This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0093
2013/93/EU: Council Decision of 14 April 2011 on the signing, on behalf of the European Union, of the Regional Convention on pan-Euro-Mediterranean preferential rules of origin
2013/93/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ April 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji
2013/93/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ April 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji
ĠU L 54, 26.2.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ April 2011
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji
(2013/93/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali Pan-Ewro-Mediterranji, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”, għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini attwalment fis-seħħ fost il-pajjiżi taż-żona Pan-Ewro-Mediterranja. |
(2) |
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni ddaħħlu fis-sistema tal-akkumulazzjoni tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranja permezz tal-Konvenzjoni. |
(3) |
Fis-26 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Istati tal-EFTA, mal-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona, mal-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni u mal-Gżejjer Faroe dwar il-Konvenzjoni. |
(4) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2009 t-test tal-Konvenzjoni ġie approvat mill-Ministri Ewro-Mediterranji tal-Kummerċ waqt il-Konferenza tagħhom li saret fi Brussell. |
(5) |
Il-Konvenzjoni għandha tiġi ffirmata u d-Dikjarazzjoni mehmuża għandha tiġi approvata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmija Konvenzjoni (1).
Artikolu 2
Id-Dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni b'dan hija approvata f'isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Konvenzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea soġġett għall-konklużjonijiet tagħha u li jagħmel id-Dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Lussemburgu, l-14 ta’ April 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
FAZEKAS S.
(1) It-test tal-Konvenzjoni ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
ANNESS
DIKJARAZZJONI
L-Unjoni Ewropea tiddikjara li r-referenza għall-Kosovo ma tippreġudika la l-pożizzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-Kosovo u lanqas id-dritt tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jiddeterminaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kosovo.