kif ikun jixtieq il-klijent, b’għodod ipprovduti mill-manifattur.

Kompjuters desktop

Kompjuters desktop integrati

Notebooks

Stazzjonijiet tax-xogħol

 

 

Servers fuq skala żgħira

Terminals dipendenti

 

Għall-kompjuters kollha li għandhom il-funzjoni ta’ riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL) attivata, kwalunkwe filtru tal-pakketti diretti (directed packet filter) għandu jkun attivat u ssettjat għal konfigurazzjoni awtomatika standard industrijali. Sakemm ikun hemm qbil dwar standard wieħed (jew aktar), l-imsieħba huma mitluba jagħtu l-konfigurazzjonijiet tal-filtru tal-pakketti diretti tagħhom lill-EPA u lill-Kummissjoni Ewropea għall-pubblikazzjoni fuq is-sit elettroniku biex jistimolaw id-diskussjoni u l-iżvilupp tal-konfigurazzjonijiet standard.

Kompjuters li Jikkwalifikaw b’Funzjonijiet tal-Ġestjoni tal-Kurrent Elettriku:

(a)

Mitfi: Il-kompjuters bil-Modalità Mitfi għandhom jiġu ttestjati u rrapurtati fil-ħin tat-trasport. Il-mudelli li jaslu bil-WOL attivat li għandu Modalità Mitfi għandhom jiġu ttestjati bil-funzjoni WOL attivata. Bl-istess mod, il-prodotti li jaslu bil-WOL mhux attivat li għandu Modalità Mitfi għandu jiġi ttestjat bil-WOL mhux attivat.

(b)

Modalità Stennija: Il-kompjuters bil-modalità Stennija għandhom jiġu ttestjati u rrappurtati fil-ħin tat-trasport. Il-mudelli mibjugħa permezz ta’ kanali ta’ intrapriża, kif definit f’Taqsima 1, definizzjoni V, għandhom jiġu ttestjati, ikkwalifikati, u ttrasportati bil-WOL attivat/diżattivat skont Ir-rekwiżiti fit-Tabella 8. Il-prodotti li jmorru direttament għand il-konsumaturi permezz tal-kanali normali tal-bejgħ bl-imnut mhux meħtieġa li jaslu bil-WOL attivat mill-modalità Stennija, u jistgħu jiġu ttestjati, ikkwalifikati, u ttrasportati bil-WOL attivat jew diżattivat.

(c)

Il-funzjoni proxy: Il-kompjuters desktop, desktop integrat u notebooks għandhom jiġu ttestjati u rrappurtati għall-modalità Inattiva, Stennija jew Mitfi bil-funzjonijiet proxy attivati jew diżattivati fil-ħin tat-trasport. Biex is-sistema tikkwalifika taħt il-koeffiċjenti TEC għall-funzjoni proxy għandha tissodisfa standard proxy li ġie approvat bħala konformi mal-għanijiet ta’ ENERGY STAR mill-EPA u mill-Kummissjoni Ewropea. Din l-approvazzjoni trid tinkiseb qabel ma titressaq id-dejta tal-prodott għall-kwalifika.

L-installazzjoni minn qabel tas-softwer tal-klijent u s-servizz ta’ ġestjoni:

L-imsieħeb jibqa’ responsabbli għall-ittestjar tal-prodotti u għall-kwalifika tagħhom waqt it-trasport. Jekk il-prodott jilħaq il-kriterji tal-ENERGY STAR u jiġi kwalifikat, ikun jista’ jiġi tikkettjat bħala tali.

Jekk l-imsieħeb jiġi mikri mill-klijent biex itella’ stampa personalizzata, l-imsieħeb għandu jieħu l-passi li ġejjin:

L-imsieħeb għandu jgħarraf lill-klijent li l-prodott tagħhom jista’ ma jissodisfax l-ENERGY STAR bl-istampa personalizzata li jkun tella’ (kampjun tal-ittra fis-sit elettroniku ta’ ENERGY STAR huwa disponibbli għall-użu tal-klijenti).

L-imsieħeb għandu jħeġġeġ lill-klijent tagħhom biex jittestja l-prodott għall-konformità mal-ENERGY STAR.

Rekwiżit ta’ Tagħrif għall-Utent:

Sabiex jiġi żgurat li x-xerrejja/l-utenti jkunu infurmati kif xieraq dwar il-benefiċċji tal-ġestjoni tal-kurrent elettriku, il-manifattur għandu jinkludi ma’ kull kompjuter waħda minn dawn li ġejjin:

Tagħrif dwar l-ENERGY STAR u l-benefiċċji tal-ġestjoni tal-kurrent elettriku fuq kopja stampata jew fuq kopja elettronika tal-manwal tal-utent. Dan it-tagħrif għandu jkun fuq quddiem fil-gwida għall-utent; jew

Tagħrif fuq il-pakkett jew kaxxa dwar l-ENERGY STAR u l-benefiċċji tal-ġestjoni tal-kurrent elettriku.

Kwalunkwe waħda minn dawn l-għażliet għandu jkollha tal-anqas it-tagħrif li ġej:

Avviż li l-kompjuter wasal bil-funzjoni għall-ġestjoni tal-kurrent elettriku attivata u dwar liema huma l-konfigurazzjonijiet awtomatiċi tal-ħin (jew il-konfigurazzjonijiet ipprogrammati għas-sistema jew nota li tgħid li l-konfigurazzjonijiet ipprogrammati għall-kompjuter jhuma konformi mar-rekwiżiti tal-ENERGY STAR; inqas minn 15-il minuta ta’ inattività mill-utent għall-moniter u inqas minn 30 minuta ta’ inattività tal-kompjuter rakkomandati mill-programm ENERGY STAR għall-aħjar ekonomija tal-enerġija); u

Kif tirriattiva tajjeb il-kompjuter mill-modalità Stennija.

D.   Rekwiżiti voluntarji

L-interface tal-utent:

Għalkemm mhux obbligatorju, il-manifatturi huma mħeġġa bis-sħiħ li jiddisinjaw il-prodotti skont l-Istandard tal-kontroll tal-kurrent elettriku tal-interface tal-utent – IEEE 1621 (li l-isem uffiċjali tiegħu huwa “Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments”). Il-konformità mal-IEEE 1621 ser iġġib il-kontrolli tal-kurrent elettriku aktar konsistenti u intuwittivi fl-apparati elettroniċi kollha. Għal aktar tagħrif dwar l-istandard ara http://eetd.LBL.gov/Controls.

4.   Proċeduri tat-Test

Il-manifatturi huma mitluba jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR.

Fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet, l-imsieħeb jaqbel li juża l-proċeduri tal-ittestjar mogħtija fit-Tabella 9, hawn taħt.

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont kif ikun xieraq.

Ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

1.   Numru ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar TEC jew tal-Istat Inattiv:

Il-manifatturi jistgħu inizjalment jittestjaw unità unika għall-kwalifika. Jekk l-unità inizjali ttestjata hija inqas jew ugwali għar-rekwiżit applikabbli għal TEC jew l-istat Inattiv iżda fl-ambitu ta’ 10 % ta’ dak il-livell, għandha tiġi ttestjata wkoll unità addizzjonali oħra tal-istess mudell b’konfigurazzjoni identika. Il-manifatturi għandhom jirrappurtaw il-valuri tal-ittestjar għaż-żewġ unitajiet. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, iż-żewġ unitajiet għandhom jilħqu l-livell massimu TEC jew tal-istat Inattiv għal dak il-prodott u għal dik il-kategorija ta’ prodott.

Nota: Dan l-ittestjar addizzjonali huwa meħtieġ għall-kwalifika TEC biss (Kompjuters desktop, kompjuters desktop integrati, notebooks, stazzjonijiet tax-xogħol) u għall-kwalifika tal-istat Inattiv (Servers fuq skala żgħira, terminals dipendenti) – unità waħda biss hija meħtieġa għall-ittestjar tal-modalitajiet Stennija u Mitfi jekk japplikaw tali rekwiżiti. L-eżempji li ġejjin ikomplu jispjegaw dan l-approċċ:

 

Eżempju 1 – Il-Kompjuters desktop tal-Kategorija A jridu jilħqu livell TEC ta’ 148.0 kWh jew anqas, u b’hekk 133.2 kWh ikun il-limitu ta’ 10 % għall-ittestjar addizzjonali.

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’130 kWh, ma huwiex meħtieġ aktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (130 kWh huwa 12 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni u għaldaqstant huwa “barra” mil-limitu ta’ 10 %).

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’133.2 kWh, ma huwiex meħtieġ aktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (133.2 kWh huwa eżattament 10 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni).

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’135 kWh, għandha tiġi ttestjata unità addizzjonali biex il-kwalifikazzjoni tkun determinata (135 kWh huwa biss 9 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni u huwa “ġewwa” l-limitu ta’ 10 %).

Jekk iż-żewġ unitajiet jiġu mbagħad ittestjati f’135 u 151 kWh, il-mudell ma jikkwalifikax bħala ENERGY STAR — minkejja li l-medja hija 143 kWh — għaliex wieħed mill-valuri jaqbeż l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

Jekk iż-żewġ unitajiet jiġu mbagħad ittestjati f’135 u 147 kWh, il-mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR minħabba li ż-żewġ valuri jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni ta’ 148.0 kWh tal-ENERGY STAR.

 

Eżempju 2 – Is-server fuq skala żgħira ta’ Kategorija A jrid jilħaq livell fl-istat Inattiv ta’ 50 Watt jew anqas, u b’hekk 45 Watt ikun il-limitu ta’ 10 % għall-ittestjar addizzjonali. Imbagħad jistgħu jseħħu dawn ix-xenarji li ġejjin meta jkun qed jiġi ttestjat mudell għall-kwalifika:

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’44 Watt, ma huwiex meħtieġ aktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (44 Watt huwa 12 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni u għaldaqstant huwa “barra” mil-limitu ta’ 10 %).

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’45 Watts, ma huwiex meħtieġ iktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (45 Watt huwa eżattament 10 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni).

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’47 Watt, allura trid tiġi ttestjata unità addizzjonali biex il-kwalifikazzjoni tkun iddeterminata (47 Watt huwa biss 6 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni u huwa “ġewwa” l-limitu ta’ 10 %).

Jekk iż-żewġ unitajiet jiġu mbagħad ittestjati f’47 u 51 Watt, il-mudell ma jikkwalifikax bħala ENERGY STAR—minkejja li l-medja hija 49 Watt— għaliex wieħed mill-valuri (51) jaqbeż l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

Jekk iż-żewġ unitajiet jiġu mbagħad ittestjati f’47 u 49 Watt, il-mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR minħabba li ż-żewġ valuri jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni ta’ 50 Watt tal-ENERGY STAR.

2.   Il-Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza:

Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom abbażi tas-suq/swieq fejn isiru l-bejgħ u l-promozzjoni tal-mudelli bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR.

Għall-prodotti li jinbiegħu bħala ENERGY STAR f’diversi swieq internazzjonali u, għalhekk, jingħataw rata b’vultaġġi multipli ta’ input, il-manifattur għandu jittestja u jirrapporta l-konsum ta’ qawwa elettrika meħtieġa mkejla u il-valuri tal-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta’ vultaġġ/frekwenza. Pereżempju, manifattur li qed jittrasporta l-istess mudell lejn l-Istati Uniti u lejn l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm f’115 Volts/60 Hz kif ukoll f’230 Volts/50 Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kombinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. 115 Volts/60 Hz), f’dan il-każ il-kwalifika u l-promozzjoni tiegħu bħala ENERGY STAR issir biss f’dawk ir-reġjuni li jappoġġaw il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. l-Amerka ta’ Fuq u t-Tajwan).

Tabella 9:   Proċeduri tat-Test

Kategorija tal-prodott

Rekwiżit tal-ispeċifikazzjoni

Protokoll tat-Test

Sors

Il-kompjuters kollha

Effiċjenza tal-Provvista tal-kurrent elettriku

IPS (provvista interna tal-kurrent elettriku): Generalised Internal Power Supply Efficiency Test Protocol Rev. 6.4.2 (Il-protokoll tal-ittestjar ġeneralizzat għall-effiċjenza tal-provvista tal-kurrent elettriku)

EPS (provvista esterna tal-kurrent elettriku): Metodu tal-ittestjar għall-provvista esterna tal-kurrent elettriku ENERGY STAR

Nota: F’każ li jkun hemm il-ħtieġa ta’ kwalunkwe informazzjoni/proċedura barra dawk deskritti mill-protokoll tal-ittestjar ġeneralizzat għall-effikaċja tal-provvista tal-kurrent elettriku sabiex jittestjaw il-Provvista interna tal-kurrent elettriku, l-imsieħba għandhom, skont kif inhu xieraq u fuq talba, jgħaddu l-metodu tal-ittestjar użat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinkiseb id-dejta li tirrigwarda l-provvista interna tal-kurrent elettriku użata fit-tressiq ta’ prodott.

IPS (provvista interna tal-kurrent elettriku): www.efficientpowersupplies.org

EPS (provvista esterna tal-kurrent elettriku): www.energystar.gov/powersupplies

Kompjuters desktop integrati u Notebooks:

ETEC (mill-kejl tal-istat Mitfi, Stennija u Inattiv)

Metodu ta’ ittestjar ENERGY STAR għall-kompjuters (Verżjoni 5.0), Anness I, Taqsima III

Appendiċi A

Stazzjonijiet tax-xogħol

PTEC (mill-kejl tal-istat Mitfi, Stennija, Inattiv kif ukoll il-kurrent massimu)

Metodu ta’ ittestjar ENERGY STAR għall-kompjuters (Verżjoni 5.0), Anness I, Taqsima III-IV

 

 

 

Servers fuq skala żgħira

Modalità Mitfi u Stat Inattiv

Metodu ta’ ittestjar ENERGY STAR għall-kompjuters (Verżjoni 5.0), Anness I, Taqsima III

Terminals dipendenti

Modalità Mitfi, Modalità Stennija u Stat Inattiv

Metodu ta’ ittestjar ENERGY STAR għall-kompjuters (Verżjoni 5.0), Anness I, Taqsima III

3.   Familji ta’ prodotti li jikkwalifikaw

Il-mudelli li ma nbidlux jew li huma differenti biss fid-dehra minn dawk mibjugħin sena qabel jistgħu jibqgħu kkwalifikati mingħajr it-tressiq ta’ dejta ġdida tat-test, bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tibqa’ l-istess. Jekk mudell ta’ prodott jitqiegħed fis-suq f’konfigurazzjonijiet jew stili multipli, bħala “familja” jew sensiela ta’ prodotti, l-imsieħeb jista’ jirrapporta u jikkwalifika l-prodott taħt numru uniku tal-mudell, sakemm il-mudelli kollha f’dik il-familja jew sensiela jissodisfaw waħda mIr-rekwiżiti li ġejjin:

Kompjuters mibnijin fuq l-istess pjattaforma u identiċi f’kull aspett ħlief għall-kaxxa u l-kulur jistgħu jkunu kkwalifikati permezz tat-tressiq tad-dejta tat-test għal mudell uniku rappreżentattiv.

Jekk mudell ta’ prodott jitqiegħed fis-suq f’konfigurazzjonijiet multipli, l-imsieħeb jista’ jirrapporta u jikkwalifika l-prodott taħt numru uniku tal-mudell li jirrappreżenta l-ogħla konfigurazzjoni tal-kurrent elettriku disponibbli fil-familja, milli jirrapporta kull mudell individwali fil-familja; ma għandux ikun hemm konfigurazzjonijiet ta’ konsum ogħla tal-istess mudell tal-prodott mill-konfigurazzjoni rappreżentattiva. F’dan il-każ, l-ogħla konfigurazzjoni tkun tikkonsisti minn: proċessur bl-ogħla kurrent elettriku, il-konfigurazzjoni massima tal-memorja, il-GPU tal-ogħla kurrent elettriku, eċċ. Għas-sistemi li jissodisfaw id-definizzjoni għall-kategoriji multipli (kif iddefinit fit-Taqsima 3.B) skont il-konfigurazzjoni speċifika, il-manifatturi għandhom jippreżentaw il-konfigurazzjoni tal-ogħla kurrent elettriku għal kull kategorija li taħtha jixtiequ li tikkwalifika s-sistema. Pereżempju, sistema li tista’ tiġi kkonfigurata jew bħala kompjuter tal-mejda ta’ Kategorija A jew ta’ Kategorija B tkun teħtieġ li titressaq l-konfigurazzjoni tal-ogħla kurrent elettriku għaż-żewġ kategoriji sabiex tikkwalifika bħala ENERGY STAR. Jekk prodott seta’ jiġi kkonfigurat biex jissodisfa t-tliet kategoriji kollha, kien ikollu jressaq dejta għall-konfigurazzjoni tal-ogħla kurrent elettriku fil-kategoriji kollha. Il-manifatturi ser jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ effiċjenza dwar il-mudelli l-oħrajn kollha fil-familja, inklużi dawk mhux ittestjati jew li għalihom ma ġietx irrappurtata d-dejta.

L-unitajiet/il-konfigurazzjonijiet kollha assoċjati ma’ disinn ta’ mudell ta’ prodott, li għalih l-Imsieħeb ikun qed ifittex il-kwalifika ENERGY STAR, għandhom jissodisfaw Ir-rekwiżiti tal-ENERGY STAR. Jekk l-Imsieħeb jixtieq jikkwalifika l-konfigurazzjonijiet ta’ mudell li għalih jeżistu konfigurazzjonijiet li ma jikkwalifikawx alternattivi, l-Imsieħeb għandu jassenja lill-konfigurazzjonijiet li jikkwalifikaw identifikatur bl-użu tal-isem/numru tal-mudell li huwa uniku għall-Konfigurazzjonijiet ikkwalifikati ENERGY STAR. Dan l-identifikatur għandu jintuża b’mod konsistenti flimkien mal-konfigurazzjonijiet li jikkwalifikaw fil-materjali ta’ kummerċjalizzazzjoni/bejgħ u fuq il-lista ENERGY STAR tal-prodotti kkwalifikati (eż. il-mudell A1234 għall-konfigurazzjonijiet ta’ linja bażi u A1234-ES għall-konfigurazzjonijiet li jikkwalifikaw għal ENERGY STAR).

5.   Data ta’ implimentazzjoni

Id-data meta l-manifatturi jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star se tiġi ddefinita bħala d-data ta’ implimentazzjoni tal-ftehim.

Kompjuters desktop, Kompjuters desktop integrati, Notebooks, Stazzjon tax-xogħol, Server fuq skala żgħira:

Id-data tal-implimentazzjoni tal-verżjoni 5.0 ENERGY STAR għal Kompjuters Desktop, Kompjuters Desktop Integrati, Notebooks, Stazzjonijiet tax-Xogħol, Servers fuq skala żgħira u Terminal dipendenti hija l-1 ta’ Lulju 2009. Il-prodotti kollha, inklużi l-mudelli li oriġinarjament ikkwalifikaw taħt il-Verżjoni 4.0, bid-data tal-fabbrikazzjoni dik tal-1 ta’ Lulju 2009 jew wara, għandhom jissodisfaw Ir-rekwiżiti ta’ din il-Verżjoni 5.0 sabiex jikkwalifikaw għal Energy Star. Il-consoles tal-logħob bid-data tal-fabbrikazzjoni tal-1 ta’ Lulju 2010 jew wara għandhom jissodisfaw Ir-rekwiżiti ta’ din il-Verżjoni 5.0 sabiex jikkwalifikaw għal Energy Star. Kwalunkwe ftehim li twettaq qabel dwar is-suġġett tal-kompjuters ikkwalifikati għal Energy Star għandu jintemm b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2009.

6.   Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjonijiet

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriżervaw id-dritt li jirrevedu l-ispeċifikazzjoni f’każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi jew l-industrija jew l-impatt tagħha fuq l-ambjent. B’konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni ser jiġu diskussi mal-partijiet interessati. Jekk jogħġbok innota li, f’każ ta’ reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, il-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja ta’ mudell ta’ prodott. Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, mudell ta’ prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR li tkun fis-seħħ fid-data tal-manifattura tal-mudell.

Appendiċi A

Proċedura tal-ittestjar ENERGY STAR li Tiddetermina l-Użu tal-Kurrent Elettriku tal-Kompjuters fl-istat Mitfi, Stennija u Inattiv

Il-protokoll li ġej għandu jiġi segwit meta jitkejlu l-livelli ta’ konsum tal-kurrent elettriku tal-kompjuters għall-konformità mal-livelli tal-istat Mitfi, ta’ Stennija u Inattiv mogħtija fil-Verżjoni 5.0 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Kompjuter ENERGY STAR. L-imsieħba għandhom ikejlu kampjun rappreżentattiv tal-konfigurazzjoni kif ittrasportata lill-klijent. Madankollu, l-Imsieħeb m’għandux bżonn jikkunsidra l-bidliet fil-konsum tal-kurrent elettriku li jistgħu jirriżultaw minn żidiet ta’ komponenti, BIOS u/jew il-konfigurazzjonijiet tas-softwer li jsiru mill-utent tal-kompjuter wara l-bejgħ tal-prodott. Din il-proċedura hija maħsuba li tiġi segwita fl-ordni u fejn hu opportun il-modalità li qed tiġi ttestjata tiġi ttikkettata.

Il-kompjuters għandhom jiġu ttestjati bil-konfigurazzjonijiet l-issettjarmat-trasport sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-proċedura tat-test f’dan l-Appendiċi A. L-istadji li jeħtieġu struttura alternattiva jiġu mmarkati bl-asterisk (“*”).

I.   Definizzjonijiet

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f’dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet li jinsabu fil-Verżjoni 5.0 tal-Kriterji ta’ Eliġibbiltà għall-Kompjuters ENERGY STAR.

1.   UUT: UUT huwa akronimu għal “unità li qed tiġi ttestjata” (“unit under test”) li f’dan il-każ jirreferi għall-kompjuter li qed jiġi ttestjat.

2.   UPS: UPS huwa akronimu għal “Provvista mingħajr Interruzzjoni ta’ Kurrent” (“Uninterruptible Power Supply”), li jirreferi għal kumpless ta’ konvertituri, swiċċijiet u mezzi ta’ ħażna tal-enerġija, pereżempju batteriji, li jikkostitwixxi provvista ta’ kurrent biex tinżamm il-kontinwità fil-kurrent elettriku f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ kurrent.

II.   Rekwiżiti għall-Ittestjar

1.   Miter approvat:

Il-miters approvati għandhom jinkludu l-karatteristiċi li ġejjin (1):

Riżoluzzjoni tal-kurrent elettriku ta’ 1 mW jew aħjar;

Disponibbiltà tal-ogħla fattur tal-kurrent ta’ 3 jew aktar fil-valur nominali tagħhom; u

Limitu minimu ta’ isfel tal-medda tal-kurrent ta’ 10 mA jew inqas.

Flimkien mal-karatteristiċi ta’ hawn fuq huma ssuġġeriti dawn li ġejjin:

Rispons ta’ frekwenza ta’ mill-anqas 3 kHz; u

Kalibrazzjoni bi standard li jkun traċċabbli għall-L-Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija (NIST). tal-Istati Uniti.

Ikun jaqbel ukoll li l-istrumenti tal-kejl ikunu kapaċi joħorġu medja preċiża tal-kurrent elettriku tul kwalunkwe intervall ta’ ħin magħżul mill-utent (dan normalment isir b’kalkolu matematiku intern li jiddividi bil-ħin l-enerġija akkumulata fil-miter, li huwa l-approċċ l-aktar preċiż). Bħala alternattiva, l-istrument tal-kejl għandu jkun kapaċi jintegra l-enerġija tul kwalunkwe intervall ta’ ħin magħżul mill-utent b’riżoluzzjoni tal-enerġija ta’ 0.1 mWh jew anqas u jintegra l-ħin muri b’riżoluzzjoni ta’ sekonda (1) jew anqas.

2.   Preċiżjoni

Il-kejl tal-enerġija ta’ 0.5 W jew iktar għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0.5 W għandu jsir b’inċertezza ta’ 0.01 W jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. L-istrument tal-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjoni ta’:

0.01 W jew aħjar għall-kejl tal-kurrent elettriku ta’ 10 W jew anqas;

0.1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 10 W u sa 100 W; u

1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ iktar minn 100 W.

Iċ-ċifri kollha tal-kurrent elettriku għandhom ikunu f’watts u rranġati sat-tieni punt deċimali. Għal tagħbijiet ekwivalenti jew akbar minn 10 W, għandhom jiġu rrapurtati tliet ċifri sinifikanti.

3.   Kundizzjonijiet tat-Test

Vultaġġ tal-Provvista:

L-Amerka ta’ Fuq/Tajwan:

115 (± 1 %) Volts AC, 60 Hz (± 1 %)

L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand:

230 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)

Il-Ġappun:

100 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)/60 Hz (± 1 %)

Nota: Għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1.5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ± 4 %

Distorsjoni Armonika Totali (THD) (Vultaġġ):

< 2 % THD (< 5 % għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1.5 kW)

Temperatura Ambjentali:

23 °C ± 5 °C

Umdità Relattiva:

10 – 80 %

(Referenza tal-IEC 62301: Household Electrical Appliances – Measurement of Standby Power, Taqsimiet 4.2, 4.3, 4.4)

4.   Konfigurazzjoni tat-Test

Il-konsum tal-kurrent elettriku ta’ kompjuter għandu jitkejjel u jiġi ttestjat minn sors ta’ kurrent alternanti għall-UUT.

Jekk l-UUT (unit under test) tissapportja l-Ethernet, trid tkun imqabbda ma’ swiċċ ta’ netwerk tal-Ethernet li jiflaħ għall-veloċitajiet l-aktar għoljin u l-aktar baxxi tan-netwerk. Il-konnessjoni tan-netwerk trid tkun mixgħula tul it-testijiet kollha.

III.   Proċedura tat-Test għall-Istat Mitfi, Stennija u Inattiv għall-Prodotti tal-Kompjuter kollha

Il-konsum tal-kurrent elettriku tal-kurrent alternanti ta’ kompjuter għandu jitkejjel kif ġej:

Tħejjija tal-UUT

1.

Irreġistra l-isem tal-manifattur u tal-mudell tal-UUT.

2.

Ara li l-UUT jkun imqabbad ma’ riżorsi ta’ netwerk kif inhu spjegat hawn taħt, u li l-UUT iżżomm din il-konnessjoni għal matul l-ittestjar, u tagħtix każ tal-waqfiet qosra meta jkun hemm tranżazzjoni bejn il-veloċità ta’ kollegament u oħra.

(a)

Il-kompjuters desktop, il-kompjuters desktop integrati u n-notebooks għandhom jitqabbdu ma’ swiċċ mixgħul tan-netwerk Ethernet (IEEE 802.3) kif inhu speċifikat fit-Taqsima II, “Konfigurazzjoni tat-Test,” hawn fuq. Il-kompjuter għandu jżomm din il-konnessjoni mixgħula mas-swiċċ matul it-test, u jiġu injorati l-waqfiet qosra waqt it-tranżazzjonijiet bejn il-veloċità ta’ kollegament u oħra. Il-kompjuters li ma għandhomx l-Ethernet għandhom iżommu konnessjoni bla wajer mixgħula ma’ router bla wajer jew punt ta’ aċċess għan-netwerk matul l-ittestjar.

(b)

Is-servers fuq skala żgħira għandhom jitqabbdu ma’ swiċċ mixgħul ta’ netwerk tal-Ethernet (IEEE 802.3) kif speċifikat fit-Taqsima II, “Konfigurazzjoni tat-Test,” hawn fuq, u li l-konnessjoni hija mixgħula.

(c)

It-terminals dipendenti għandhom jitqabbdu ma’ server mixgħul permezz ta’ swiċċ tan-netwerk mixgħul tal-Ethernet (IEEE 802.3) u jħaddmu softwer b’konnessjoni ma’ terminal jew b’distanza.

3.

Qabbad miter approvat li kapaċi jkejjel il-kurrent elettriku reali għal sors ta’ vultaġġ AC issettjat għal kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza adattata għat-test.

4.

Ipplaggja l-UUT fejn joħroġ il-kejl tal-kurrent elettriku fil-meter. Ma għandhomx jitqabbdu strippi ta’ plakek jew unitajiet ta’ UPS bejn il-miter u l-UUT. Biex ikun hemm test validu l-miter għandu jibqa’ f’postu sakemm tiġi rreġistrata d-dejta kollha tal-kurrent elettriku fl-istat Mitfi, Stennija u Inattiv.

5.

Irreġistra l-vultaġġ u l-frekwenza tal-AC.

6.

Ibbutja l-kompjuter u stenna sakemm is-sistema operattiva tkun illowdjat kompletament. Jekk hemm bżonn, ħaddem is-setup tas-sistema operattiva inizjali u ħalli li jsir l-indiċjar kollu tal-fajls preliminari u proċessi oħrajn ta’ darba/perjodiċi sakemm jitlestew.

7.

Irreġistra l-informazzjoni bażika dwar il-konfigurazzjoni tal-kompjuter - it-tip ta’ kompjuter, l-isem u l-verżjoni tas-sistema operattiva, it-tip u l-veloċità tal-proċessur, u t-total tal-memorja fiżika u disponibbli, eċċ.

8.

Irreġistra l-informazzjoni bażika dwar il-kard tal-vidjow jew il-graphics chipset (jekk ikun il-każ) - l-isem tal-kard tal-vidjow, il-wisa’ tal-frame buffer, ir-riżoluzzjoni, l-ammont tal-memorja li fiha, u l-bits għal kull pixel.

9.

* Kun ċert li l-UUT huwa kkonfigurat mat-trasport inklużi l-aċċessorji kollha, l-attivazzjoni tal-WOL, u s-softwer li jasal b’mod awtomatiku. L-UUT għandha tiġi kkonfigurata wkoll bl-użu tar-rekwiżiti li ġejjin għat-testijiet kollha:

(a)

Sistemi ta’ kompjuters desktop li jaslu mingħajr aċċessorji għandhom jiġu konfigurati b’maws standard, tastiera u moniter estern tal-kompjuter.

(b)

In-Notebooks għandhom jinkludu l-aċċessorji kollha li jintbagħtu mas-sistema, u li ma hemmx bżonn jinkludu tastiera jew maws separati meta jkunu mgħammra b’apparat għall-indikazzjoni integrat jew b’diġitizzatur.

(c)

In-Notebooks għandu jkollhom l-unità(jiet) tal-batterija mneħħija għat-testijiet kollha. Għal sistemi li ma jistgħux jiġu konfigurati biex joperaw mingħajr batterija it-test jista’ jsir b’unità(jiet) tal-batterija installati u ċċarġjati kompletament, u għandu jiġi żgurat li din il-konfigurazzjoni tiġi rrapurtata fir-riżultati tat-testijiet.

(d)

Servers fuq skala żgħira u t-terminals dipendenti li jaslu mingħajr aċċessorji għandhom jiġu konfigurati b’maws standard, tastiera u moniter estern tal-kompjuter (jekk is-server ikollu l-funzjoni tal-moniters).

(e)

Għall-kompjuters li għandhom l-Ethernet, il-kurrent għal radjijiet bla wajers għandu jintefa għat-testijiet kollha. Dan japplika għal adattaturi ta’ netwerks bla wajer (eż., 802.11) jew għal protokolli bla wajer minn apparat għal apparat. Għall-kompjuters li ma għandhomx Ethernet, il-kurrent ma’ radju LAN bla wajer (eż. IEEE 802.11) għandu jibqa’ mixgħul waqt l-ittestjar u jrid iżomm konnessjoni bla wajer mixgħula ma’ router bla wajer jew punt ta’ aċċess għan-netwerk, li jissapportja l-veloċitajiet tad-dejta l-iktar għolja u l-iktar baxxi tar-radju klijent waqt l-ittestjar kollu.

(f)

Il-hard drives ewlenin jistgħu ma jkunux ġestiti bil-kurrent (“spun-down”) waqt l-ittestjar fil-modalità Inattiv sakemm ma jkollhomx memorja cache li mhix volatili integrali (eż. hard drives “ibridi”). Jekk mat-trasport tiġi installata iktar minn hard drive interna waħda, il-hard drive(s) interna li mhix ewlenija tista’ tiġi ttestjata bil-ġestjoni tal-kurrent tal-hard drive attivata mat-trasport. Jekk dawn id-drives addizzjonali ma humiex ġestiti bil-kurrent meta jaslu għand il-klijent, għandhom jiġu ttestjati mingħajr dawn il-karatteristiċi.

10.

Il-linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti biex jiġi kkonfigurat l-issettjar tal-kurrent elettriku għall-moniters (mingħajr ebda aġġustament ieħor tal-konfigurazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kurrent elettriku):

(a)

Għal kompjuters b’moniters esterni (il-biċċa l-kbira tal-kompjuters desktop): uża l-konfigurazzjoni tal-ġestjoni tal-kurrent elettriku tal-moniter tal-kompjuter biex tevita li l-moniter jintefa biex tiżgura li jibqa’ mixgħul għat-tul kollu tat-test tal-istat Inattiv kif deskritt hawn taħt.

(b)

Għall-kompjuters b’moniters integrati (notebooks u sistemi integrati): uża l-konfigurazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kurrent elettriku biex tissettja l-moniter ħalli jintefa wara minuta.

11.

Itfi l-UUT.

Ittestjar tal-Modalità Mitfi

12.

Bl-UUT mitfi u f’Modalità Mitfi, issettja l-miter biex tibda takkumula l-valuri reali tal-kurrent elettriku f’intervall ta’ qari wieħed jew inqas kull sekonda. Akkumula l-valuri tal-kurrent elettriku għal ħames minuti oħra u rreġistra l-valur medju (il-medja aritmetika) osservat matul dawk il-ħames minuti (2).

Ittestjar tal-Istat Inattiv

13.

Ixgħel il-kompjuter u ibda rreġistra l-ħin li jgħaddi billi tibda minn meta l-kompjuter jinxtegħel inizjalment jew eżatt wara li titlesta kull attività ta’ login meħtieġa biex is-sistema tiġi bbutjata kompletament. Ladarba tkun illoggjat u bis-sistema operattiva llowdjata u lesta kompletament, agħlaq kwalunkwe tieqa miftuħa ħalli jkun jidher l-iskrin operattiv standard tal-kompjuter desktop jew l-iskrin lest ekwivalenti. Bejn ħames u 15-il minuta wara l-ibbutjar jew il-login, issettja l-miter biex jibda jakkumula l-valuri reali tal-kurrent elettriku f’intervalli ta’ qari wieħed kull sekonda. Akkumula l-valuri tal-kurrent elettriku għal ħames minuti oħra u rreġistra l-valur medju (il-medja aritmetika) osservat matul dawk il-ħames minuti.

Ittestjar tal-Istat Stennija

14.

Wara li jkun lest il-kejl tal-istat Inattiv, itfa’ l-kompjuter fil-modalità Stennija. Irrisettja l-miter (jekk hemm bżonn) u ibda akkumula l-valuri reali tal-kurrent elettriku f’intervalli ta’ qari wieħed kull sekonda. Akkumula l-valuri tal-kurrent elettriku għal 5 minuti oħra u rreġistra l-valur medju (il-medja aritmetika) osservat matul dawk il-5 minuti.

15.

Jekk qed tittestja l-WOL attivata kif ukoll diżattivata għall-istat Stennija, erġa’ ħaddem il-kompjuter u biddel il- konfigurazzjon tal-WOL mill-istat Stennija permezz tal-konfigurazzjonijiet tas-sistema operattiva jew b’xi mezz ieħor. Erġa’ itfa’ l-kompjuter fl-istat Stennija u rrepeti l-istadju 14, filwaqt li tirreġistra l-kurrent elettriku meħtieġ għal din il-konfigurazzjoni alternata.

Rappurtar tar-Riżultati tat-Test.

16.

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif xieraq, u l-informazzjoni meħtieġa kollha trid tkun inkluża, fosthom il-valuri modali tal-qawwa u l-aġġustamenti funzjonali eliġibbli għall-kompjuters desktop, kompjuters desktop integrati u notebooks.

IV.   Test tal-Kurrent Elettriku Massimu għall-Istazzjonijiet tax-Xogħol

Il-kurrent elettriku massimu għall-istazzjonijiet tax-xogħol jinsab bit-tħaddim simultanju ta’ żewġ valuri indikattivi industrijali standard: Linpack biex titfa’ taħt prova is-sistema ċentrali (eż., il-proċessur, il-memorja, eċċ.) u SPECviewperf® (l-iktar verżjoni riċenti disponibbli għall-UUT) biex titfa’ taħt prova l-GPU tas-sistema. Aktar informazzjoni dwar dawn il-valuri indikattivi, inkluż it-tniżżil ta’ programmi b’xejn, hija disponibbli fuq l-indirizz URL hawn taħt:

Linpack

http://www.netlib.org/linpack/

SPECviewperf®

http://www.spec.org/benchmarks.html#gpc

Dan it-test għandu jiġi ripetut tliet darbiet fuq l-istess UUT, u t-tliet kejliet għandhom jaqgħu f’tolleranza ta’ ±2 % mqabblin mal-medja tat-tliet valuri mkejlin ta’ kurrent elettriku massimu.

Il-kejl tal-konsum massimu tal-kurrent AC ta’ stazzjon tax-xogħol għandu jsir kif ġej:

Tħejjija tal-UUT

1.

Qabbad miter approvat li kapaċi jkejjel il-kurrent elettriku reali għal sors ta’ vultaġġ AC issettjat għal kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza adattata għat-test. Il-miter għandu jkun kapaċi jaħżen u joħroġ il-kejl tal-kurrent elettriku massimu milħuq matul it-test jew ikun kapaċi jiddetermina l-kurrent elettriku massimu b’metodu ieħor.

2.

Ipplaggja l-UUT fejn joħroġ il-kejl tal-kurrent elettriku fil-meter. Ma għandhomx jitqabbdu strippi ta’ plakek jew unitajiet ta’ UPS bejn il-miter u l-UUT.

3.

Irreġistra l-vultaġġ AC.

4.

* Ibbutja l-kompjuter u, jekk ma jkunx diġà installat, installa l-Linpack u s-SPECviewperf kif indikat fil-Websajts imsemmijin hawn fuq.

5.

Issettja l-Linpack bil-konfigurazzjonijiet tal-bidu għall-istruttura partikolari tal-UUT u ssettja d-daqs xieraq “n” tal-array biex jinġibed il-kurrent elettriku massimu tul it-test.

6.

Ara li jiġu sodisfatti l-linji gwida kollha ssettjati mill-organizzazzjoni SPEC biex jitħaddem is-SPECviewperf.

Ittestjar tal-Kurrent Elettriku Massimu

7.

Issettja l-miter biex tibda takkumula l-valuri reali tal-kurrent elettriku f’intervalli ta’ qari wieħed kull sekonda, u ibda ħu l-kejl. Iftaħ is-SPECviewperf u n-numru meħtieġ ta’ okkorrenzi simultanji tal-Linpack biex titfa’ s-sistema taħt prova totali.

8.

Akkumula l-valuri tal-kurrent elettriku sakemm is-SPECviewperf u l-okkorrenzi kollha jkunu tlestew. Irreġistra l-valur tal-kurrent elettriku massimu miksub matul it-test.

Rappurtar tar-Riżultati tat-Test

9.

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif xieraq bl-informazzjoni meħtieġa kollha inkluża.

10.

Hekk kif titressaq id-dejta, il-manifatturi jridu jinkludu wkoll id-dejta li ġejja:

a.

Il-valur ta’ n (id-daqs tal-array) użat għal-Linpack,

b.

In-numru tal-kopji simultanji tal-Linpack li ntużaw matul it-test,

c.

Il-verżjoni ta’ SPECviewperf użata għat-test,

d.

L-ottimizzazzjonijiet kollha tal-kompilatur użati waqt il-kompilazzjoni tal-Linpack u tal-SPECviewperf, kif ukoll

e.

Binarju kkompilat minn qabel għall-utenti finali biex iniżżlu u jħaddmu kemm is-SPECviewperf kif ukoll il-Linpack. Dawn jistgħu jitqassmu jew permezz ta’ entità ċentralizzata ta’ standards bħall-SPEC, mill-OEM jew minn parti terza relatata.

V.   Verifikazzjoni kontinwa

Din il-proċedura ta’ ittestjar tiddeskrivi l-metodu li bih unità unika tista’ tiġi ttestjata għall-konformità. Huwa rrakkomandat ħafna li jkun hemm proċess ta’ ittestjar kontinwu biex jiġi żgurat li l-prodotti minn linji ta’ produzzjoni differenti jkunu konformi mal-ENERGY STAR.

Appendiċi B

KALKOLI KAMPJUN

I.

Kompjuters desktop, Kompjuters desktop integrati, Notebooks: Dan ta’ hawn taħt huwa kampjun tal-kalkolu TEC maħsub biex juri kif il-livelli ta’ konformità jiġu determinati fuq estensjonijiet funzjonali u miżuri ta’ modi operazzjonali, pereżempju l-evalwazzjoni ETEC għal Notebook ta’ Kategorija A (GPU integrat, Memorja 8 GB installata, 1 HDD)

1.

Kejjel il-valuri bl-użu tal-proċedura tal-ittestjar tal-Appendiċi A.

Mitfi = 1 W

Stennija – 1.7 W

Inattiv = 10 W

2.

Iddetermina liema aġġustamenti funzjonali japplikaw:

Grafiċi integrati? Ma tapplikax għall-Grafiċi Premium.

Memorja 8GB installata. Jissodisfa l-livell ta’ aġġustament tal-memorja: 8 jikkorrispondi għall-aġġustament 1.6 kWh (4 0.4 kWh).

3.

Applika l-koeffiċjenti ibbażżati fuq it-Tabella 2 biex jiġi kkalkulat it-TEC:

Tabella 2 (għal notebooks konvenzjonali):

Tmitfi

60  %

Tstennija

10  %

Tinattiv

30  %

Formula

Formula

Formula

= 33.03 kWh

4.

Iddetermina Ir-rekwiżit TEC għall-kompjuter billi żżid kwalunkwe aġġustamenti funzjonali (stadju 2) mar-rekwiżit bażi TEC (Tabella 1).

Tabella 1 (għal notebooks):

Notebooks (kWh)

Kategorija A

40

Kategorija B

53

Kategorija C

88.5

Formula

5.

Qabbel ETEC mar-rekwiżit TEC tal-ENERGY STAR (stadju 4) biex tiżgura jekk il-mudell jikkwalifikax.

Ir-rekwiżit TEC għal kategorija A: 41.6 kWh

ETEC: 33.03 kWh

33.03 kWh < 41.6 kWh

In-Notebook jissodisfa r-rekwiżiti tal-ENERGY STAR.

II.

Stazzjonijiet tax-xogħol Dan ta’ hawn taħt huwa kampjun tal-kalkolu tal-PTEC għal Stazzjon tax-xogħol b’żewġ hard drives.

1.

Kejjel il-valuri bl-użu tal-proċedura tal-ittestjar tal-Appendiċi A.

Mitfi = 2 W

Stennija – 4 W

Inattiv = 80 W

Qawwa massima = 180 W

2.

Ħu nota tan-numru ta’ Hard Drives installati.

Żewġ hard drives installati matul it-test.

3.

Applika l-koeffiċjenti ibbażżati fuq it-Tabella 4 biex jiġi kkalkulat il-PTEC:

Tabella 4:

Tmitfi

35  %

Tstennija

10  %

Tinattiv

55  %

Formula

Formula

≤ 45.10 W

4.

Ikkalkula r-rekwiżit PTEC bl-użu tal-formola fit-Tabella 3.

Formula

Formula

PTEC = 53.2

5.

Qabbel il-PTEC aġġustat għal-livelli tal-ENERGY STAR biex tiddetermina jekk jikkwalifikax il-mudell.

45.10 < 53.2

L-istazzjon tax-xogħol jissodisfa r-rekwiżiti tal-ENERGY STAR.

II.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DISPLAY

1.   Definizzjonijiet

A.   Id-Display Elettroniku (li ssir referenza għalih ukoll bħala d-“Display”): Prodott li huwa disponibbli kummerċjalment bi skrin tad-display u komponenti elettroniċi assoċjati, li ta’ spiss ikunu integrati fi struttura unika separata, li bħala l-funzjoni ewlenija tiegħu juri informazzjoni viżwali minn (i) kompjuter, stazzjon tax-xogħol (workstation) jew server permezz ta’ input wieħed jew iktar, bħall-VGA, DVI, HDMI, jew IEEE 1394, jew (ii) USB flash drive, karta tal-memorja, jew konnessjoni mal-Internet mingħajr wajer. It-teknoloġiji komuni tad-display jinkludu liquid crystal display (LCD), light emitting diode (LED), cathode-ray tube (CRT), u plasma display panel (PDP).

B.   Provvista Esterna tal-Enerġija: Komponent integrat f’kaxxa esterna separata mill-kaxxa tad-display u mfassal biex jaqleb il-vultaġġ tal-input ta’ kurrent alternanti (AC) mill-mejn għal vultaġġ(i) iktar baxx(i) ta’ kurrent dirett (DC) sabiex jitħaddem id-display. Provvista esterna tal-enerġija (EPS) għandha taqbad mad-display permezz ta’ konnessjoni elettrika maskili/femminili, kejbil, fil jew wajer ieħor li huma permanenti jew li jistgħu jitneħħew.

C.   Modalità Mixgħul: Il-modalità operattiva ta’ display li huwa (i) imqabbad ma’ sors tal-enerġija, (ii) għandu s-swiċċijiet mekkaniċi kollha mixgħula, u (iii) qed jaqdi l-funzjoni primarja tiegħu li jipproduċi immaġni.

D.   Modalità Stennija: Il-modalità operattiva ta’ display li huwa (i) imqabbad ma’ sors tal-enerġija, (ii) għandu s-swiċċijiet mekkaniċi kollha mixgħula, u (iii) u tpoġġa fuq modalità b’enerġija baxxa billi jirċievi sinjal mill-apparat ikkonnettjat (eż. kompjuter, konsol tal-logħob, jew kaxxa set-top) jew permezz ta’ funzjoni interna bħal tajmer li jwaqqaf l-enerġija jew sensor li jitfi d-dawl meta d-display ma jkunx qed jintuża. Il-Modalità Stennija hija kkunsidrata bħala kundizzjoni “soft” ta’ konsum baxx, għax id-display jista’ jitneħħa mill-Modalità Stennija billi jirċievi sinjal mill-apparat konness jew permezz ta’ funzjoni interna.

E.   Modalità Mitfi: Il modalità operattiva ta’ display li hija (i) mqabbda ma’ sors tal-enerġija, (ii) tinxtegħel permezz ta’ swiċċ, u (iii) ma tipprovdi l-ebda funzjoni. L-utent għandu juża swiċċ mekkaniku biex l-apparat ma jibqax fuq il-Modalità Mitfi. Jekk ikun hemm iktar minn swiċċ wieħed ta’ dan it-tip, il-persuna responsabbli mit-test għandu juża l-iktar swiċċ disponibbli faċilment.

F.   Luminanza: Il miżura fotometrika tal-intensità luminuża għal kull unità ta’ medda dawl li tivvjaġġa f’direzzjoni speċifikata. Din il-miżura tiddeskrivi l-ammont ta’ dawl li jgħaddi jew li joħroġ minn taqsima partikolari, u li jaqa’ f’angolu solidu speċifikat. L-unità standard għal-luminanza hija candela għal kull metru kwadru (cd/m2).

G.   Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità: Għad-displays, il-kontrolli awtomatiċi tal-luminożità huma l-mekkaniżmu awtomatiku li jikkontrolla l-luminożità tad-display bħala funzjoni tad-dawl ambjentali.

2.   Prodotti li jikkwalifikaw:

Biex jikkwalifika għall-ENERGY STAR, id-display għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

A.

Daqs djagonali tal-iskrin massimu viżibbli: Id-display għandu jkollu daqs djagonali tal-iskrin viżibbli ta’ inqas jew daqs (≤) 60 pulzier.

B.

Sors tal-Enerġija: Id-display għandu jieħu l-enerġija minn plakka ta’ mal-ħajt tal-AC separata, unità tal-batterija li tinbiegħ b’adattur tal-AC, jew konnessjoni tad-dejta jew tan-netwerk.

C.

Tjuners tat-Televixin: Jekk id-display għandu tjuner tat-televixin integrat, jista’ jikkwalifika għall-ENERGY STAR skont din l-ispeċifikazzjoni sakemm jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ primarjament lill-konsumaturi bħala display jew display b’funzjoni doppja u televixin. Kwalunkwe display bi tjuner tat-televixin li jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ esklussivament bħala televixin mhuwiex eliġibbli biex jikkwalifika skont din l-ispeċifikazzjoni. Skont il-Livell 2 ta’ din l-ispeċifikazzjoni, dawk id-displays mingħajr tjuners biss jistgħu jikkwalifikaw; displays bit-tjuners jistgħu jikkwalifikaw skont il-Livell 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 3.0 tal-ENERGY STAR TV.

D.

Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC): Biex jikkwalifika għall-ENERGY STAR bl-użu tal-formula tal-konsum tal-enerġija tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità bil-Modalità Mixgħul, id-display għandu joħroġ mill-fabbrika bl-ABC attivat awtomatikament.

E.

Provvista Esterna tal-Enerġija: Jekk id-display joħroġ mill-fabbrika b’EPS, l-EPS għandu jikkwalifika għall-ENERGY STAR jew jissodisfa l-livelli ta’ effiċjenza fil-modalità ta’ mingħajr tagħbija jew attiva previsti fIr-rekwiżiti ta’ Programm tal-ENERGY STAR għal Provvisti ta’ Kurrenti Esterni b’Vultaġġ Uniku AC-AC u AC-DC. L-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR u l-lista ta’ prodotti kkwalifikati hija disponibbli fuq is-sit www.energystar.gov/powersupplies.

F.

Rekwiżiti għall-Ġestjoni tal-Enerġija: Id-display għandu jkollu għall-inqas mekkaniżmu wieħed attivat awtomatikament li jħalli d-display jidħol awtomatikament f’Modalità Stennija jew Mitfi. Pereżempju, il-konnessjonijiet tad-dejta jew tan-netwerk għandhom jippermettu li d-display jintefa skont il-mekkaniżmi standard, bħas-Sinjalar tal-Ġestjoni tal-Enerġija tad-Display. Id-displays li jiġġeneraw il-kontenut tagħhom stess għandu jkollhom sensor jew tajmer attivat awtomatikament biex iħaddem awtomatikament il-Modalità Stennija jew Mitfi.

3.   Kriterji tal-użu effiċjenti tal-enerġija

A.   Rekwiżiti tal-Modalità Mixgħul

1.   Livell 1

Biex jikkwalifika għall-Energy Star, id-display ma għandux jaqbeż il-massimu tal-konsum tal-elettriku tal-Modalità Mixgħul (PO jew PO1) kif ikkalkulat permezz tal-formula ta’ hawn taħt. Il-konsum massimu tal-elettriku tal-Modalità Mixgħul huwa indikat f’watts u approssimat għall-eqreb deċimu ta’ watt.

Tabella 1:   Ir-rekwiżiti tal-Livell 1 tal-Konsum tal-Enerġija bil-Modalità Mixgħul

Kategorija tad-Display

Modalità Mixgħul Massima Konsum tal-Enerġija

(W)

Daqs Djagonali tal-Iskrin < 30 pulzier

Riżoluzzjoni tal-Iskrin ≤ 1.1 MP

Formula

Daqs Djagonali tal-Iskrin < 30 pulzier

Riżoluzzjoni tal-Iskrin > 1.1 MP

Formula

Daqs Djagonali tal-Iskrin 30 - 60 pulzier

Ir-Riżoluzzjonijiet Kollha tal-Iskrin

Formula

Meta:

MP= Riżoluzzjoni tad-Display (megapiksils)

A= Erja viżibbli tal-iskrin (pulzieri kwadri)

EŻEMPJU: Il-konsum massimu tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul għal display b’riżoluzzjoni ta’ 1 440 × 900, jew 1 296 000 pixels, daqs djagonali tal-iskrin viżibbli ta’ 19-il pulzier u erja viżibbli tal-iskrin ta’ 162 pulzier kwadru, ikun: Formula watts meta approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt.

Tabella 2:   Kampjun tar-Rekwiżiti tal-Livell 1 tal-Konsum tal-Enerġija bil-Modalità Mixgħul  (3)

Dijagonali

Daqs tal-Iskrin

(pulzieri)

Ir-riżoluzzjoni

Megapixels

Dimensjonijiet tal-Iskrin

(pulzieri)

Erja tal-Iskrin

(pulzieri kwadri)

Konsum Massimu tal-Elettriku tal-Modalità Mixgħul

(watts)

7

800 × 480

0,384

5.9 × 3.5

21

6.4

19

1 440  × 900

1.296

16.07 × 10.05

162

22.8

26

1 920  × 1 200

2.304

21.7 × 13.5

293

38.4

42

1 360  × 768

1.044

36 × 20

720

202.4

50

1 920  × 1 080

2.074

44 × 24

1 056

293.1

2.   Livell 2

Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, id-display ma għandux jaqbeż il-valur tal-formuli li ġejjin għall-konsum massimu tal-Modalità Mixgħul: TBD

3.   Displays b’Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC)

Għad-displays li joħorġu mill-fabbrika bl-ABC attivat awtomatikament tintuża formula alternattiva biex jiġi kkalkulat il-konsum massimu tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul

Formula

fejn PO1 hija l-medja ta’ konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul f’watts, approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt, Ph huwa l-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali baxx. Il-formula tassumi li d-display se jkun f’kundizzjonijiet ta’ dawl ambjentali baxx għal 20 % tal-ħin.

B.   Rekwiżiti tal-Modalità Stennija u Mitfi:

1.   Livelli 1 u 2

Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, id-display ma għandux jaqbeż il-livelli massimi tal-konsum tal-enerġija għall-Modalitajiet Stennija u Mitfi pprovduti fit-Tabella 3, hawn taħt: Id-displays li jista’ jkollhom aktar minn Modalità waħda Stennija (jiġifieri Stennija u Stennija passiva) għandhom jissodisfaw Ir-rekwiżiti tal-Modalità Stennija fil-modalitajiet Stennija kollha.

Eżempju: Riżultat tat-test tad-display ta’ 3 watts fi Stennija u 2 watts fi Stennija passiva ma jikkwalifikax għax il-konsum tal-enerġija f’wieħed mill-Modalitajiet Stennija ikun qabeż il-Limitu tal-Livell 1 ta’ 2 watts.

Tabella 3:   Ir-rekwiżiti tal-Konsum tal-Enerġija bil-Modalità Stennija u Mitfi għad-Displays kollha

Mezz

Livell 1

Livell 2

Konsum Massimu tal-Enerġija bil-Modalità Stennija (W)

≤ 2

≤ 1

Konsum Massimu tal-Enerġija bil-Modalità Mitfi (W)

≤ 1

≤ 1

4.   Rekwiżiti tat-test

Kin għandha tintuża din it-Taqsima

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jużaw, fejn possibbli, prattiki tal-industrija li huma aċċettati fuq firxa wiesgħa biex ikejlu l-prestazzjoni tal-prodott u l-konsum tal-enerġija skont kundizzjonijiet tipiċi tat-tħaddim. Il-metodi ta’ ittestjar f’din l-ispeċifikazzjoni huma bbażati fuq standards tal-Kumitat tal-Metroloġija tad-Displays tal-Assoċjazzjoni tal-Istandards tal-Vidjos Elettroniċi (Video Electronics Standards Association(VESA)) u l-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (International ElectroTechnical Commission (IEC)). F’każijiet fejn l-istandards tal-VESA u l-IEC ma kinux biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-programm ENERGY STAR, ġew żviluppati metodi tal-ittestjar u tal-kejl b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati tal-industrija.

Sabiex ikun żgurat mezz konsistenti għall-kejl tal-konsum tal-enerġija ta’ prodotti elettroniċi b’tali mod li r-riżultati tat-test ikunu jistgħu jiġu riprodotti, u li fatturi barranin ma jaffetwawx b’mod ħażin ir-riżultati tat-test, għandu jiġi segwit il-protokoll li ġej. Dan il-protokoll għandu erba’ komponenti ewlenin:

Kundizzjonijiet u Strumentazzjoni tat-Test

Konfigurazzjoni

Il-Metodu tat-Test

Dokumentazzjoni

Nota: Il-Metodu tat-Test jinsab fl-Appendiċi 1 u 2. Appendiċi 1 jiddeskrivi l-proċedura tat-test għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa inqas minn (<) 30 pulzier. Appendiċi 2 jiddeskrivi l-proċedura tat-test għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa minn 30 sa 60 pulzier, inklużiv.

L-Imsieħba jistgħu jagħżlu li jużaw laboratorju intern jew indipendenti biex jipprovdi r-riżultati tat-test.

Kontroll tal-Kwalità tal-Faċilità

L-Imsieħba huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR. Sabiex isir l-ittestjar meħtieġ għall-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR, il-prodott għandu jiġi ttestjat b’faċilità li jkollha proċeduri tal-kontroll tal-kwalità għall-monitoraġġ tal-validità tat-testijiet u tal-kalibrazzjonijiet. L-ENERGY STAR tirrakkomanda li dawn it-testijiet isiru f’faċilità li tippermetti r-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni kif deskritti fl-Istandards Internazzjonali tal-ISO/IEC 17025.

Kundizzjonijiet u Strumentazzjoni tat-Test

A.   Protokolli tal-Kejl tal-Enerġija

Il-konsum medju reali tal-enerġija tad-display għandu jitkejjel fil-Modalità Mixgħul, il-Modalità Stennija u l-Modalità Mitfi. Meta jsir il-kejl għaċ-ċertifikazzjoni proprja ta’ mudell ta’ prodott, għall-ewwel l-Unità li qed tiġi ttestjata (Unit Under Test UUT)) għandha tkun fl-istess kundizzjoni (eż. il-konfigurazzjoni u l-issettjar) bħal meta tkun konsenjata lill-klijent, sakemm ma jkunux hemm bżonn ta’ aġġustamenti skont l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

1.

Il-kejl tal-enerġija għandu jittieħed minn punt bejn il-plakka jew is-sors tal-enerġija u l-UUT.

2.

Jekk l-enerġija elettrika ta’ prodott tiġi mill-mejns, USB, IEEE1394, Power-over-Ethernet, sistema tat-telefown, jew kwalunkwe mezz jew kumbinazzjoni ta’ mezzi oħra, għall-kwalifikazzjoni għandha tintuża l-enerġija elettrika AC netta kkunsmata mill-prodott (filwaqt li jitqies it-telf tal-konverżjoni minn AC għal DC).

3.

Il-prodotti li jieħdu l-enerġija minn provvista standard ta’ vultaġġ baxx DC (eż. USB, USB PlusPower, IEEE 1394, u Power Over Ethernet) għandhom jużaw sors xieraq tal-elettriku AC li jagħti elettriku DC. Dan il-konsum tal-enerġija tas-sors tal-elettriku AC għandu jitkejjel u jiġi rreġistrat bħala l-konsum tal-elettriku tal-UUT.

4.

Għal display li jieħu l-enerġija minn USB, għandu jintuża hub bl-elettriku li jservi biss id-display li qed jiġi ttestjat. Għal display li jieħu l-enerġija minn Power Over Ethernet jew USB PlusPower, huwa aċċettabbli li t-tagħmir tad-distribuzzjoni tal-enerġija jitkejjel bid-display konness u bid-display mhux konness, u d-differenza bejn iż-żewġ qari li jsiru tiġi rreġistrata bħala l-konsum tal-enerġija tad-display. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tikkonferma li dan jirrefletti b’mod raġonevoli l-konsum DC tal-unità flimkien ma’ xi konċessjoni għall-ineffiċjenza fil-provvista u fid-distribuzzjoni tal-enerġija.

5.

Kwalunkwe prodott li jista’ jieħu l-enerġija kemm minn sorsi AC kif ukoll minn DC standard b’vultaġġ baxx għandu jiġi ttestjat waqt li jkun qed jaħdem b’enerġija AC.

B.   Rekwiżiti tal-Enerġija b’Input AC

Vultaġġ tal-Provvista:

L-Amerka ta’ Fuq/Tajwan:

115 (± 1 %) Volts AC, 60 Hz (± 1 %)

L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand:

230 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)

Il-Ġappun

100 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)/60 Hz (± 1 %)

 

Nota: Għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1.5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ± 4 %

Distorsjoni Armonika Totali (THD) (Vultaġġ):

< 2 % THD (< 5 % għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1.5 kW)

Temperatura Ambjentali:

23 °C ± 5 °C

Umdità Relattiva:

10 – 80 %

(Referenza IEC 62301 Ed 1.0: Tagħmir Elettriku tad-Dar – Kejl tal-Enerġija Standby, it-Taqsimiet 4.2, 4.3)

C.   Miter approvat

Il-miters approvati għandhom jinkludu l-karatteristiċi li ġejjin. (4)

Disponibbiltà tal-ogħla fattur tal-kurrent ta’ 3 jew aktar fil-valur nominali tagħhom; u

Limitu minimu ta’ isfel tal-medda tal-kurrent ta’ 10 mA jew inqas.

L-istrument tal-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjoni ta’:

0.01 W jew aħjar għall-kejl tal-kurrent elettriku ta’ 10 W jew anqas;

0.1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 10 W u sa 100 W; u

1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ iktar minn 100 W.

Flimkien mal-karatteristiċi ta’ hawn fuq huma ssuġġeriti dawn li ġejjin:

Rispons ta’ frekwenza ta’ mill-anqas 3 kHz; u

Kalibrazzjoni bi standard li jkun traċċabbli għall-Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija tal-Istati Uniti (NIST).

Huwa mixtieq ukoll li l-istrumenti jkunu kapaċi jkejlu l-konsum medju ta’ kull intervall ta’ ħin magħżul mill-utent (l-iktar tagħmir preċiż jagħmel kalkulazzjoni interna biex jiddividi l-enerġija li takkumula bil-ħin li jgħaddi). Bħala alternattiva, l-istrument tal-kejl għandu jkun kapaċi jintegra l-enerġija tul kwalunkwe intervall ta’ ħin magħżul mill-utent b’riżoluzzjoni tal-enerġija ta’ 0.1 mWh jew inqas u jintegra l-ħin muri b’riżoluzzjoni ta’ sekonda (1) jew inqas.

D.   Preċiżjoni

Il-kejl tal-enerġija ta’ 0.5 W jew iktar għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0.5 W għandu jsir b’inċertezza ta’ 0.01 W jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. (5)

Il-kejl kollu għandu jiġi rreġistrat f’watts u approssimat lejn l-eqreb deċimu ta’ watt.

E.   Kundizzjonijiet ta’ Kamra Mudlama

L-ittestjar kollu tal-luminanza għandu jsir f’kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama. Il-kejl tal-illuminanza tal-iskrin tad-display (E) bil-Modalità Mitfi għandu jkun 1.0 lux jew inqas. Il-kejl għandu jsir f’punt li huwa perpendikolari għaċ-ċentru tal-iskrin tad-display bl-użu ta’ Tagħmir tal-Kejl tad-Dawl (LMD) bid-display bil-Modalità Mitfi (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2F).

F.   Protokolli tal-Kejl tad-Dawl

Meta jkun hemm bżonn jitkejjel id-dawl, bħall-illuminanza u l-luminanza, għandu jintuża LMD mad-display li jinsab f’kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama. L-LMD għandu jintuża biex isir il-kejl fiċ-ċentru ta’, u perpendikolari għall-iskrin tad-display (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, l-Appendiċi A115). L-erja tal-wiċċ tal-iskrin li se jitkejjel għandha tkopri mill-inqas 500 pixel, sakemm dan ma jaqbiżx l-ekwivalenti ta’ parti rettangolari bil-ġnub b’tul li huma daqs 10 % tal-għoli u l-wisa’ viżibbli tal-iskrin (f’liema każ japplika dan il-limitu tal-aħħar). Madankollu, il-parti illuminata fl-ebda każ ma tista’ tkun iżgħar mill-parti li qed ikejjel l-LMD (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2H).

Konfigurazzjoni

A.   Periferali

L-ebda tagħmir estern ma għandu jkun konness ma’ hub jew port tal-Universal Serial Bus (USB). Kwalunkwe spiker mibni fuq ġewwa, tuner tat-televixin, eċċ. jista’ jitqiegħed fil-konfigurazzjoni tal-enerġija minima tiegħu, kif aġġustat mill-utent, biex jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija li mhuwiex assoċjat mad-display stess.

B.   Modifiki

Il-modifiki tat-tagħmir bħat-tneħħija taċ-ċirkwit, jew azzjonijiet oħra mhux disponibbli għal utent tipiku, mhumiex permessi.

C.   Interface Analogue vs Diġitali

L-imsieħba huma meħtieġa jittestjaw id-displays tagħhom bl-użu ta’ interface diġitali, ħlief f’dawk il-każijiet fejn wieħed mhuwiex ipprovdut (jiġifieri, displays b’interface diġitali, li għall-finijiet ta’ dan il-metodu tat-test huma definiti bħala li għandhom biss interface diġitali). Għad-displays b’interface diġitali, jekk jogħġbok ara n-nota 1 fl-Appendiċi 1 għall-informazzjoni dwar il-vultaġġ, u segwi l-metodu tat-test fl-Appendiċi 1 u/jew 2, li jiddependi fuq id-daqs djagonali tal-iskrin viżibbli tal-UUT, li juża ġeneratur tas-sinjali diġitali.

D.   Il-Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza

L-Imsieħba għandhom jittestjaw, jikkwalifikaw u jiddokumentaw il-kundizzjonijiet applikabbli għal kull suq li l-prodotti tagħhom għandhom jinbiegħu fih bħala li jikkwalifika għall-ENERGY STAR.

EŻEMPJU: Biex prodott jikseb it-tabella tal-ENERGY STAR kemm fl-Istati Uniti u fl-Ewropa, huwa għandu jikkwalifika kemm f’kumbinazzjoni ta’ 115 V/60Hz kif ukoll 230 V/50Hz. Jekk il-prodott jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kumbinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. 115 Volts/60 Hz), f’dan il-każ il-kwalifika u l-promozzjoni tiegħu bħala ENERGY STAR issir biss f’dawk ir-reġjuni li jappoġġaw il-kumbinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. l-Amerka ta’ Fuq u t-Tajwan).

E.   Provvista Esterna tal-Enerġija

Għad-displays li joħorġu mill-fabbrika bi provvista esterna tal-enerġija, l-EPS ipprovdut għandu jintuża għall-ittestjar kollu. Provvista tal-elettriku alternata ma tistax tiġi sostitwita.

F.   Kontrolli tal-Kulur

Il-kontrolli kollha tal-kulur (lewn, saturazzjoni, gamma, eċċ) għandhom jiġu ssettjati bil-konfigurazzjonijiet awtomatiċi tal-fabbrika.

G.   Riżoluzzjoni u Frekwenza tar-Rinfriskar (Refresh) tal-iskrin

Ir-riżoluzzjoni u l-frekwenza tar-rinfriskar tal-iskrin ivarjaw skont it-teknoloġija, kif ġej:

(1)

Għall-LCDs u teknoloġiji oħrajn bil-pixels fissi, il-format tal-pixel għandu jkun issettjat għal-livell lokali. Il-frekwenza tar-rinfriskar tal-LCD għandha tkun issettjata għal 60 Hz, sakemm ma tkunx speċifikament rakkomandata frekwenza tar-rinfriskar differenti mill-Imsieħeb, f’liema każ għandha tintuża dik il-frekwenza.

(2)

Il-format tal-pixel tas-CRT għandu jkun issettjat fil-format tal-pixel preferut bl-ogħla riżoluzzjoni li hija maħsuba li titħaddem bi frekwenza ta’ rinfriskar ta’ 75 Hz. Għandha tintuża VESA Discrete Monitor Timing (DMT) jew format tal-pixel standard tal-industrija iktar ġdida għat-test. Id-display tas-CRT għandu jkun kapaċi jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-kwalità ddikjarati mill-Imsieħeb fil-format ittestjat.

H.   Warm-up

L-UUT għandha tissaħħan (warm-up) għal minimu ta’ 20 minuta qabel ma jittieħed kwalunkwe kejl tat-test (ir-Referenza tal-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2D jew 305-3 għat-test biex jisħon).

I.   Stabbiltà

Il-kejl kollu tal-konsum tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat wara li l-qari tal-istrument ikun stabbli għal 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti (ir-Referenza IEC 4.3.1).

Il-Metodu tat-Test

Meta jkunu qed isiru dawn it-testijiet, l-imsieħeb jaqbel li juża l-proċeduri applikabbli tat-test ipprovduti fl-Appendiċi 1 u/jew 2, li jiddependu fuq id-daqs djagonali tal-iskrin viżibbli tal-UUT, kif ġej:

 

Għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa inqas minn (<) 30 pulzier, uża l-Appendiċi 1.

 

Għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li huwa minn 30 sa 60 pulzier, uża l-Appendiċi 2.

Dokumentazzjoni

A.   Preżentazzjoni ta’ Dejta tal-Prodott Ikkwalifikat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq

L-imsieħba huma meħtieġa jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR u jirrappurtaw l-informazzjoni lill-EPA permezz tal-għodda tat-Tressiq ta’ Prodott Onlajn, jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq. Id-dejta dwar il-prodott li jikkwalifika għall-ENERGY STAR, inkluża l-informazzjoni dwar mudelli ġodda, għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali, jew iktar spiss jekk ikun jixtieq l-Imsieħeb.

B.   Kwalifika għal Familji ta’ Prodotti

Il-familji tal-mudelli tad-display li huma mibnija fuq l-istess qafas u huma identiċi f’kull aspett ħlief fil-kaxxa u l-kulur, jistgħu jkunu kkwalifikati permezz ta’ sottomissjoni tad-dejta tat-test għal mudell wieħed rappreżentattiv. Bl-istess mod, il-mudelli li jibqgħu l-istess jew li jvarjaw biss fl-aspett estern minn dawk mibjugħa fis-sena ta’ qabel jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ dejta ġdida tat-test.

C.   Għadd ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

Fuq bażi tan-Norma Ewropea 50301 (ir-Referenza BSI 03-2001, BS EN 50301:2001, il-Metodi tal-Kejl għall-Konsum tal-Enerġija għal Tagħmir Awdjo, Vidjo u Tagħmir Relatat, l-Anness A), l-EPA u l-Kummissjoni stabbilixxew proċedura tat-test li biha n-numru ta’ unitajiet meħtieġa għat-test jiddependi fuq ir-riżultati tat-test għall-ewwel unità:

(1)

Jekk il-konsum tal-enerġija fi stat stabbli tal-UUT huwa iktar minn 85 % tal-limitu għall-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR fi kwalunkwe waħda mit-tliet modalitajiet operattivi, għandhom jiġu ttestjati żewġ unitajiet addizzjonali tal-istess mudell,

(2)

Id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija għal kull waħda mit-tliet unitajiet tat-test għandha tiġi rrappurtata lill-EPA permezz tal-għodda tat-Tressiq ta’ Prodott Onlajn, jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, flimkien mal-medja tad-dejta tal-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul, Stennija jew Mitfi mit-tliet testijiet,

(3)

L-ittestjar ta’ unitajiet addizzjonali mhuwiex meħtieġ jekk il-konsum tal-enerġija fi stat stabbli tal-ewwel unità tat-test huwa 85 % jew inqas mil-limitu tal-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR tat-tliet modalitajiet operattivi,

(4)

L-ebda valur tat-test għal kwalunkwe unità ttestjata ma jista’ jaqbeż l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR biex il-mudell jikkwalifika għall-ENERGY STAR,

(5)

L-eżempju li ġej ikompli jispjega dan l-approċċ:

EŻEMPJU: Għas-sempliċità, assumi li l-ispeċifikazzjoni hija 100 watt jew inqas u tapplika biss għal modalità operattiva waħda. 85 watts jirrappreżentaw il-limitu ta’ 15 %.

Jekk l-ewwel unità titkejjel fi 80 watts, mhemmx bżonn iktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (80 watts mhumiex iktar minn 85 % tal-limitu li jikkwalifika għall-ENERGY STAR).

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’85 watts, mhemmx bżonn iktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (85 watts huma eżattament 85 % tal-limitu li jikkwalifika għall-ENERGY STAR).

Jekk l-ewwel unità titkejjel f’85.1 watts, imbagħad għandhom jiġu ttestjati żewġ unitajiet oħra biex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni (85.1 watts mhumiex iktar minn 85 % tal-limitu li jikkwalifika għall-ENERGY STAR).

Jekk tliet unitajiet jiġu ttestjati f’90, 98, u 105 watts, il-mudell ma jikkwalifikax bħala ENERGY STAR—minkejja li l-medja hija 98 watts— għax wieħed mill-valuri (105) jaqbeż l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

5.   L-Interface tal-utent:

L-imsieħba huma rakkomandati b’mod qawwi li jiddisinjaw il-prodotti skont l-istandard tal-interface tal-utent IEEE P1621: Standard għall-Elementi tal-Interface tal-Utent fil-Kontroll tal-Enerġija tat-Tagħmir Elettroniku użat f’Ambjenti ta’ Uffiċċji/Konsumaturi. Il-proġett tal-Kontrolli tal-Ġestjoni tal-Enerġija żviluppa dan l-istandard biex jagħmel il-kontrolli tal-enerġija iktar konsistenti u intuwittivi fit-tagħmir elettroniku kollu. Għad-dettalji, ara http://eetd.LBL.gov/Controls.

6.   Data effettiva

Id-data meta l-Imsieħba jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star, skont l-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0, se tiġi definita bħala d-data effettiva tal-ftehim. Kwalunkwe ftehim preċedenti dwar is-suġġett tad-displays li jikkwalifikaw għall-Energy Star għandu jintemm b’effett fid-29 ta’ Ottubru 2009 għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli inqas minn 30 pulzier, jew fid-29 ta’ Jannar 2010 għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli minn 30 sa 60 pulzier, inklużivi.

A.   Kwalifika tal-Prodotti Skont il-Livell 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0

Id-data li fiha jrid jidħol fis-seħħ il-Livell 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0 tiddependi mid-daqs tad-display, u hija deskritta fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-prodotti kollha, inklużi mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati skont il-Verżjoni 4.1, b’data tal-manifattura f’dik id-data jew wara għandhom jissodisfaw Ir-rekwiżiti l-ġodda tal-Verżjoni 5.0 sabiex jikkwalifikaw għall-Energy Star (inklużi produzzjonijiet addizzjonali ta’ mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt il-Verżjoni 4.1). Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż. ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet immuntata kompletament.

Kategorija tad-Display

Livell 1 Data Effettiva

Daqs Djagonali tal-Iskrin < 30 pulzier

fit-30 ta’ Ottubru 2009.

Daqs Djagonali tal-Iskrin 30 - 60 pulzier

30 ta’ Jannar, 2010

B.   Kwalifika tal-Prodotti Skont il-Livell 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0

It-tieni fażi ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-Livell 2, għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2011 u tapplika għal prodotti b’data tal-manifattura fit-30 ta’ Ottubru 2011 jew wara. Pereżempju, unità b’data tal-manifattura tat-30 ta’ Ottubru 2011 għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-Livell 2 sabiex tikkwalifika għall-Energy Star.

C.   Eliminazzjoni ta’ Drittijiet Akkwistati (Grandfathering)

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea mhux se jħalli li jsir grandfathering skont din l-ispeċifikazzjoni tal-Verżjoni 5.0 tal-Energy Star. Il-kwalifika Energy Star skont il-verżjoni 4.1 ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja tal-mudell tal-prodott. Għalhekk, kwalunkwe prodott mibjugħ, ikkummerċjalizzat jew identifikat mill-imsieħeb tal-manifattura bħala Energy Star għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni attwali li tkun fis-seħħ fiż-żmien tal-manifattura tal-prodott.

7.   Reviżjonijiet futuri tal-ispeċifikazzjonijiet

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-ispeċifikazzjoni f’każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija jew l-ambjent. B’konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjonijiet mal-partijiet interessati.

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea ser jivvalutaw perjodikament is-suq tal-effiċjenza tal-enerġija u t-teknoloġiji l-ġodda Bħal dejjem, il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità jaqsmu d-dejta tagħhom, iressqu l-proposti, u jesprimu kwalunkwe tħassib. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tal-Livell 1 u 2 jirrikonoxxu l-iktar mudelli fis-suq li huma effiċjenti f’termini ta’ enerġija u jippremjaw lil dawk l-Imsieħba li għamlu sforz biex itejbu iktar l-effiċjenza tal-enerġija.

Appendiċi 1

Proċeduri tat-Test għad-Displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli inqas minn (<) 30 pulzier

Meta għandu jintuża dan id-dokument

Dan id-dokument jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li jkun inqas minn (<) 30 pulzier djagonali għar-Rekwiżiti tal-Programm ENERGY STAR għad-displays tal-Verżjoni 5.0. Il-proċeduri għandhom jintużaw biex jiddeterminaw il-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul, Stennija u Mitfi tal-unità li qed tiġi ttestjata (UUT). Innota li din l-appendiċi jinkludi proċeduri separati għat-tipi ta’ prodotti li ġejjin:

Displays CRT;

Displays bil-pixels fissi mingħajr il-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) attivat awtomatikament; kif ukoll,

Displays bil-pixels fissi bl-ABC attivat awtomatikament.

1.   Metodu tat-test għad-displays CRT

A.   Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar

Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displays.

B.   Modalità Mixgħul

(1)

Qabbad il-kampjun tat-test mal-plakka jew mas-sors tal-enerġija u t-tagħmir tat-test.

(2)

Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tas-sors tal-enerġija.

(3)

Iċċekkja dwar l-operat normali tal-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha tal-konsumaturi ssettjati bil- konfigurazzjonijiet awtomatiċi tal-fabbrika.

(4)

Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħula billi tuża t-tagħmir tal-kontroll remot jew is-swiċċ MIXGĦUL/MITFI fuq il-kabinett tal-unità tat-test.

(5)

Ħalli lill-UUT tilħaq it-temperatura tal-operat (madwar 20 minuta).

(6)

Issettja l-modalità xierqa tad-display. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima G, ir-Riżoluzzjoni u l-Frekwenza tar-Rinfriskar.)

(7)

Ipprovdi kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama. (Irreferi għall-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima F, il-Protokolli tal-Kejl tad-Dawl, u t-Taqsima E, il-Kundizzjonijiet ta’ Kamra Mudlama

(8)

Issettja d-daqs u l-luminanza kif ġej:

(a)

Ibda d-disinn tal-AT01P (Alignment Target 01 Positive Mode) (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2F, AT01P) għad-daqs tal-iskrin u użah biex tissettja d-display għad-daqs tal-immaġini rrakkomandat mill-Imsieħeb, li tipikament huwa ftit inqas mid-daqs tal-iskrin massimu viżibbli.

(b)

Għandu jintwera d-disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2F, SET01K) li jipprovdi tmint ilwien ta’ griż minn iswed totali (0 volts) sa abjad totali (0.7 volts) (6). Il-livelli tas-sinjal tal-input għandhom ikunu konformi mal-Istandard tas-Sinjal tal-Vidjo tal-VESA (VSIS), Verżjoni 1.0, Rev. 2.0, Diċembru 2002.

(c)

Aġġusta (fejn huwa possibbli) il-kontroll tal-luminożità tad-display ’l isfel mill-massimu tiegħu sakemm ikun kemxejn viżibbli l-livell tal-luminanza l-iktar baxx bil-marka sewda (l-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-3K).

(d)

Uri disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2H, L80) li jipprovdi kaxxa bajda totali (0.7 volts) li tokkupa 80 % tal-immaġini.

(e)

Aġġusta l-kontroll tal-kuntrast sakemm il-parti l-bajda tal-iskrin tkun issettjata fuq il-luminanza li ġejja: 100 cd/m2

(f)

imkejla skont l-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 302-1. (Jekk il-luminanza massima tad-display hija inqas mil-luminanza peskritta hawn fuq, it-tekniku għandu juża l-luminanza massima u jirrapporta l-valur lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra tal-ittestjar mitluba. B’mod simili, jekk il-luminanza minima tad-display hija iktar mil-luminanza peskritta, it-tekniku għandu juża l-luminanza minima u jirrapporta l-valur lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq).

(g)

Il-valur tal-luminanza għandu jiġi rrappurtat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra tal-ittestjar mitluba.

(9)

Ladarba tkun issettjata l-luminanza, il-kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama ma jkunux meħtieġa iktar.

(10)

Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter tal-enerġija. Il-valur tal-iskala sħiħa magħżul immultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun ikbar mill-qari tal-ogħla kurrent mill-ossilloskopju.

(11)

Ħalli l-qari tal-miter tal-enerġija jistabbilizza u mbagħad ħu l-qari tal-enerġija reali f’watts mill-miter tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima I, l-Istabbiltà.)

(12)

Irreġistra l-konsum tal-enerġija u l-format totali tal-pixels (pixels orizzontali × vertikali murija), biex tikkalkula l-pixels/watt.

C.   Modalità Stennija (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħul, ibda l-Modalità Stennija tad-display. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Stennija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ fil-Modalità Stennija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Stennija.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Stennija differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir bil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha.

D.   Modalità Mitfi (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Stennija, ibda l-Modalità Mitfi tad-display billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfi. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ bil-Modalità Mitfi sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfi.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja).

E.   Rappurtar tar-riżultati

Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.

2.   Metodu tat-test għad-displays bil-pixels fissi mingħajr ABC attivat awtomatikament:

A.   Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar

Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displays.

B.   Modalità Mixgħul

(1)

Qabbad il-kampjun tat-test mal-plakka jew mas-sors tal-enerġija u t-tagħmir tat-test.

(2)

Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tas-sors tal-enerġija.

(3)

Iċċekkja dwar l-operat normali tal-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha tal-konsumaturi ssettjati a bil-konfigurazzjonijiet awtomatiċi tal-fabbrika.

(4)

Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħul billi tuża t-tagħmir tal-kontroll remot jew is-swiċċ MIXGĦUL/MITFI fuq il-kabinett tal-unità tat-test.

(5)

Ħalli lill-UUT tilħaq it-temperatura tal-operat (madwar 20 minuta).

(6)

Issettja l-modalità xierqa tad-display (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima G, ir-Riżoluzzjoni u l-Frekwenza tar-Rinfriskar).

(7)

Ipprovdi l-kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama (Irreferi għall-Kundizzjonijjiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima F, il-Protokolli tal-Kejl tad-Dawl, u t-Taqsima E, il-Kundizzjonijiet ta’ Kamra Mudlama

(8)

Issettja d-daqs u l-luminanza kif ġej:

(a)

Għandu jintwera d-disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2F, SET01K) li jipprovdi tmint ilwien ta’ griż minn iswed totali (0 volts) sa abjad totali (0,7 volts). Il-livelli tas-sinjal tal-input għandhom ikunu konformi mal-Istandard tas-Sinjal tal-Vidjo tal-VESA (VSIS), Verżjoni 1.0, Rev. 2.0, Diċembru 2002.

(b)

Bil-kontrolli tal-luminożità u tal-kuntrast fuq il-massimu, it-tekniku għandu jivverifika li, bħala minimu, il-livelli tal-abjad u tal-griż qrib l-abjad jistgħu jkunu distinti. Jekk il-livelli tal-abjad u tal-griż qrib l-abjad ma jistgħux ikunu distinti, allura l-kuntrast għandu jkun aġġustat sakemm jistgħu jkunu distinti.

(c)

Imbagħad it-tekniku għandu juri disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2H, L80) li jipprovdi kaxxa bajda totali (0,7 volts) li tokkupa 80 % tal-immaġini.

(d)

Imbagħad it-tekniku għandu jaġġusta l-luminożità sakemm il-parti l-bajda tal-iskrin tkun issettjata fuq il-luminanza li ġejja:

Prodott

Cd/m2

Riżoluzzjoni ta’ 1.1 MP jew inqas

175

Riżoluzzjoni ta’ 1.1 MP jew iktar

200

imkejla skont l-Istandard VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 302-1. (Jekk il-luminanza massima tad-display hija inqas mil-luminanza peskritta fit-tabella ta’ hawn fuq, it-tekniku għandu juża l-luminanza massima u jirrapporta l-valur lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra tal-ittestjar mitluba. B’mod simili, jekk il-luminanza minima tad-display hija iktar mil-luminanza peskritta, it-tekniku għandu juża l-luminanza minima u jirrapporta l-valur lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq).

(e)

Il-valur tal-luminanza għandu jiġi rrappurtat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra tal-ittestjar mitluba.

(9)

Ladarba tkun issettjata l-luminanza, il-kundizzjonijiet ta’ kamra mudlama ma jkunux meħtieġa iktar.

(10)

Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter tal-enerġija. Il-valur tal-iskala sħiħa magħżul immultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun ikbar mill-qari tal-ogħla kurrent mill-ossilloskopju.

(11)

Ħalli l-qari tal-miter tal-enerġija jistabbilizza u mbagħad ħu l-qari tal-enerġija reali f’watts mill-miter tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima I, l-Istabbiltà.)

(12)

Irreġistra l-konsum tal-enerġija u l-format totali tal-pixels (pixels orizzontali × vertikali murija), biex tikkalkula l-pixels/watt.

C.   Modalità Stennija (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħul, ibda l-Modalità Stennija tad-display. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Stennija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ fil-Modalità Stennija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Stennija.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Stennija differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir bil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha.

D.   Modalità Mitfi (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Stennija, ibda l-Modalità Mitfi tad-display billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfi. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ bil-Modalità Mitfi sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfi.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja).

E.   Rappurtar tar-riżultati

Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-Prodott għall-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.

3.   Metodu tat-test għad-displays bil-pixels fissi mingħajr ABC attivat awtomatikament:

A.   Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar

Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displays.

B.   Modalità Mixgħul

(1)

Qabbad il-kampjun tat-test mal-plakka jew mas-sors tal-enerġija u t-tagħmir tat-test.

(2)

Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tas-sors tal-enerġija.

(3)

Iċċekkja dwar l-operat normali tal-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha tal-konsumaturi ssettjati bil-konfigurazzjonijiet awtomatiċi tal-fabbrika.

(4)

Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħul billi tuża t-tagħmir tal-kontroll remot jew is-swiċċ MIXGĦUL/MITFI fuq il-kabinett tal-unità tat-test.

(5)

Ħalli lill-UUT tilħaq it-temperatura tal-operat (madwar 20 minuta).

(6)

Issettja l-modalità xierqa tad-display (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima G, ir-Riżoluzzjoni u l-Frekwenza tar-Rinfriskar).

(7)

Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter tal-enerġija. Il-valur tal-iskala sħiħa magħżul immultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun ikbar mill-qari tal-ogħla kurrent mill-ossilloskopju.

(8)

Il-proċedura tat-test alternattiva li ġejja tintuża biex tikkalkula l-konsum massimu tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul għad-displays li joħorġu mill-fabbrika bil-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità attivat awtomatikament. Għal din il-proċedura tat-test, id-dawl ambjentali għoli għandu jiġi ssetjat għal 300 lux, filwaqt li d-dawl ambjentali baxx għandu jiġi ssetjat għal 0 lux, kif ġej:

(a)

Issettja l-livell tad-dawl ambjentali għal 300 lux kif imkejjel fil-wiċċ ta’ sensor tad-dawl ambjentali.

(b)

Ħalli l-qari tal-miter tal-enerġija jistabbilizza u mbagħad ħu l-qari tal-enerġija reali tad-dawl ambjentali għoli, Ph, f’watts mill-miter tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. (Irreferi għall-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott, it-Taqsima I, l-Istabbiltà.)

(c)

Issettja l-livell tad-dawl ambjentali għal 0 lux kif imkejjel fil-wiċċ ta’ sensor tad-dawl ambjentali.

(d)

Ħalli l-qari tal-miter tal-enerġija jistabbilizza u mbagħad ħu l-qari tal-enerġija reali tad-dawl ambjentali baxx, Pl, f’watts mill-miter tal-enerġija.

(e)

Ikkalkula l-medja ta’ konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul billi tuża l-formula f’Taqsima 3.A.3., Displays b’Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità, fil-paġna 7 tal-ispeċifikazzjoni.

(9)

Irreġistra l-konsum tal-enerġija u l-format totali tal-pixels (pixels orizzontali × vertikali murija), biex tikkalkula l-pixels/watt.

C.   Modalità Stennija (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħul, ibda l-Modalità Stennija tad-display. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Stennija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ fil-Modalità Stennija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Stennija.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Stennija differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir bil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha.

D.   Modalità Mitfi (l-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Stennija, ibda l-Modalità Mitfi tad-display billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfi. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ bil-Modalità Mitfi sakemm jitkejjel il-qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfi.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja).

E.   Rappurtar tar-riżultati

Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-Prodott għall-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.

Appendiċi 2

Proċeduri tat-Test għad-Displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli minn 30 sa 60 pulzier inklużiv

Meta għandu jintuża dan id-dokument

Dan id-dokument jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għad-displays b’daqs djagonali tal-iskrin viżibbli li jkun minn 30 sa 60 pulzier, inklużivi (“displays kbar”), għar-Rekwiżiti tal-Programm ENERGY STAR għad-displays tal-Verżjoni 5.0. Il-proċeduri għandhom jintużaw biex jiddeterminaw il-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul, Stennija u Mitfi tal-unità li qed tiġi ttestjata (UUT).

Tabella 1:   Proċeduri tat-Test għall-Kejl tal-Modalitajiet Operattivi

Rekwiżit tal-ispeċifikazzjoni

Protokoll tat-Test

Sors

Modalità Mixgħul

IEC 62087, Ed 2.0: Metodi tal-Kejl għall-Konsum tal-Enerġija tat-Tagħmir Awdjo, Vidjo u Tagħmir Relatat, it-Taqsima 11, “Kundizzjonijiet tal-kejl tas-settijiet tat-televixin bil-modalità (medja) Mixgħul.”

www.iec.ch

1.   Il-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-ittestjar

Qabel ma tittestja l-UUT, kun żgur li l-kundizzjonijiet, l-istrumentazzjoni u l-konfigurazzjoni xierqa tal-ittestjar ikunu f’posthom kif inhu deskritt fil-Kundizzjonijiet u l-Istrumentazzjoni tat-Test tal-Prodott, u t-taqsimiet tal-Konfigurazzjoni tat-Test tal-Prodott tal-ispeċifikazzjoni tad-Displays.

2.   Il-kejl tal-enerġija bil-modalità mixgħul, stennija u mitfi

A.   Modalità Mixgħul (Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-IEC 62087)

Hawn taħt qed tiġi pprovduta gwida dwar l-użu tal-EC 62087, Ed. 2.0 għall-kejl tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul tad-displays kbar. Sabiex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni tal-ENERGY STAR ta’ prodott, japplikaw l-eċċezzjonijiet u l-kjarifiki ta’ hawn taħt.

(1)

L-eżattezza tal-Livelli tas-Sinjal tal-Input: It-Taqsima 11.4.12, “Eżattezza tal-livelli tas-sinjal tal-input,” ifakkru lill-persuni responsabbli mit-test li l-inputs tal-vidjo użati għall-ittestjar għandhom ikunu fil-limiti ta’ ± 2 % tal-livelli ta’ referenza bojod u suwed. It-Taqsima B.2 tal-Anness B, ‘Konsiderazzjonijiet għall-kejl tal-enerġija ta’ sett tat-televixin bil-modalità (medja) Mitfi’ tiddeskrivi l-importanza tal-eżattezza tas-sinjal tal-input f’iktar dettall. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jixtiequ jenfasizzaw l-importanza tal-użu ta’ inputs tal-vidjo eżatti/kalibrati waqt l-ittestjar tal-Modalità Mixgħul u jinkoraġġijinkoraġġixxu lill-persuni responsabbli mit-test biex jużaw l-inputs HDMI kull fejn ikun possibbli.

(2)

Fattur ta’ Potenza Reali: Minħabba ż-żieda fil-kuxjenza tal-importanza tal-kwalità tal-enerġija, l-Imsieħba għandhom jindikaw il-fattur reali tal-enerġija tad-displays tagħhom waqt il-kejl bil-Modalità Mixgħul.

(3)

L-Użu ta’ Materjali ta’ Ittestjar waqt l-Ittestjar: Biex ikejlu l-konsum medju tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul, l-Imsieħba għandhom ikejlu l-’Po_broadcast’ kif deskritt fit-taqsima 11.6.1, “Ittestjar (medju) bil-Modalità Mixgħul b’sinjal tal-vidjo dinamiku tal-kontenut imxandar.”

(4)

L-ittestjar tal-konfigurazzjonijiet Awtomatiċi tal-Fabbrika: Fil-kejl tal-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul ta’ displays kbar, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma interessati li l-ewwel u qabel kollox jieħdu l-kejl tal-konsum tal-enerġija tal-prodotti hekk kif joħorġu mill-fabbrika. L-aġġustamenti tal-livell tal-istampa li jeħtieġu li jsiru qabel l-ittestjar tal-konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul għandhom isiru skont it-Taqsima 11.4.8, “Aġġustamenti fil-livell tal-istampa,” jekk ikun il-każ.

It-Taqsima 11.4.8 tgħid hekk: ‘Il-kuntrast u l-luminanza tas-sett tat-televixin u l-livell tad-dawl fuq wara (backlight), jekk jeżistu, għandhom jiġu ssettjati kif kienu aġġustati oriġinarjament mill-manifattur għall-utent aħħari. F’każ li modalità tas-setting għandha tintagħżel malli jinxtgħelu għall-ewwel darba, għandha tintagħżel il-‘modalità standard’ jew dik ekwivalenti tagħha. F’każ li ma tkun teżisti l-ebda ‘modalità standard’ jew ekwivalenti tagħha, għandha tintagħżel l-ewwel modalità elenkata fil-menu tal-iskrin. Il-modalità użata waqt it-test għandha tiġi deskritta fir-rapport. Il-‘Modalità standard’ hija definita bħala ‘rakkomandata mill-manifattur għall-użu normali tad-dar’.’

Għal prodotti li joħorġu mill-fabbrika b’menu obbligatorju fejn mal-ewwel darba li jixgħelhom il-konsumatur ikollu jagħżel il-modalità li biha se jaħdem il-prodott, it-Taqsima 11.4.8 tgħid li l-ittestjar għandu jsir bil-“modalità standard”.

L-informazzjoni li tgħid li l-prodott jikkwalifika għall-ENERGY STAR f’setting speċifiku u li dan huwa s-setting li bih se jkun hemm iffrankar tal-enerġija, se tkun inkluża mal-prodott fl-ippakkjar tiegħu u mpoġġija fuq is-sit tal-Internet tal-Imsieħeb fejn tkun elenkata l-informazzjoni dwar il-mudell.

(5)

Ittestjar tad-displays bil-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità: Għal din il-proċedura tat-test, id-dawl ambjentali għoli għandu jiġi ssetjat għal 300 lux, filwaqt li d-dawl ambjentali baxx għandu jiġi ssetjat għal 0 lux, kif ġej:

(a)

Issettja l-livell tad-dawl ambjentali għal 300 lux kif imkejjel fil-wiċċ ta’ sensor tad-dawl ambjentali.

(b)

Kejjel il-konsum tal-enerġija tad-dawl ambjentali għoli bil-Modalità Mixgħul, Ph, kif deskritt fit-Taqsima 11.6.1, “Ittestjar (medju) bil-Modalità Mixgħul b’sinjal tal-vidjo dinamiku tal-kontenut imxandar.”

(c)

Issettja l-livell tad-dawl ambjentali għal 0 lux kif imkejjel fil-wiċċ ta’ sensor tad-dawl ambjentali.

(d)

Kejjel il-konsum tal-enerġija tad-dawl ambjentali baxx bil-Modalità Mixgħul, Pl, kif deskritt fit-Taqsima 11.6.1, “Ittestjar (medju) bil-Modalità Mixgħul b’sinjal tal-vidjo dinamiku tal-kontenut imxandar.”

(e)

Ikkalkula l-medja ta’ konsum tal-enerġija bil-Modalità Mixgħul billi tuża l-formula f’Taqsima 3.A.3., Displays b’Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità, fil-paġna 7 tal-ispeċifikazzjoni.

B.   Modalità Stennija (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Mixgħul, ibda l-Modalità Stennija tad-display. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Stennija. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ fil-Modalità Stennija sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel l-unità fil-Modalità Stennija.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Stennija differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir bil-modalità li l-iktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja reali li tinkludi l-modalitajiet kollha.

C.   Modalità Mitfi (L-Iswiċċ tal-Enerġija Mitfi)

(1)

Fi tmiem it-test bil-Modalità Stennija, ibda l-Modalità Mitfi tad-display billi tuża s-swiċċ tal-enerġija li huwa l-iktar aċċessibbli faċilment għall-utent. Il-metodu tal-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfi. Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta b’mod xieraq l-iskala tal-operat.

(2)

Ħalli d-display jibqa’ bil-Modalità Mitfi sakemm jitkejjel qari stabbli tal-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli meta l-qari tal-watts ma jvarjax iktar minn 1 % f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-persuna responsabbli mit-test għandha tinjora ċ-ċiklu tal-verifika tas-sinjal tas-sinkronizzazzjoni tal-input meta tkejjel il-mudell fil-Modalità Mitfi.

(3)

Irreġistra l-kundizzjonijiet tat-test u d-dejta tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja).

(4)

Rappurtar tar-riżultati: Meta titlesta l-proċedura tat-test, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tad-Dokumentazzjoni tat-Test tal-Prodott għall-ispeċifikazzjoni għall-gwida dwar kif għandek tirrapporta r-riżultati tat-test lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq.

3.   Kejl tal-luminanza

Wara li t-test tal-IEC ikun sar kollu u l-konsum tal-elettriku jkun ġie rreġistrat, it-tekniku għandu jkejjel il-luminanza tal-prodott billi juża l-metodoloġija deskritta hawn taħt. Innota li t-tekniku ma għandux ibiddel il-konfigurazzjonijiet tal-prodott minn kif kienu ssettjati waqt it-test tal-konsum tal-enerġija.

(1)

Bl-użu tal-immaġni tat-test statika ta’ sinjal tal-vidjo bi tliet faxex (LTL) imsemmija fit-Taqsima 11.5 tal-IEC 62087, kejjel il-punt ċentrali, il-luminanza assjali tad-display skont il-Video Electronics Standards Association (VESA) Flat Panel Display Measurements Standard (FPDM) il-Verżjoni 2.0, it-Taqsima 301-2H.

(2)

Irrapporta fl-OPS il-valur imkejjel tal-luminanza f’candelas għal kull metru kwadru (cd/m2), approssimat lejn l-eqreb numru sħiħ.

(3)

Il-kejl kollu tal-luminanza għandu jsir skont il-kundizzjonijiet tat-test deskritti hawn fuq għad-displays kbar. Speċifikament, il-kejl tal-luminanza għandu jsir bil-konfigurazzjonijiet tad-display kif joħorġu mill-fabbrika. Għal prodotti b’menu obbligatorju, il-kejl għandu jsir b’modalità standard jew domestika.

III.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TAGĦMIR TAL-IMMAĠINI

A.   Definizzjonijiet

Il-prodotti

1.   Kopjatur— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment u li l-funzjoni unika tiegħu hija l-produzzjoni ta’ kopji minn kopja grafika oriġinali stampata. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala kopjaturi jew kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu (UDCs - upgradeable digital copiers).

2.   Dupplikatur Diġitali— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jinbiegħ fis-suq bħala sistema tal-irduppjar għal kollox awtomatizzata bil-metodu tal-irduppjar bi stensil b’funzjoni ta’ riproduzzjoni diġitali. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala duplikaturi diġitali.

3.   Magna tal-Facsimile (Magna tal-Feks)— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li l-funzjonijiet primarji tiegħu huma li jiskennja kopji stampati oriġinali għat-trażmissjoni elettronika lejn unitajiet fil-bogħod u li jirċievi trażmissjonijiet elettroniċi simili biex jipprovdi produzzjoni stampata. It-trażmissjoni elettronika sseħħ primarjament permezz ta’ sistema tat-telefon pubblika, iżda tista’ ssir ukoll permezz tan-netwerk tal-kompjuter jew l-Internet. Il-prodott jista’ wkoll ikollu l-kapaċità li jipproduċi kopji doppji stampati. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala magni tal-feks.

4.   Magna tal-posta— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jservi biex jistampa l-posta fuq oġġetti tal-posta. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala Magni tal-Posta.

5.   Tagħmir b’Funzjonijiet Varji (Multifunction Device - MFD)— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment, li huwa tagħmir integrat fiżikament jew għaqda ta’ komponenti integrati funzjonalment, li twettaq tnejn jew aktar mill-funzjonijiet ewlenin tal-ikkopjar, L-istampar, l-iskennjar jew l-iffeksjar. Il-funzjonalità tal-ikkopjar kif indirizzata f’din id-definizzjoni titqies li hija distinta mill-ikkopjar okkażjonali ta’ folja waħda li joffru l-magni tal-feks. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala MFDs jew prodotti ta’ bosta funzjonijiet (MFPs - multifunction products).

Nota: Jekk l-MFD mhuwiex unità waħda integrata, iżda sensiela ta’ komponenti integrati funzjonalment, il-manifattur għandu jiċċertifika li meta jiġu istallati b’mod korrett, it-total tal-użu kollu tal-enerġija għall-komponenti kollha tal-MFD li jifformaw l-unità bażi jikseb il-livelli tal-enerġija pprovduti fit-Taqsima C biex jikkwalifikaw bħala MFD ENERGY STAR.

6.   Printer— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jservi bħala tagħmir li jipproduċi l-kopji stampati, u li huwa kapaċi li jirċievi informazzjoni minn kompjuter ta’ utent wieħed jew kompjuters imqabbda ma’ netwerk, jew tagħmir ieħor ta’ input (eż. kameras diġitali). L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala printers, inklużi printers li jistgħu jkunu mtejba għal MFDs fil-qasam.

7.   Skener— Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jaħdem bħala tagħmir elettro-ottiku li jikkonverti l-informazzjoni f’immaġini elettroniċi li jistgħu jkunu maħżuna, editjati, konvertiti jew trażmessi primarjament f’ambjent tal-kompjuters personali. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbiegħu fis-suq bħala skeners.

It-teknoloġiji tal-immarkar

8.   Termali Dirett (Direct Thermal - DT)— Teknoloġija tal-immarkar li tittrasferixxi immaġini billi taħraq tikek fuq midja miksija hekk kif tgħaddi minn fuq ras taL-istampar imsaħħna. Il-prodotti DT ma jużawx żigarelli.

9.   Sublimazzjoni taż-Żebgħa (Dye Sublimation - DS)— Teknoloġija tal-immarkar fejn l-immaġini huma ffurmati billi tkun depożitata (sublimata) ż-żebgħa fuq il-midja taL-istampar skont l-ammont tal-enerġija mogħtija mill-elementi li jsaħħnu.

10.   Elettrofotografija (Electrophotography - EP)— Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata mill-illuminazzjoni ta’ fotokonduttur f’disinn li jirrappreżenta l-immaġini stampata mixtieqa permezz ta’ sors tad-dawl, l-iżvilupp tal-immaġini bil-partiċelli tal-linka bl-użu tal-immaġini latenti fuq il-fotokonduttur biex tkun definita l-preżenza jew in-nuqqas tal-linka f’post definit, it-trasferiment tal-linka fuq il-kopja stampata finali, u l-fużjoni biex il-kopja stampata mixtieqa ssir durabbli. It-tipi ta’ EP jinkludu Laser, LED, u LCD. L-EP bil-kulur hija distinta mill-EP monokromatika għaliex il-linka tal-inqas tliet kuluri differenti hija disponibbli fi prodott partikolari fl-istess ħin. Zewġ tipi ta’ EP bil-kulur huma definiti hawn taħt:

11.   EP tal-Kulur Parallel— Teknoloġija tal-immarkar li tuża aktar minn sors wieħed tad-dawl u ħafna fotokondutturi biex iżżid il-veloċità massima taL-istampar bil-kulur.

12.   EP tal-Kulur Serjali— Teknoloġija tal-immarkar li tuża fotokonduttur wieħed b’mod serjali u sors tad-dawl wieħed jew aktar biex tikseb il-produzzjoni tal-kopja stampata b’ħafna kuluri.

13.   Impatt— Teknoloġija tal-immarkar ikkaratterizzata mill-formazzjoni ta’ immaġini tal-kopja stampata mixtieqa billi tittrasferixxi l-kolorant minn “żigarella” għal fuq il-midja permezz ta’ proċess ta’ impatt. Żewġ tipi ta’ teknoloġija tal-impatt huma l-Impatt Iffurmat mit-Tikek u l-Impatt Iffurmat b’mod Sħiħ.

14.   Ink Jet (IJ)— Teknoloġija tal-immarkar fejn l-immaġini huma ffurmati billi jiġi ddepożitat il-kolorant f’qatriet żgħar direttament fil-midja taL-istampar f’għamla ta’ matriċi. L-IJ bil-kulur huwa distint mill-IJ monokromatiku għaliex, fi kwalunkwe ħin, aktar minn kolorant wieħed ikun disponibbli fi prodott. It-tipi tipiċi ta’ IJ jinkludu l-IJ Pieżo-elettriku (PE), Sublimazzjoni tal-IJ u IJ Termali.

15.   IJ ta’ Prestazzjoni Għolja— Teknoloġija tal-immarkar bl-IJ f’applikazzjonijiet kummerċjali ta’ prestazzjoni għolja li ġeneralment jużaw teknoloġija tal-immarkar elettrofotografika. L-IJ ta’ Prestazzjoni Għolja hija differenti mill-IJ konvenzjonali għaliex ikollha meded ta’ żnienen tul il-wisa’ tal-paġna u/jew għaliex tista’ tnixxef il-linka fuq il-midja permezz ta’ mekkaniżmi addizzjonali li jsaħħnu l-midja.

16.   Linka Solida (Solid Ink - SI)— Teknoloġija tal-immarkar fejn il-linka hija solida f’temperatura normali u likwida meta msaħħna għat-temperatura tal-jetting. It-trasferiment għall-midja jista’ jsir b’mod dirett, iżda ħafna drabi jsir lejn ċilindri jew ċintorin intermedju u mbagħad stampat bl-offset fuq il-medja.

17.   Stensil— Teknoloġija tal-immarkar li tittrasferixxi l-immaġini fuq il-midja taL-istampar minn stensil li huwa armat madwar ċilindru tal-linka.

18.   Trasferiment Termali (TT)— Teknoloġija tal-immarkar fejn l-immaġini tal-kopja stampata mixtieqa hija ffurmata billi jkunu ddepożitati qatriet żgħar ta’ kolorant solidu (normalment xemgħa kkulurita) fi stat maħlul/fluwidu direttament fuq il-midja taL-istampar fl-għamla ta’ matriċi. It-TT huwa differenti mill-IJ għaliex il-linka hija solida f’temperatura normali u ssir likwida meta tissaħħan.

Il-Modalitajiet Operattivi, l-Attivitajiet u l-Istati tal-Enerġija

19.   Attiv— L-istat tal-enerġija li fih il-prodott huwa konness ma’ sors tal-enerġija u attivament qed jipproduċi output, kif ukoll iwettaq xi funzjonijiet primarji oħrajn tiegħu.

20.   Stampar Awtomatiku fuq Żewġ Naħat— Il-kapaċità ta’ kopjatur, magna tal-feks, MFD jew printer li awtomatikament iqiegħed l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta’ folja prodotta, mingħajr manipulazzjoni manwali tal-folja prodotta bħala pass intermedju. Eżempji ta’ dan huma l-ikkopjar minn stampar fuq naħa waħda għal stampar fuq żewġ naħat u l-ikkopjar minn stampar fuq żewġ naħat għal stampar fuq żewġ naħat. Prodott jitqies li għandu kapaċità ta’ stampar awtomatika fuq żewġ naħat jekk il-mudell jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq.

21.   Ħin Awtomatiku tad-Dewmien— Il-ħin stabbilit mill-manifattur qabel il-konsenja li jiddetermina meta l-prodott jidħol f’modalità tal-enerġija baxxa (eż., Mhux Jintuża, Mitfi) wara li jlesti l-funzjoni primarja tiegħu.

22.   Mitfi— L-istat tal-enerġija li jidħol fih il-prodott meta jkun intefa’ manwalment jew awtomatikament iżda għadu pplaggjat u konness mad-dawl. Isir ħruġ minn din il-modalità meta jsir stimolu minn input, bħal swiċċ manwali tad-dawl jew tajmer bl-arloġġ, biex l-unità tinġieb f’modalità Lest biex tintuża. Meta dan l-istat jirriżulta minn intevent manwali minn utent, spiss jissejjaħ Tifi Manwali, u meta jirriżulta minn stimuli awtomatiċi jew predeterminati, (eż. żmien ta’ dewmien jew arloġġ) spiss jissejjaħ Tifi Awtomatiku.

23.   Lest— Il-kundizzjoni li teżisti meta l-prodott mhux qed jipproduċi output, laħaq il-kondizzjonijiet operattivi, għadu ma daħalx f’modalitajiet ta’ enerġija baxxa, u jista’ jidħol fil-modalità Attiv b’dewmien minimu. Il-karatteristiċi kollha tal-prodott jistgħu jkunu ffaċilitati f’din il-modalità, u l-prodott għandu jkun jista’ jmur lura għall-modalità Attiv billi jirreaġixxi għal kwalunkwe alternattiva ta’ input potenzjali ddisinjat tal-prodott. L-input potenzjali jinkludi stimolu elettriku estern (eż. stimolu min-netwerk, sejħa tal-feks, jew kontroll remot) u intervent fiżiku dirett (eż. l-attivazzjoni ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna).

24.   Stennija— L-istat tal-enerġija mnaqqsa li jidħol fih il-prodott awtomatikament wara perjodu ta’ inattività. Minbarra li jidħol awtomatikament fil-modalità Stennija, il-prodott jista’ jidħol f’din il-modalità wkoll 1) f’ħin tal-jum issettjat mill-utent, 2) immedjatament b’reazzjoni għal azzjoni manwali tal-utent, mingħajr ma attwalment jintefa, jew 3) permezz ta’ modalitajiet oħrajn, miksuba awtomatikament, li huma relatati mal-imġieba tal-utent. Il-funzjonijiet kollha tal-prodott jistgħu jiġu attivati b’dan il-mod u l-prodott għandu jkun jista’ jidħol fil-modalità Attiv billi jirreaġixxi għal kwalunkwe alternattiva potenzjali ta’ input disinjata tal-prodott; madankollu, jista’ jkun hemm dewmien. L-input potenzjali jinkludi stimolu elettriku estern (eż. stimolu tan-netwerk, sejħa tal-feks, kontroll remot) u intervent fiżiku dirett (eż l-attivazzjoni ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna). Il-prodott għandu jżomm il-kollegament man-netwerk filwaqt li jkun fil-modalità Stennija, u jattiva ruħu biss kif meħtieġ.

Nota: Meta jirrapportaw id-dejta u l-prodotti li jikkwalifikaw li jistgħu jidħlu fil-modalità sleep f’bosta modi, l-imsieħba għandhom jagħmlu riferenza għal-livell Stennija li jista’ jintlaħaq awtomatikament. Jekk il-prodott ikollu l-kapaċità li jidħol f’ħafna livelli suċċessivi ta’ Stennija awtomatikament, hija d-diskrezzjoni tal-manifattur liema minn dawn il-livelli jintuża għall-għanijiet tal-kwalifika; madankollu, il-ħin tad-dewmien awtomatiku provdut għandu jikkorrispondi għal kwalunkwe livell li jintuża.

25.   Standby— Standby — Il-modalità tal-konsum l-aktar baxx ta’ enerġija li ma jistax jintefa (jiġi influwenzat) mill-utent u li jista’ jdum għal żmien indefinit meta l-prodott huwa konness mal-provvista ewlenija tal-elettriku u jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur (7). Stanby hija l-modalità ta’ konsum minimu tal-enerġija tal-prodott.

Nota: Għall-prodotti tat-tagħmir tal-immaġini indirizzati minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet, il-livell tal-enerġija Standby, jew il-modalità ta’ konsum tal-enerġija minimu tal-prodott, normalment iseħħ fil-modalità Mitfi, iżda jista’ jseħħ fil-modalità Lest jew Stennija. Prodott ma jistax joħroġ minn Standby u jilħaq stat ta’ enerġija aktar baxx kemm-il darba ma jkunx fiżikament skonnettjat minn mal-provvista ewlenija tal-enerġija b’riżultat ta’ manipulazzjoni manwali.

Il-Formati tad-Daqs tal-Prodott

26.   Format Kbir— Il-prodotti fil-kategorija ta’ Format Kbir jinkludu dawk disinjati għal medja A2 jew akbar, inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ 406 millimetri (mm) jew usa. Il-prodotti ta’ Format Kbir jistgħu wkoll ikollhom il-kapaċità li jistampaw fuq medja tad-daqs standard jew ta’ Format Zgħir.

27.   Format Żgħir— Il-prodotti fil-kategorija ta’ Format Żgħir jinkludu dawk disinjati għal medja ta’ daqsijiet iżgħar minn dwak definiti bħala Standard (eż., A6, 4” × 6”, microfilm), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ inqas minn 210 mm.

28.   Standard— Il-prodotti fil-kategorija Standard jinkludu dawk disinjati għal medja tad-daqs standard (eż., Ittra, Legali, Ledger, A3, A4, u B4), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ bejn 210 mm u 406 mm. Il-prodotti ta’ daqs Standard jistgħu wkoll ikollhom il-kapaċità jistampaw fuq medja ta’ Format Żgħir.

It-Termini Addizzjonali

29.   Aċċessorju— Komponent ta’ tagħmir periferali mhux obbligatorju li mhuwiex meħtieġ għall-operazzjoni tal-unità bażi iżda li jista’ jiżdied qabel jew wara l-konsenja sabiex iżid il-funzjonalità. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament bin-numru tal-mudell tiegħu stess, jew jinbiegħ ma’ unità bażi bħala parti minn pakkett jew minn konfigurazzjoni.

30.   Prodott Bażi— Prodott bażi huwa l-mudell standard ikkonsenjat mill-manifattur. Meta l-mudelli tal-prodott jiġu offruti f’konfigurazzjonijiet differenti, il-prodott bazi huwa l-konfigurazzjoni l-aktar fundamentali tal-mudell, li jippossjedi n-numru minimu ta’ oġġetti li jzidu l-funzjonijiet disponibbli. Il-komponenti jew aċċessorji funzjonali offruti bħala mhux obbligatorji, minflok standard, ma jitqisux parti mill-prodott bażi.

31.   Forma Kontinwa— Il-prodotti fil-kategorija ta’ Forma Kontinwa jinkludu dawk li ma jużawx daqs ta’ medja bil-folji maqtugħa, u huma disinjati għal applikazzjonijiet ewlenin, bħalL-istampar ta’ bar codes, tabelli, irċevuti, waybills, fatturi, biljetti tal-ajru u tikketti tal-bejgħ.

32.   Front-end Diġitali (Digital Front-end - DFE)— Server funzjonalment integrat li jospita lil kompjuters u applikazzjonijiet oħrajn u jaġixxi bħala interface għat-tagħmir tal-immaġini. DFE jżid il-funzjonalità tat-tagħmir tal-immaġini. DFE jiġi ddefinit bħala wieħed minn dawn it-tipi:

DFE tat-Tip 1: DFE li jieħu l-enerġija DC tiegħu mill-provvista tal-enerġija AC tiegħu stess (interna jew esterna), li tkun separata mill-provvista tal-enerġija li tagħti l-enerġija lit-tagħmir tal-immaġini. Dan id-DFE jista’ jieħu l-enerġija AC tiegħu direttament minn plakka fil-ħajt, jew jista’ jeħodha mis-sors tal-AC assoċjat mal-provvista interna tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini.

DFE tat-Tip 2: DFE li jieħu l-enerġija DC tiegħu mill-istess provvista tal-enerġija bħat-tagħmir tal-immaġini operat minnu. Id-DFEs tat-Tip 2 għandu jkollhom bord jew muntatura (assembly) b’unità tal-ipproċessar indipendenti li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk u li tkun tista’ titneħħa fiżikament, tiġi iżolata jew diżattivata permezz ta’ prattiċi komuni tal-inġinerija biex ikun jista’ jittieħed kejl tal-enerġija.

DFE wkoll joffri għall-inqas tlieta minn dawn il-karatteristiċi avvanzati li ġejjin:

(a)

Il-kapaċità ta’ kollegament ma’ netwerk f’ambjenti diversi;

(b)

Funzjonalità ta’ kaxxa tal-posta (mailbox);

(c)

Il-ġestjoni tal-kju tax-xogħol;

(d)

L-immaniġġjar tal-magni (eż. jattiva t-tagħmir tal-immaġini minn stat ta’ enerġija mnaqqsa);

(e)

User-interface (UI) grafiku avvanzat;

(f)

L-abbiltà li jibda l-komunikazzjoni ma’ servers li jospitaw jew kompjuters klijenti oħrajn (eż. skennjar għal posta elettronika, polling ta’ kaxxi tal-posta remoti għax-xogħol); jew

(g)

L-abbiltà ta’ post-ipproċessar tal-paġni (eż. l-ifformattjar mill-ġdid tal-paġni qabel L-istampar).

33.   Aġent li jżid il-Funzjonijiet— Aġent li jżid il-funzjonijiet huwa karatteristika standard tal-prodott li jżid il-funzjonalità mal-magna li timmarka l-bażi ta’ tagħmir tal-immaġini. Il-parti tal-Modalità Operazzjonali ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tinkludi tolleranzi ta’ enerġija addizzjonali għal xi aġenti li jżidu l-funzjonijiet. Xi eżempji ta’ aġenti li jżidu l-funzjonijiet jinkludu interfaces mingħajr wajers u l-kapaċità tal-iskannjar.

34.   Approċċ ta’ Modalità Operazzjonali (Operational Mode – OM)— Metodu tal-ittestjar u tat-tqabbil tar-rendiment tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini, li jiffoka fuq il-konsum tal-enerġija mill-prodott f’diversi modalitajiet ta’ enerġija baxxa. Il-kriterji ewlenin użati mill-istrateġija tal-OM huma l-valuri għall-modalitajiet tal-enerġija baxxa, imkejla f’watts (W). Informazzjomi dettaljata tinsab fl-’ENERGY STAR Qualified Imaging Equipment Operational Mode Test Procedure’ li huwa disponibbli fuq www.energystar.gov/products.

35.   Magna tal-Immarkar (Marking Engine)— Il-magna bażika ħafna ta’ tagħmir tal-immaġini, li tidderieġi l-produzzjoni tal-immaġini ta’ dak il-prodott. Mingħajr komponenti funzjonali addizzjonali, magna tal-immarkar ma tistax tikseb dejta tal-immaġini biex tipproċessahom, u għalhekk ma tkunx funzjonali. Magna tal-immarkar tiddependi fuq aġenti li jżidu l-funzjonijiet biex tikseb l-abbiltà tal-komunikazzjoni u biex tipproċessal-immaġini.

36.   Mudell— Tagħmir tal-immaġini li jinbiegħ jew jitqiegħed fis-suq b’numru ta’ mudell uniku jew b’isem kummerċjali uniku. Mudell jista’ jkun magħmul minn unità bażi jew minn unità bażi u aċċessorji.

37.   Veloċità tal-prodott— B’mod ġenerali, għall-prodotti tad-daqs Standard, folja waħda A4 jew 8.5” × 11” stampata/ikkopjata/skanjata fuq naħa waħda f’minuta hija daqs immaġini waħda fil-minuta (ipm - image-per-minute). Jekk il-veloċitajiet massimi ddikjarati ikunu differenti meta jiġu prodotti l-immaġini fuq karta A4 jew 8.5” x 11”, għandha tintuża l-ogħla waħda.

Għall-magni tal-bolli, oġġett wieħed tal-posta pproċessat fil-minuta huwa ekwivalent għal oġġett wieħed tal-posta fil-minuta (mppm - mail-piece-per-minute).

Għall-prodotti tal-format Żgħir, folja waħda A6 jew 4” x 6” stampata/ikkopjata/skanjata fuq naħa waħda f’minuta hija ekwivalenti għal 0.25 ipm.

Għall-prodotti tal-format Kbir, folja waħda A2 hija ekwivalenti għal 4 ipm u folja waħda A0 hija ekwivalenti għal 16 ipm.

Għall-prodotti tal-forma kontinwa fil-kategorija tal-format Żgħir, tal-format Kbir jew tad-daqs Standard, il-veloċità taL-istampar f’ipm għandha tinkiseb mill-veloċità massima tal-produzzjoni tal-immaġini f’metri kull minuta illi tiġi kkwotata waqt il-bejgħ tal-prodott fis-suq, skont il-konverżjoni t’hawn taħt:

Formula

Fil-każijiet kollha, il-veloċità kkonvertita f’ipm għandha tkun imnaqqsa jew miżjuda sal-eqreb numru sħiħ (eż. 14.4 ipm jitnaqqas għal 14.0 ipm; 14.5 ipm jiżdied għal 15 ipm).

Għall-għanijiet tal-kwalifikazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta l-veloċità tal-prodott skont il-prijoritizzazzjoni tal-funzjonijiet deskritti fil-qosor hawn taħt:

Il-Veloċità taL-istampar, sakemm il-prodott ma jistax iwettaq il-funzjoni taL-istampar, f’liema każ,

Il-Veloċità tal-Ikkopjar, sakemm il-prodott ma jistax iwettaq il-funzjoni taL-istampar jew tal-ikkopjar, f’liema każ,

Il-Veloċità tal-Iskennjar.

38.   Approċċ tal-Konsum tal-Enerġija Tipiku (Typical Electricity Consumption - TEC)— Metodu tal-ittestjar u tat-tqabbil tar-rendiment tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini, li jiffoka fuq l-enerġija tipikament ikkonsmata minn prodott meta jaħdem b’mod normali matul żmien rappreżentattiv. Il-kriterju ewlieni tal-approċċ tat-TEC (Typical Electricity Consumption) għat-tagħmir tal-immaġini huwa valur għall-konsum tipiku tal-enerġija f’ġimgħa, imkejjel f’kilowatt-sigħat (kWh). It-tagħrif dettaljat jista’ jinstab fil-Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku tal-Enerġija fit-Taqsima D.2.

B.   Prodotti li jikkwalifikaw

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ENERGY STAR huma maħsuba biex ikopru tagħmir tal-immaġini personali, ta’ negozji u oħrajn kummerċjali iżda mhux tagħmir industrijali (eż. prodotti konnessi direttament mal-provvista three-phase). L-unitajiet għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-provvista minn plakka fil-ħajt jew minn konnessjoni ta’ dejta jew netwerk, bl-użu tal-provvisti ta’ vultaġġi nominali standard internazzjonali elenkati fit-Taqsima D4. Sabiex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, tagħmir tal-immaġini għandu jkun definit fit-Taqsima A u jikkorrispondi ma’ waħda mid-deskrizzjonijiet ta’ prodott elenkati fit-Tabella 1 jew 2, hawn taħt.

Tabella 1

Prodotti li Jikkwalifikaw — Approċċ tat-TEC

Il-Qasam tal-Prodott

It-teknoloġija tal-Immarkar

Il-Format tad-Daqs

Il-Kapaċità tal-Kulur

It-Tabella TEC

Kopjaturi

Dirett Termali

Standard

Monokrom

TEC 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Kulur

TEC 2

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokrom

TEC 1

EP

Standard

Monokrom

TEC 1

EP

Standard

Kulur

TEC 2

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Monokrom

TEC 1

Duplikaturi Diġitali

Stensil

Standard

Kulur

TEC 2

Stensil

Standard

Monokrom

TEC 1

Magni tal-Feks

Dirett Termali

Standard

Monokrom

TEC 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokrom

TEC 1

EP

Standard

Monokrom

TEC 1

EP

Standard

Kulur

TEC 2

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Monokrom

TEC 1

Tagħmir b’Funzjonijiet Varji (MFDs)

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Monokrom

TEC 3

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Kulur

TEC 4

Dirett Termali

Standard

Monokrom

TEC 3

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Kulur

TEC 4

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokrom

TEC 3

EP

Standard

Monokrom

TEC 3

EP

Standard

Kulur

TEC 4

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 4

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 4

Trasferiment Termali

Standard

Monokrom

TEC 3

Stamperiji

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Monokrom

TEC 1

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Kulur

TEC 2

Dirett Termali

Standard

Monokrom

TEC 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Kulur

TEC 2

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokrom

TEC 1

EP

Standard

Monokrom

TEC 1

EP

Standard

Kulur

TEC 2

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Monokrom

TEC 1


Tabella 2

Prodotti li Jikkwalifikaw — Approċċ ta’ Modalità Operazzjonali

Il-Qasam tal-Prodott

It-teknoloġija tal-Immarkar

Il-Format tad-Daqs

Il-Kapaċità tal-Kulur

It-Tabella OM

Kopjaturi

Dirett Termali

Kbar

Monokrom

OM 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 1

EP

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 1

Linka Solida

Kbar

Kulur

OM 1

Trasferiment Termali

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 1

Magni tal-Feks

Ink Jet

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 2

Magni tal-posta

Dirett Termali

Mhux applikabbli

Monokrom

OM 4

EP

Mhux applikabbli

Monokrom

OM 4

Ink Jet

Mhux applikabbli

Monokrom

OM 4

Trasferiment Termali

Mhux applikabbli

Monokrom

OM 4

Tagħmir b’Funzjonijiet Varji (MFDs)

Dirett Termali

Kbar

Monokrom

OM 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 1

EP

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 1

Ink Jet

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 2

Ink Jet

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 3

Linka Solida

Kbar

Kulur

OM 1

Trasferiment Termali

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 1

Printers

Dirett Termali

Kbar

Monokrom

OM 8

Dirett Termali

Żgħar

Monokrom

OM 5

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 8

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Żgħar

Kulur u Monokromatika

OM 5

EP

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 8

EP

Żgħar

Kulur

OM 5

Impatt

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 8

Impatt

Żgħar

Kulur u Monokromatika

OM 5

Impatt

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 6

Ink Jet

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 3

Ink Jet

Żgħar

Kulur u Monokromatika

OM 5

Ink Jet

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 2

Linka Solida

Kbar

Kulur

OM 8

Linka Solida

Żgħar

Kulur

OM 5

Trasferiment Termali

Kbar

Kulur u Monokromatika

OM 8

Trasferiment Termali

Żgħar

Kulur u Monokromatika

OM 5

Skenners

Mhux applikabbli

Kbir, Żgħir u Standard

Mhux applikabbli

OM 7

C.   L-użu effiċjenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-enerġija għall-prodotti li jikkwalifikaw

Huma biss il-prodotti elenkati fit-Taqsima B hawn fuq li jilħqu l-kriterji li ġejjin, li jistgħu jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR. Id-dati effettivi jidhru fit-Taqsima F.

 

Prodotti Mibjugħa bi Provvista tal-Enerġija Esterna: Sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-Tagħmir tal-Immaġini, it-tagħmir tal-immaġini mmanifatturat mill-1 ta’ Lulju 2009 li juża provvista tal-enerġija AC-AC jew AC-DC esterna b’vultaġġ uniku għandu jużaw provvista tal-enerġija esterna kkwalifikata bħala ENERGY STAR, jew waħda li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Verżjoni 2.0 tal-ispeċifikazzjonijiet ENERGY STAR għal Provvisti tal-Enerġija Esterni (EPS) meta ttestjat bil-metodu tal-ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjonijiet ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-provvisti tal-enerġija esterni AC-AC u AC-DC b’vultaġġ uniku jinsabu fuq www.energystar.gov/products.

 

Prodotti Disinjati biex Jaħdmu b’DFE tat-Tip 1: Sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-Tagħmir tal-Immaġini, it-tagħmir tal-immaġini mmanifatturat mill-1 ta’ Lulju 2009 li jinbigħu b’DFE tat-Tip 1 għandu juża DFE li jissodisfa r-Rekwiżiti tal-użu Effiċjenti tal-Enerġija ENERGY STAR għal DFE ta’ Tagħmir tal-Immaġini elenkati fit-Taqsima C.3.

 

Prodotti Disinjati biex Jaħdmu b’DFE tat-Tip 2: Sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-Tagħmir tal-Immaġini, għat-tagħmir tal-immaġini mmanifatturat mill-1 ta’ Lulju 2009 li jinbiegħ b’DFE tat-Tip 1 il-manifatturi għandhom inaqqsu l-konsum tal-enerġija tad-DFE fil-Modalità Lest fil-każ ta’ prodotti TEC, jew jeskluduha meta jkejlu l-Modalitajiet Sleep u Standby għal prodotti OM. It-Taqsima C.1 tipprovdi aktar dettalji dwar l-aġġustament tal-valuri TEC għal DFEs ta’ prodotti TEC u t-Taqsima C.2 tipprovdi aktar dettalji għall-esklużjoni ta’ DFEs minn livelli ta’ Stennija u standby OM.

L-intenzjoni tal-EPA u tal-Kummissjoni Ewropea hi li, meta possibbli, l-konsum tal-enerġija assoċjat mad-DFE (tat-Tip 1 jew tat-Tip 2) għandu jiġi eskluż jew imnaqqas mill-enerġija TEC jew mill-kejl tal-konsum tal-enerġija OM.

 

Prodotti Mibjugħa b’Settijiet tal-Idejn Mingħajr wajers Addizzjonali: Biex jikkwalifikaw, il-magni tal-feks jew MFDs bil-kapaċità ta’ feks manifatturati mill-1 ta’ Lulju 2009 u li jinbigħu bis-settijiet tal-idejn mingħajr wajers addizzjonali għandhom jużaw settijiet tal-idejn li bi kwalifikazzjoni ENERGY STAR, jew sett li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tat-Telefonija ENERGY STAR meta ttestjat bil-metodu tal-ENERGY STAR fid-data meta t-tagħmir tal-immaġini jiġi kkwalifikat bħala ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-prodotti tat-telefonija jinsabu fuq www.energystar.gov/products.

 

Stampar fuq żewġ naħat: Il-kopjaturi tad-daqs Standard, l-MFDs, u l-printers li jużaw teknoloġiji tal-immarkar bħall-EP, SI, u IJ ta’ Prestazzjoni Għolja indirizzati mill-approċċ TEC fit-Taqsima C.1 għandhom jissodisfaw dawn Ir-rekwiżiti taL-istampar fuq żewġ naħat fuq bażi tal-veloċità monokromatika tal-prodott:

Kopjaturi tal-Kulur, MFDs u Printers

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott

Ir-rekwiżit taL-istampar fuq Żewġ Naħat

≤ 19 ipm

Mhux applikabbli

20 – 39 ipm

L-istampar awtomatiku fuq żewġ naħat għandu jkun offrut bħala karatteristika standard jew aċċessorju mhux obbligatorju fil-ħin tax-xiri.

≥ 40 ipm

L-istampar fuq żewġ naħat awtomatiku huwa meħtieġ bħala karatteristika standard fil-ħin tax-xiri.

Kopjaturi Monokromatiċi, MFDs u Printers

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott

Ir-rekwiżit taL-istampar fuq żewġ naħat

≤ 24 ipm

Mhux applikabbli

25 – 44 ipm

L-istampar fuq żewġ naħat awtomatiku għandu jkun offrut bħala karatteristika standard jew aċċessorju mhux obbligatorju fil-ħin tax-xiri.

≥ 45 ipm

L-istampar fuq żewġ naħat awtomatiku huwa meħtieġ bħala karatteristika standard fil-ħin tax-xiri.

1.   Il-kriterji tal-Eliġibbiltà ENERGY STAR – TEC.

Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, il-valur tat-TEC għat-tagħmir tal-immaġini elenkati fit-Taqsima B, Tabella 1, ta’ hawn fuq ma għandux ikun ogħla mil-limiti korrispondendenti ta’ hawn taħt:

Fil-każ ta’ tagħmir tal-immaġini b’DFE tat-Tip 2, il-konsum tal-enerġija tad-DFE, kalkolat kif bil-metodu tal-eżempju ta’ hawn taħt, għandu jiġi eskluż meta jsir paragun bejn il-valur imkejjel tat-TEC u l-limiti elenkati hawn taħt. Id-DFE ma għandux jaffettwa l-abbiltà tat-tagħmir tal-immaġini li jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet ta’ enerġija aktar baxxa tiegħu. Sabiex jiġi eskluż, id-DFE għandu jissodisfa d-definizzjoni fit-Taqsima A.32 u jkun unità separata tal-ipproċessar li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk.

Pereżempju: Ir-riżultat TEC totali ta’ printer huwa 24.5 kWh/ġimgħa u d-DFE intern tiegħu jikkonsma Formula, li mbagħad jitnaqqas mill-valur TEC ittestjat: Formula. Wara, 16.1 kWh/ġimgħa jiġi pparagunat mal-limiti li ġejjin.

Nota: Fl-ekwazzjonijiet kollha li ġejjin, x = il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm).

Tabella TEC 1

Prodott(i):Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali, Magni tal-Feks, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono Stensil, Mono TT, IJ Mono ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 15

1,0 kWh

15 < x ≤ 40

Formula

40 < x ≤ 82

Formula

> 82

Formula

Tabella TEC 2

Prodott(i): Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali, Magni tal-Feks, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, Stensil tal-Kulur, TT tal-Kulur, EP tal-Kulur, SI, IJ tal-Kulur ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 32

Formula

32 < x ≤ 58

Formula

> 58

Formula

Tabella TEC 3

Prodott(i): MFDs

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono TT, IJ Mono ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

Massimu TEC (kWh/fil-ġimgħa)

≤ 10

1.5 kWh

10 < x ≤ 26

Formula

26 < x ≤ 68

Formula

> 68

Formula

Tabella TEC 4

Prodott(i): MFDs

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, TT tal-Kulur, EP tal-Kulur, SI, IJ tal-Kulur ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 26

Formula

26 < x ≤ 62

Formula

> 62

Formula

2.   Il-kriterji tal-Eliġibbiltà ENERGY STAR – OM.

Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, il-valuri tal-konsum tal-enerġija għat-tagħmir tal-immaġini elenkati fit-Taqsima C, Tabella 2, ta’ hawn fuq ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti korrispondendenti ta’ hawn taħt: Għall-prodotti li jissodisfaw Ir-rekwiżit tal-enerġija tal-modalità Stennija fil-modalità Lest, l-ebda tnaqqis awtomatiku ulterjuri tal-enerġija ma huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq il-limitu Stennija. Barra minn hekk, għall-prodotti li jissodisfaw Ir-rekwiżiti tal-enerġija Standby fil-modalità Lest jew fil-modalità Stennija, ma huwa meħtieġ ebda tnaqqis awtomatiku ulterjuri tal-enerġija sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR.

Għat-tagħmir tal-immaġini li għandhom DFE funzjonalment integrat li jiddependi fuq it-tagħmir tal-immaġini għall-enerġija tiegħu, il-konsum tal-enerġija tad-DFE għandu jiġi eskluż meta jitqabbel il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir imkejjel fil-Modalità Stennija mal-limiti ta’ hawn taħt għall-magna tal-immarkar kombinata u għall-aġent li jżid il-funzjonijiet u meta jitqabbel il-livell imkejjel fil-modalità Standby mal-limiti Standby ta’ hawn taħt. Id-DFE ma għandux jaffettwa l-abbiltà tat-tagħmir tal-immaġini li jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet ta’ enerġija aktar baxxa tiegħu. Sabiex jiġi eskluż, id-DFE għandu jissodisfa d-definizzjoni fit-Taqsima A.32 u jkun unità separata tal-ipproċessar li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk.

Ir-rekwiżiti tal-Ħin tad-Dewmien Default: Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-prodotti OM għandhom jissodisfaw il-konfigurazzjonijiet tal-ħin tad-dewmien awtomatiku pprovduti fit-Tabelli A sa C hawn taħt għal kull tip ta’ prodott, li jkun ffaċilitat għall-konsinna tal-prodott. Barra minn hekk, il-prodotti OM kollha għandhom ikunu kkonsenjati bil-ħin massimu tad-dewmien tal-magna mhux aktar minn erba’ sigħat, li jista’ jiġi aġġustat mill-manifattur biss. Dan il-ħin massimu tad-dewmien tal-magna ma jistax ikun influwenzat mill-utent u tipikament ma jistax ikun modifikat mingħajr manipulazzjoni interna u invażiva tal-prodott. il-konfigurazzjonijiet tal-ħin tad-dewmien awtomatiku provduti fit-Tabelli A sa C jistgħu jkunu aġġustabbli mill-utent.

Tabella A

Il-Ħinijiet tad-Dewmien Awtomatiku Massimi għal Sleep għal Prodotti OM tal-Format Żgħir u tad-Daqs Standard, Ħlief Magni tal-Posta, f’Minuti

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott

(ipm)

Magni tal-Feks

MFDs

Printers

Skeners

0 – 10

5

15

5

15

11 – 20

5

30

15

15

21 – 30

5

60

30

15

31 – 50

5

60

60

15

51 +

5

60

60

15


Tabella B

Il-Ħinijiet Massimi tad-Dewmien Awtomatiku għal Stennija għal Prodotti OM tal-Format Kbir, Ħlief Magni tal-Posta, f’Minuti

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

Kopjaturi

MFDs

Printers

Skeners

0 – 10

30

30

30

15

11 – 20

30

30

30

15

21 – 30

30

30

30

15

31 – 50

60

60

60

15

51 +

60

60

60

15


Tabella C

Il-Ħinijiet Massimi tad-Dewmien Awtomatiku għal Stennija għal Magni tal-Posta, f’Minuti

Il-Veloċità tal-Prodott

(mppm)

Magni tal-posta

0 – 50

20

51 – 100

30

101 – 150

40

151 +

60

Ir-rekwiżiti għal Standby: Biex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR, il-prodotti OM għandhom jissodisfaw il-limitu tal-konsum ta’ enerġija fil-modalità Standby kif jidher fit-Tabella D ta’ hawn taħt għal kull tip ta’ prodott.

Tabella D

Il-Livell Massimu tal-konsum ta’ Enerġija fil-Modalità Standby għall-Prodotti OM, f’Watts

Tip ta’ Prodott

Standby (W)

Il-Prodotti OM kollha

1

Il-kriterji tal-eliġibbiltà fit-Tabelli OM 1 sa 8 hawn taħt jindirizzaw il-magna tal-immarkar tal-prodott. Ladarba l-prodotti huma mistennija li jiġu kkonsenjati b’funzjoni waħda jew aktar apparti l-magna bażika tal-immarkar, it-tolleranzi korrispondenti ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-kriterji tal-magna tal-immarkar għall-modalità Stennija. Il-valur totali għall-prodott bażi u l-“aġenti li jżidu l-funzjonijiet” għandu jintuża biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà. Il-manifatturi jistgħu japplikaw sa mhux aktar minn tliet aġenti li jżidu l-funzjonijiet primarji għal kull mudell ta’ prodott, iżda jistgħu japplikaw aġenti sekondarji li jżidu l-funzjonijiet daqs kemm ikun hemm preżenti (u fejn hemm aktar minn tliet aġenti primarji dawn ikunu inklużi bħala aġenti sekondarji). Eżempju ta’ dan il-metodu huwa provdut hawn taħt:

Pereżempju: Ikkonsidra printer IJ ta’ daqs standard b’konnessjoni USB 2.0 u konnessjoni ta’ karta tal-memorja. Jekk wieħed jassumi li l-konnessjoni USB hija l-interface ewlenija użata waqt it-test, il-mudell tal-printer jirċievi tolleranza tal-aġent li jżid il-funzjonijiet ta’ 0.5 W għall-USB u 0.1 għal-qarrej tal-karta tal-memorja, għal total ta’ 0.6 W ta’ toleranzi tal-aġent li jżid il-funzjonijiet. Ladarba t-Tabella OM 2 tissettja limitu ta’ 1.4 W għall-magna tal-immarkar fil-modalità Stennija, biex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni skont l-ENERGY STAR, il-manifattur jgħodd il-limitu għall-magna tal-immarkar fil-modalità Sleep mat-tolleranzi applikabbli tal-aġent li jżid il-funzjonijiet biex jiddetermina l-konsum massimu tal-enerġija permess biex il-prodott bażi jikkwalifika: 1.4 W + 0.6 W. Jekk il-konsum tal-enerġija tal-printer fil-modalità Stennija huwa mkejjel bħala 2.0 W jew inqas, il-printer jissodisfa l-limitu Stennija tal-ENERGY STAR.

Tabella 3

Il-Prodotti li Jikkwalifikaw — Aġenti li Jżidu l-Funzjonijiet OM

It-tip

Dettalji

Tolleranzi tal-Aġent li Jżid il-Funzjonijiet (W)

 

 

Primarji

Sekondarji

Interfaces

Bil-Fili < 20 MHz

0,3

0,2

Port fiżiku ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li għandu kapaċità ta’ rata ta’ trasferiment < 20 MHz. Jinkludi USB 1.x, IEEE488, IEEE 1284/Parallel/Centronics, RS232, u/jew modem tal-feks.

Bil-Fili ≥ 20 MHz u < 500 MHz

0,5

0,2

Port fiżiku ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li għandu kapaċità ta’ rata ta’ trasferiment ≥ 20 MHz u < 500 MHz. Jinkludi USB 2.x, IEEE 1394/FireWire/i. LINK, u 100Mb Ethernet.

Bil-Fili ≥ 500 MHz

1,5

0,5

Port fiżiku ta’ konnessjoni ta’ data jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li għandu kapaċità ta’ rata ta’ trasferiment ≥ 500 MHz. Jinkludi 1G Ethernet.

D.

Mingħajr fili

3,0

0,7

Interface ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li huwa ddisinjat biex jittrasferixxi d-dejta permezz ta’ mezzi ta’ frekwenza tar-radju mingħajr fili. Jinkludu l-Bluetooth u 802.11.

Kard/kamera/ħżin bil-fili

0,5

0,1

Port fiżiku tal-konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li huwa disinjat biex jippermetti l-konnessjoni ta’ tagħmir estern, bħall-qarrejja tal-karti tal-memorja flash/karti smart - u l-interfaces tal-kamera (inkluż PictBridge).

G.

Infrared

0,2

0,2

Interface ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li huwa ddisinjat biex jittrasferixxi d-dejta permezz tat-teknoloġija infrared. Jinkludi IrDA.

Ieħor

Il-ħażna

0,2

 

Id-drives interni tal-ħżin preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini. Jinkludi d-drives interni biss (eż., disk drives, DVD drives, Zip drives), u japplika għal kull drive separata. Dan l-aġent li jżid ma jkoprix interfaces mad-drives esterni (eż., SCSI) jew memorja interna.

 

Skaners b’lampi CCFL jew b’lampi mhux CCFL

0,5

 

Il-preżenza ta’ skaner li juża t-teknoloġija tal-Cold Cathode Fluorescent Lamp (CCFL) jew teknoloġija differenti minn dik tal-CCFL, bħal teknolġiji tal-Light-Emitting Diode (LED), Halogen, Hot-Cathode Fluorescent Tube (HCFT), Xenon, jew Tubular Fluorescent (TL). Dan l-aġent li jzid huwa applikat darba biss, irrispettivament mid-daqs tal-lampa jew l-għadd ta’ lampi/bozoz li jintuża.

 

Sistema bbażata fuq il-PC (ma tistax tistampa/tikkopja/tiskenja mingħajr l-użu ta’ riżorsi sinifikanti tal-PC)

–0,5

 

Dan l-aġent li jżid japplika għall-prodotti tal-immaġini li jiddependu fuq kompjuter estern għal riżorsi sinifikanti, bħall-ipproċessar tal-memorja u tad-dejta, biex iwettqu l-funzjonijiet bażiċi komunament imwettqa minn prodotti tal-immaġini, bħal rendering tal-paġna. Dan l-aġent ma japplikax għal prodotti li sempliċement jużaw kompjuter bħala sors jew destinazzjoni għad-dejta tal-immaġini.

 

Settijiet tal-idejn mingħajr wajers

0,8

 

Il-kapaċità ta’ tagħmir tal-immaġini li jikkomunika mas-settijiet tal-idejn mingħajr wajers. Dan l-aġent li jżid huwa applikat darba biss, irrispettivament min-numru ta’ settijiet tal-idejn mingħajr wajers li l-prodott huwa ddisinjat għalihom. Dan l-aġent li jżid ma jindirizzax Ir-rekwiżiti tal-enerġija tas-settijiet tal-idejn mingħajr wajers stess.

 

Memorja

1,0 W għal kull 1 GB

 

I-kapaċità interna disponibbli fit-tagħmir tal-immaġini biex jaħżen id-dejta. Dan l-aġent li jżid japplika għall-volumi kollha tal-memorja interna u għandu jkun skalat f’dan is-sens. Pereżempju, unità b’memorja ta’ 2.5 GB tingħata tolleranza ta’ 2.5 W filwaqt li unità ta’ 0.5 GB tingħata tolleranza ta’ 0.5 W.

 

Daqs tal-Provvista tal-Enerġija (PS - Power-supply) fuq bażi tar-rata tal-output tal-PS (OR – Output Rating)

Nota: Dan l-aġent li jżid japplika BISS għal prodotti li jaqgħu taħt it-Tabelli OM 2 u 6.

Għal PSOR > 10 W,

0.02 Fx (PSOR — 10 W)

 

Dan l-aġent li jżid japplika biss għal tagħmir tal-immaġini li jaqgħu taħt it-Tabelli OM 2 u 6. Din it-tolleranza hija kkalkulata mill-output nominali tad-DC tal-provvista tal-enerġija interna jew esterna kif speċifikat mill-manifattur tal-provvista tal-enerġija. (Mhijiex kwantità mkejla). Pereżemju, unità li tkun ratata biex tipprovdi sa 3 A bi 12 V għandha PSOR ta’ 36 W u tingħata tolleranza ta’

Formula

għall-provvista tal-enerġija. Fil-każ ta’ provvisti li jipprovdu aktar minn vultaġġ wieħed, jintuża t-total tal-enerġija mill-vultaġġi kollha, sakemm l-ispeċifikazzjonijiet ma jindikawx li l-limitu nominali huwa aktar baxx minn dan. Pereżempju, provvista li tista’ tagħti output ta’ 3 A b’ 24 V u 1.5 A b’ 5 V għandha PSOR totali ta’

Formula

, u tolleranza ta’ 1.39 W.

Għat-tolleranzi tal-aġenti li jżidu l-funzjonijiet murija fit-Tabella 3 ta’ hawn fuq, isiru distinzjonijiet bejn it-tipi “Primarji” u “Sekondarji” ta’ aġenti li jżidu l-funzjonijiet. Dawn id-denominazzjonijiet jirreferu għall-istat li l-interface huwa meħtieġ jibqa’ fih meta t-tagħmir tal-immaġini ikun fil-modalità Stennija. Il-konnessjonijiet li jibqgħu attivi matul il-proċedura tat-test tal-OM meta t-tagħmir tal-immaġini ikun fil-modalità Stennija huma definiti bħala primarji, filwaqt li l-konnessjonijiet li jistgħu jkunu inattivi meta t-tagħmir tal-immaġini ikun fil-modalità Stennija huma definiti bħala sekondarji. Tipikament, il-parti l-kbira tal-aġenti li jżidu l-funzjonijiet huma tat-tip sekondarju.

Il-manifatturi għandhom iqisu biss it-tipi ta’ aġenti li jzidu li huma disponibbli fuq prodott fil-konfigurazzjoni tiegħu kif ikkonsenjat. L-għażliet disponibbli għall-konsumaturi wara li l-prodott jiġi kkonsenjat jew l-interfaces preżenti fuq id-digital front-end (DFE) tal-prodott li jieħu l-enerġija esternament m’għandhomx jitqiesu meta jiġu applikati t-tolleranzi għat-tagħmir tal-immaġini.

Fil-każ ta’ prodotti b’aktar minn interface wieħed, dawn l-interfaces għandhom jitqiesu bħala uniċi u separati. Madankollu, l-interfaces li jwettqu bosta funzjonijiet għandhom jitqiesu darba biss. Pereżempju, konnessjoni tal-USB li topera bħala 1.x kif ukoll bħala 2.x tista’ titqies darba biss u tingħata tolleranza waħda. Meta interface partikolari tista’ taqa’ taħt aktar minn tip wieħed ta’ interface skont it-Tabella 3 ta’ hawn fuq, il-manifattur għandu jagħżel dik il-funzjoni li l-interface hija primarjament maħsuba li twettaq meta tkun qed tiġi ddeterminata t-tolleranza xierqa tal-aġent li jżid. Pereżempju, konnessjoni tal-USB fuq quddiem tat-tagħmir tal-immaġini li titqiegħed fis-suq bħala PictBridge jew “interface tal-kamera” fid-dokumentazzjoni tal-prodott għandha titqies bħala interface tat-Tip E minflok tat-Tip B. Bl-istess mod, slot tal-qarrej tal-karta tal-memorja li jaqbel ma’ diversi formati jista’ jitqies darba biss. Barra minn hekk, sistema li tieħu aktar minn tip wieħed ta’ 802.11 tista’ titqies biss bħala interface wieħed mingħajr wajers.

Tabella OM 1

Prodott(i): Kopjaturi, MFDs

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, TT tal-Kulur, DT, DS Mono, EP Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

30


Tabella OM 2

Prodott(i): Magni tal-Feks, MFDs, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: IJ tal-Kulur, IJ Mono

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

1,4


Tabella OM 3

Prodott(i): MFDs, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: IJ tal-Kulur, IJ Mono

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

15


Tabella OM 4

Prodott(i): Magni tal-posta

Il-Format(i) tad-Daqs: Mhux applikabbli

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono TT

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

7


Tabella OM 5

Prodott(i): Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Zgħir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, DT, IJ tal-Kulur, Impatt tal-Kulur, TT tal-Kulur, DS Mono, EP Mono, IJ Mono, Impatt Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

9


Tabella OM 6

Prodott(i): Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: Impatt tal-Kulur, Impatt Mono

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

4,6


Tabella OM 7

Prodott(i): Skeners

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir, Format Zgħir, Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: Mhux applikabbli

 

Stennija (W)

Magna tal-Iskannjar

4,3


Tabella OM 8

Prodott(i): Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, Impatt tal-Kulur, TT tal-Kulur, DT, DS Mono, EP Mono, Impatt Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

 

Stennija (W)

Magna tal-Immarkar

14

3.   Rekwiżiti tal-effiċjenza għal tagħmir DFE

Dawn Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza huma applikabbli għal tagħmir DFE kif definiti fit-Taqsima A ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

Rekwiżiti tal-Effiċjenza għal Provvisti tal-Enerġija

DFE tat-Tip 1 li juża Provvista tal-Enerġija Interna AC-DC: DFE li jingħata l-enerġija DC mis-sors tal-enerġija AC-DC intern tiegħu stess għandu jissodisfa dan Ir-rekwiżit tal-effiċjenza għal provvisti tal-enerġija li ġej: 80 % effiċjenza minima b’20 %, 50 %, u 100 % tal-output nominali u Fattur ta’ Kurrent (Power Factor) > 0.9 b’output nominali ta’ 100 %.

DFE tat-Tip 1 li juża Provvista tal-Enerġija Esterna: DFE li jingħata l-enerġija DC mis-sors tal-enerġija estern tiegħu stess (kif definit mill-ENERGY STAR V2.0 Programme Requirements for Single Voltage AC-AC and AC-DC External Power Supplies) għandu jkollu kwalifika ENERGY STAR jew jissodisfa l-livelli ta’ effiċjenza għal modalità no-load u għal modalità attiva kif speċifikati fl-ENERGY STAR V2.0 Programme Requirements for Single Voltage AC-AC and AC-DC External Power Supplies. L-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR u l-lista ta’ prodotti kwalifikati tinsab fuq: www.energystar.gov/powersupplies.

Proċeduri tat-Test

Il-manifatturi huma mitluba jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR.

Fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet, l-imsieħeb jaqbel li juża l-proċeduri tal-ittestjar applikabbli mogħtija fit-Tabella 4, hawn taħt.

Ir-riżultati tal-ittestjar għall-prodotti li jikkwalifikaw għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont kif ikun xieraq.

Ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

Il-Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza: Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq il-bażi tas-suq/swieq fejn il-mudelli jkunu se jinbigħu u se jiġu promossi bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR. L-EPA u l-Pajjiżi Mseħbin ENERGY STAR tagħha qablu dwar tabella bi tliet kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/frekwenza għall-finijiet tal-ittestjar. Għal dettalji dwar il-kombinazzjonijiet internazzjonali ta’ vultaġġ/frekwenza għal kull suq, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima D.4.

Għal prodotti li jinbiegħu bħala ENERGY STAR fi swieq internazzjonali varji u li għalhekk jingħataw rata b’vultaġġi input multipli, il-manifattur għandu jittestja l-konsum ta’ enerġija meħtieġ jew il-valuri tal-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta’ vultaġġ/frekwenza u jirrapportahom. Pereżempju, manifattur li jikkonsenja l-istess mudell lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm b’115 Volts/60 Hz kif ukoll b’230 Volts/50 Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kombinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. 115 Volts/60 Hz), f’dan il-każ il-kwalifika u l-promozzjoni tiegħu bħala ENERGY STAR issir biss f’dawk ir-reġjuni li jappoġġaw il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. l-Amerka ta’ Fuq u t-Tajwan).

Tabella 4

Proċeduri ta’ Ittestjar għal DFE tat-Tip 1

Rekwiżit tal-ispeċifikazzjoni

Protokoll tat-Test

Sors

Effiċjenza tal-Provvista tal-kurrent elettriku

Provvista tal-Enerġija Interna (IPS)

IPS (provvista interna tal-kurrent elettriku): http://efficientpowersupplies.epri.com/

Test ENERGY STAR

tal-Provvista tal-Enerġija Esterna (EPS)

EPS (provvista esterna tal-kurrent elettriku): www.energystar.gov/powersupplies/

D.   Linji gwida għall-ittestjar

L-istruzzjonijiet speċifiċi biex jiġi ttestjat l-użu effiċjenti tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini huma deskritti fi tliet taqsimiet separati hawn taħt, bit-titolu:

Il-Proċedura tat-Test għall-Konsum Tipiku tal-Elettriku;

Il-Proċedura tat-Test għall-Modalità Operazzjonali;

u

Il-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-Test għat-Tagħmir tal-Immaġini ENERGY STAR.

Ir-riżultati tat-test prodotti minn dawn il-proċeduri għandhom jintużaw bħala l-bażi primarja biex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR.

Il-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jilħqu l-linji gwida tal-ENERGY STAR. Il-familji ta’ mudelli tat-tagħmir tal-immaġini li huma mibnija fuq l-istess qafas u li huma identiċi f’kull aspett ħlief għall-kaxxa u l-kulur jistgħu jiġu kkwalifikati permezz tas-sottomissjoni tad-dejta tat-test għal mudell wieħed rappreżentattiv. Bl-istess mod, il-mudelli li jibqgħu l-istess jew li jvarjaw biss fl-aspett estern minn dawk mibjugħin fis-sena ta’ qabel jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ dejta tat-test ġdida, jekk l-ispeċifikazzjoni tibqa’ l-istess.

Jekk mudell ta’ prodott jiġi offrut fis-suq f’bosta konfigurazzjonijiet bħala familja jew serje ta’ prodotti, l-imsieħeb jista’ jittestja u jirrapporta l-ogħla konfigurazzjoni disponibbli fil-familja, miflok kull mudell individwali. Meta jissottomettu familji ta’ mudelli, il-manifatturi għandhom jibqgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ effiċjenza dwar it-tagħmir tal-immaġini tagħhom, inklużi dawk mhux ittestjati jew li għalihom ma kinitx irrapportata d-dejta.

Pereżempju: Il-Mudelli A u B huma identiċi, ħlief li l-mudell A jiġi kkonsenjat b’interface tal-wajers > 500 MHz, u l-mudell B jiġi kkonsenjat b’interface tal-wajers < 500 MHz. Jekk il-mudell A huwa ttestjat u jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR, allura l-imsieħeb jista’ jirrapporta d-dejta tat-test għall-mudell A biss, u jkun qed jirrappreżenta kemm il-mudell A kif ukoll il-mudell B.

Jekk l-enerġija elettrika ta’ prodott tiġi mill-mejn, USB, IEEE1394, Power-over-Ethernet, sistema tat-telefon, jew kwalunkwe mezz jew kombinazzjoni ta’ mezzi oħra, l-enerġija elettrika AC netta kkonsmata mill-prodott (filwaqt li jitqies it-telf tal-konverżjoni minn AC għal DC, kif speċifikat fil-proċedura tat-test tal-OM) għandha tintuża għall-kwalifikazzjoni.

1.   Ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

Numru ta’ Unitajiet Meħtieġa għat-Test

It-Test għandu jsir mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fuq unità waħda ta’ mudell.

(a)

Għall-prodotti elenkati fit-Taqsima B, Tabella 1 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, jekk l-unità inizjali ttestjata tikseb riżultati tat-test tat-TEC li jilħqu l-kriterji tal-eliġibbiltà iżda huma sa 10 % tal-limitu, għandha wkoll tiġi ttestjata unità addizzjonali waħda tal-istess mudell. Il-manifatturi għandhom jirrapportaw il-valuri għaż-żewġ unitajiet. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, iż-żewġ unitajiet għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

(b)

Għall-prodotti elenkati fit-Taqsima B, Tabella 2, ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, jekk l-unità inizjali ttestjata tikseb riżultati tat-test tal-OM li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà iżda huma sa 15 % tal-limiti fi kwalunkwe mill-modalitajiet ta’ operazzjoni speċifikati għal dak it-tip ta’ prodott, allura għandhom jiġu ttestjati żewġ unitajiet oħra. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, it-tliet unitajiet kollha għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

Il-preżentazzjoni ta’ Dejta tal-Prodott Ikkwalifikat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont ma jkun xieraq.

L-imsieħba huma obbligati jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR u jirrapportaw l-informazzjoni lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont ma jkun xieraq. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għall-prodotti għandha tiġi deskritta fil-qosor wara l-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet finali. Barra minn hekk, l-imsieħba għandhom jippreżentaw lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont ma jkun xieraq, siltiet mid-dokumentazzjoni tal-prodott li jispjegaw lill-konsumaturi uil-konfigurazzjonijiet rakkomandati tal-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku għall-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija. L-intenzjoni ta’ dan Ir-rekwiżit huwa li jixhed il-fatt li l-prodotti qed jiġu ttestjati kif ittrasportati u rrakkomandati għall-użu.

Il-Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza

Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq il-bażi tas-suq/swieq fejn il-mudelli jkunu se jinbiegħu u se jiġu promossi bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR. EPA, il-Kummissjoni Ewropea u l-Pajjiżi Mseħbin tal-ENERGY STAR tagħhom qablu dwar tabella bi tliet kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/frekwenza għall-finijiet tal-ittestjar. Jekk jogħġbok irreferi għall-Kundizzjonijiet tat-Test għat-Tagħmir tal-Immaġini għal dettalji dwar qisien internazzjonali ta’ vultaġġ/frekwenza u tal-karti għal kull suq.

Għal prodotti li jinbiegħu bħala ENERGY STAR fi swieq internazzjonali varji u li għalhekk jingħataw rata b’vultaġġi input multipli, il-manifattur għandu jittestja l-konsum ta’ enerġija meħtieġ jew il-valuri tal-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta’ vultaġġ/frekwenza u jirrapportahom. Pereżempju, manifattur li jikkonsenja l-istess mudell lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm b’115 Volts/60 Hz kif ukoll b’230 Volts/50 Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kombinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. 115 Volts/60 Hz), f’dan il-każ il-kwalifika u l-promozzjoni tiegħu bħala ENERGY STAR issir biss f’dawk ir-reġjuni li jappoġġaw il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż. l-Amerka ta’ Fuq u t-Tajwan).

2.   Il-Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku tal-Elettriku (TEC)

(a)   Tipi ta’ Prodotti Koperti: Il-Proċedura tat-Test tat-TEC tapplika biex jitkejlu l-prodotti tad-daqs Standard kif definiti fit-Tabella 1 tat-Taqsima B.

(b)   Il-Parametri tat-Test

Din it-taqsima tiddeskrivi l-parametri tat-test li għandhom jintużaw meta jitkejjel prodott taħt il-proċedura tat-test tat-TEC. Din it-taqsima ma tkoprix il-kondizzjonijiet tat-test, li huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima D.4, hawn taħt.

L-ittestjar bis-Simplex

Il-prodotti għandhom ikunu ttestjati fil-modalità simplex. L-oriġinali li ser jiġu kkopjati għandhom ikunu immaġini simplex.

L-immaġini tat-test

L-immaġini tat-test hija d-Disinn tat-Test A mill-istandard ISO/IEC 10561:1999. Għandha tkun riprodotta f’daqs ta’ 10 punti bit-tipa Courier ta’ wisa’ fissa (jew l-eqreb ekwivalenti); Il-karattri speċifiċi għall-Ġermaniż ma għandhomx għalfejn ikunu riprodotti jekk il-prodott ma jkunx kapaċi jagħmilhom. L-immaġini għandha tkun riprodotta fuq folja tal-karta 8.5” × 11” jew A4, kif xieraq għas-suq intenzjonat. Għall-printers u l-MFDs li jistgħu jinterpretaw lingwa li tiddeskrivi l-paġna (PDL- page description language) (eż., PCL, Postscript), l-immaġini għandhom jintbagħtu lill-prodott f’PDL.

L-Ittestjar monokromatiku

Il-prodotti li kapaċi jieħdu l-kulur għandhom jiġu ttestjati b’immaġini monokromatiċi sakemm ma jkunux inkapaċi li jagħmlu dan.

It-tifi awtomatiku u l-Abilitazzjoni tan-Netwerk

Il-prodott għandu jkun konfigurat bl-istess mod li ser jiġi kkonsenjat u rakkomandat għall-użu, b’mod partikolari għall-parametri ewlenin bħalma huma l-ħinijiet tad-dewmien awtomatiku għall-ġestjoni tal-enerġija u r-riżoluzzjoni (ħlief kif speċifikat hawn taħt). L-informazzjoni kollha li tiġi mingħand il-manifattur dwar il-ħinijet tad-dewmien awtomatiku rakkomandati għandha tkun konsistenti mal-konfigurazzjoni kif ser jiġi kkonsenjat, inklużi dawk fil-manwali tal-operat, fuq il-paġni tal-Web, u dik ipprovduta mill-persunal tal-istallazzjoni. Jekk printer, duplikatur diġitali jew MFD li għandu kapaċità li jistampa, jew magna tal-feks ikollhom kapaċità li jintfew waħedhom u din tiġi ffaċilitata meta l-prodott ikun ser jiġi kkonsenjat, din għandha tkun mitfija qabel it-test. Il-printers u l-MFDs li jistgħu jiġu konnessi man-netwerk meta kkonsenjati (8) għandhom ikunu konnnessi ma’ netwerk. It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk (jew konnessjoni oħra tad-dejta jekk il-prodott ma jistax ikun konness ma’ netwerk) issir kif jagħżel il-manifattur, u t-tip użat għandu jkun irrapportat. Ix-xogħol taL-istampar għat-test jista’ jintbagħat minn fuq konnessjonijiet li ma humiex tat-tip netwerk (eż., USB), anki fuq dawk l-unitajiet li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk.

Il-Konfigurazzjoni tal-Prodott

Is-sors tal-karta u l-ħardwer estern għandhom ikunu preżenti u konfigurati bl-istess mod li ser jiġu kkonsenjati u rrakkomandati għall-użu; madankollu, l-użu tagħhom fit-test huwa skont id-diskrezzjoni tal-manifattur (eż., jista’ jintuża kwalunkwe sors tal-karti). Il-karatteristiċi kontra l-umdità jistgħu jiġu mitfija jekk huma kontrollabbli mill-utent. Kwalunkwe ħardwer li jkun parti mill-mudell u maħsub li jiġi installat jew imwaħħal mill-utent (eż., karatteristika tal-karti) għandu jkun installat qabel isir dan it-test.

Duplikaturi Diġitali

Id-duplikaturi diġitali għandhom ikunu ssettjati u wżati skont id-disinn u l-kapaċitajiet tagħhom. Pereżempju, kull biċċa xogħol għandha tinkludi biss immaġini waħda oriġinali. Id-duplikaturi diġitali għandhom ikunu ttestjati bil-veloċità massima dikjarata, li hija wkoll il-veloċità li għandha tintuża biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-biċċa xogħol biex isir it-test, mhux il-veloċità awtomatika kif ser jiġi kkonsenjat, jekk dawn ikunu differenti. Id-duplikaturi diġitali għandhom fl-aspetti l-oħrajn jiġu ttrattati bħala printers, kopjaturi jew MFDs, skont il-kapaċitajiet tagħhom meta ser jiġu kkonsenjati.

(c)   L-Istruttura tal-Biċċa Xogħol

Din it-taqsima tiddeskrivi kif jiġi determinat in-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol li għandu jintuża meta jitkejjel prodott taħt il-proċedura tat-test tat-TEC, u x-xogħlijiet kuljum għall-kalkolu tat-TEC.

Għall-għanijiet ta’ din il-proċedura ta’ ittestjar, il-veloċità tal-prodott li tintuża biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-biċċa xogħol għat-test għandha tkun il-veloċità massima simplex li jirrapporta l-manifattur biex isiru l-immaġini monokromatiċi fuq karta ta’ daqs standard (8.5” × 11” jew A4), miżjuda jew imnaqqsa sal-eqreb numru sħiħ. Din il-veloċità tintuża wkoll għall-għanijiet tar-rapportar bħala l-Veloċità tal-Prodott tal-mudell. Il-veloċità awtomatika tal-prodott, li għandha tintuża fl-ittestjar attwali, ma titkejjilx u tista’ tkun differenti mill-veloċità massima dikjarata minħabba fatturi bħalma huma l-konfigurazzjonijiet għar-riżoluzzjoni, il-kwalità tal-immaġini, il-modalitajiet taL-istampar, il-ħin tal-iskennjar ta’ dokument, id-daqs u l-istruttura tal-biċċa xogħol, u d-daqs u l-piż tal-karta.

Il-magni tal-feks għandhom dejjem jiġu ttestjati b’immaġini waħda għal kull biċċa xogħol. In-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol li għandu jintuża għall-prodotti kollha l-oħrajn tal-IE għandu jiġi kkalkolat skont dawn it-tliet passi li ġejjin. Għall-konvenjenza, it-Tabella 8 tipprovdi l-immaġini riżultanti għall-komputazzjoni ta’ kull biċċa xogħol għal kull Veloċità tal-Prodott integrali sa 100 immaġini fil-minuta (ipm).

(i)

Ikkalkula n-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum. In-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum ivarja skont il-Veloċità tal-Prodott:

Għal unitajiet b’veloċità ta’ tmien ipm jew inqas, uża tmien biċċiet xogħol fil-jum.

Għal unitajiet b’veloċità bejn tmien u 32 ipm, in-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum huwa daqs il-veloċità. Pereżempju, unità ta’ 14 ipm tuża 14 biċċiet xogħol fil-jum.

Għal unitajiet b’veloċità ta’ 32 ipm u aktar, uża 32 biċċa xogħol fil-jum.

(ii)

Ikkalkula l-ammont nominali ta’ immaġini fil-jum  (9) mit-Tabella 5. Pereżempju, unità ta’ 14 ipm tuża

Formula

, jew 98 immaġini fil-jum.

Tabella 5

Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol tat-Tagħmir tal-Immaġini

Tip tal-prodott

Ir-rata li għandha tintuża

Formula (immaġini fil-jum)

Monokromatiku (ħlief feks)

Veloċità monokromatika

Formula

Kulur (ħlief feks)

Veloċità monokromatika

Formula

(iii)

Ikkalkula n-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol billi tiddividi n-numru ta’ immaġini fil-jum bin-numru ta’ biċċiet ta’ xogħol fil-jum. Naqqas iċ-ċifra sal-eqreb numru sħiħ. Pereżempju, figura ta’ 15.8 għandha tiġi rrapportata bħala 15-il immaġini għal kull biċċa xogħol, minflok 16-il immaġini għal kull biċċa xogħol.

Għal kopjaturi ta’ inqas minn 20 ipm, għandu jkun hemm oriġinali waħda għal kull immaġini meħtieġa. Għal biċċiet xogħol b’għadd kbir ta’ immaġini, bħal dawk għal magni li għandhom aktar minn 20 ipm, jista’ ma jkunx possibbli li jitqabbel in-numru ta’ immaġini meħtieġa, b’mod partikolari meta jkun hemm limiti fuq il-kapaċità tal-apparati li jdaħħlu d-dokumenti. Għalhekk, il-kopjaturi ta’ 20 ipm u aktar jistgħu jagħmlu bosta kopji tal-istess oriġinali, kemm-il darba n-numru ta’ oriġinali jkun għall-inqas għaxra. Dan jista’ jirriżulta f’li jkun hemm aktar immaġini magħmula milli meħtieġ. Bħala eżempju, għal unità ta’ 50 ipm li teħtieġ 39 immaġini għal kull biċċa xogħol, it-test jista’ jsir b’erba’ kopji ta’ għaxar oriġinali jew tliet kopji ta’ 13-il oriġinali.

(d)   Il-Proċeduri tal-Kejl

Biex jitkejjel il-ħin, biżżejjed jintuża stopwatch ordinarju b’kalkolu tal-ħin sa riżoluzzjoni ta’ sekonda. Iċ-ċifri kollha tal-enerġija għandhom jiġu rrekordjati bħala watt-hours (Wh). Il-ħin kollu għandu jiġi rrekordjat f’sekondi jew minuti. Ir-referenzi “qiegħed il-miter fuq żero” huma għall-qari “Wh” tal-miter. It-Tabelli 6 u 7 jiddeskrivu fil-qosor il-passi tal-proċedura TEC.

Il-modalitajiet tas-servizz/manutenzjoni (inkluża l-kalibrazzjoni tal-kulur) ġeneralment m’għandhomx ikunu inklużi fil-kejl tat-TEC. Kull waħda minn dawn il-modalitajiet li sseħħ matul it-test għandha tiġi nnutata. Jekk modalità tas-servizz isseħħ matul biċċa xogħol li ma tkunx l-ewwel waħda, dik il-biċċa xogħol tista’ tiġi skartata u minflokha tiżdied biċċa xogħol oħra mat-test. Fil-każ li hija meħtieġa biċċa xogħol sostituta, tirrekordjax il-valuri tal-enerġija għall-biċċa xogħol skartata u żid il-biċċa xogħol sostituta immedjatament wara l-Biċċa Xogħol 4. L-intervall ta’ 15-il minuta bejn biċċa xogħol u oħra għandu jinżamm f’kull ħin, inkluż għall-biċċa xogħol li hija skartata

L-MFDs mingħajr il-kapaċità li jistampaw għandhom ikunu trattati bħala kopjaturi għall-għanijiet kollha ta’ din il-proċedura ta’ ttestjar.

(i)   Il-Proċedura għall-Printers, id-Duplikaturi Diġitali u l-MFDs bil-Kapaċità li Jistampaw, u l-Magni tal-Feks

Tabella 6

Il-Proċedura tat-Test tat-TEC — Printers, Duplikaturi Diġitali u l-MFDs bil-Kapaċità li Jistampaw, u Magni tal-Feks

Skala

Stat Inizjali

Azzjonijiet

Irrekordja (fl-aħħar tal-pass)

L-Istati Mkejla Possibbli

1

Mitfi

Ipplaggja l-unità fil-miter. Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

L-enerġija mitfija

Mitfi

Il-ħin tal-intervall tat-test

2

Mitfi

Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija f’modalità Lest.

3

Lest

Stampa biċċa xogħol ta’ għall-inqas immaġini waħda prodotta iżda mhux aktar minn biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol.

Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fl-aħħar modalità Stennija tagħha.

Ħin Attiv0

4

Stennija

Qiegħed il-miter fuq żero; stenna siegħa.

Enerġija Stennija

Stennija

5

Stennija

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stampa biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm l-arloġġ juri li għaddew 15-il minuta.

Enerġija Biċċa Xogħol 1

Irkupru, Attiv, Lest, Stennija

Ħin Attiv1

6

Lest

Irrepeti l-Pass 5

Enerġija Biċċa Xogħol2

Bħal fuq

Ħin Attiv2

7

Lest

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol3

Bħal fuq

8

Lest

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol4

Bħal fuq

9

Lest

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stenna sakemm il-miter u/jew l-unità turi li daħlet fl-aħħar modalità stennija tagħha.

Ħin Final

Lest, Stennija

Enerġija Finali

Noti:

Qabel ma jinbeda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku tal-ġestjoni tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma l-istess bħal kif ser jiġu kkonsenjati, u jiġi kkonfermat li hemm biżżejjed karti fit-tagħmir.

L-istruzzjoni “qiegħed il-miter fuq żero” tista’ titwettaq billi jkun irrekordjat il-konsum akkumulat tal-enerġija f’dak il-ħin minflok mal-miter litteralment jitqiegħed fuq żero.

Pass 1 — Il-perjodu tal-kejl Mitfi jista’ jkun itwal jekk mixtieq, biex jitnaqqas l-iżball fil-kejl. Innota li l-enerġija meta Mitfi ma tintużax fil-kalkoli.

Pass 2 — Jekk l-unità ma għandiex indikatur Lest, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabbilizza għal-livell Lest.

Pass 3 — Wara li tirrekordja l-ħin Attiv0, il-bqija ta’ din il-biċċa xogħol tista’ tiġi kkanċellata.

Pass 5 — Il-perjodu ta’ 15-il minuta jibda minn x’ħin tinbeda l-biċċa xogħol. L-unità għandha turi konsum miżjud tal-enerġija fi żmien ħames sekondi minn meta l-miter jitqiegħed fuq żero; Biex dan jiġi żgurat, jista’ jkun meħtieġ li L-istampar jinbeda qabel ma l-miter jitqiegħed fuq żero.

Pass 6 — Unità li tiġi kkonsenjata bil-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku qosra tista’ tibda l-Passi 6-8 minn Stennija.

Pass 9 — L-unitajiet jista’ jkollhom bosta modalitajiet Stennija sabiex il-modalitajiet Stennija kollha ħlief l-aħħar waħda jkunu inklużi fil-perjodu Finali.

Kull immaġini għandha tintbagħat separatament; kollha jistgħu jkunu parti mill-istess dokument, iżda ma għandhomx ikunu speċifikati fid-dokument bħala kopji multipli ta’ immaġini oriġinali waħda (kemm-il darba l-prodott mhuwiex duplikatur diġitali, kif speċifikat fit-Taqsima D.2(b)).

Għall-magni tal-feks, li jużaw immaġini waħda biss għal kull biċċa xogħol, il-paġna għandha tiddaħħal fl-apparat li jiddaħlu fih id-dokumenti għall-ikkopjar okkażjonali, u tista’ titqiegħed f’dan l-apparat qabel ma jibda t-test. L-unità ma għandhiex għalfejn tkun konnessa ma’ linja tat-telefon kemm-il darba l-linja tat-telefon mhijiex meħtieġa biex isir it-test. Pereżempju jekk il-magna tal-feks ma għandhiex il-kapaċità ta’ ikkopjar okkażjonali, il-biċċa xogħol imwettqa fil-Pass 2 għandha tintbagħat permezz tal-linja tat-telefon. Fuq il-magni tal-feks mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti, il-paġna għandha titqiegħed fuq il-platen.

(ii)   Il-Proċedura għall-Kopjaturi, id-Duplikaturi Diġitali u l-MFDs mingħajr il-Kapaċità taL-istampar

Tabella 7

Il-Proċedura tat-Test tat-TEC — Printers, Duplikaturi Diġitali u l-MFDs mingħajr Kapaċità li Jistampaw

Skala

Stat Inizjali

Azzjonijiet

Irrekordja (fl-aħħar tal-pass)

L-Istati Possibbli Imkejla

1

Mitfi

Ipplaggja l-unità fil-miter. Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

L-enerġija Mitfi

Mitfi

Il-ħin tal-intervall tat-test

2

Mitfi

Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija f’modalità Lest.

3

Lest

Ikkopja biċċa xogħol ta’ għall-inqas immaġini waħda iżda mhux aktar minn biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fl-aħħar modalità Stennija tagħha.

Ħin Attiv0

4

Stennija

Qiegħed il-miter fuq żero; stenna siegħa. Jekk l-unità tintefa f’inqas minn siegħa, irrekordja l-ħin u l-enerġija fi Stennija, iżda stenna s-siegħa sħiħa qabel ma tgħaddi għall-Pass 5.

Enerġija Stennija

Stennija

Il-ħin tal-intervall tat-test

5

Stennija

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Ikkopja biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm l-arloġġ juri li għaddew 15-il minuta.

Enerġija Biċċa Xogħol 1

Irkupru, Attiv, Lest, Stennija, Tifi Awtomatiku

Ħin Attiv1

6

Lest

Irrepeti l-Pass 5

Enerġija Biċċa Xogħol2

Bħal fuq

Ħin Attiv2

7

Lest

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol3

Bħal fuq

8

Lest

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol4

Bħal fuq

9

Lest

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stenna sakemm il-miter u/jew l-unità turi li daħlet fil-Modalità Tifi Awtomatiku.

Enerġija Finali

Lest, Stennija

Ħin Final

10

Tifi Awtomatiku

Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

Enerġija Tifi Awtoma-tiku

Tifi Awtomatiku

Noti:

Qabel ma jinbeda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku tal-ġestjoni tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma l-istess bħal kif ser jiġu kkonsenjati, u jiġi kkonfermat li hemm biżżejjed karti fit-tagħmir.

L-istruzzjoni “qiegħed il-miter fuq żero” tista’ titwettaq billi jkun irrekordjat il-konsum akkumulat tal-enerġija f’dak il-ħin minflok mal-miter litteralment jitqiegħed fuq żero.

Pass 1 — Il-perjodu tal-kejl Mitfi jista’ jkun itwal jekk mixtieq, biex jitnaqqas l-iżball fil-kejl. Innota li l-enerġija meta Mitfi ma tintużax fil-kalkoli.

Pass 2 — Jekk l-unità ma għandiex indikatur Lest, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabbilizza għal-livell Lest.

Pass 3 — Wara li tirrekordja l-ħin Attiv0, il-bqija ta’ din il-biċċa xogħol tista’ tiġi kkanċellata.

Pass 4 — Jekk l-unità tintefa f’din is-siegħa, irrekordja l-enerġija fi sleep u l-ħin f’dak il-punt iżda stenna sakemm tħaddi siegħa sħiħa minn meta tkun inbdiet il-modalità Stennija finali qabel ma tibda l-Pass 5. Innota li l-kejl tal-enerġija fi Stennija ma jintużax f’dan il-kalkolu, u l-unità tista’ tidħol fil-Modalità Tifi Awtomatiku fis-siegħa sħiħa.

Pass 5 — Il-perjodu ta’ 15-il minuta jibda minn x’ħin tinbeda l-biċċa xogħol. Sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati b’din il-proċedura tat-test, il-prodotti għandhom ikunu kapaċi jlestu l-biċċa xogħol meħtieġa għal kull Tabella ta’ Biċċa Xogħol fl-intervall tal-biċċa xogħol ta’ 15-il minuta.

Pass 6 — Unità li tiġi kkonsenjata bil-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku qosra tista’ tibda l-Passi 6-8 minn Stennija jew Tifi Awtomatiku.

Pass 9 — Jekk l-unità tkun diġà daħlet f’Tifi Awtomatiku qabel jinbeda l-Pass 9, il-valuri għall-enerġija finali u ħin finali huma żero.

Pass 10 — L-intervall tat-test għal Tifi Awtomatiku jista’ jkun itwal biex tiżdied il-preċiżjoni.

L-oriġinali għandhom jitqiegħdu fl-apparat li jdaħħal id-dokumenti qabel ma jibda t-test. Il-prodotti mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti jistgħu jagħmlu l-immaġini kollha minn oriġinal wieħed imqiegħed fuq il-platen.

(iii)   Kejl Addizzjonali għall-Prodotti li għandhom Digital Front End (DFE)

Dan il-pass jgħodd biss ghall-prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima A.32.

Jekk id-DFE għandu wajer tal-elettriku tal-mejn separat, irrispettivament jekk il-wajer u l-kontrollatur humiex interni jew esterni għat-tagħmir tal-immaġini, għandu jsir kejl ta’ ħames minuti tal-enerġija tad-DFE waħdu waqt li l-prodott ikun fil-modalità Lest. L-unità għandha tkun konnessa ma’ netwerk jekk hija kapaċi titqabbad fuq netwerk meta tiġi kkonsenjata.

Jekk id-DFE m’għandux wajer tal-elettriku tal-mejn separat, il-manifattur għandu jiddokumenta l-enerġija AC meħtieġa għad-DFE meta l-unità sħiħa tkun f’modalità Lest. Dan iseħħ l-aktar komunement billi jittieħed kejl istantanju tal-enerġija tal-input DC għad-DFE u din l-enerġija tiżdied biex jitqies it-telf fil-provvista tal-enerġija.

(e)   Il-Metodi tal-Kalkolu

Il-valur TEC jirrifletti assunzjonijiet dwar kemm sigħat fil-jum il-prodott huwa f’użu ġenerali, kif jintuża f’dawk is-sigħat, u l-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku li juża l-prodott biex jgħaddi għal modalitajiet ta’ inqas enerġija. Il-kejl kollu tal-elettriku jsir bħala enerġija akkumulata mal-ħin, u mbagħad maqluba għall-enerġija billi ssir diviżjoni bit-tul ta’ ħin.

Il-kalkoli huma bbażati fuq il-biċċiet xogħol tal-immaġini mqassma f’żewġ gruppi kuljum u l-unità tgħaddi għall-modalità tal-enerġija l-aktar baxxa bejniethom (bħal fil-ħin tal-ikel), kif jidher fil-Figur 2 ta’ hawn taħt. Wieħed jassumi li ma jsirx użu fi tmiem il-ġimgħa, u li ma jsir ebda tifi manwali.

Il-Ħin Finali huwa l-perjodu minn meta tinbeda l-aħħar biċċa xogħol sal-bidu tal-modalità tal-enerġija l-aktar baxxa (Tifi Awtomatiku għall-kopjaturi, għad-duplikaturi diġitali u l-MFDs mingħajr il-kapaċità taL-istampar; u Stennija għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li għandhom il-kapaċità taL-istampar, u l-magni tal-feks) bit-tnaqqis tal-ħin tal-intervall tal-biċċa xogħol ta’ 15-il minuta.

Dawn iz-zewġ ekwazzjonijiet jintuzaw għat-tipi kollha tal-prodotti:

Formula

Formula

Il-metodu tal-kalkolu għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li għandhom il-kapaċità taL-istampar u għall-magni tal-feks ukoll juża dawn it-tliet ekwazzjonijiet:

Formula

Formula

Formula

Il-metodu tal-kalkolu għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li ma għandhomx il-kapaċità taL-istampar ukoll juża dawn it-tliet ekwazzjonijiet:

Formula

Formula

Formula

L-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir tal-kejl u l-iskali wżati f’kull kejl għandhom jiġu rrapportati. Il-kejl għandu jitwettaq sabiex jirriżulta fi żball potenzjali totali tal-valur tat-TEC ta’ mhux aktar minn 5 %. Il-preċizjoni ma għandhiex għalfejn tkun irrapportata għall-kazijiet fejn l-izball potenzjali ikun inqas minn 5 %. Meta l-iżball potenzjali tal-kejl ikun qrib il-5 %, il-manifatturi għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkonfermaw li jiġi osservat il-limitu ta’ 5 %.

(f)   Referenza

ISO/IEC 10561:1999. Teknoloġija informatika— Tagħmir tal-uffiċċju — Tagħmir taL-istampar— Metodu biex jiġi żgurat throughput — Printers ta’ Klassi 1 u ta’ Klassi 2.

Tabella 8

It-Tabella tal-Biċċiet Xogħol Ikkalkolata

Il-veloċità

Biċċiet Xogħol/Jum

Immaġini Interim/Jum

Immaġini Interim/Biċċa Xogħol

Immaġini/Biċċa Xogħol

Immaġini/Jum

1

8

1

0,06

1

8

2

8

2

0,25

1

8

3

8

5

0,56

1

8

4

8

8

1,00

1

8

5

8

13

1,56

1

8

6

8

18

2,25

2

16

7

8

25

3,06

3

24

8

8

32

4,00

4

32

9

9

41

4,50

4

36

10

10

50

5,00

5

50

11

11

61

5,50

5

55

12

12

72

6,00

6

72

13

13

85

6,50

6

78

14

14

98

7,00

7

98

15

15

113

7,50

7

105

16

16

128

8,00

8

128

17

17

145

8,50

8

136

18

18

162

9,00

9

162

19

19

181

9,50

9

171

20

20

200

10,00

10

200

21

21

221

10,50

10

210

22

22

242

11,00

11

242

23

23

265

11,50

11

253

24

24

288

12,00

12

288

25

25

313

12,50

12

300

26

26

338

13,00

13

338

27

27

365

13,50

13

351

28

28

392

14,00

14

392

29

29

421

14,50

14

406

30

30

450

15,00

15

450

31

31

481

15,50

15

465

32

32

512

16,00

16

512

33

32

545

17,02

17

544

34

32

578

18,06

18

576

35

32

613

19,14

19

608

36

32

648

20,25

20

640

37

32

685

21,39

21

672

38

32

722

22,56

22

704

39

32

761

23,77

23

736

40

32

800

25,00

25

800

41

32

841

26,27

26

832

42

32

882

27,56

27

864

43

32

925

28,89

28

896

44

32

968

30,25

30

960

45

32

1 013

31,64

31

992

46

32

1 058

33,06

33

1 056

47

32

1 105

34,52

34

1 088

48

32

1 152

36,00

36

1 152

49

32

1 201

37,52

37

1 184

50

32

1 250

39,06

39

1 248

51

32

1 301

40,64

40

1 280

52

32

1 352

42,25

42

1 344

53

32

1 405

43,89

43

1 376

54

32

1 458

45,56

45

1 440

55

32

1 513

47,27

47

1 504

56

32

1 568

49,00

49

1 568

57

32

1 625

50,77

50

1 600

58

32

1 682

52,56

52

1 664

59

32

1 741

54,39

54

1 728

60

32

1 800

56,25

56

1 792

61

32

1 861

58,14

58

1 856

62

32

1 922

60,06

60

1 920

63

32

1 985

62,02

62

1 984

64

32

2 048

64,00

64

2 048

65

32

2113

66,02

66

2112

66

32

2 178

68,06

68

2 176

67

32

2 245

70,14

70

2 240

68

32

2 312

72,25

72

2 304

69

32

2 381

74,39

74

2 368

70

32

2 450

76,56

76

2 432

71

32

2 521

78,77

78

2 496

72

32

2 592

81,00

81

2 592

73

32

2 665

83,27

83

2 656

74

32

2 738

85,56

85

2 720

75

32

2 813

87,89

87

2 784

76

32

2 888

90,25

90

2 880

77

32

2 965

92,64

92

2 944

78

32

3 042

95,06

95

3 040

79

32

3 121

97,52

97

3 104

80

32

3 200

100,00

100

3 200

81

32

3 281

102,52

102

3 264

82

32

3 362

105,06

105

3 360

83

32

3 445

107,64

107

3 424

84

32

3 528

110,25

110

3 520

85

32

3 613

112,89

112

3 584

86

32

3 698

115,56

115

3 680

87

32

3 785

118,27

118

3 776

88

32

3 872

121,00

121

3 872

89

32

3 961

123,77

123

3 936

90

32

4 050

126,56

126

4 032

91

32

4 141

129,39

129

4 128

92

32

4 232

132,25

132

4 224

93

32

4 325

135,14

135

4 320

94

32

4 418

138,06

138

4 416

95

32

4 513

141,02

141

4 512

96

32

4 608

144,00

144

4 608

97

32

4 705

147,02

157

4 704

98

32

4 802

150,06

150

4 800

99

32

4 901

153,14

153

4 896

100

32

5 000

156,25

156

4 992

Figura 2

Il-Proċedura tal-Kejl tat-TEC

Image

Iċ-ċifra nru 2 turi l-proċedura tal-kejl f’forma grafika. Wieħed għandu jinnota li l-prodotti ta’ ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku qosra jistgħu jinkludu perjodi ta’ Stennija fil-kejl ta’ erba’ biċċiet xogħol (jobs), jew Tifi Awtomatiku (Auto-off) fil-kejl ta’ Stennija fil-Pass 4. Barra minn hekk, il-prodotti b’faċilità taL-istampar li jkollhom modalità Stennija waħda biss ma jkollhomx modalità Stennija fl-aħħar perjodu. Il-Pass 10 japplika biss għall-kopjaturi, duplikaturi diġitali u MFDs mingħajr il-faċilità ta’ stampar.

Ċifra nru 3

A Jum Tipiku

Image

Iċ-ċifra nru 3 turi eżempju skematiku ta’ kopjatur bi tmien ipm li jwettaq erba’ biċċiet xogħol filgħodu u erba’ biċċiet xogħol wara nofsinhar, għandu żewġ perjodi “finali” u modalità Tifi Awtomatiku għall-bqija tal-jum ta’ xogħol u fi tmiem il-ġimgħa kollu. Perjodu preżunt tal-“ħin tal-ikel” huwa implikat iżda mhux speċifiku. Iċ-ċifra mhijiex skont l-skala. Kif wieħed jista’ jinnota, il-biċċiet tax-xogħol huma dejjem 15-il minuta separati minn xulxin u f’żewġ raggruppamenti. Hemm dejjem żewġ perjodi “finali” sħaħ, irrispettivament mit-tul ta’ dawn il-perjodi. Il-printers, id-duplikaturi diġitali u l-MFDs bil-faċilità ta’ stampar, u l-magni tal-feks jużaw il-modalità Stennija u mhux il-modalità Tifi Awtomatiku bħala l-modalità bażi, iżda altrimenti jiġu ttrattati l-istess bħall-kopjaturi.

3.   Il-Proċedura tat-Test tal-Mod Operazzjonali (OM)

(a)   Tipi ta’ Prodotti Koperti:

Il-Proċedura tat-test OM hija biex jitkejlu l-prodotti definiti fit-Taqsima B, Tabella 2.

(b)   Il-Parametri tat-Test

Din it-taqsima tiddeskrivi l-parametri tat-test li għandhom jintużaw meta jitkejjel il-konsum tal-enerġija minn prodott skont il-proċedura tat-test OM.

Il-Konnettività man-Netwerk

Il-prodotti li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk meta ser jiġu kkonsenjati (10) għandhom ikunu konnessi mill-inqas ma’ netwerk wieħed matul il-proċedura tat-test. It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk li hija attiva hija fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u t-tip użat għandu jkun irrapportat.

Il-prodott ma għandux jirċievi enerġija operattiva minn fuq il-konnessjoni tan-netwerk (eż., permezz tal-Power Over Ethernet, USB, USB PlusPower, jew IEEE 1394) kemm-il darba dak ma jkunx l-uniku sors ta’ enerġija għall-prodott (i.e., m’hemm ebda sors tal-elettriku AC).

Il-Konfigurazzjoni tal-Prodott

Il-prodott għandu jkun konfigurat kif ser jiġi kkonsenjat u rakkomandat għall-użu, b’mod partikolari għall-parametri ewlenin bħall-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku tal-ġestjoni tal-enerġija, il-kwalità tal-immaġini, u r-riżoluzzjoni. Barra minn hekk:

 

Is-sors tal-karti u l-ħardwer estern għandhom ikunu preżenti u konfigurati kif ser jiġu kkonsenjati; madankollu l-użu ta’ dawn il-karatteristiċi fit-test huwa fid-diskrezzjoni tal-manifattur (eż., jista’ jintuża kwalunkwe sors tal-karti). Kwalunkwe ħardwer li jkun parti mill-mudell u maħsub li jiġi installat jew imwaħħal mill-utent (eż., karatteristika tal-karti) għandu jkun installat qabel isir dan it-test.

 

Il-karatteristiċi kontra l-umdità jistgħu jiġu mitfija jekk huma kontrollabbli mill-utent.

 

Għall-magni tal-feks, paġna għandha tiddaħħal fit-tagħmir tal-unità li ddaħħal il-karti għall-ikkopjar okkażjonali, u tista’ titqiegħed fit-tagħmir li jdaħħal il-karti qabel ma jibda t-test. L-unità ma għandhiex għalfejn tkun konnessa ma’ linja tat-telefon kemm-il darba l-linja tat-telefon mhijiex meħtieġa biex isir it-test. Pereżempju jekk il-magna tal-feks ma għandhiex il-kapaċità ta’ ikkopjar okkażjonali, il-biċċa xogħol imwettqa fil-Pass 2 għandha tintbagħat permezz tal-linja tat-telefon. Fuq il-magni tal-feks mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti, il-paġna għandha titqiegħed fuq il-platen.

 

Jekk prodott għandu il-modalità Tifi Awtomatiku mixgħula meta jkun ser jiġi kkonsenjat, din għandha tkun mixgħula qabel ma jsir it-test.

Il-veloċità

Meta titkejjel l-enerġija skont din il-proċedura tat-test, il-prodott għandu jipproduċi immaġini fil-veloċità li tirriżulta mill-konfigurazzjonijiet awtomatiċi tiegħu kif ġie kkonsenjat. Madankollu, għall-fini tar-rapportar, għandha tintuża l-veloċità simplex massima li jirrapporta l-manifattur biex isiru l-immaġini monokromatiċi fuq karta tad-daqs standard.

(c)   Il-Metodu tal-Kejl tal-Enerġija

Il-kejl kollu tal-enerġija għandu jsir skont IEC 62301, b’dawn l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

 

Biex jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-vultaġġ/frekwenza li għandhom jintużaw waqt it-test, ara l-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-test Għall-Prodotti tat-Tagħmir tal-immaġini ENERGY STAR fit-Taqsima D.4.

 

Ir-rekwiżit tal-armoniċi użat matul it-test huwa aktar strett minn dak meħtieġ mill-IEC 62301.

 

Ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għal din il-proċedura tat-test OM huwa ta’ 2 % għall-kejl kollu ħlief dak tal-enerġija Ready. Ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għall-kejl kollu tal-enerġija Ready huwa ta’ 5 %, kif provdut fit-Taqsima D.4. Iċ-ċifra ta’ 2 % hija konsistenti mal-IEC 62301, għalkemm l-istandard tal-IEC jesprimiha bħala livell ta’ kunfidenza.

 

Għat-test ta’ prodotti disinjati biex jaħdmu bil-batteriji, meta mhux konnessi mal-mejn, il-batterija għandha titħalla f’postha; iżda, il-kejl m’għandux jirrifletti l-iċċarġjar attiv tal-batterija lil hinn mill-iċċarġjar tal-manutenzjoni (jiġifieri, il-batterija għandha tkun għal kollox iċċarġjata qabel ma jibda t-test).

 

Il-prodotti bil-provvisti tal-enerġija esterni għandhom ikunu ttestjati bil-prodott konness mal-provvista tal-enerġija esterna.

 

Il-prodotti mħaddma bi provvista standard ta’ vultaġġ baxx DC (eż., USB, USB PlusPower, IEEE 1394, u Power Over Ethernet) għandhom jużaw sors xieraq tal-enerġija AC li jagħti enerġija DC. Il-konsum tal-enerġija mis-sors tal-AC għandu jitkejjel u jiġi rapportat għat-tagħmir tal-immaġini li jkun qed jiġi ttestjat. Għat-tagħmir tal-immaġini li jieħu l-enerġija minn USB, għandu jintuża hub bl-elettriku li jservi biss it-tagħmir tal-immaġini li qed jiġi ttestjat. Għat-tagħmir tal-immaġini mħaddem minn Power Over Fuq Ethernet jew USB PlusPower, huwa aċċettabbli li t-tagħmir tad-distribuzzjoni tal-enerġija jitħaddem bi u mingħajr it-tagħmir tal-immaġini konness, u din id-differenza tintuża bħala l-konsum tat-tagħmir tal-immaġini. Il-manifattur għandu jikkonferma li dan jirrefletti b’mod raġonevoli l-konsum tad-DC mill-unità u xi tolleranza għall-ineffiċjenza fil-provvista u fid-distribuzzjoni tal-enerġija.

(d)   Il-Proċedura tal-Kejl

Biex jitkejjel il-ħin, biżżejjed jintuża stopwatch ordinarju b’kalkolu tal-ħin sa riżoluzzjoni ta’ sekonda. Iċ-ċifri kollha tal-enerġija għandhom jiġu rrekordjati f’watts (W). It-Tabella 9 tiddeskrivi fil-qosor il-passi tal-proċedura tat-test OM.

Il-modalitajiet tas-servizz/mantenuzzjoni (inkluz il-kalibrazzjoni tal-kulur) ġeneralment m’għandhomx ikunu inkluzi fil-kejl. Kwalunkwe adattazzjoni tal-proċedura meħtieġa sabiex ikunu eskluzi dawn il-modalitajiet li jseħħu matul it-test għandhom jiġu nnutati.

Kif jingħad hawn fuq, il-kejl tal-enerġija għandu jsir skont IEC 62301. Skont in-natura tal-modalità, l-IEC 62301 jipprovdi għall-kejl istantanju tal-enerġija, kejl tal-enerġija li takkumula f’ħames minuti, jew kejl tal-enerġija akkumulata fuq perjodi twal biżżejjed biex ikunu stmati sew it-tendenzi tal-konsum ċikliku. Irrispettivament mill-metodu, għandhom ikunu rrapportati biss il-valuri tal-enerġija.

Tabella 9

Il-Proċedura tat-Test OM

Skala

Stat Inizjali

Azzjonijiet

Reġistru

1

Mitfi

Ipplaggja l-unità fil-miter. Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija f’modalità Lest.

2

Lest

Stampa, ikkopja jew skanja immaġini waħda.

3

Lest

Kejjel l-enerġija Lest.

L-enerġija Lest

4

Lest

Stenna l-ħin ta’ dewmien Awtomatikue sa Stennija.

Il-ħin ta’ dewmien awtomatiku sa Stennija

5

Stennija

Kejjel l-enerġija Stennija.

L-enerġija stennija

6

Stennija

Stenna l-ħin ta’ dewmien awtomatiku sa Tifi Awtomatiku.

Il-ħin ta’ dewmien awtomatiku sa Tifi Awtomatiku

7

Tifi Awtomatiku

Kejjel l-enerġija Tifi Awtomatiku.

L-enerġija Tifi Awtomatiku

8

Mitfi

Itfi t-tagħmir manwalment. Stenna sakemm l-unità tkun fil-Modalità Mitfija.

9

Mitfi

Kejjel l-enerġija Mitfi.

L-enerġija Mitfi

Noti:

Qabel ma tibda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien awtomatiku tal-ġestjoni tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li jkunu kif ikkonsenjati.

Pass 1 — Jekk l-unità ma għandhiex indikatur tal-modalità Stennija, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabbilizza ruħu għal-livell Stennija, u nnota dan id-dettall meta tirrapporta d-dejta tat-test tal-prodott.

Passi 4 u 5 — Għal prodotti li għandhom aktar minn livell wieħed Stennija, irreperti dawn il-passi kemm il-darba jkun meħtieġ sabiex jinqabdu l-livelli suċċessivi kollha ta’ modalità Stennija u rrapporta din id-dejta. Tipikament jintużaw żewġ livelli ta’ Stennija fil-kopjaturi tal-format kbir u fl-MFDs li jużaw teknoloġiji tal-immarkar ta’ sħana għolja. Għall-prodotti li ma għandhomx din il-modalità, injora l-Passi 4 u 5.

Passi 4 u 6 — Il-kejl tal-ħin tad-dewmien awtomatiku għandu jsir b’mod parallel, kumulattiv mill-bidu tal-Pass 4. Pereżempju, prodott issettjat biex jidħol fil-modalita’ Stennija fi 15-il minuta u jidħol fit-tieni livell Stennija 30 minuta wara li jidħol fl-ewwel livell Stennija ikollu ħin tad-dewmien awtomatiku ta’ 15-il minuta għall-ewwel livell u ħin tad-dewmien default ta’ 45 minuta għat-tieni livell.

Passi 6 u 7 — Il-parti l-kbira tal-prodotti OM ma għandhomx modalità Tifi Awtomatiku distinta. Għall-prodotti li ma għandhomx din il-modalità, injora l-Passi 6 u 7.

Pass 8 — Jekk l-unità ma għandhiex swiċċ tal-enerġija, stenna sakemm tidħol fil-modalità tal-enerġija l-aktar baxxa u nnota dan id-dettall meta tirrapporta d-dejta tat-test tal-prodott.

(i)   Kejl Addizzjonali għall-Prodotti li għandhom Digital Front End (DFE)

Dan il-pass jgħodd biss ghall-prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima A.32.

Jekk id-DFE għandu wajer tal-elettriku tal-mejn separat, irrispettivament jekk il-wajer u l-kontrollatur humiex interni jew esterni għat-tagħmir tal-immaġini, għandu jsir kejl ta’ ħames minuti tal-enerġija tad-DFE waħdu waqt li l-prodott ikun fil-modalità Lest. L-unità għandha tkun konnessa ma’ netwerk jekk hija kapaċi titqabbad fuq netwerk meta tiġi kkonsenjata.

Jekk id-DFE ma għandux wajer tal-elettriku tal-mejn separat, il-manifattur għandu jiddokumenta l-enerġija AC meħtieġa għad-DFE meta l-unità sħiħa tkun f’modalità Lest. Dan iseħħ l-aktar komunement billi jittieħed kejl istantanju tal-enerġija tal-input DC għad-DFE u din l-enerġija tiżdied biex jitqies it-telf fil-provvista tal-enerġija.

(e)   Referenza

IEC 62301:2005. Tagħmir Elettriku tad-Dar — Kejl tal-Elettriku Standby

4.   Il-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-Test Għall-Prodotti tat-Tagħmir tal-Immaġini ENERGY STAR

Dawn il-kondizzjonijiet ta’ ittestjar li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-Proċeduri tat-Test tal-OM u tat-TEC. Dawn ikopru kopjaturi, duplikaturi diġitali, magni tal-feks, magni tal-posta, mekkaniżmi b’diversi funzjonijiet, printers, u skeners.

Hawn taħt jidhru l-kondizzjonijiet tal-ambjent tat-test li għandhom ikunu stabbiliti meta jsir il-kejl tal-enerġija jew tal-elettriku. Dawn huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li d-differenza fil-kondizzjonijiet ambjentali ma taffettwax ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test jistgħu jiġu riprodotti. Wara l-kondizzjonijiet tat-test jiġu rrapportati l-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tat-test.

(a)   Kundizzjonijiet tat-Test

Kriterji Ġenerali:

Il-Vultaġġ tal-Provvista (11):

L-Amerka ta’ Fuq/Tajwan:

115 (± 1 %) Volts AC, 60 Hz (± 1 %)

L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand:

230 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)

Il-Ġappun

100 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)/60 Hz (± 1 %)

 

Nota: Għal prodotti b’qawwa nominali massima ta’ > 1.5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ± 4 %

Distorsjoni Armonika Totali (THD) (Vultaġġ):

< 2 % THD (< 5 % għal prodotti ratati għal enerġija massima > 1.5 kW)

Temperatura Ambjentali:

23 °C ± 5 °C

Umdità Relattiva:

10 – 80 %

(Referenza tal-IEC 62301: Tagħmir Elettriku tad-Dar — Kejl tal-Elettriku Standby, Taqsimiet 3.2, 3.3)

L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Karta:

Għat-testijiet kollha tat-TEC u għat-testijiet OM li jeħtieġu l-użu tal-karti, id-daqs tal-karti u l-piż bażi għandhom ikunu xierqa għas-suq intern, skont din it-tabella.

Daqs u Piż tal-Karta

Suq

Daqs

Piż Bażi

L-Amerka ta’ Fuq/Tajwan:

8.5″ × 11″

75  g/m2

L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand:

A4

80  g/m2

Il-Ġappun

A4

64  g/m2

(b)   It-Tagħmir tat-Test

L-għan tal-proċeduri tat-test huwa li l-konsum REALI tal-enerġija tal-prodott jitkejjel b’mod preċiż (12). Dan jeħtieġ l-użu ta’ miter tal-enerġija Reali RMS. Il-manifatturi għandhom ikunu attenti meta jagħżlu mudell xieraq għaliex hemm kwantià kbira ta’ miters bħal dawn disponibbli. Dawn il-fatturi għandhom jitqiesu meta jingħażel miter u jitwettaq it-test.

Reazzjoni għall-frekwenza: Apparat elettroniku li fih provvisti ta’ enerġija bis-swiċċ joħloq ton armoniku (ton armoniku bil-fart tipikament sal-21 post). Jekk dawn it-toni armoniċi ma jitqisux fil-kejl tal-enerġija, ir-riżultat ma jkunx preċiż. L-EPA tirrakkomanda li l-manifatturi jużaw miters li għandhom reazzjoni għall-frekwenza ta’ mhux inqas minn 3 kHz; dan iqis toni armoniċi sal-50 post, u huwa rakkomandat mill-IEC 555.

Rizoluzzjoni: Għal kejl dirett tal-enerġija, ir-riżoluzzjoni tat-tagħmir tal-kejl għandha tkun konsistenti ma’ dawn Ir-rekwiżiti tal-IEC 62301:

“L-istrument tal-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjoni ta’:

0.01 W jew aħjar għall-kejl tal-kurrent elettriku ta’ 10 W jew anqas;

0.1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 10 W u sa 100 W;

1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 100 W.’ (13)

Barra minn hekk, l-istrument tal-kejl għandu jkollu riżoluzzjoni ta’ 10 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 1.5 kW. Il-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjonijiet ġeneralment konsistenti ma’ dawn il-valuri meta konvertiti għal enerġija medja. Għall-kejl tal-enerġija akkumulata, iċ-ċifra ta’ mertu għad-determinazzjoni tal-preċiżjoni meħtieġa hija l-valur massimu tal-enerġija, mhux il-medja, għaliex huwa l-massimu li jiddetermina t-tagħmir u s-setup tal-kejl.

Preċiżjoni

Il-kejl li jsir b’dawn il-proċeduri f’kull każ għandu jkollu preċiżjoni ta’ 5 % jew aħjar, għalkemm il-manifatturi normalment jiksbu preċiżjoni awqa minn hekk. Għal xi kejl, il-proċeduri tat-test jistgħu jispeċifikaw preċizjoni ta’ aktar minn 5 %. Bl-għarfien tal-livelli tal-enerġija tal-prodotti tal-immaġini attwali u l-miters disponibbli, il-manifatturi jistgħu jikkalkolaw l-iżball massimu fuq bażi tal-qari u l-firxa ta’ qari li tintuża. Għal kejl ta’ 0.50 W jew inqas, il-preċizjoni meħtieġa hija ta’ 0.02 W.

Il-kalibrazzjoni

Il-miters għandhom ikunu ġew ikkalibrati fl-aħħar 12-il xahar biex tiġi żgurata l-preċiżjoni.

E.   User interface

Huwa rakkomandat bil-qawwa li l-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti skont l-istandard IEEE 1621: Standard għall-Elementi tal-Interface tal-Utent fil-Kontroll tal-Enerġija tat-Tagħmir Elettroniku użat f’Ambjenti ta’ Uffiċċji/Konsumaturi. Dan l-istandard ġie żviluppat biex il-kontrolli tal-enerġija jsiru aktar konsistenti u intuwittivi għat-tagħmir elettroniku kollu. Għal dettalji dwar l-iżvilupp ta’ dan l-istandard, ara http://eetd.lbl.gov/controls.

F.   Data effettiva

Id-data meta l-manifatturi jkunu jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star, skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet, ser tiġi ddefinita bħala d-data effettiva tal-ftehim. Kwalunkwe ftehim li twettaq preċedentement dwar is-suġġett tat-tagħmir tal-immaġini ikkwalifikat ENERGY STAR se jiġi tterminat mit-30 ta’ Ġunju 2009.

Il-kwalifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Prodotti skont il-Verzjoni 1.1: l-ispeċifikazzjonijiet tal-Verżjoni 1.1 se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009. Il-prodotti kollha, inklużi mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt speċifikazzjonijiet preċedenti ta’ tagħmir tal-immaġini, b’data tal-manifattura mill-1 ta’ Lulju 2009 ’il quddiem, għandhom jissodisfaw Ir-rekwiżiti kollha tal-Verżjoni 1.1 il-ġdida sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR (inklużi produzzjonijiet addizzjonali ta’ mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt speċifikazzjonijiet preċedenti). Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż. ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet armata kompletament.

Eliminazzjoni tal-Grandfathering: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea mhux se jippermettu li jsir grandfathering taħt il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet Energy Star. Il-kwalifika Energy Star skont Verżjonijiet preċedenti ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja kollha tal-mudell tal-prodott. Għalhekk, kwalunkwe prodott mibjugħ, kummerċjalizzat, jew identifikat mill-imsieħeb tal-manifattura bħala Energy Star għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet attwali li jkunu fis-seħħ fil-mument tal-manifattura tal-prodott.

G.   Reviżjonijiet futuri tal-ispeċifikazzjonijiet

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-ispeċifikazzjonijiet f’każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħhom għall-konsumaturi, l-industrija jew l-ambjent. B’konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet isiru permezz ta’ diskussjonijiet mal-partijiet interessati u mistennija li jseħħu madwar 2 – 3 snin mid-data effettiva tal-Verżjoni 1.1. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jevalwaw perjodikament is-suq fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija u t-teknoloġiji l-ġodda. Bħal dejjem, il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità jaqsmu d-dejta tagħhom, iressqu proposti, u jesprimu kwalunkwe tħassib. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet jirrikonoxxu l-mudelli fis-suq li huma l-aktar effiċjenti f’termini ta’ enerġija u tippremja lil dawk il-manifatturi li ħadmu biex itejbu dejjem iktar l-effiċjenza tal-enerġija. Xi wħud mill-kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ispeċifikazzjonijiet li jmiss jinkludu:

(a)

L-ittestjar tal-Kulur: F’xi waqt fil-ġejjieni, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimmodifikaw din l-ispeċifikazzjoni, abbażi tad-dejta tat-test imressqa, il-preferenzi futuri tal-konsumaturi u l-avvanzi fl-inġinerija, biex l-immaġini tal-kulur jiġu inklużi fil-metodu tat-test.

(b)

Il-ħin tal-Irkupru: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jimmonitorjaw mill-qrib il-ħinijiet inkrimentali u assoluti tal-irkupru kif irrappurtati mill-imsieħba li jittestjaw skont il-metodu TEC, kif ukoll dokumentazzjoni mressqa mill-imsieħba dwar il-konfigurazzjonijiet awtomatiċi ta’ dewmien. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jqisu l-modifikazzjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet biex jindirizzaw il-ħin tal-irkurpu jekk isir evidenti li l-prassi tal-manifattura qed jirriżultaw f’modalitajiet ta’ ġestjoni tal-enerġija li jiddiżattivaw lill-utent.

(c)

L-indirizzar tal-Prodotti OM Skont it-TEC: Abbażi ta’ dejta tat-test imressqa, l-opportunitajiet għal iktar iffrankar ta’ enerġija, u l-avvanzi fl-inġinerija, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimmodifikaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet f’xi punt fil-ġejjieni biex jindirizzaw prodotti li attwalment qed jiġu ttrattati bl-approċċ OM skont l-approċċ TEC inkluż prodotti b’Format Kbir u b’Format Żgħir, kif ukoll prodotti li jużaw teknoloġija IJ.

(d)

Impatti Addizzjonali tal-Enerġija: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom motivi ta’ interess biex jipprovdu lill-konsumaturi b’għażliet li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-għażliet alternattivi tipiċi. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea ser jitolbu għall-kontribut tal-partijiet interessati dwar metodi ta’ kif jiġu ddokumentati u kkwantifikati l-impatti ambjentali li permezz tagħhom il-manifattura, it-trasport, id-disinn tal-prodott jew l-użu ta’ oġġetti konsumibbli jistgħu jwasslu għal-prodott bl-istess impatt globali jew aqwa ta’ impatt tal-gassijiet serra minn prodotti li jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR abbażi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba l-użu tagħhom tal-enerġija biss. Qegħdin neżaminaw metodi kif nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b’mod effettiv u nistgħu nemendaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet kif mistħoqq abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu mill-qrib flimkien mal-partijiet interessati dwar ir-reviżjonijiet kollha u jiżguraw li r-reviżjonijiet ikunu konsistenti mal-prinċipji gwida tal-programm ENERGY STAR.

(e)

Rappurtar ta’ Dejta ta’ 230 V: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw li għall-prodotti li jiġu kkummerċjalizzati fi swieq differenti, li wieħed minnhom jinkludi s-suq ta’ 230 V, id-dejta tal-ittestjar fil-livell ta’ 230 V għandha tiġi aċċettata bħala suffiċjenti għad-diversi swieq. Dan is-suġġeriment huwa bbażat fuq l-osservazzjoni li jekk prodott jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-230 V, huwa jissodisfa wkoll l-istandards fil-livelli ta’ vultaġġ aktar baxxi.

(f)

Tkabbir tar-Rekwiżiti taL-istampar Doppju L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jevalwaw mill-ġdid il-preżenza ta’ stampar doppju fuq it-tipi attwali kollha ta’ prodotti, u jikkunsidraw kif Ir-rekwiżiti mhux obbligatorji jistgħu jsiru aktar stretti. Potenzjalment, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tar-rekwiżiti taL-istampar doppju biex dawn ikopru firxa akbar ta’ stampar doppju tista’ twassal għal tnaqqis fl-użu tal-karti, li rriżulta bħala l-akbar impatt li l-printer jista’ jħalli tul ħajtu.

(g)

Ir-Reviżjoni tal-Proċedura tat-Test tat-TEC: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw mill-ġdid il-metodoloġija tal-ittestjar tat-TEC biex jagħmlu l-assunzjonijiet tal-użu aktar trasparenti jew li jżidu r-rekwiżiti għall-ispeċifikazzjoni li l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel u rrapportat f’xi modalitajiet distinti li jippermettu valuri rilevanti għal tendenzi reali tal-użu.

(h)

Stati tal-Enerġija: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw mill-ġdid id-definizzjoni ta’ ċerti termini tal-enerġija (eż., Standby) jew li jżidu approċċi ġodda għall-ġestjoni tal-enerġija (eż., weekend Stennija) sabiex tinżamm konsistenza mal-kriterji internazzjonali u sabiex jinkiseb l-ogħla livell ta’ ffrankar tal-enerġija possibbli għat-tagħmir tal-immaġini.


(1)  Il-karatteristiċi ta’ miters approvati meħudin minn IEC 62301 Ed 1.0: Il-Kejl tal-Kurrent Elettriku fuq Standby

(2)  Il-grad ta’ laboratorju, miters li għandhom il-funzjonjiet kollha jistgħu jintegraw il-valuri tul perjodu ta’ ħin u jirrapportaw il-valur medju awtomatikament. Miters oħrajn ikunu jeħtieġu li l-utent jaqbad serje ta’ valuri li jinbidlu kull 5 sekondi għal perjodu ta’ ħames minuti u mbagħad jaħdem il-medja manwalment.

(3)  Għal displays ta’ bejn 30 u 60 pulzier, ir-riżoluzzjoni għandha tkun irrappurtata meta jiġi mressaq prodott għall-kwalifika; madankollu, ir-riżoluzzjoni ma tiġix ikkunsidrata meta jiġi kkalkulat il-konsum tal-enerġija ta’ dawn id-displays bil-Modalità Mixgħul.

(4)  Il-karatteristiċi ta’ miters approvati meħudin minn IEC 62301 Ed 1.0: Tagħmir Elettriku tad-Dar– Kejl tal-Enerġija Standby.

(5)  Ibid.

(6)  Il-valuri tal-vultaġġ korrispondendi għad-display tal-interfejs diġitali biss li jikkorrispondu għal-luminożità tal-immaġini (0 sa 0.7 volts) huma: 0 volts (iswed) = setting ta’ 0, 0.1 volts (lewn skur ta’ griż analogu) = 36 griż digitali, 0.7 volts (analogu abjad sħiħ) = 255 griż digitali; jekk jogħġbok innota li l-ispeċifikazzjonijiet futuri tal-interface diġitali jistgħu jwessgħu din l-iskala, iżda fil-każijiet kollha, 0 volts għandu jikkorrispondi għall-iswed u l-valur massimu għandu jikkorrispondi għall-abjad, b’0.1 volts jikkorrispondu għal wieħed minn sebgħa tal-valur massimu.

(7)  IEC 62301 — Tagħmir elettriku tad-dar — Kejl tal-enerġija standby. 2005.

(8)  It-tip ta’ konnessjoni man-netwerk għandha tiġi rrapportata. Tipi komuni huma Ethernet, 802.11, u Bluetooth. Tipi komuni ta’ konnessjoni mad-dejta (mingħajr netwerk) huma USB, Serial, u Parallel.

(9)  Immaġini/Jum Interim fit-Tabella 37.

(10)  It-tip ta’ konnessjoni man-netwerk għandha tiġi rrapportata. Tipi komuni huma Ethernet, 802.11, u Bluetooth. Tipi komuni ta’ konnessjoni mad-data iżda mhux ma’ netwerk huma USB, Serial, u Parallel.

(11)  Vultaġġ tal-Provvista: Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq bażi tas-suq li fih l-imsieħeb biħsiebu jbiegħ il-prodotti bħala prodotti ENERĠY STAR kwalifikati. Għat-tagħmir mibjugħ fi swieq internazzjonali diversi u għalhekk ratati fuq bosta vultaġġi input, il-manifattur għandu jittestja u jirrapporta il-vultaġġi kollha rilevanti u l-livelli kollha tal-konsum tal-elettriku. Pereżempju, manifattur li jikkonsenja l-istess mudell ta’ printer lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel u jirrapporta l-valuri tat-TEC jew tal-OM kemm b’115 Volts/60 Hz kif ukoll b’230 Volts/50 Hz. Jekk prodott huwa ddisinjat biex jaħdem f’kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza f’suq speċifiku li huwa differenti mill-kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza għal dak is-suq (eż., 230 Volts, 60 Hz fl-Amerka ta’ Fuq), il-manifattur għandu jittestja l-prodott fil-kombinazzjoni reġjonali li l-aktar taqbel mal-kapaċitajiet tad-disinn tal-prodott u jinnota dan il-fatt fuq il-folja tar-rapport tat-test.

(12)  Enerġija vera hija definita bħala (volts) × (amps) × (fattur ta’ enerġija) u hija tipikament irrapportata bħala watts. Enerġija apparenti hija definita bħala (volts) × (amps) u hija normalment espressa f’termini ta’ VA jew volt-amps. Il-fattur ta’ enerġija għal apparat bi provvisti ta’ enerġija li tinxtegħel huwa dejjem anqas minn 1.0, għalhekk l-enerġija reali hija dejjem anqas mill-enerġija apparenti. Somom akkumulati ta’ kejl tal-enerġija, kejl tal-enerġija fuq perjodu ta’ żmien, eċċ., jeħtieġu jiġu bbażati wkoll fuq kejl ta’ enerġija reali.

(13)  IEC 62301 — Tagħmir Elettriku tad-Dar— Kejl tal-Enerġija Standby 2005.


Top